20.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/1


It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament Nru 16 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’:

I.

Iċ-ċinturini tas-sikurezza, is-sistemi ta’ trażżin, is-sistemi għat-trażżin tat-tfal u s-sistemi għat-trażżin tat-tfal ISOFIX għall-okkupanti ta’ vetturi motorizzati

II.

Il-vetturi mgħammra biċ-ċinturini tas-sikurezza, bi tfakkir taċ-ċinturin tas-sikurezza, bis-sistemi ta’ trażżin, bis-sistemi għat-trażżin tat-tfal, bis-sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal u bis-sistemi i-Size għat-trażżin tat-tfal [2015/2059]

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-suppliment 5 għas-serje 06 ta’ emendi — Data tad-dħul fis-seħħ: 10 ta’ Ġunju 2014.

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp tal-applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Immarkar

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet

7.

Testijiet

8.

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-installazzjoni fil-vettura

9.

Konformità tal-produzzjoni

10.

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

11.

Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura jew taċ-ċinturin ta’ sikurezza jew tas-sistema tat-trażżin

12.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

13.

Struzzjonijiet

14.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

15.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

1 A

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura fir-rigward taċ-ċinturin tas-sikurezza skont ir-Regolament Nru 16

1 B

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ ċinturin tas-sikurezza jew ta’ sistema tat-trażżin għall-okkupanti adulti ta’ vetturi motorizzati skont ir-Regolament Nru 16

2.

Arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni

3.

Dijagramma ta’ apparat biex tiġi ttestjata d-durabbiltà tal-mekkaniżmu tar-retrattatur

4.

Dijagramma ta’ apparat biex jiġi ttestjat l-illokkjar tar-ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza

5.

Dijagramma ta’ apparat għat-test tar-reżistenza għat-trab

6.

Deskrizzjoni tat-troli, tas-sit, tal-ankraġġi u tal-apparat tat-twaqqif

7.

Deskrizzjoni tal-manikin

8.

Deskrizzjoni tal-kurva tad-deċellerazzjoni jew l-aċċellerazzjoni tat-troli bħala funzjoni tal-ħin

9.

Struzzjonijiet

10.

Test tal-bokkla doppja

11.

Test tal-brix u tal-micro-slip

12.

Test tal-korrużjoni

13.

Ordni tat-testijiet

14.

Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

15.

Proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi bil-magna

16.

Installazzjoni taċ-ċinturin tas-sikurezza li turi t-tipi ta’ ċinturin u t-tipi ta’ ritrattatur

17.

Rekwiżiti għall-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sikurezza u tas-sistemi ta’ trażżin għall-okkupanti adulti tal-vetturi motorizzati fuq is-sits li jħarsu ‘l quddiem, għall-installazzjoni ta’ sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal u għas-sistemi I-Size għat-trażżin tat-tfal

18.

Testijiet tat-tfakkir taċ-ċinturin tas-sikurezza

1.   KAMP TAL-APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għal:

1.1.

Vetturi tal-kategoriji M, N, O, L2, L4, L5, L6, L7 u T (1), fir-rigward tal-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sikurezza u s-sistema tat-trażżin li huma maħsuba għal użu separat, jiġifieri, bħala fittings individwali, minn persuni b’daqs ta’ adulti li jokkupaw is-sits li jħarsu ‘l quddiem, sits li jħarsu lura jew dawk li jħarsu laġenba;

1.2.

Ċinturini tas-sikurezza u sistemi tat-trażżin li huma maħsuba għal użu separat, jiġifieri, bħala fittings individwali, minn persuni b’daqs ta’ adulti li jokkupaw is-sits li jħarsu ‘l quddiem, sits li jħarsu lura jew dawk li jħarsu laġenba u li huma ddisinjati għall-installazzjoni f’vetturi tal-kategoriji M, N, O, L2, L4, L5, L6, L7 u T1);

1.3.

Vetturi tal-kategorija M1 u N1 1 fir-rigward tal-installazzjoni tas-sistemi għat-trażżin tat-tfal, is-sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal u s-sistemi i-Size għat-trażżin tat-tfal;

1.4.

Vetturi tal-kategoriji M1 fir-rigward tat-tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza (2).

1.5.

Fuq it-talba tal-manifattur, japplika wkoll għall-installazzjoni tas-sistemi għat-trażżin tat-tfal u sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal maħsuba biex jiġu installati f’vetturi tal-kategoriji M2 u M3 1.

1.6.

Fuq it-talba tal-manifattur, japplika wkoll għal ċinturini tas-sikurezza maħsuba biex jiġu installati fuq sits li jħarsu laġenba f’vetturi tal-kategoriji M3 (tal-klassijiet II, III u B1).

1.7.

Fuq it-talba tal-manifattur, japplika wkoll għall-installazzjoni tas-sistemi i-Size għat-trażżin tat-tfal, fil-każ li pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size jiġu ddefiniti mill-manifattur tal-vettura.

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.   Ċinturin tas-sikurezza (ċinturin tas-sit, ċinturin)

Arranġament ta’ ċineg b’bokkla li torbot, b’apparati għall-aġġustament u b’żidiet li jista’ jiġi ankrat mal-ġewwieni ta’ vettura motorizzata u li huwa ddiżinjat biex inaqqas ir-riskju ta’ feriment għal min jilbsu, fil-każ ta’ kolliżjoni jew ta’ deċellerazzjoni f’daqqa tal-vettura, billi jillimita l-mobilità ta’ ġisem min jilbsu. Arranġament ta’ din ix-xorta ġeneralment jissejjaħ “assemblaġġ ta’ ċinturin”, u dan it-terminu jkopri wkoll kwalunkwe apparat biex tkun assorbita l-enerġija jew biex jinġibed lura ċ-ċinturin.

L-arranġament jista’ jiġi ttestjat u approvat bħala arranġament ta’ ċinturin tas-sikurezza jew bħala sistema tat-trażżin.

2.1.1.   Ċinturin ta’ fuq il-ħoġor

Ċinturin b’żewġ punti ta’ rbit li jgħaddi min-naħa għall-oħra ta’ quddiem ir-reġjun tal-pelvi ta’ min jilbsu.

2.1.2.   Ċinturin dijagonali

Ċinturin li jgħaddi b’mod dijagonali min-naħa għall-oħra tas-sider mill-ġenb għall-ispalla opposta.

2.1.3.   Ċinturin bi tliet punti ta’ rbit

Ċinturin li essenzjalment huwa kombinazzjoni ta’ ċinga ta’ fuq il-ħoġor u ta’ ċinga dijagonali.

2.1.4.   Ċinturin tat-tip S

Arranġament ta’ ċinturin li mhux ċinturin bi tliet punti ta’ rbit jew ċinturin ta’ fuq il-ħoġor.

2.1.5.   Ċinturin f’għamla ta’ harness

Arranġament ta’ ċinturin tat-tip S li jinkludi ċinturin ta’ fuq il-ħoġor u ċineg tal-ispalla; ċinturin f’għamla ta’ harness jista’ jkun mgħammar b’ċinga addizzjonali għal bejn il-koxox.

2.2.   Tip ta’ ċinturin

Ċinturini ta’ “tipi” differenti huma ċinturini li jvarjvaw sostanzjalment wieħed mill-ieħor; id-differenzi jistgħu jirrelataw b’mod partikolari għal:

2.2.1.

Partijiet riġidi (bokkla, żidiet, ritrattatur, eċċ.);

2.2.2.

Il-materjal, in-nisġa, id-dimensjonijiet u l-kulur taċ-ċineg; jew

2.2.3.

Il-ġeometrija tal-assemblaġġ taċ-ċinturin.

2.3.   Ċinga

Komponent flessibbli maħsub biex iżomm il-ġisem u biex jitrażmetti l-forzi lill-ankraġġi taċ-ċinturin.

2.4.   Bokkla

Apparat li jinħall malajr li jippermetti li min jilbsu jinżamm miċ-ċinturin. Il-bokkla tista’ tinkorpora l-apparat għall-aġġustament, ħlief fil-każ ta’ bokkla ta’ harness.

2.5.   Apparat għall-aġġustament taċ-ċinturin

Apparat li jippermetti li ċ-ċinturin jiġi aġġustat skont ir-rekwiżiti tal-indivdwu li jilbsu u skont il-pożizzjoni tas-sit. L-apparat ta’ aġġustament jista’ jkun parti mill-bokkla, jew minn ritrattatur, jew minn kwalunkwe parti oħra taċ-ċinturin tas-sikurezza.

2.6.   Apparat għat-tagħbija minn qabel

Apparat addizzjonali jew integrat li jissikka ċ-ċineg taċ-ċinturin sabiex jitnaqqaslu l-laxk matul is-sekwenza tal-ħbit.

2.7.   “Żona ta’ referenza” tfisser l-ispazju bejn żewġ pjani lonġitudinali vertikali, 400 mm ‘il bogħod minn xulxin u simmetriċi fir-rigward tal-punt H, u ddefinit mir-rotazzjoni mill-vertikali għall-orizzontali tal-apparat tal-forma tar-ras, deskritt fl-Anness1 tar-Regolament Nru 21. L-apparat għandu jiġi ppożizzjonat kif ġie deskritt f’dak l-Anness tar-Regolament Nru 21 u ssettjat għat-tul massimu ta’ 840 mm.

2.8.   “Assemblaġġ tal-airbag” tfisser apparat installat biex jissuplimenta liċ-ċinturini tas-sikurezza u lis-sistemi ta’ trażżin f’vetturi motorizzati, jiġifieri sistema li, fil-każ ta’ impatt qawwi li jaffettwa lill-vettura, tattiva awtomatikament il-ftuħ ta’ struttura flessibbli maħsuba biex tillimita, permezz tal-kompressjoni tal-gass li jinsab fiha, is-serjetà tal-kuntatti ta’ parti waħda jew aktar mill-ġisem ta’ okkupant tal-vettura mal-ġewwieni tal-kompartiment tal-passiġġieri.

2.9.   “Airbag tal-passiġġier” tfisser assemblaġġ ta’ airbag maħsuba għall-ħarsien tal-okkupant(i) fis-sits kollha apparti dak tas-sewwieq fil-każ ta’ ħabta minn quddiem.

2.10.   “Trażżin tat-tfal” tfisser apparat tas-sikurezza kif iddefinit fir-Regolament Nru 44 jew ir-Regolament Nru 129.

2.11.   “Li jħares lura” tfisser li jħares fid-direzzjoni opposta għad-direzzjoni normali tal-mixi tal-vettura.

2.12.   Żidiet

Partijiet mill-assemblaġġ taċ-ċinturin inklużi l-komponenti meħtieġa għall-irbit, li jippermettulha tintrabat mal-ankraġġi taċ-ċinturin.

2.13.   Assorbitur tal-enerġija

Apparat maħsub biex iferrex l-enerġija b’mod indipenenti minn jew b’mod konġunt maċ-ċinga u li jifforma parti mill-assemblaġġ taċ-ċinturin.

2.14.   Ritrattatur

Apparat li jakkomoda parti miċ-ċinga jew liċ-ċinga sħiħa ta’ ċinturin tas-sikurezza.

2.14.1.   Ritrattatur li ma jillokkjax (tip 1)

Ritrattatur li minnu tinħareġ iċ-ċinga għat-tul kollu tagħha permezz ta’ forza esterna ċkejkna u li ma jipprovdi l-ebda aġġustament għat-tul taċ-ċinga maħruġa.

2.14.2.   Ritrattatur li jinfetaħ b’mod manwali (tip 2)

Ritrattatur li jeħtieġ it-tħaddim manwali tal-apparat mill-utent biex jinfetaħ ir-ritrattatur sabiex iċ-ċinga tinħareġ kemm ikun meħtieġ u li jillokkja awtomatikament meta l-ħidma msemmija tieqaf.

2.14.3.   Ritrattatur li jillokkja awtomatikament (tip 3)

Ritrattatur li jippermetti l-estrazzjoni taċ-ċinga sat-tul mixtieq u li, meta tingħalaq il-bokkla, awtomatikament jaġġusta ċ-ċinga għal min jilbisha. Iċ-ċinga ma titħalliex toħroġ aktar mingħajr l-intervent volontarju ta’ min jilbisha.

2.14.4.   Ritrattatur li jillokkja f’emerġenza (tip 4)

Ritrattatur li f’kundizzjonijiet normali tas-sewqan ma jirrestrinġix il-libertà tal-movimenti ta’ min ikun liebes iċ-ċinturin tas-sikurezza. Apparat ta’ din ix-xorta għandu komponenti li awtomatikament jaġġustaw it-tul taċ-ċinga għal min jilbisha u mekkaniżmu li jillokkja li jiġi attivat f’emerġenza permezz ta’:

2.14.4.1.

Deċellerazzjoni tal-vettura (sensittività waħda),

2.14.4.2.

Kombinazzjoni tad-deċellerazzjoni tal-vettura, il-moviment taċ-ċineg jew kwalunwke mezz awtomatiku ieħor (sensittività multipla).

2.14.5.   Ritrattatur li jillokkja f’emerġenza b’limitu ogħla ta’ reazzjoni (it-tip 4N)

Ritrattatur tat-tip iddefinit fil-paragrafu 2.14.4, imma li għandu proprjetajiet speċjali fir-rigward tal-użu tiegħu f’vetturi tal-kategoriji M2, M3, N1, N2 u N3  (3).

2.14.6.   Apparat għall-aġġustament taċ-ċinturin fir-rigward tal-għoli

Apparat li jippermetti li jiġi aġġustat l-għoli tal-ingassa ta’ fuq ta’ mal-kolonna ta’ ċinturin skont il-bżonn tal-individwu li jilbsu u skont il-pożizzjoni tas-sit. Apparat ta’ din ix-xorta jista’ jitqies bħala parti miċ-ċinturin jew bħala parti mill-ankraġġ taċ-ċinturin.

2.15.   Ankraġġi taċ-ċinturin

Partijiet mill-istruttura tal-vettura jew mill-istruttura tas-sit jew kwalunkwe parti oħra tal-vettura li magħha għandhom jintrabtu l-assemblaġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza.

2.16.   Tip tal-vettura fir-rigward taċ-ċinturini tas-sikurezza u s-sistemi ta’ trażżin.

Kategorija ta’ vetturi motorizzati li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħalma huma d-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali tal-komponenti tal-istruttura tal-vettura jew tal-istruttura tas-sit jew ta’ kwalunkwe parti oħra tal-vettura li magħha huma mwaħħla ċ-ċinturini tas-sikurezza u s-sistemi ta’ trażżin.

