|
15.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/15 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/1655 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tas-7 ta' Settembru 2016
li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta' 14-il Imħallef tal-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta' Awwissu 2016. Barra minn hekk, il-mandati tal-Imħallfin li jissemmew fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2016/484 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (1) ser jiskadu wkoll fil-31 ta' Awwissu 2016, kif previst f'dak l-Artikolu. |
|
(2) |
Ġew nominati s-Sur Barna BERKE, is-Sur Ricardo da SILVA PASSOS u s-Sinjura Octavia SPINEANU-MATEI għall-karigi ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali. |
|
(3) |
Barra minn hekk, ġie propost li jiġġeddu l-mandati tas-Sur Zoltán CSEHI, is-Sur Constantinos ILIOPOULOS, is-Sinjura Anna MARCOULLI u s-Sur Dean SPIELMANN. |
|
(4) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Barna BERKE, is-Sur Zoltán CSEHI, is-Sur Constantinos ILIOPOULOS, is-Sinjura Anna MARCOULLI, is-Sur Ricardo da SILVA PASSOS, is-Sur Dean SPIELMANN u s-Sinjura Octavia SPINEANU-MATEI sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(5) |
Jinħtieġ li s-Sur Barna BERKE, is-Sur Ricardo da SILVA PASSOS u s-Sinjura Octavia SPINEANU-MATEI jinħatru għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2022. |
|
(6) |
Jinħtieġ li s-Sur Zoltán CSEHI, is-Sur Constantinos ILIOPOULOS, is-Sinjura Anna MARCOULLI u s-Sur Dean SPIELMANN jinħatru għal mandat ieħor li jibda mill-1 ta' Settembru 2016 u jintemm fil-31 ta' Awwissu 2022. Minħabba li dawk l-erba' Mħallfin diġà huma fil-kariga ta' Mħallef tal-Qorti Ġenerali sal-31 ta' Awwissu 2016 u komplew jeżerċitawha sal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, jinħtieġ li dawn jinħatru għal mandat ġdid b'effett mill-jum wara dak li fih jintemm il-mandat preċedenti tagħhom, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2022:
|
— |
is-Sur Barna BERKE, |
|
— |
is-Sur Ricardo da SILVA PASSOS, |
|
— |
is-Sinjura Octavia SPINEANU-MATEI. |
Artikolu 2
Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2022:
|
— |
is-Sur Zoltán CSEHI, |
|
— |
is-Sur Constantinos ILIOPOULOS, |
|
— |
is-Sinjura Anna MARCOULLI, |
|
— |
is-Sur Dean SPIELMANN. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Settembru 2016.
Il-President
P. JAVORČÍK
(1) Deċiżjoni (UE, Euratom) 2016/484 tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-23 ta' Marzu 2016 li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali (ĠU L 87, 2.4.2016, p. 31).