|
15.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/18 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/1657 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tas-7 ta' Settembru 2016
li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Taħt l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u wara r-riżenja tas-Sur Carl WETTER b'effett mid-19 ta' Settembru 2016, għandu jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur WETTER, jiġifieri sal-31 ta' Awwissu 2019. |
|
(2) |
Ġie propost is-Sur Ulf ÖBERG għall-kariga vakanti. |
|
(3) |
Il-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Ulf ÖBERG sabiex jaqdi d-dmirijiet ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Ulf ÖBERG huwa b'dan maħtur Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-19 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2019.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Settembru 2016.
Il-President
P. JAVORČÍK