2.17.   Sistema tat-trażżin

Sistema għal tip speċifiku ta’ vettura jew għal tip iddefinit mill-manifattur tal-vettura u approvata mis-Servizz Tekniku li tikkonsisti f’sit u f’ċinturin marbutin mal-vettura permezz ta’ mezzi xierqa u mill-elementi kollha li huma previsti biex jitnaqqas ir-riskju ta’ feriment għal min jilbisha, fil-każ ta’ deċellerazzjoni f’daqqa tal-vettura, billi tiġi limitata l-mobilità tal-ġisem ta’ min jilbisha.

2.18.   Sit

Struttura li tista’ tkun jew tista’ ma tkunx integrali mal-istruttura tal-vettura kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex toqgħod bilqiegħda fuqha persuna adulta waħda. It-terminu jkopri kemm sit individwali kif ukoll parti minn bank maħsuba biex tpoġġi fuqha persuna waħda.

2.18.1.

Sit ta’ quddiem għall-passiġġieri” tfisser kwalunkwe sit fejn il-“punt H l-aktar ‘il quddiem” tas-sit ikkonċernat jinsab fi jew quddiem il-pjan trasversali vertikali li jgħaddi mill-punt R tas-sewwieq.

2.18.2.

Sit li jħares’il quddiem” tfisser sit li jista’ jintuża waqt li l-vettura tkun miexja u li jħares lejn il-parti ta’ quddiem tal-vettura b’tali mod li l-pjan vertikali ta’ simetrija tas-sit jifforma angolu ta’ inqas minn + 10o jew – 10o mal-pjan vertikali ta’ simetrija tal-vettura.

2.18.3.

Sit li jħares lura” tfisser sit li jista’ jintuża waqt li l-vettura tkun miexja u li jħares lejn il-parti ta’ wara tal-vettura b’tali mod li l-pjan vertikali ta’ simetrija tas-sit jifforma angolu ta’ inqas minn + 10o jew – 10o mal-pjan vertikali ta’ simetrija tal-vettura.

2.18.4.

Sit li jħares laġenba” tfisser sit li jista’ jintuża waqt li l-vettura tkun miexja u li jħares lejn il-parti tal-ġenb tal-vettura b’tali mod li l-pjan vertikali ta’ simetrija tas-sit jifforma angolu ta’ 90o (± 10o) mal-pjan vertikali ta’ simetrija tal-vettura.

2.19.   Grupp ta’ sits

Sit f’għamla ta’ bank inkella sits li huma separati imma ma’ ġenb xulxin (jiġifieri marbuta b’tali mod li l-ankraġġi tas-sit ta’ quddiem ta’ wieħed minn dawn is-sits qegħdin f’linja mal-ankraġġi ta’ quddiem jew ta’ wara tal-ieħor jew bejn l-ankraġġi tas-sit l-ieħor) u jakkomodaw persuna waħda adulta jew aktar bilqiegħda.

2.20.   Sit f’għamla ta’ bank

Struttura kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex takkomoda aktar minn persuna adulta waħda.

2.21.   Is-sistema ta’ aġġustament tas-sit

L-apparat komplut li permezz tiegħu s-sit jew il-partijiet tiegħu jista’ jiġi aġġustat għal pożizzjoni adattata għall-morfoloġija tal-okkupant bilqiegħda; b’mod partikolari, dan l-apparat jista’ jippermetti:

2.21.1.

Spostament lonġitudinali;

2.21.2.

Spostament vertikali;

2.21.3.

Spostament angolari.

2.22.   Ankraġġ tas-sit

Is-sistema li permezz tagħha l-assemblaġġ tas-sit jintrabat mal-istruttura tal-vettura, inklużi l-partijiet rilevanti tal-istruttura tal-vettura.

2.23.   Tip tas-sit

Kategorija ta’ sits li ma jvarjawx f’tali aspetti essenzjali bħal:

2.23.1.

Il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali tal-istruttura tas-sit;

2.23.2.

It-tipi u d-dimensjonijiet tas-sistemi ta’ aġġustament u tal-illokkjar tas-sit;

2.23.3.

It-tip u d-dimensjonijiet tal-ankraġġ taċ-ċinturin fuq is-sit, tal-ankraġġ tas-sit, u tal-partijiet rilevanti tal-istruttura tal-vettura;

2.24.   Sistema ta’ spostament tas-sit

Apparat li jippermetti li s-sit jew waħda mill-partijiet tiegħu jiġu mċaqilqa b’mod angolari jew lonġitudinali, mingħajr pożizzjoni fissa intermedja (biex ikun iffaċilitat l-aċċess mill-passiġġieri).

2.25.   Sistema għall-illokkjar tas-sit

Apparat li jiżgura li s-sit u l-partijiet tiegħu jinżammu fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ użu.

2.26.   Buttuna magħluqa biex tinfetaħ il-bokkla

Buttuna biex tinfetaħ il-bokkla magħmula b’tali mod li ma jkunx possibbli li tinfetaħ il-bokkla bl-użu ta’ sfera b’dijametru ta’ 40 mm.

2.27.   Buttuna mhux magħluqa biex tinfetaħ il-bokkla

Buttuna biex tinfetaħ il-bokkla magħmula b’tali mod li jkun possibbli li tinfetaħ il-bokkla bl-użu ta’ sfera b’dijametru ta’ 40 mm.

2.28.   Apparat li jnaqqas it-tensjoni

Apparat inkorporat fir-ritrattatur u li jnaqqas it-tensjoni taċ-ċinga awtomatikament meta jinqafel iċ-ċinturin tas-sikurezza. Meta jinħall, dan l-apparat jintefa awtomatikament.

2.29.   “ISOFIX” hija sistema għall-konnessjoni ta’ sistemi għat-trażżin tat-tfal ġo vetturi, li għandha ankraġġi riġidi fil-vettura, żewġ żidiet riġidi korrispondenti fuq is-sistema għat-trażżin tat-tfal, u mezz biex tiġi limatata l-pitch rotation tas-sistema għat-trażżin tat-tfal.

2.30.   “Sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal” tfisser sistema għat-trażżin tat-tfal, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 44 jew ir-Regolament Nru 129., li għandha tiġi marbuta ma’ sistema ta’ ankraġġi ISOFIX, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14.

2.31.   “Pożizzjoni ISOFIX” tfisser sistema li tippermetti li jiġu installati:

(a)

Jew sistema universali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tħares ‘il quddiem kif definita fir-Regolament Nru 44,

(b)

Jew sistema semi-universali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tħares ‘il quddiem kif definita fir-Regolament Nru 44,

(c)

Jew sistema semi-universali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tħares lura kif definita fir-Regolament Nru 44,

(d)

Jew sistema semi-universali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tħares lateralment kif definita fir-Regolament Nru 44,

(e)

Jew sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal f’vettura speċifika kif definita fir-Regolament Nru 44.

(f)

Jew sistema i-Size għat-trażżin tat-tfal kif definita fir-Regolament Nru 129.

(g)

Jew sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal f’vettura speċifika kif definita fir-Regolament Nru 129.

2.32.   “Sistema ta’ ankraġġi ISOFIX” tfisser sistema magħmula minn żewġ ankraġġi baxxi ISOFIX, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14, u li hija ddisinjata għall-irbit ta’ sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal flimklien ma’ apparat antirotazzjoni.

2.33.   “Ankraġġ baxx ISOFIX” tfisser ħadida orizzontali tonda u riġida b’dijametru ta’ 6 mm, li testendi mill-istruttura tal-vettura jew tas-sit sabiex taċċetta u żżomm sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal b’żidiet ISOFIX.

2.34.   “Apparat antirotazzjoni”:

(a)

Apparat antirotazzjoni għal sistema universali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal jikkonsisti mill-irbit ISOFIX ta’ fuq.

(b)

Apparat antirotazzjoni għal sistema semiuniversali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tikkonsisti minn irbit ta’ fuq, id-daxxbord tal-vettura jew sieq ta’ appoġġ maħsuba biex jillimitaw ir-rotazzjoni tat-trażżin waqt impatt frontali,

(c)

Apparat antirotazzjoni għal sistema i-Size għat-trażżin tat-tfal jikkonsisti jew minn irbit ta’ fuq jew minn sieq ta’ appoġġ, maħsuba biex jillimitaw ir-rotazzjoni tat-trażżin waqt impatt frontali,

(d)

Għas-sistemi għat-trażżin tat-tfal ISOFIX, i-Size, universali u semiuniversali, is-sit tal-vettura nnifsu mhuwiex apparat antirotazzjoni.

2.35.   “Ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser biċċa apparat li tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament Nru 14, pereżempju ħadida, li tinsab f’żona definita, iddisinjata biex taċċetta l-konnettur ISOFIX ta’ fuq għaċ-ċinga tal-irbit u biex tittrasferixxi l-forza tat-trażżin tagħha lill-istruttuta tal-vettura.

2.36.   “Apparat ta’ gwida” huwa maħsub biex jgħin lill-persuna li tinstalla s-sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal billi fiżikament jiggwida ż-żidiet ISOFIX fuq is-sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal fl-allinjament korrett mal-ankraġġi baxxi ISOFIX u b’hekk jiffaċilita l-irbit.

2.37.   “Marking fixture tal-ISOFIX” tfisser xi ħaġa li tinforma lil xi ħadd li jixtieq jinstalla sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal bil-pożizzjonijiet ISOFIX fil-vettura u l-pożizzjoni ta’ kull sistema ta’ ankraġġ ISOFIX korrispondenti.

2.38.   “Fixture għat-trażżin tat-tfal” (CRF — Child restraint fixture) tfisser fixture skont waħda mit-tmien klassijiet ta’ daqsijiet ISOFIX definiti fil-paragrafu 4 tal-Anness 17 — Appendiċi 2 ta’ dan ir-Regolament, u partikolarment li d-dimensjonijiet tiegħu jingħataw mill-Grafika 1 sal-Grafika 7 fil-paragrafu 4 msemmi qabel. Dawk il-fixtures għat-trażżin tat-tfal (CRF) jintużaw, f’dan ir-Regolament, biex jiġu ċċekkjati liema huma l-klassijiet ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li jistgħu jiġu akkomodati fil-pożizzonijiet ISOFIX tal-vettura. Ukoll, wieħed mis-CRF, l-hekk imsejjaħ ISO/F2 (B), li huwa deskritt fil-Grafika 2 tal-paragrafu 4. msemmi qabel, jintuża fir-Regolament Nru 14 biex jiġu ċċekkjati l-pożizzjonament u l-possibbiltà ta’ aċċess għal kwalunkwe sistema ta’ ankraġġ ISOFIX.

2.39.   “Volum ta’ valutazzjoni għall-istallazzjoni ta’ sieq ta’ appoġġ i-Size” tfisser volum, li jiżgura l-kompatibbiltà dimensjonali u ġeometrika tas-sieq ta’ appoġġ ta’ sistema i-Size għat-trażżin tat-tfal u ta’ pożizzjoni bilqiegħda i-Size ta’ vettura.

2.40.   “Pożizzjoni bilqiegħda i-Size” tfisser pożizzjoni bilqiegħda, jekk definita mill-manifattur tal-vettura, li tkun iddisinjata biex takkomoda sistema i-Size għat-trażżin tat-tfal, kif definita fir-Regolament Nru 129, u li tissodisfa r-rekwiżiti definiti f’dan ir-Regolament.

2.41.   “Tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza”, tfisser sistema dedikata biex twissi lis-sewwieq meta ma jkunx liebes iċ-ċinturin tas-sikurezza. Is-sistema tikkonsisti f’mekkaniżmu li jinduna jekk iċ-ċinturin tas-sikurezza ma jkunx maqful u żewġ livelli ta’ twissija lis-sewwieq: twissija tal-ewwel livell u twissija tat-tieni livell.

2.42.   “Twissija viżiva” tfisser twissija b’sinjal viżiv (dawl, teptip jew wirja viżiva ta’ simbolu jew messaġġ).

2.43.   “Twissija akustika” tfisser twissija permezz ta’ sinjal akustiku.

2.44.   “Twissija tal-ewwel livell” tfisser twissija viżiva attivata meta s-swiċċ tal-ignixin ikun mixgħul (bil-magna mixgħula jew mitfija) u ċ-ċinturin tas-sikurezza tas-sewwieq ma jkunx maqful. Tista’ tiżdied twissija akustika bħala opzjoni.

2.45.   “Twissija tat-tieni livell” tfisser twissija viżiva u akustika attivata meta s-sewwieq iħaddem il-vettura mingħajr ma jaqfel iċ-ċinturin tas-sikurezza.

2.46.   “Ċinturin tas-sikurezza mhux maqful” tfisser li, skont l-għażla tal-manifattur, il-bokkla taċ-ċinturin tas-sikurezza tas-sewwieq ma tkunx maqfula jew it-tul taċ-ċinturin miġbud mir-ritrattatur ikun 100 mm jew inqas.

2.47.   “Vettura f’operazzjoni normali” tfisser li l-vettura tkun qed timxi ‘l quddiem b’veloċità ta’ iktar minn 10 km/h.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   Tip tal-vettura

3.1.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward l-intallazzjoni taċ-ċinturini tas-sikurezza u tas-sistemi ta’ trażżin tiegħu għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat b’mod xieraq.

3.1.2.

Hija għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li jissemmew iktar ‘l isfel fi tliet kopji u mid-dettalji li ġejjin:

3.1.2.1.

Disinji tal-istruttura ġenerali tal-vettura fuq skala xierqa, li juru l-pożizzjonijiet taċ-ċinturini tas-sikurezza, u disinji dettaljati taċ-ċinturini tas-sikurezza u tal-punti li magħhom huma mwaħħla;

3.1.2.2.

Speċifikazzjoni tal-materjali użati li jistgħu jaffettwaw is-saħħa taċ-ċinturini tas-sikurezza;

3.1.2.3.

Deskrizzjoni teknika taċ-ċinturini tas-sikurezza;

3.1.2.4.

Fil-każ ta’ ċinturini tas-sikurezza mwaħħla mal-istruttura tas-sit;

3.1.2.5.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tad-disinn tas-sits, tal-ankraġġi tas-sits u tas-sistemi tal-aġġustament u ta’ llokkjar tagħhom;

3.1.2.6.

Disinji,fuq skala xierqa u f’biżżejjed dettall, tas-sits, tal-ankraġġi tagħhom mal-vettura, u tas-sistemi tal-aġġustament u ta’ llokkjar tagħhom;

3.1.3.

Skont l-opinjoni tal-manifattur, eżempju rappreżentattiv tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata jew il-partijiet tal-vettura meqjusa essenzjali għat-testijiet taċ-ċinturin tas-sikurezza mis-Servizz Tekniku li jagħmel it-testijiet tal-approvazzjoni, għandu jitressaq quddiem is-Servizz.

3.2.   Tip taċ-ċinturin tas-sikurezza

3.2.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ ċinturin tas-sikurezza għandha titressaq mid-detentur tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat b’mod xieraq. Fil-każ tas-sistemi ta’ trażżin, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema tat-trażżin għandha titressaq mid-detentur tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant tiegħu jew mill-manifattur tal-vettura li fiha għandha tiġi installata jew mir-rappreżentant tiegħu.

3.2.2.

Din għandha tkun akkumpanjata minn:

3.2.2.1.

Deskrizzjoni teknika tat-tip ta’ ċinturin, li tispeċifika ċ-ċineg u l-partijiet riġidi użati u li tkun akkumpanjata minn disinji tal-partijiet li jifformaw iċ-ċinturin; id-disinji għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni u għas-simbolu/i addizzjonali f’relazzjoni maċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni. Id-deskrizzjoni għandha ssemmi l-kulur tal-mudell imressaq għall-approvazzjoni, u għandha tispeċifika t-tip(i) ta’ vettura li għalih(om) huwa maħsub dan it-tip ta’ ċinturin. Fil-każ tar-ritrattaturi, għandhom jiġu provduti l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni għall-apparat sensittiv; u għall-apparati jew għas-sistemi għat-tagħbija minn qabel, għandha tkun provduta deskrizzjoni teknika sħiħa tal-kostruzzjoni u tal-funzjoni inkluża s-sensittività, jekk ikun hemm, fejn jiġi deskritt il-metodu ta’ attivazzjoni u kwalunkwe metodu meħtieġ biex tkun evitata l-attivazzjoni involontarja. Fil-każ ta’ sistema ta’ trażżin, id-deskrizzjoni għandha tinkludi: tpinġijiet tal-istruttura tal-vettura u tal-istruttura tas-sit, tas-sistema ta’ aġġustament u taż-żidiet fuq skala xierqa li turi fejn jinsabu eżatt l-ankraġġi tas-sit u dawk taċ-ċinturin kif ukoll ir-rinforzi f’biżżejjed detall; flimkien ma’ speċifikazzjoni tal-materjali li ntużaw li jistgħu jaffetwaw is-saħħa tal-ankraġġi tas-sit u l-ankraġġi taċ-ċinturin; u deskrizzjoni teknika tal-ankraġġi tas-sit u l-ankraġġi taċ-ċinturin. Jekk iċ-ċinturin hu ddisinjat biex jeħel mal-istruttura tal-vettura minn ġo mezz li jaġġusta ċ-ċinturin għall-għoli, id-deskrizzjoni teknika għandha tispeċifika jekk dan l-mezz hux ikkunsidrat bħala parti miċ-ċinturin jew le;

3.2.2.2.

Sitt kampjuni tat-tip ta’ ċinturin, li wieħed minnhom ikun għal finijiet ta’ referenza;

3.2.2.3.

Tul ta’ għaxar metri ta’ kull tip ta’ ċinga użata fit-tip ta’ ċinturin;

3.2.2.4.

Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkollu d-dritt li jitlob aktar kampjuni.

3.2.3.

Fil-każ tas-sistemi ta’ trażżin, għandhom jitressqu quddiem is-Servizz żewġ kampjuni li jistgħu jinkludu tnejn mill-kampjuni taċ-ċinturini meħtieġa skont il-paragrafi 3.2.2.2 u 3.2.2.3 hawn fuq, skont kif jagħżel il-manifattur, jew eżempju rappreżentattiv tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata, inkella l-parti jew il-partijiet tal-vettura meqjusa essenzjali mis-Servizz Tekniku li jagħmel it-testijiet tal-approvazzjoni għas-sistema tat-trażżin.

4.   IMMARKAR

Il-kampjuni ta’ tip ta’ ċinturin jew ta’ tip ta’ sistema tat-trażżin imressqa għall-approvazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.2.2.2, 3.2.2.3 u 3.2.2.4 hawn fuq għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar u b’mod li ma jitħassarx bl-isem, bl-inizjali, bil-marka kummerċjali jew bil-marka tal-manifattur.

5.   APPROVAZZJONI

5.1.   Ċertifikat konformi mal-mudell speċifikat fil-paragrafi 5.1.1 jew 5.1.2 hawn taħt għandu jinhemeż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip.

5.1.1.

L-Anness 1 A għall-applikazzjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 3.1;

5.1.2.

L-Anness 1 B għall-applikazzjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 3.2;

5.2.   Tip tal-vettura

5.2.1.

Jekk il-vettura li titressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 8 hawn taħt, u tal-Annessi 15 u 16 ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

5.2.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (attwalment 06, li jikkorrispondu mas-serje ta’ emendi 06) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar reċenti li jkunu saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura ieħor kif iddefinit fil-paragrafu 2.16 hawn fuq.

5.2.3.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 A ta’ dan ir-Regolament.

5.2.4.

Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip tal-vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli, kif speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

5.2.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” li jigi segwit bin-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (4).

5.2.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u min-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku previst fil-paragrafu 5.2.4.1 hawn fuq.

5.2.5.

Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat, skont Regolament ieħor wieħed jew aktar anness(i) mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu previst fil-paragrafu 5.2.4.1 ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu previst fil-paragrafu 5.2.4.1 hawn fuq.

5.2.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u b’tali mod li ma tkunx tista’ titħassar.

5.2.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’, jew fuq, il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

5.3.   Tip taċ-ċinturin tas-sikurezza

5.3.1.

Jekk il-kampjuni ta’ tip ta’ ċinturin imressqa skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.2 t’aktar ‘il fuq, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 4, 5.3 u 6 ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni.

5.3.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (attwalment 06 li jikkorrispondi mas-serje 06 ta’ emendi) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar reċenti li jkunu saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ ċinturin jew ta’ sistema ta’ trażżin.

5.3.3.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ ċinturin jew ta’ sistema tat-trażżin, skont dan ir-Regolament, għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1B ta’ dan ir-Regolament.

5.3.4.

Minbarra l-marki previsti fil-paragrafu 4 hawn fuq, id-dettalji li ġejjin għandhom jitwaħħlu fi spazju xieraq fuq kull ċinturin li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament:

5.3.4.1.

Marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

5.3.4.1.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” li jigi segwit bin-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (5).

5.3.4.1.2.

Numru tal-approvazzjoni;

5.3.4.2.

Is-simbolu/i addizzjonali li ġej(jin):

5.3.4.2.1.

L-ittra “A” għal ċinturin bi tliet punti ta’ rbit, l-ittra “B” għal ċinturin ta’ fuq il-ħoġor u l-ittra “S” għal ċinturini ta’ tip speċjali.

5.3.4.2.2.

Is-simboli li jissemmew fil-paragrafu 5.3.4.2.1 hawn fuq għandhom jiġu supplimentati mill-immarkar addizzjonali li ġej:

5.3.4.2.2.1.

L-ittra “e” għal ċinturin b’assorbitur tal-enerġija;

5.3.4.2.2.2.

Għal ċinturin li jinkorpora ritrattatur, l-ittra “r”, segwita mis-simbolu (1, 2, 3, 4 jew 4N) tar-ritrattatur użat, skont il-paragrafu 2.14 ta’ dan ir-Regolament, u l-ittra “m” jekk ir-ritrattatur użat huwa ritrattatur li jillokkja f’emerġenza b’sensittività multipla;

5.3.4.2.2.3.

L-ittra “p” fil-każ ta’ ċinturini tas-sikurezza b’apparat għat-tagħbija minn qabel;

5.3.4.2.2.4.

L-ittra “t” fil-każ ta’ ċinturin tas-sikurezza b’ritrattatur li jinkorpora apparat li jnaqqas it-tensjoni;

5.3.4.2.2.5.

Iċ-ċinturini mgħammra b’ritrattatur tat-tip 4N għandu jkollhom fuqhom simbolu li jikkonsisti minn rettangolu b’vettura tal-kategorija M1 maqtugħa b’salib, li jindika li l-użu ta’ dan it-tip ta’ ritrattatur huwa projbit fil-vetturi ta’ dik il-kategorija.

5.3.4.2.2.6.

Jekk iċ-ċinturin tas-sikurezza jiġi approvat skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.4.1.3.3 ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun immarkat bil-kelma “AIRBAG” f’rettangolu.

5.3.4.2.3.

Is-simbolu li jissemma fil-paragrafu 5.3.4.2.1 hawn fuq għandu jkollu quddiemu l-ittra “Z” meta ċ-ċinturin tas-sikurezza huwa parti minn sistema tat-trażżin.

5.3.5.

Il-paragrafu 2 tal-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.

5.3.6.

Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 5.3.4 hawn fuq għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma għandhomx ikunu jistgħu jitħassru, u jistgħu jew jitwaħħlu b’mod permanenti permezz ta’ tikketta inkella permezz ta’ mmarkar dirett. It-tikketta jew l-immarkar għandhom ikunu reżistenti għall-użu.

5.3.7.

It-tikketti li jissemmew fil-paragrafu 5.3.6 hawn fuq jistgħu jinħarġu jew mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni jew mill-manifattur, li jkun ingħata l-awtorizzazzjoni minn dik l-Awtorità.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

6.1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.1.1.   Kull kampjun imressaq skont il-paragrafi 3.2.2.2, 3.2.2.3 u 3.2.2.4 hawn fuq għandu jissodisfa l-ispeċfikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament.

6.1.2.   Iċ-ċinturin jew is-sistema tat-trażżin għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li meta jiġu installati b’mod korrett u jintużaw b’mod xieraq mill-okkupant, f’każ ta’ inċident jaħdmu kif suppost u jnaqqsu r-riskju ta’ feriment fiżiku.

6.1.3.   Iċ-ċineg taċ-ċinturin m’għandhomx ikollhom it-tendenza li jassumu konfigurazzjoni perikoluża.

6.1.4.   L-użu ta’ materjali bi proprjetajiet tal-poliamide 6 fir-rigward taż-żamma tal-ilma huwa projbit fil-partijiet mekkaniċi kollha fejn fenomenu bħal dan x’aktarx ikollu effett negattiv fuq il-ħidma tagħhom.

6.2.   Partijiet riġidi

6.2.1.   Ġenerali

6.2.1.1.   Il-partijiet riġidi taċ-ċinturin tas-sikurezza, bħall-bokkli, l-apparati ta’ aġġustament, iż-żidiet u apparat simili, m’għandux ikollhom truf jaqtgħu li jistgħu jikkawżaw deterjorazzjoni jew tiċrit taċ-ċineg meta jħokku magħhom.

6.2.1.2.   Il-partijiet kollha tal-assemblaġġ taċ-ċinturin li għandhom it-tendenza li jiġu affettwati mill-korrużjoni għandhom ikunu protetti minnha kif xieraq. Wara li jgħaddu mit-test tal-korrużjoni previst fil-paragrafu 7.2 hawn taħt, m’għandhom ikunu viżibbli għal għajnejn osservatur kwalifikat la s-sinjali ta’ deterjorament li x’aktarx itellef mill-funzjonament tajjeb tal-apparat u lanqas kwalunkwe korrużjoni sinifikanti.

6.2.1.3.   Partijiet riġidi maħsuba biex jassorbu l-enerġija jew li għandhom jiġu soġġetti għal jew jitrażmettu tagħbija m’għandhomx ikunu fraġli.

6.2.1.4.   L-oġġetti u l-partijiet riġidi ta’ ċinturin tas-sikurezza li huma magħmula mill-plastik għandhom ikunu ppożizzjonati u installati b’tali mod li ma jkollhomx it-tendenza, matul l-użu ta’ kuljum ta’ vettura motorizzata, li jinqabdu taħt sit li jiċċaqlaq jew f’bieba ta’ dik il-vettura. Jekk kwalunkwe wieħed minn dawn l-oġġetti u minn dawn il-partijiet ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, għandhom ikunu soġġetti għat-test tal-impatt f’kundizzjoni ta’ kesħa speċifikat fil-paragrafu 7.5.4 hawn taħt. Wara t-test, jekk jirriżulta kwalunkwe xaqq viżibbli fi kwalunkwe għata jew ritenitur tal-plastik ta’ oġġett riġidu, il-parti tal-plastik kompluta għandha titneħħa u għandha ssir valutazzjoni dwar jekk l-assemblaġġ li jifdal ikunx għadu tajjeb għall-użu mil-lat ta’ sikurezza kontinwa. Jekk l-assemblaġġ li jifdal ikun għadu sikur, jew ma jkun jidher l-ebda xaqq fih, dan għandu mbagħad jiġi vvalutat fir-rigward tar-rekwiżiti tat-testjar speċifikati fil-paragrafi 6.2.2, 6.2.3 u 6.4 hawn taħt.

6.2.2.   Bokkla

6.2.2.1.   Il-bokkla għandha tkun iddisinjata b’tali mod li ma tippermettix użu mhux korrett. Dan ifisser, inter alia, li ma għandux ikun possibbli li l-bokkla titħalla f’kundizzjoni parzjalment magħluqa. Il-proċedura biex tinfetaħ il-bokkla għandha tkun evidenti. Il-partijiet tal-bokkla li x’aktarx jiġu f’kuntatt ma’ ġisem min jilbisha għandhom ikollhom erja ta’ mhux inqas minn 20 cm2 u wisa’ ta’ mill-inqas 46 mm, imkejla fi pjan li jinsab f’distanza massima ta’ 2,5 mm mis-superfiċje tal-kuntatt. Fil-każ tal-bokkli taċ-ċinturini f’għamla ta’ harness, dan ir-rekwiżit tal-aħħar għandu jitqies bħala ssodisfat jekk l-erja ta’ kuntatt tal-bokkla ma’ ġisem min jilbisha tkun bejn 20 u 40 cm2.

6.2.2.2.   Il-bokkla, anki meta ma tkunx taħt tensjoni, għandha tibqa’ magħluqa, tkun xi tkun il-pożizzjoni tal-vettura. M’għandux ikun possibbli li l-bokkla tinħall b’mod involontarju, b’mod aċċidentali jew b’forza ta’ inqas minn 1 daN. Il-bokkla għandha tkun faċli biex tintuża u biex tinħakem; meta ma tkunx taħt tensjoni u meta tkun taħt it-tensjoni speċifikata fil-paragrafu 7.8.2 hawn taħt, għandha tkun tista’ tinħall minn min jilbisha b’moviment wieħed sempliċi ta’ id waħda f’direzzjoni waħda; barra minn hekk, fil-każ ta’ assemblaġġi ta’ ċinturini li huma maħsuba biex jintużaw għas-sits ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra, ħlief f’dawk iċ-ċinturini f’għamla ta’ harness, għandhom ukoll jippermettu lil min jilbishom li jaqgħlaqhom b’moviment sempliċi ta’ id waħda f’direzzjoni waħda. Il-bokkla għanda tinħall billi tingħafas buttuna jew apparat simili. Is-superfiċje li fuqha għandha tiġi applikata din il-pressjoni għandu jkollha d-dimensjonijiet li ġejjin, bil-buttuna fil-pożizzjoni effettiva biex tinħall u meta proġettata fi pjan perpendikulari għad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna: għal buttuni magħluqa, erja ta’ mhux inqas minn 4,5 cm2 u wisa’ ta’ mhux inqas minn 15 mm; għal buttuni li mhumiex magħluqa, erja ta’ mhux inqas minn 2,5 cm2 u wisa’ ta’ mhux inqas minn 10 mm. L-erja fejn tinħall il-bokkla għandha tkun ta’ lewn aħmar. L-ebda parti oħra tal-bokkla ma għandha tkun dan il-kulur. Meta s-sit ikun okkupat, huwa permess dawl aħmar ta’ twissija fi kwalunkwe parti tal-bokkla jekk dan jintefa’ wara li l-okkupant ikun qafel il-bokkla.

6.2.2.3.   Il-bokkla, meta tiġi ttestjata skont il-paragrafu 7.5.3 hawn taħt, għandha taħdem b’mod normali.

6.2.2.4.   Il-bokkla għandha tiflaħ għat-tħaddim ripetut u, qabel it-test dinamiku speċifikat fil-paragrafu 7.7 hawn taħt, għandha tgħaddi minn 5,000 ċiklu ta’ ftuħ u ta’ għeluq f’kundizzjonijiet normali ta’ użu. Fil-każ tal-bokkli ta’ ċinturini f’għamla ta’ harness, dan it-test jista’ jsir mingħajr ma jiddaħħlu l-ilsna kollha.

6.2.2.5.   Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla fit-test previst fil-paragrafu 7.8 hawn taħt m’għandhiex teċċedi s-6 daN.

6.2.2.6.   Il-bokkla għandha tkun ittestjata għas-saħħa kif previst fil-paragrafi 7.5.1 u, fejn ikun xieraq, 7.5.5 hawn taħt. Ma tridx tiċċarrat, titgħawweġ iżżejjed jew tinqala’ meta tkun taħt it-tensjoni li tirriżulta mit-tagħbija prevista.

6.2.2.7.   Fil-każ ta’ bokkli li jinkorporaw komponent komuni għal żewġ assemblaġġi, it-testijiet tas-saħħa u tal-ħall tal-bokka tal-paragrafi 7.7 u 7.8 hawn taħt għandhom isiru wkoll bil-parti tal-bokkla ta’ assemblaġġ wieħed titqabbad mal-parti korrispondenti tal-assemblaġġ, jekk huwa possibbli li l-bokkla tinqafel b’dan il-mod fl-użu.

6.2.3.   L-apparat ta’ aġġustament taċ-ċinturin

6.2.3.1.   Meta ċ-ċinturin jintlibes, dan għandu jaġġusta ruħu awtomatikament sabiex joqgħod sew fuq min jilbsu jew ikun tali li l-apparat tal-aġġustament manwali jkun faċilment aċċessibbli għall-utent bilqiegħda u għandu jkun konvenjenti u faċli biex jintuża. Għandu jippermetti wkoll li ċ-ċinturin jiġi ssikkat b’id waħda sabiex ikun adattat għad-daqs tal-ġisem ta’ min jilbsu u għall-pożizzjoni tas-sit tal-vettura.

6.2.3.2.   Żewġ kampjuni ta’ kull apparat ta’ aġġustament taċ-ċinturin għandhom jiġu ttestjati skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.3 hawn taħt. Iż-żelqa (slip) taċ-ċinga m’għandiex teċċedi l-25 mm għal kull kampjun ta’ apparat ta’ aġġustament u s-somma taċ-ċaqliq għall-apparati ta’ aġġustament kollha m’għandiex teċċedi l-40 mm.

6.2.3.3.   L-apparati ta’ aġġustament kollha għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa kif previst fil-paragrafu 7.5.1 hawn taħt. Ma jridux jiċċarrtu jew jinqalgħu taħt it-tensjoni li tirriżulta mit-tagħbija prevista.

6.2.3.4.   Meta jiġi ttestjat skont il-paragrafu 7.5.6 hawn taħt, il-forza meħtieġa biex jitħaddem kwalunkwe apparat ta’ aġġustament b’mod manwali m’għandhiex teċċedi l-5 daN.

6.2.4.   Iż-żidiet u l-apparati ta’ aġġustament għall-għoli taċ-ċinturin

Iż-żidiet għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa kif previst fil-paragrafi 7.5.1 u 7.5.2 hawn taħt. L-apparati rilevanti ta’ aġġustament għall-għoli taċ-ċinturin għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa kif previst fil-paragrafu 7.5.2 ta’ dan ir-Regolament, fejn ma jkunux ġew ittestjati fuq il-vettura skont ir-Regolament Nru 14 (fl-aħħar verżjoni tal-emendi għalih), fejn għandhom x’jaqsmu l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza. Dawn il-partijiet ma għandhomx jinkisru jew jinqalgħu taħt it-tensjoni li tirriżulta mit-tagħbija prevista.

6.2.5.   Ritrattaturi

Ir-ritrattaturi għandhom ikunu soġġetti għal testijiet u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati hawn taħt, inklużi t-testijiet għas-saħħa previsti fil-paragrafi 7.5.1 u 7.5.2 hawn taħt. (Dawn ir-rekwiżiti huma tali li jeskludu r-ritrattaturi li ma jillokkjawx.)

6.2.5.1.   Ritrattaturi li jinfetħu b’mod manwali

6.2.5.1.1.

Iċ-ċinga tal-assemblaġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza mgħammra b’ritrattatur li jinfetaħ b’mod manwali m’għandix tiċċaqlaq b’aktar minn 25 mm bejn il-pożizzjonijiet ta’ llokkjar tar-ritrattatur.

6.2.5.1.2.

Iċ-ċinga tal-assemblaġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza għandha tinħareġ sa 6 mm mit-tul massimu tagħha mir-ritrattatur li jinfetaħ manwalment meta tiġi applikata tensjoni ta’ mhux inqas minn 1,4 daN u mhux iktar minn 2,2 daN liċ-ċinga fid-direzzjoni normali tal-ġbid.

6.2.5.1.3.

Iċ-ċinga għandha tinħareġ mir-ritrattatur u titħalla tinġibed lura ripetutament bil-metodu deskritt fil-paragrafu 7.6.1 sakemm jiġi kkompletat 5,000 ċiklu. Ir-ritrattatur mbagħad għandu jkun soġġett għat-test tal-korrużjoni mogħti fil-paragrafu 7.2 u għat-test tat-trab mogħti fil-paragrafu 7.6.3 hawn taħt. Imbagħad għandu jerġa’ jikkompleta b’mod sodisfaċenti 5,000 ċiklu ieħor fejn iċ-ċinga tinħareġ u tinġibed lura. Wara t-testijiet ta’ aktar ‘il fuq, ir-ritrattatur għandu jaħdem b’mod korrett u jibqa’ jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.5.1.1 u 6.2.5.1.2 t’aktar ‘il fuq.

6.2.5.2.   Ritrattaturi li jillokkjaw awtomatikament

6.2.5.2.1.

Iċ-ċinga ta’ assemblaġġ ta’ ċinturin tas-sikurezza mgħammra b’ritrattatur li jillokkja awtomatikament m’għandiex tiċċaqlaq aktar minn 30 mm bejn il-pożizzjonijiet tal-illokkjar tar-ritrattatur. Jekk l-utent jiċċaqlaq lura, iċ-ċinturin għandu jibqa’ fil-pożizzjoni inizjali tiegħu jew jirritorna għal dik il-pożizzjoni awtomatikament mal-movimenti sussegwenti ’l quddiem tal-utent.

6.2.5.2.2.

Jekk ir-ritrattatur ikun parti miċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor, il-forza ta’ ritrattazzjoni taċ-ċinga m’għandhiex tkun inqas minn 0,7 daN meta mkejla fit-tul ħieles bejn il-manikin u r-ritrattatur skont il-paragrafu 7.6.4 hawn taħt.

Jekk ir-ritrattatur ikun parti minn trażżin tal-parti ta’ fuq tat-torso, il-forza ta’ ritrattazzjoni taċ-ċinga għandha tkun ta’ mhux inqas minn 0,1 daN u mhux iktar minn 0,7 daN meta mkejla b’mod simili.

6.2.5.2.3.

Iċ-ċinga għandha tinħareġ mir-ritrattatur u titħalla tinġibed lura b’mod ripetut bil-metodu deskritt fil-paragrafu 7.6.1 sakemm jiġi kkompletat 5,000 ċiklu. Ir-ritrattatur mbagħad għandu jiġi soġġett għat-test ta’ korrużjoni mogħti fil-paragrafu 7.2 u wara dak għat-test tat-trab mogħti fil-paragrafu 7.6.3 hawn taħt. Imbagħad għandu jerġa’ jikkompleta b’mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor fejn iċ-ċinga tinħareġ u titħalla tinġibed lura. Wara t-testijiet imsemmija hawn fuq, ir-ritrattatur għandu jibqa’ jaħdem b’mod korrett u jibqa’ jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.5.2.1 u 6.2.5.2.2 t’hawn fuq.

6.2.5.3.   Ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza

6.2.5.3.1.

Ritrattatur li jillokkja f’emerġenza, meta jiġi ttestjat skont il-paragrafu 7.6.2 hawn taħt, għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet t’hawn taħt. Fil-każ ta’ sensittività unika, skont il-paragrafu 2.14.4.1 ta’ dan ir-Regolament, huma validi biss l-ispeċifikazzjonijiet rigward id-deċellerazzjoni tal-vettura.

6.2.5.3.1.1.

L-illokkjar għandu jseħħ meta d-deċellerazzjoni tal-vettura tilħaq iż-0,45 g (6) fil-każ tar-ritrattaturi tat-tip 4 jew 0,85 g fil-każ ta’ dawk tat-tip 4N.

6.2.5.3.1.2.

Ma għandux jillokkja għal valuri ta’ aċċellerazzjoni taċ-ċinga mkejla fid-direzzjoni tal-estrazzjoni taċ-ċinga ta’ inqas minn 0.8 g fil-każ tar-ritrattaturi tat-tip 4 jew ta’ inqas minn 1,0 g fil-każ tar-ritrattaturi tat-tip 4N.

6.2.5.3.1.3.

Ma għandux jillokkja meta l-apparat sensittiv tiegħu jkun inklinat bi 12o jew b’inqas fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-installazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu.

6.2.5.3.1.4.

Għandu jillokkja meta l-apparat sensittiv tiegħu jiġi inklinat b’aktar minn 27o fil-każ tar-ritrattaturi tat-tip 4 jew b’40o fil-każ tat-tip 4N fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-installazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu.

6.2.5.3.1.5.

F’każijiet fejn it-tħaddim ta’ ritrattatur jiddependi minn sinjal jew minn sors estern ta’ enerġija, id-disinn għandu jiżgura li r-ritrattatur jillokkja awtomatikament meta dak is-sinjal jew dak is-sors tal-enerġija jiġrilu xi ħsara jew jiġi interrott. Madanakollu, dan ir-rekwiżit mhemmx għalfejn jiġi ssodisfat fil-każ ta’ ritrattatur b’sensittivitajiet multipli, sakemm sensittività waħda biss tkun dipendenti minn sinjal jew sors tal-enerġija estern u l-ħsara tas-sinjal jew tas-sors tal-enerġija tiġi indikata lis-sewwieq b’mezzi ottiċi u/jew akustiċi.

6.2.5.3.2.

Meta jiġi ttestjat skont il-paragrafu 7.6.2 hawn taħt, ritrattatur li jillokkja f’emerġenza b’sensittività multipla, inkluża s-sensittività taċ-ċinga, għandu jikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi u anki jillokkja meta l-aċċellerazzjoni taċ-ċinga mkejla fid-direzzjoni ta’ fejn qed tinħall ma tkunx inqas minn 3,0 g.

6.2.5.3.3.

Fil-każ tat-testijiet imsemmija fil-paragrafi 6.2.5.3.1 u 6.2.5.3.2 hawn fuq, l-ammont ta’ moviment taċ-ċinga li jista’ jkun hemm qabel ma r-ritrattatur jillokkja m’għandux jeċċedi l-50 mm li jibda mit-tul mogħti fil-paragrafu 7.6.2.1. Fil-każ tat-test imsemmi fil-paragrafu 6.2.5.3.1.2. hawn fuq, l-illokkjar ma għandux isseħħ matul il-50 mm tal-moviment taċ-ċinga li jibda mit-tul mogħti fil-paragrafu 7.6.2.1. hawn taħt.

6.2.5.3.4.

Jekk ir-ritrattatur ikun parti miċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor, il-forza ta’ ritrattazzjoni taċ-ċinga m’għandiex tkun inqas minn 0,7 daN meta mkejla fit-tul ħieles bejn il-manikin u r-ritrattatur skont il-paragrafu 7.6.4.

Jekk ir-ritrattatur ikun parti minn trażżin tal-parti ta’ fuq tat-torso, il-forza ta’ ritrattazzjoni taċ-ċinga m’għandhiex tkun inqas minn 0,1 daN u mhux iktar minn 0,7 daN meta mkejla b’mod simili, ħlief għal ċinturin mgħammar b’apparat li jnaqqas it-tensjoni, f’liema każ, il-forza minima li tiġbed lura tista’ titnaqqas għal 0,05 daN biss meta apparat ta’ din ix-xorta jkun qed jitħaddem. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-forza ta’ ritrattazzjoni għandha titkejjel fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-gwida jew it-taljola.

Jekk l-assemblaġġ jinkorpora apparat li mat-tħaddim manwali jew awtomatiku ma jħallix liċ-ċinga milli tinġibed lura għalkollox, apparat ta’ din ix-xorta m’għandux jitħaddem meta jkunu qed jiġu vvalutati dawn ir-rewkiżiti.

Jekk l-assemblaġġ jinkorpora apparat li jnaqqas it-tensjoni, il-forza ta’ ritrattazzjoni taċ-ċinga deskritta aktar ‘il fuq għandha tiġi mkejla meta l-apparat ikun qed jitħaddem kif ukoll meta ma jkunx qed jitħaddem - meta dawn ir-rekwiżiti jkunu qed jiġu vvalutati, kemm qabel kif ukoll wara t-testijiet tad-durabbiltà skont il-paragrafu 6.2.5.3.5 hawn taħt.

6.2.5.3.5.

Iċ-ċinga għandha tinħareġ mir-ritrattatur u titħalla tinġibed lura b’mod ripetut bil-metodu deskritt fil-paragrafu 7.6.1 sakemm jiġi kkompletat 40 000 ċiklu. Ir-ritrattatur mbagħad għandu jiġi soġġett għat-test ta’ korrużjoni previst fil-paragrafu 7.2 u wara għat-test tat-trab preskritt fil-paragrafu 7.6.3 hawn taħt. Imbagħad għandu jikkompleta b’mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor (jiġifieri 45 000 b’kollox).

Jekk l-assemblaġġ jinkorpora apparat li jnaqqas it-tensjoni, it-testijiet t’aktar ‘il fuq għandhom isiru kemm meta l-apparat li jnaqqas it-tensjoni ikun qed jitħaddem kif ukoll meta ma jkunx qed jitħaddem.

Wara t-testijiet imsemmija hawn fuq, ir-ritrattatur għandu jaħdem b’mod korrett u jibqa’ jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.5.3.1, 6.2.5.3.3 u 6.2.5.3.4 t’aktar ‘il fuq.

6.2.5.4.   Wara t-test ta’ durabbiltà skont il-paragrafu 6.2.5.3.5, u immedjatament wara l-kejl tal-forza ta’ ritrattazzjoni skont il-paragrafu 6.2.5.3.4 hawn fuq, ir-ritrattaturi jridu jissodisfaw iż-żewġ speċifikazzjonijiet li jmiss:

6.2.5.4.1.

Meta ir-ritrattaturi, ħlief ir-ritrattaturi li jillokkjaw awtomatikament, jiġu ttestjati skont il-paragrafu 7.6.4.2 hawn taħt, ir-ritrattaturi jridu jkunu kapaċi jevitaw kwalunkwe laxkezza bejn it-torso u ċ-ċinturini, u,

6.2.5.4.2.

Meta l-bokkla tinħall biex jinħareġ l-ilsien, ir-ritrattatur biss irid ikun jista’ jiġbed liċ-ċinga għalkollox lura.

6.2.6.   L-apparat għat-tagħbija minn qabel

6.2.6.1.   Wara li jitressaq għall-ittestjar tal-korrużjoni skont il-paragrafu 7.2 t’hawn taħt, l-apparat għat-tagħbija minn qabel (inkluż is-sensor tal-impatt imqabbad mal-apparat bil-konnekters oriġinali mingħajr ma jgħaddi l-ebda kurrent minnhom) għandu jaħdem normalment.

6.2.6.2.   Għandu jiġi vverifikat li t-tħaddim involontarju tal-apparat ma jinvolvi l-ebda riskju ta’ feriment fiżiku għal min jilbsu.

6.2.6.3.   Fil-każ ta’ apparati pirotekniċi għat-tagħbija minn qabel:

6.2.6.3.1.

Wara li jkun tressaq għall-ikkundizzjonar skont il-paragrafu 7.9.1 hawn taħt, it-tħaddim tal-apparat għat-tagħbija minn qabel ma jridx ikun ġie attivat mit-temperatura u l-apparat għandu jaħdem normalment.

6.2.6.3.2.

Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex ma jitħalliex li l-gassijiet sħan li jintefgħu ‘il barra jkebbsu l-materjali li jinħarqu li jistgħu ikunu fil-qrib.

6.3.   Ċineg

6.3.1.   Ġenerali

6.3.1.1.   Il-karatteristiki taċ-ċineg għandhom ikunu tali li jkun żgurat li l-pressjoni tagħhom fuq ġisem min jilbishom tkun imqassma kemm jista’ jkun b’mod bilanċjat tul il-wisa’ tagħhom u li ma jinbarmux, anki meta jkunu taħt tensjoni. Għandu jkollhom kapaċitajiet ta’ assorbiment tal-enerġija u ta’ tixrid tal-enerġija. Iċ-ċineg għandu jkollhom ċmus irfinuti li m’għandhomx jinħallu bl-użu.

6.3.1.2.   Il-wisa’ taċ-ċinga mgħobbija b’980 daN + 100 - 0 daN m’għandhiex tkun inqas minn 46 mm. Din id-dimensjoni għandha titkejjel skont it-test previst fil-paragrafu 7.4.3 hawn taħt u mingħajr ma titwaqqaf il-magna fit-tagħbija msemmija fuq (7).

6.3.2.   Is-saħħa wara l-ikkundizzjonar fil-kamra

Fil-każ taż-żewġ kampjuni ta’ ċineg ikkundizzjonati skont il-paragrafu 7.4.1.1 it-tagħbija tat-tiċrit taċ-ċinga, iddeterminata kif previst fil-paragrafu 7.4.2 hawn taħt, m’għandhiex tkun inqas minn 1,470 daN. Id-differenza bejn it-tagħbijiet tat-tiċrit taż-żewġ kampjuni m’għandhiex teċċedi l-10 fil-mija tal-akbar mit-tagħbijiet li jqattgħu mkejla.

6.3.3.   Is-saħħa wara l-ikkundizzjonar speċjali

Fil-każ taż-żewġ kampjuni ta’ ċineg ikkundizzjonati skont waħda mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.4.1 (ħlief 7.4.1.1) hawn taħt, it-tagħbija tat-tiċrit ċ-ċinga m’għandhiex tkun inqas minn 75 fil-mija tal-medja tat-tagħbijiet iddeterminati fit-test imsemmi fil-paragrafu 6.3.2 u mhux inqas minn 1 470 daN. Is-Servizz Tekniku li jagħmel it-testijiet jista’ jħalli barra wieħed jew aktar minn dawn it-testijiet jekk il-kompożizzjoni tal-materjal użat jew l-informazzjoni diġà disponibbli twassal biex it-test jew it-testijiet isir(u) żejjed/żejda.

6.4.   L-assemblaġġ taċ-ċinturin jew is-sistema tat-trażżin

6.4.1.   Test dinamiku

6.4.1.1.   L-assemblaġġ taċ-ċinturin jew is-sistema tat-trażżin għandhom ikunu soġġetti għal test dinamiku skont il-paragrafu 7.7 hawn taħt.

6.4.1.2.   It-test dinamiku għandu jsir fuq żewġ assemblaġġi ta’ ċinturin li qatt ma jkunu tqiegħdu taħt tagħbija, ħlief fil-każ ta’ assemblaġġi taċ-ċinturin li jifformaw parti minn sistemi ta’ trażżin meta t-test dinamiku jsir fuq is-sistemi ta’ trażżin li huma maħsuba għal grupp wieħed ta’ sits li qatt ma jkunu ġew mgħobbija qabel. Il-bokkli tal-assemblaġġi taċ-ċinturin li għandhom jiġu ttestjati għandhom ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2.4 hawn fuq. Fil-każ taċ-ċinturini tas-sikurezza b’ritrattaturi, ir-ritrattatur għandu jkun ġie soġġett għat-test tar-reżistenza għat-trab stabbilit fil-paragrafu 7.6.3; barra minn hekk, fil-każ taċ-ċinturini tas-sikurezza jew tas-sistemi ta’ trażżin mgħammra b’apparat għat-tagħbija minn qabel li jinkludi mezzi pirotekniċi, l-apparat għandu jkun ġie soġġett għall-ikkundizzjonar speċifikat fil-paragrafu 7.9.1 hawn taħt.

6.4.1.2.1.

Iċ-ċinturini għandhom ikunu għaddew mit-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 7.2, u warajh il-bokkli għandhom ikunu soġġetti għal 500 ċiklu addizzjonali ta’ ftuħ u ta’ għeluq f’kundizzjonijiet normali tal-użu.

6.4.1.2.2.

Iċ-ċinturini tas-sikurezza bir-ritrattaturi għandhom ikunu ġew soġġetti jew għat-testijiet deskritti fil-paragrafu 6.2.5.2 jew għal dawk deskritti fil-paragrafu 6.2.5.3 hawn fuq. Jekk madanakollu, ritrattatur diġà kien soġġett għat-test tal-korrużjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.4.1.2.1 hawn fuq, dan it-test mhemmx għalfejn jiġi ripetut.

6.4.1.2.3.

Fil-każ ta’ ċinturin li huwa maħsub biex jintuża b’apparat għall-aġġustament tal-għoli taċ-ċinturin, kif iddefinit fil-paragrafu 2.14.6 hawn fuq, it-test għandu jsir bl-apparat aġġustat fl-aktar pożizzjoni(jiet) sfavorevoli magħżula mis-Servizz Tekniku responsabbli għall-ittestjar. Madanakollu, jekk l-apparat għall-aġġustament tal-għoli taċ-ċinturin ikun magħmul mill-ankraġġ taċ-ċinturin, kif approvat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 14, is-Servizz Tekniku responsabbli għall-ittestjar, skont id-diskrezzjoni tiegħu, jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.7.1 hawn taħt.

6.4.1.2.4.

Fil-każ taċ-ċinturin tas-sikurezza b’apparat għat-tagħbija minn qabel l-ispostament minimu speċifikat fil-paragrafu 6.4.1.3.2 hawn taħt jista’ jitnaqqas bin-nofs. Għall-fini ta’ dan it-test, l-apparat għat-tagħbija minn qabel għandu jkun qed jitħaddem.

6.4.1.2.5.

Fil-każ ta’ ċinturin tas-sikurezza b’apparat li jnaqqas it-tensjoni, għandu jkun ġie soġġett għal test ta’durabbiltà b’apparat ta’ din ix-xorta li jkun qed jitħaddem skont il-paragrafu 6.2.5.3.5 qabel test dinamiku. It-test dinamiku mbagħad għandu jsir bl-apparat li jnaqqas it-tensjoni meta jkun qed jitħaddem.

6.4.1.3.   Matul dan it-test, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

6.4.1.3.1.

L-ebda parti mill-assemblaġġ taċ-ċinturin jew mis-sistema ta’ trażżin li taffettwa t-trażżin tal-okkupant m’għandha tinkiser u l-ebda bokkla jew sistema ta’ llokkjar jew sistema ta’ spostament m’għandha tinħall jew tinfetaħ; kif ukoll

6.4.1.3.2.

L-ispostament ‘il quddiem tal-manikin għandu jkun ta’ bejn 80 u 200 mm fil-livell tal-pelvi fil-każ taċ-ċinturini ta’ fuq il-ħoġor. Fil-każ ta’ tipi oħra ta’ ċinturini, l-ispostament ‘il quddiem għandu jkun ta’ bejn 80 u 200 mm fil-livell tal-pelvi, u ta’ bejn 100 u 300 mm fil-livell tas-sider. Fil-każ ta’ ċinturin f’għamla ta’ harness, l-ispostament minimu speċifikat hawn fuq jista’ jitnaqqas bin-nofs. Dawn l-ispostamenti għandhom jitqiesu f’relazzjoni mal-punti ta’ kejl murija fil-Grafika 6 tal-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament.

6.4.1.3.3.

Fil-każ ta’ ċinturin tas-sikurezza maħsub biex jintuża f’pożizzjoni bilqiegħda fuq quddiem fuq in-naħa ta’ barra, liema pożizzjoni ta’ bilqiegħda tkun protetta permezz ta’ airbag quddiemha, l-ispostament tal-punt ta’ referenza tas-sider jista’ jeċċedi dak speċifikat fil-paragrafu 6.4.1.3.2 hawn fuq, jekk il-veloċità tiegħu f’dan il-valur ma teċċedix l-24 km/siegħa.

6.4.1.4.   Fil-każ ta’ sistema tat-trażżin:

6.4.1.4.1.

Il-moviment tal-punt ta’ referenza tas-sider jista’ jeċċedi dak speċifikat fil-paragrafu 6.4.1.3.2 hawn fuq jekk jista’ jintwera permezz ta’ kalkolu inkella b’test ieħor li l-ebda parti mit-torso jew mir-ras tal-manikin li ntużat fit-test dinimiku ma kienet tiġi f’kuntatt ma’ kwalunkwe parti riġida ‘l quddiem tal-vettura ħlief għas-sider mal-assemblaġġ tal-istering, jekk dan l-assemblaġġ jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 12 u sakemm ma jkunx hemm kuntatt f’veloċità ogħla minn 24 km/siegħa. Għal din il-valutazzjoni, is-sit għandu jitqies li huwa fil-pożizzjoni speċifikata fil-paragrafu 7.7.1.5 hawn taħt.

6.4.1.4.2.

F’vetturi fejn jintużaw apparati ta’ din ix-xorta, is-sistemi tal-ispostament u tal-illokkjar li jippermettu lill-okkupanti tas-sits kollha li joħorġu mill-vettura għandhom jibqgħu jistgħu jitħaddmu bl-id wara t-test dinamiku.

6.4.1.5.   Bħala deroga, f’każ ta’ sistema tat-trażżin, l-ispostamenti jistgħu jkunu akbar minn dawk speċifikati fil-paragrafu 6.4.1.3.2 fil-każ li ankraġġ ta’ fuq imwaħħal mas-sit jibbenefika minn deroga prevista fil-paragrafu 7.4 tar-Regolament Nru 14.

6.4.2.   Saħħa wara l-ikkundizzjonar tal-brix

6.4.2.1.   Għaż-żewġ kampjuni kkundizzjonati skont il-paragrafu 7.4.1.6 hawn taħt, is-saħħa tat-tiċrit għandha tiġi vvalutata kif previst fil-paragrafi 7.4.2 u 7.5 hawn taħt. Għandha tkun għall-inqas daqs 75 fil-mija tal-medja tas-saħħa tat-tiċrit iddeterminata matul is-testijiet fuq ċineg mhux mibruxa u mhux inqas mit-tagħbija minima speċifikata għall-oġġett li qed jiġi ttestjat. Id-differenza bejn is-saħħa tat-tiċrit taż-żewġ kampjuni m’għandhiex taqbeż l-20 fil-mija tal-ogħla saħħa tat-tiċrit imkejla. Għall-proċeduri tat-tip 1 u tat-tip 2, it-test tas-saħħa tat-tiċrit għandu jsir fuq kampjuni ta’ ċineg biss (il-para. 7.4.2). Għall-proċedura tat-tip 3, it-test tas-saħħa tat-tiċrit għandu jsir fuq iċ-ċinga flimkien mal-komponent metalliku involut (il-para. 7.5).

6.4.2.2.   Il-partijiet tal-assemblaġġ taċ-ċinturin li jkunu se jiġu soġġetti għal proċedura ta’ brix jingħataw fit-tabella li ġejja u t-tipi ta’ proċeduri li jistgħu jkunu xierqa għalihom huma indikati b’“x”. Għal kull proċedura għandu jintuża kampjun ġdid.

 

Proċedura 1

Proċedura 2

Proċedura 3

Żieda

x

Gwida jew Taljola

x

Ingassa tal-bokkla

x

x

Apparat ta’ aġġustament

x

x

Partijiet meħjuta maċ-ċinga

x

7.   TESTIJIET

7.1.   L-użu tal-kampjuni mressqa għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ ċinturin jew ta’ sistema tat-trażżin (ara l-Anness 13 ta’ dan ir-Regolament)

7.1.1.   Żewġ ċinturini jew sistemi ta’ trażżin huma meħtieġa għall-ispezzjoni tal-bokkla, għat-test tal-bokkla f’temperatura baxxa, għat-test tat-temperatura baxxa deskritt fil-paragrafu 7.5.4 hawn taħt fejn ikun meħtieġ, għat-test ta’ durabbiltà tal-bokkla, għat-test tal-korrużjoni taċ-ċinturin, għat-testijiet tat-tħaddim tar-ritrattatur, għat-test dinamiku u għat-test tal-ftuħ tal-bokkla wara t-test dinamiku. Wieħed minn dawn iż-żewġ kampjuni għandu jintuża għall-ispezzjoni taċ-ċinturin jew tas-sistema tat-trażżin.

7.1.2.   Huwa meħtieġ ċinturin wieħed jew sistema tat-trażżin waħda għall-ispezzjoni tal-bokkla u għat-test tas-saħħa fuq il-bokkla, fuq il-montaturi taż-żidiet, fuq l-apparati ta’ aġġustament taċ-ċinturin u, fejn ikun meħtieġ, fuq ir-ritrattaturi.

7.1.3.   Huma meħtieġa żewġ ċinturini jew żewġ sistemi ta’ trażżin għall-ispezzjoni tal-bokkla, għat-test tal-micro-slip u għat-test tal-brix. It-test tat-tħaddim tal-apparat ta’ aġġustament taċ-ċinturin għandu jsir fuq wieħed minn dawn iż-żewġ kampjuni.

7.1.4.   Il-kampjun taċ-ċinga għandu jintuża għall-ittestjar tas-saħħa tat-tiċrit taċ-ċinga. Parti minn dan il-kampjun għandu jkun ippreservat sakemm l-approvazzjoni tibqa’ valida.

7.2.   Test tal-korrużjoni

7.2.1.   Assemblaġġ sħiħ taċ-ċinturin tas-sikurezza għandu jitqiegħed f’kompartiment għall-ittestjar kif inhu previst fl-Anness 12 ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ assemblaġġ li jinkorpora ritrattatur, iċ-ċinga għandha tinħall għat-tul sħiħ ħlief għal 300 + 3 mm. Ħlief għal interruzzjonijiet qosra li jistgħu jkunu meħtieġa, pereżempju, biex tkun ikkontrollata u tiżdied is-soluzzjoni tal-melħ, it-test tal-esponiment għandu jipproċedi b’mod kontinwu għal perjodu ta’ 50 siegħa.

7.2.2.   Malli jkun ikkompletat it-test tal-esponiment, l-assemblaġġ għandu jiġi maħsul bil-mod, jew jiġi mgħaddas f’ilma ġieri nadif b’temperatura ta’ mhux aktar minn 38 °C biex jitneħħa kwalunkwe depożitu tal-melħ li seta’ fforma u mbagħad jitħalla jinxef fit-temperatura tal-kompartiment għal 24 siegħa qabel l-ispezzjoni skont il-paragrafu 6.2.1.2 hawn fuq.

7.3.   It-test tal-micro-slip (ara l-Grafika 3 tal-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament)

7.3.1.   Il-kampjuni li għandhom jitressqu għat-test tal-micro-slip għandhom jinżammu għal minimu ta’ 24 siegħa f’atmosfera b’temperatura ta’ 20 ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 65 + 5 fil-mija. It-test għandu jsir f’temperatura bejn 15 u 30 °C.

7.3.2.   Għandu jkun żgurat li s-sezzjoni ħielsa tal-apparat ta’ aġġustament tipponta jew ‘il fuq jew ’l isfel fuq il-bank tat-test, bħal fil-vettura.

7.3.3.   Għandha titwaħħal tagħbija ta’ 5 daN mat-tarf t’isfel tas-sezzjoni taċ-ċinga. It-tarf l-ieħor għandu jkun soġġett għal moviment lura u ’l quddiem, fejn l-amplitudni totali tkun ta’ 300 + 20 mm (ara l-grafika).

7.3.4.   Jekk hemm tarf ħieles li jservi ta’ ċinga ta’ riserva, dan bl-ebda mod ma għandu jkun imqabbad jew ikklippjat mas-sezzjoni mgħobbija.

7.3.5.   Għandu jkun żgurat li fuq il-bank tat-test iċ-ċinga, fil-pożizzjoni laxka, taqa’ f’kurva konkava mill-apparat ta’ aġġustament, bħal fil-vettura. It-tagħbija ta’ 5 daN applikata fuq il-bank tat-test għandha tkun iggwidata vertikalment b’tali mod li ma jitħalliex li t-tagħbija tixxengel u li ċ-ċinturin jinbaram. Iż-żieda għandha tkun marbuta mat-tagħbija ta’ 5 daN bħal fil-vettura.

7.3.6.   Qabel il-bidu effettiv tat-test, għandha tiġi kkompletata serje ta’ 20 ċiklu sabiex is-sistema li tissikka waħidha ssib postha.

7.3.7.   Għandhom jiġu kkompletati 1 000 ċiklu bi frekwenza ta’ 0,5 ċiklu fis-sekonda, fejn l-amplitudni totali tkun ta’ 300 ± 20 mm. It-tagħbija ta’ 5 daN għandha tkun applikata biss matul il-ħin li jikkorrispondi għal ċaqliqa ta’ 100 ± 20 mm għal kull nofs perjodu.

7.4.   L-ikkundizzjonar taċ-ċineg u t-test tas-saħħa tat-tiċrit (statiku)

7.4.1.   L-ikkundizzjonar taċ-ċineg għat-test tas-saħħa tat-tiċrit

Il-kampjuni maqtugħa miċ-ċinga msemmija fil-paragrafu 3.2.2.3 hawn fuq għandhom ikunu kkundizzjonati kif ġej:

7.4.1.1.   L-ikkundizzjonar f’temperatura u igrometrija ambjentali

L-istrixxa għandha tiġi kkundizzjonata skont ISO 139 (2005), permezz tal-atmosfera standard jew l-atmosfera alternattiva standard. Jekk it-test ma jsirx immedjatament wara l-ikkundizzjonar, il-kampjun għandu jitqiegħed f’kontenitur magħluq ermetikament sakemm jinbeda t-test. It-tagħbija tat-tiċrit għandha tkun iddeterminata sa mhux aktar minn 5 minuti wara t-tneħħija taċ-ċinga mill-atmosfera tal-ikkundizzjonar jew mill-kontenitur.

7.4.1.2.   L-ikkundizzjonar tad-dawl

7.4.1.2.1.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni ISO 105-B02 (1994/Amd2:2000). Iċ-ċinga għandha tkun esposta għad-dawl għall-ħin meħtieġ sabiex ikun prodott kuntrast ta’ Grad 4 fuq l-iskala griża fuq iż-Żebgħa Blù Standard Nru 7.

7.4.1.2.2.   Wara l-esponiment, iċ-ċinga għandha tiġi kkundizzjonata kif deskritt fil-paragrafu 7.4.1.1 Jekk it-test ma jsirx immedjatament wara l-ikkundizzjonar, il-kampjun għandu jitqiegħed f’kontenitur magħluq ermetikament sakemm jinbeda t-test. It-tagħbija tat-tiċrit għandha tkun iddeterminata fi żmien ħames minuti wara t-tneħħija taċ-ċinga mill-installazzjoni tal-ikkundizzjonar.

7.4.1.3.   L-ikkundizzjonar tal-kesħa

7.4.1.3.1.   Iċ-ċinga għandha tiġi kkundizzjonata kif deskritt fil-paragrafu 7.4.1.1 hawn fuq

7.4.1.3.2.   Iċ-ċinga mbagħad għandha tinżamm għal siegħa u nofs fuq superfiċje ċatta f’kompartiment b’temperatura baxxa fejn it-temperatura tal-arja tkun ta’ – 30 ± 5 °C. Din imbagħad għandha tintewa u t-tinja għandha titgħabba b’massa ta’ 2 kg li qabel tkun ġiet imkessħa għal temperatura ta’ – 30 ± 5 °C. Meta ċ-ċinga tkun inżammet mgħobbija għal 30 minuta fl-istess kompartiment b’temperatura baxxa, il-massa għandha titneħħa u t-tagħbija tat-tiċrit għandha titkejjel sa mhux aktar minn 5 minuti wara t-tneħħija taċ-ċinga mill-kompartiment b’temperatura baxxa.

7.4.1.4.   L-ikkundizzjonar tas-sħana

7.4.1.4.1.   Iċ-ċinga għandha tinżamm għal tliet sigħat f’armarju tat-tisħin f’atmosfera b’temperatura ta’ 60 + 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 65 + 5 fil-mija.

7.4.1.4.2.   It-tagħbija tat-tiċrit taċ-ċinga għandha tiġi determinata sa ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-kompartiment li jsaħħan.

7.4.1.5.   L-esponiment għall-ilma

7.4.1.5.1.   Iċ-ċinga għandha tinżamm mgħaddsa għalkollox għal tliet sigħat f’ilma distillat, f’temperatura ta’ 20 ± 5 °C, li miegħu jkunu ġew miżjuda traċċi ta’ aġent tat-tixrib. Jista’ jintuża kwalunkwe aġent tat-tixrib adattat għall-fibra li qed tiġi ttestjata.

7.4.1.5.2.   It-tagħbija tat-tiċrit taċ-ċinga għandha tiġi determinata sa 10 minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-ilma.

7.4.1.6.   L-ikkundizzjonar tal-brix

7.4.1.6.1.   L-ikkundizzjonar tal-brix isir fuq kull apparat fejn iċ-ċinga tiġi f’kuntatt ma’ parti riġida taċ-ċinturin, bl-eċċezzjoni tal-apparati ta’ aġġustament kollha fejn it-test tal-micro-slip (7.3) juri li ċ-ċinga tiżloq b’inqas minn nofs il-valur previst, f’liema każ ma tkunx meħtieġa l-proċedura 1 tal-ikkundizzjonar tal-brix (7.4.1.6.4.1). Is-setting fuq l-apparat tal-ikkundizzjonar iżomm bejn wieħed u ieħor il-pożizzjoni relattiva taċ-ċinga u tal-erja ta’ kuntatt.

7.4.1.6.2.   Il-kampjuni għandhom jiġu kkundizzjonati kif deskritt fil-paragrafu 7.4.1.1. It-temperatura ambjentali matul il-proċedura tal-brix għandha tkun ta’ bejn 15 u 30 °C.

7.4.1.6.3.   Fit-tabella hawn taħt huma elenkati l-kundizzjonijiet ġenerali għal kull proċedura ta’ brix.

 

Tagħbija

daN

Frekwenza Hz

Ċikli

Numri

Ċaqliq

mm

Proċedura 1

2,5

0,5

5 000

300 ± 20

Proċedura 2

0,5

0,5

45 000

300 ± 20

Proċedura 3 (*)

0 sa 5

0,5

45 000

Iċ-ċaqliq mogħti fil-ħames kolonna ta’ din it-tabella jirrappreżenta l-amplitudni ta’ moviment lura u ’l quddiem applikat liċ-ċinga.

7.4.1.6.4.   Proċeduri ta’ kundizzjonar partikolari

7.4.1.6.4.1.

Il-proċedura 1: għal każijiet fejn iċ-ċinga tgħaddi minn apparat ta’ aġġustament.

Fuq tarf wieħed taċ-ċinga għandha tinżamm tagħbija vertikali stabbli ta’ 2,5 daN — it-tarf l-ieħor taċ-ċinga għandu jkun imqabbad ma’ apparat li jagħti liċ-ċinga moviment orizzontali lura u ‘l quddiem.

L-apparat ta’ aġġustament għandu jitqiegħed fuq iċ-ċinga orizzontali b’tali mod li ċ-ċinga tibqa’ taħt tensjoni (ara l-Grafika 1 tal-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament).

7.4.1.6.4.2.

Il-proċedura 2: għal każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni meta tkun qed tgħaddi minn parti riġida.

Matul dan it-test, l-angoli taċ-ċineg għandhom jinżammu kif muri fil-Grafika 2 tal-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

Matul it-test, għandha tinżamm tagħbija stabbli ta’ 0,5 daN.

Għal każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni aktar minn darba meta tkun għaddejja minn parti riġida, it-tagħbija ta’ 0,5 daN tista’ tiġi miżjuda sabiex jinkiseb il-moviment previst taċ-ċinga ta’ 300 mm minn ġewwa dik il-parti riġida.

7.4.1.6.4.3.

Il-proċedura 3: għal każijiet fejn iċ-ċinga hija marbuta ma’ parti riġida permezz ta’ ħjata jew b’mezzi simili.

Il-moviment totali lura u ’l quddiem għandu jkun ta’ 300 ± 20 mm imma t-tagħbija ta’ 5 daN għandha tkun applikata biss matul ċaqliq ta’ 100 ± 20 mm għal kull nofs perjodu (ara l-Grafika 3 tal-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament).

7.4.2.   It-test tas-saħħa tat-tiċrit taċ-ċinga (it-test statiku)

7.4.2.1.   It-test għandu jsir kull darba fuq żewġ kampjuni ġodda ta’ ċinga, ta’ tul suffiċjenti, ikkundizzjonati skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.4.1 hawn fuq.

7.4.2.2.   Kull ċinga għandha tinqabad bejn il-klamps ta’ magna li tittestja t-tensjoni. Il-klamps għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkun evitat li ċ-ċinga tiċċarrat meta tkun fihom jew qribhom. Il-veloċità tat-traversa għandha tkun ta’ 100 mm/min. It-tul ħieles tal-kampjun bejn il-klamps tal-magna fil-bidu tat-test għandu jkun ta’ 200 mm ± 40 mm.

7.4.2.3.   It-tensjoni għandha tiżdied sakemm iċ-ċinga tiċċarrat, u t-tagħbija tat-tiċrit għandha tiġi nnotata.

7.4.2.4.   Jekk iċ-ċinga tiżloq jew tiċċarrat meta tkun f’distanza ta’ 10 mm jew inqas minn kwalunkwe waħda mill-klamps, it-test għandu jitqies bħala invalidu u għandu jsir test ġdid fuq kampjun ieħor.

7.4.3.   Wisa’ bit-tagħbija

7.4.3.1.   It-test għandu jsir kull darba fuq żewġ kampjuni ġodda ta’ ċinga, ta’ tul suffiċjenti, ikkundizzjonati skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.4.1 hawn fuq.

7.4.3.2.   Kull ċinga għandha tinqabad bejn il-klamps ta’ magna li tittestja t-tensjoni. Il-klamps għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkun evitat li ċ-ċinga tiċċarrat fil-punt fejn jaqbduha, jew qribhom. Il-veloċità tat-traversa għandha tkun ta’ madwar 100 mm/min. It-tul ħieles tal-kampjun bejn il-klamps tal-magna fil-bidu tat-test għandu jkun ta’ 200 mm ± 40 mm.

7.4.3.3.   Meta t-tagħbija tilħaq id-980 daN + 100 – 0 daN, il-magna għandha titwaqqaf u l-kejl għandu jitlesta qabel jgħaddu 5 sekondi. It-test għandu jsir b’mod separat mit-test tat-tensjoni.

7.5.   It-test tal-komponenti tal-assemblaġġ taċ-ċinturin li jinkorporaw partijiet riġidi

7.5.1.   Il-bokkla u l-apparat ta’ aġġustament għandhom ikunu mqabbda mal-apparat li jittestja t-tensjoni mill-partijiet tal-assemblaġġ taċ-ċinturin li normalment ikunu mwaħħla magħhom, u t-tagħbija mbagħad għandha tiġi miżjuda progressivament sa 980 daN.

Fil-każ taċ-ċinturini f’għamla ta’ harness, il-bokkla għandha tiġi mqabbda mal-apparat tal-ittestjar miċ-ċineg li huma mwaħħla mal-bokkla u mal-ilsien jew maż-żewġ ilsna li jinsabu bejn wieħed u ieħor b’mod simmetriku għaċ-ċentru ġeometriku tal-bokkla. Jekk il-bokkla jew l-apparat ta’ aġġustament, huwa parti miż-żieda jew mill-parti komuni ta’ ċinturin bi tliet punti, il-bokkla jew l-apparat ta’ aġġustament għandu jiġi ttestjat maż-żieda, skont il-paragrafu 7.5.2 hawn taħt, ħlief fil-każ ta’ ritrattaturi li għandhom taljola jew gwida għaċ-ċinga fl-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin, meta t-tagħbija tkun ta’ 980 daN u t-tul taċ-ċinga li jibqa’ mkebbeb fuq ir-rukkell għandu jkun it-tul li jirriżulta minn illokkjar kemm jista’ jkun qrib il-450 mm mit-tarf taċ-ċinga.

7.5.2.   Iż-żidiet u kwalunkwe apparat ta’ aġġustament għall-għoli taċ-ċinturin għandhom jiġu ttestjati bil-mod indikat fil-paragrafu 7.5.1 hawn fuq, imma t-tagħbija għandha tkun ta’ 1,470 daN u, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-paragrafu 7.7.1 hawn taħt, għandha tkun applikata fil-kundizzjonijiet l-inqas favorevoli li x’aktarx iseħħu f’vettura fejn iċ-ċinturin ikun installat b’mod korrett. Fil-każ ta’ ritrattaturi, it-test isir biċ-ċinga kompletament maħlula mir-rukkell.

7.5.3.   Żewġ kampjuni tal-assemblaġġ sħiħ taċ-ċinturin għandhom jitqiegħdu f’armarju mkessaħ f’temperatura ta’ – 10 ± 1 °C għal sagħtejn. Il-partijiet tal-bokkla li jidħlu f’xulxin għandhom jiġu mqabbda flimkien b’mod manwali immedjatament wara li jitneħħew mill-armarju imkessaħ.

7.5.4.   Żewġ kampjuni tal-assemblaġġ sħiħ taċ-ċinturin għandhom jitqiegħdu f’armarju mkessaħ f’temperatura ta’ – 10 ± 1 °C għal sagħtejn. L-oġġetti u l-partijiet riġidi magħmula mill-plastik li qed jiġu ttestjati mbagħad għandhom jitqiegħdu wieħed wara l-ieħor fuq superfiċje tal-azzar ċatta u riġida (li tkun inżammet mal-kampjuni f’armarju mkessaħ) li titqiegħed fuq superfiċje orizzontali ta’ blokka riġida u kompatta b’massa ta’ mill-inqas 100 kg u f’mhux aktar minn 30 sekonda minn meta titneħħa mill-armarju imkessaħ, massa tal-azzar ta’ 18-il kg għandha titħalla taqa’ taħt il-forza tal-gravità minn għoli ta’ 300 mm fuq il-kampjun tat-test. Il-wiċċ tal-impatt tal-massa ta’ 18-il kg għandu jkollu l-forma ta’ superfiċje ttundjata b’ebusija ta’ mill-inqas 45 HRC, b’raġġ transversali ta’ 10 mm u raġġ lonġitudinali ta’ 150 mm, imqiegħed matul il-linja ċentrali tal-massa. Kampjun wieħed tat-test għandu jiġi ttestjat meta l-assi tal-virga ttundjata tkun allinjata maċ-ċinga filwaqt li l-kampjun l-ieħor għandu jiġi ttestjat f’angolu ta’ 90o maċ-ċinga.

7.5.5.   Il-bokkli li għandhom partijiet komuni għal żewġ ċinturini tas-sikurezza għandhom ikunu mgħobbija b’tali mod li jiġu ssimulati l-kundizzjonijiet tal-użu fil-vettura b’sits fil-pożizzjoni tan-nofs tal-aġġustament tagħhom. Għandha tiġi applikata tagħbija ta’ 1 470 daN fl-istess ħin lil kull ċinga. Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun stabbilita skont il-paragrafu 7.7.1 hawn taħt. Apparat xieraq għat-test jidher fl-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament.

7.5.6.   Meta jiġi ttestjat apparat ta’ aġġustament manwali, fejn jitqiesu l-kundizzjonijiet normali tal-użu, iċ-ċinga għandha tinġibed mingħajr skossi mill-apparat ta’ aġġustament, b’rata ta’ madwar 100 mm/s u l-forza massima għandha titkejjel għall-eqreb 0,1 daN wara l-ewwel 25 mm ta’ moviment taċ-ċinga. It-test għandu jsir fiż-żewġ direzzjonijiet li fihom timxi ċ-ċinga mill-apparat, biċ-ċinga tgħaddi miċ-ċiklu sħiħ għal 10 darbiet qabel ma titkejjel.

7.6.   It-testijiet addizzjonali għaċ-ċinturini tas-sikurezza bir-ritrattaturi

7.6.1.   Durabbiltà tal-mekkaniżmu tar-ritrattatur

7.6.1.1.   Iċ-ċinga għandha tiġi rtirata u titħalla tinġibed lura għan-numru meħtieġ ta’ ċikli b’rata ta’ mhux aktar minn 30 ċiklu fil-minuta. Fil-każ ta’ ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza, għandha tiġi introdotta ġibda f’daqqa biex ir-ritrattatur jillokkja f’kull ħames ċiklu.

L-interruzzjonijiet għandhom iseħħu f’numri ndaqs f’kull waħda minn ħames estrazzjonijiet differenti, jiġifieri, 90, 80, 75, 70 u 65 fil-mija tat-tul totali taċ-ċinga li tibqa’ mgerba fuq ir-ritrattatur. Madankollu, fejn huwa previst tul ta’ aktar minn 900 mm, il-perċentwali msemmija hawn fuq għandhom ikunu relatati għad-900 mm finali taċ-ċinga li tista’ tiġi rtirata mir-ritrattatur.

7.6.1.2.   Apparat adattat għat-testijiet speċifikati fil-paragrafu 7.6.1.1 hawn fuq jidher fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

7.6.2.   L-illokkjar tar-ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza

7.6.2.1.   Ir-ritrattatur għandu jiġi ttestjat darba għall-illokkjar meta ċ-ċinga tkun ġiet maħlula għat-tul sħiħ tagħha ħlief għal 300 ± 3 mm.

7.6.2.1.1.   Fil-każ ta’ ritrattatur li jiġi attivat mill-moviment taċ-ċinga, l-estrazzjoni għandha sseħħ fid-direzzjoni normali tagħha daqslikieku r-ritrattatur huwa installat f’vettura.

7.6.2.1.2.   Meta r-ritrattaturi jkunu qed jiġu ttestjati għas-sensittività għad-deċellerazzjoni tal-vettura, għandhom jiġu ttestjati fl-estrazzjoni msemmija hawn fuq tul żewġ assi perpendikulari, li jkunu orizzontali jekk ir-ritrattatur jiġi installat f’vettura kif inhu speċifikat mill-manifattur taċ-ċinturin tas-sikurezza. Meta din il-pożizzjoni ma tkunx speċifikata, l-awtorità tal-ittestjar għandha tikkonsulta lill-manifattur taċ-ċinturin tas-sikurezza. Wieħed minn dawn l-assi għandu jkun fid-direzzjoni magħżula mis-Servizz Tekniku li jagħmel it-test tal-approvazzjoni biex jinkisbu l-kundizzjonijiet l-aktar avversi rigward l-attivazzjoni tal-mekaniżmu tal-illokkjar.

7.6.2.2.   Apparat xieraq għat-testijiet speċifikati fil-paragrafu 7.6.2.1 hawn fuq huwa deskritt fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament. Id-disinn ta’ kwalunkwe apparat tat-testijiet ta’ din ix-xorta għandu jiżgura li l-aċċellerazzjoni meħtieġa tingħata qabel ma ċ-ċinturin jinħareġ ‘il barra mir-ritrattatur b’aktar minn 5 mm u li l-irtirar isir b’rata medja ta’ żieda tal-aċċellerazzjoni ta’ mill-inqas 55 g/s (8) u mhux iktar minn 150 g/s (8) fl-ittestjar tas-sensittività għall-moviment taċ-ċinga u ta’ mill-inqas 25 g/s (8) u mhux iktar minn 150 g/s (8) fl-ittestjar tas-sensittività għad-deċellerazzjoni tal-vettura (8).

7.6.2.3.   Biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.5.3.1.3 u 6.2.5.3.1.4, ir-ritrattatur għandu jiġi armat fuq mejda orizzontali u l-mejda għandha tiġi inklinata b’veloċità li ma teċċedix 2o fis-sekonda sakemm l-apparat jillokkja. It-test għandu jkun ripetut bl-inklinazzjoni f’direzzjonijiet oħra sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti jiġu ssodisfati.

7.6.3.   Reżistenza għat-trab

7.6.3.1.   Ir-ritrattatur għandu jitqiegħed f’kompartiment għall-ittestjar kif deskritt fl-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament. Għandu jiġi armat f’orjentazzjoni simili għal dik kif jiġi armat fil-vettura. Il-kompartiment għall-ittestjar għandu jkun fih it-trab kif inhu speċifikat fil-paragrafu 7.6.3.2 hawn taħt. Tul ta’ 500 mm taċ-ċinga għandu jinħareġ mir-ritrattatur u għandu jinżamm maħruġ, ħlief li għandu jiġi soġġett għal 10 ċikli kompluti ta’ ritrattazzjoni u ta’ rtirar f’perjodu ta’ minuta jew tnejn wara kull aġitazzjoni tat-trab. Għal perjodu ta’ ħames sigħat, it-trab għandu jiġi aġitat kull 20 minuta għal ħames sekondi b’arja kompressata ħielsa miż-żejt u l-umdità b’kejl ta’ pressjoni ta’ 5,5 × 105 ± 0,5 × 105 Pa u li tidħol minn fetħa b’dijametru ta’ 1,5 ± 0,1 mm.

7.6.3.2.   It-trab użat fit-test deskritt fil-paragrafu 7.6.3.1 hawn fuq għandu jikkonsisti minn madwar 1 kg ta’ kwartz xott. Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli għandha tkun kif ġej:

(a)

Jgħaddu minn fetħa ta’ 150 μm, b’dijametru tal-wajer ta’ 104 μm: 99 sa 100 fil-mija;

(b)

Jgħaddu minn fetħa ta’ 105 μm, b’dijametru tal-wajer ta’ 64 μm: 76 sa 86 fil-mija;

(c)

Jgħaddu minn fetħa ta’ 75 μm, b’dijametru tal-wajer ta’ 52 μm: 60 sa 70 fil-mija;

7.6.4.   Il-forzi ta’ ritrattazzjoni

7.6.4.1.   Il-forza ta’ ritrattazzjoni għandha titkejjel bl-assemblaġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza mlibbes fuq il-manikin bħal fil-każ tat-test dinamiku previst fil-paragrafu 7.7 hawn taħt. It-tensjoni taċ-ċinga għandha titkejjel fil-punt tal-kuntatt (iżda li ma jmissx) mal-manikin filwaqt li ċ-ċinga tkun qed tinġibed lura b’rata ta’ madwar 0,6 m/min. Fil-każ ta’ ċinturin tas-sikurezza b’apparat li jnaqqas it-tensjoni, il-forza ta’ ritrattazzjoni u t-tensjoni taċ-ċinga għandhom jitkejlu bl-apparat li jnaqqas it-tensjoni kemm meta qed jitħaddem u kif ukoll meta ma jkunx qed jitħaddem.

7.6.4.2.   Qabel it-test dinamiku deskritt fil-paragrafu 7.7 hawn taħt, il-manikin bilqiegħda, li jkun imlibbes bi qmis tal-qoton, għandu jiġi inklinat ‘il quddiem sakemm tiġi rtirata biċċa ta’ 350 mm taċ-ċinga mir-ritrattatur, u mbagħad jitħalla jmur lura għall-pożizzjoni inizjali.

7.7.   It-test dinamiku tal-assemblaġġ taċ-ċinturin jew tas-sistema tat-trażżin

7.7.1.   L-assemblaġġ taċ-ċinturin għandu jkun armat fuq troli mgħammar bis-sit u bl-ankraġġ iddefinit fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament. Madanakollu, jekk l-assemblaġġ taċ-ċinturin huwa maħsub għal vettura speċifika jew għal tipi speċifiċi ta’ vettura, id-distanzi bejn il-manikin u l-ankraġġi għandhom ikunu ddeterminati mis-Servizz Tekniku li jagħmel it-testijiet, jew skont l-istruzzjonijiet għat-twaħħil provduti maċ-ċinturin jew skont id-dejta provduta mill-manifattur tal-vettura. Jekk iċ-ċinturin ikun mgħammar b’apparat ta’ aġġustament għall-għoli taċ-ċinturin bħalma huwa ddefinit fil-paragrafu 2.14.6 hawn fuq, il-pożizzjoni tal-apparat u l-mezz biex jintrabat sew għandhom ikunu l-istess bħal dawk tad-disinn tal-vettura.

F’dak il-każ, meta jsir it-test dinamiku għal tip ta’ vettura mhemmx għalfejn jiġi ripetut għal tipi oħra ta’ vettura fejn kull punt ta’ ankraġġ ikun inqas minn 50 mm ’il bogħod mill-punt ta’ ankraġġ korrispondenti taċ-ċinturin ittestjat. Alternattivament, il-manifatturi jistgħu jiddeterminaw pożizzjonijiet ta’ ankraġġ ipotetiċi għall-ittestjar sabiex jiġi inluż in-numru massimu tal-punti ta’ ankraġġ reali.

7.7.1.1.   Fil-każ ta’ ċinturin tas-sikurezza jew ta’ sistema tat-trażżin li jifformaw parti minn assemblaġġ li għalih hija mitluba l-approvazzjoni tat-tip bħala sistema tat-trażżin, iċ-ċinturin tas-sikurezza għandu jiġi armat jew kif muri fil-paragrafu 7.7.1 jew fuq il-parti tal-istruttura tal-vettura li magħha normalment titwaħħal is-sistema tat-trażżin u din il-parti għandha tkun imwaħħla b’mod riġidu mat-troli tat-test bil-mod previst fil-paragrafi 7.7.1.2 sa 7.7.1.6 hawn taħt.

Fil-każ ta’ ċinturin tas-sikurezza jew ta’ sistema tat-trażżin b’apparati għat-tagħbija minn qabel li jistrieħu fuq il-partijiet komponenti għajr dawk li huma inkorporati fl-assemblaġġ taċ-ċinturin innifsu, l-assemblaġġ taċ-ċinturin għandu jiġi armat flimkien mal-partijiet addizzjonali meħtieġa tal-vettura fuq it-troli tat-test bil-mod previst fil-paragrafi 7.7.1.2 sa 7.7.1.6 hawn taħt.

Alternattivament, fil-każ fejn dawk l-apparati ma jistgħux jiġu ttestjati fuq it-troli tat-test, il-manifattur jista’ juri, permezz ta’ test konvenzjonali ta’ impatt frontali b’50 km/siegħa skont il-proċedura ISO 3560 (1975), li l-apparat jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament.

7.7.1.2.   Il-metodu użat biex il-vettura tkun marbuta sew matul it-test m’għandux ikun tali li jsaħħaħ l-ankraġġi tas-sits jew iċ-ċinturini tas-sikurezza jew inaqqas id-deformazzjoni normali tal-istruttura. M’għandha tkun preżenti l-ebda parti ta’ quddiem tal-vettura li minħabba li tillimita l-moviment ‘il quddiem tal-manikin, ħlief tas-sieq, tnaqqas it-tagħbija imposta fuq is-sistema tat-trażżin matul it-test. Il-partijiet tal-istruttura eliminati jistgħu jiġu sostitwiti b’partijiet ta’ saħħa ekwivalenti sakemm ma jfixklux il-moviment ‘il quddiem tal-manikin.

7.7.1.3.   Apparat li jorbot sew għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk ma jipproduċi l-ebda effett fuq erja li testendi tul il-wisa’ kollha tal-istruttura u jekk il-vettura jew l-istruttura hija mblukkata jew marbuta fuq quddiem f’distanza ta’ mhux inqas minn 500 mm mill-ankraġġ tas-sistema ta’ trażżin. Fuq wara, l-istruttura għandha tintrabat sew f’distanza suffiċjenti lura mill-ankraġġi sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.7.1.2 hawn fuq jiġu ssodisfati.

7.7.1.4.   Is-sits tal-vettura għandhom jitwaħħlu u jitqiegħdu fil-pożizzjoni għas-sewqan magħżula mis-Servizz Tekniku li jagħmel it-testijiet tal-approvazzjoni sabiex jiġu miksuba l-aktar kundizzjonijiet avversi għas-saħħa, kompatibbli mal-installazzjoni tal-manikin fil-vettura. Il-pożizzjonijiet tas-sits għandhom ikunu ddikjarati fir-rapport. Id-dahar tas-sit, jekk ikollu inklinazzjoni aġġustabbli, għandu jkun illokkjat kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, għal angolu tad-dahar tas-sit effettiv kemm jista’ jkun qrib tal-25o fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u kemm jista’ jkun qrib il-15o fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji l-oħra kollha.

7.7.1.5.   Għall-valutazzjoni tar-rekwiżiti fil-paragrafu 6.4.1.4.1 hawn fuq, is-sit għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni l-aktar ‘il quddiem tas-sewqan jew tal-ivvjaġġar li hija adattata għad-dimensjonijiet tal-manikin.

7.7.1.6.   Is-sits kollha ta’ kwalunkwe grupp ta’ sits għandhom jiġu ttestjati fl-istess ħin.

7.7.1.7.   It-testijiet dinamiċi tas-sistema taċ-ċinturin f’għamla ta’ harness għandhom isiru mingħajr iċ-ċinga ta’ bejn il-koxox (assemblaġġ), jekk din teżisti.

7.7.2.   L-assemblaġġ taċ-ċinturin għandu jitwaħħal mal-manikin fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament kif ġej: tavla bi ħxuna ta’ 25 mm għandha titqiegħed bejn id-dahar tal-manikin u d-dahar tas-sit. Iċ-ċinturin għandu jiġi aġġustat sew mal-manikin. It-tavla mbagħad għandha titneħħa sabiex it-tul kollu ta’ dahru jkun f’kuntatt mad-dahar tas-sit. Għandu jsir kontroll biex ikun żgurat li l-mod li bih jaqbdu ma xulxin iż-żewġ partijiet tal-bokkla ma jinvolvi l-ebda riskju ta’ tnaqqis fl-affidabilità tal-illokkjar.

7.7.3.   It-truf ħielsa taċ-ċineg għandhom jestendu biżżejjed lil hinn mill-apparati ta’ aġġustament biex jippermettu ż-żliq.

7.7.4.   Mekkaniżmi ta’ deċellerazzjoni jew aċċellerazzjoni

L-applikant għandu jagħżel li juża wieħed minn dawn iż-żewġ mekkaniżmi:

7.7.4.1.   Il-mekkaniżmu tat-test tad-deċellerazzjoni

It-troli għandu jiġi mbuttat b’tali mod li fil-mument tal-impatt il-veloċità tal-ġiri ħieles tiegħu tkun ta’ 50 km/h ± 1 km/h u l-manikin jibqa’ stabbli. Id-distanza ta’ waqfien tat-troli għandha tkun ta’ 40 cm ± 5 cm. It-trolì għandu jibqa’ orizzontali matul id-deċellerazzjoni. Id-deċellerazzjoni tat-troli għandha tinkiseb billi jintuża l-apparat deskritt fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament jew kwalunkwe apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti. Dan l-apparat għandu jkun konformi mal-prestazzjoni speċifikata hawnhekk:

Il-kurva tad-deċellerazzjoni tat-troli mgħobbi b’massa inerti biex tkun prodotta massa totali ta’ 455 kg ± 20 kg għat-testijiet taċ-ċinturini tas-sikurezza u ta’ 910 kg ± 40 kg għat-testijiet tas-sistemi ta’ trażżin fejn il-massa nominali tat-troli u tal-istruttura tal-vettura tkun ta’ 800 kg trid tibqa’ fl-erja skura tal-graff fl-Anness 8. Jekk ikun meħtieġ, il-massa nominali tat-troli u tal-istruttura tal-vettura mqabbda miegħu tista’ tiġi miżjuda b’inkrementi ta’ 200 kg, f’liema każ, għandha tiġi miżjuda massa inerti addizzjonali ta’ 28 kg għal kull inkrement. Il-massa totali tat-troli u tal-istruttura tal-vettura u l-mases inerti fl-ebda każ m’għandhom ivarjaw mill-valur nominali għat-testijiet ta’ kalibrazzjoni b’aktar minn ± 40 kg. Matul il-kalibrazzjoni tal-apparat tat-twaċċif, il-veloċità tat-troli għandha tkun ta’ 50 km/h ± 1 km/h u d-distanza tal-waqfien għandha tkun ta’ 40 cm ± 2 cm.

7.7.4.2.   L-apparat tat-test tal-aċċellerazzjoni

It-troli għandu jingħata propulsjoni sabiex il-bidla totali tal-veloċità ΔV tkun Formula. It-troli għandu jibqa’ orizzontali matul l-aċċellerazzjoni. L-aċċellerazzjoni tat-troli għandha tintlaħaq bl-użu tal-apparat li jikkonforma mal-prestazzjoni msemmija hawnhekk:

Il-kurva tal-aċċellerazzjoni tat-troli, mgħobbi b’massa inerti, għandha tibqa’ fil-parti skura tal-graff fl-Anness 8, u tibqa’ ‘l fuq mis-segment definit mill-koordinati 10 g, 5 ms u 20 g, 10 ms. Il-bidu tal-impatt (T0) huwa definit, skont ISO 17373 (2005) għal livell ta’ aċċellerazzjoni ta’ 0,5 g. Il-massa totali tat-troli u l-istruttura tal-vettura u l-mases interti fl-ebda każ ma għandhom ikunu differenti mill-valur nominali għat-testijiet tal-kalibrar b’iktar minn ± 40 kg. Waqt l-ikkalibrar tat-tagħmir tat-test tal-aċċellerazzjoni, il-bidla totali tal-veloċità tat-troli ΔV għandha tkun Formula

Minkejja li jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti ta’ hawn fuq, is-Servizz Tekniku għandu juża massa ta’ troli (mgħammar bis-sit tiegħu), kif speċifikat fil-paragrafu 1 tal-Anness 6, ikbar minn 380 kg.

7.7.5.   Il-veloċità tat-troli immedjatament qabel l-impatt (għat-trolis tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għall-kalkolu tad-distanza tat-twaqqif) għandhom jitkejlu l-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni tat-troli, l-ispostament ‘il quddiem tal-manikin u l-veloċità tas-sider bi spostament ta’ 300 mm tas-sider.

Il-bidla tal-veloċità tiġi kkalkulata bl-integrazzjoni tal-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni rrekordjata tat-troli.

Id-distanza biex jinkisbu l-ewwel 50 km/hFormula tal-bidla tal-veloċità tat-troli tista tiġi kkalkulata bl-integrazzjoni doppja tad-deċellerazzjoni rrekordjata tat-troli.

7.7.6.   Wara l-impatt, l-assemblaġġ taċ-ċinturin jew is-sistema tat-trażżin u l-partijiet riġidi tiegħu/tagħha, għandhom jiġu spezzjonati b’mod viżwali, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm xi ħsara jew ksur. Fil-każ tas-sistemi ta’ trażżin, wara t-test, għandu jiġi aċċertat ukoll jekk il-partijiet tal-istruttura tal-vettura li huma mwaħħla mat-troli saritilhomx xi deformazzjoni permanent viżibbli. Jekk hemm xi deformazzjoni ta’ din ix-xorta, din għandha titqies fi kwalunkwe kalkolu li jsir skont il-paragrafu 6.4.1.4.1 hawn fuq.

7.7.7.   Madankollu, jekk it-testijiet saru b’veloċità ogħla u/jew il-kurva tal-aċċellerazzjoni qabżet il-livell massimu tal-parti skura u ċ-ċinturin tas-sikurezza jissodisfa r-rekwiżiti, it-test għandu jitqies bħala wieħed sodisfaċenti.

7.8.   It-test tal-ħall tal-bokkla

7.8.1.   Għal dan it-test, għandhom jintużaw l-assemblaġġi taċ-ċinturin jew l-apparati ta’ trażżin li diġà għaddew minn test dinamiku skont il-paragrafu 7.7 hawn fuq.

7.8.2.   L-assemblaġġ taċ-ċinturin għandu jitneħħa mit-troli tat-test mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla. Għandha tiġi applikata tagħbija lill-bokkla permezz ta’ trazzjoni diretta għaddejja miċ-ċineg marbuta magħha sabiex iċ-ċineg kollha jkunu soġġetti għal forza ta’ Formula daN. (Huwa mifhum li n huwa n-numru taċ-ċineg mqabbda mal-bokkla meta tkun f’pożizzjoni msakkra.) Fil-każ fejn il-bokkla hija mqabbda ma’ parti riġida, it-tagħbija għandha tiġi applikata bl-istess angolu bħal dak ifformat mill-bokkla u t-tarf riġidu matul it-test dinamiku. Għandha tiġi applikata tagħbija b’veloċità ta’ 400 ± 20 mm/min fuq iċ-ċentru ġeometriku tal-buttuna li tiftaħ il-bokkla tul l-assi fiss parallel għad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna. Matul l-applikazzjoni tal-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla, il-bokkla għandha tinżamm permezz ta’ appoġġ riġidu. It-tagħbija kkwotata hawn fuq m’għandhiex teċċedi l-limitu indikat fil-paragrafu 6.2.2.5 hawn fuq. Il-punt ta’ kuntatt tal-apparat tat-test għandu jkun sferiku fil-forma b’raġġ ta’ 2,5 mm ± 0,1 mm. Għandu jkollu superfiċje tal-metall ileqq.

7.8.3.   Il-forza tal-ftuħ tal-bokkla għandha tiġi mkejla u kwalunkwe ħsara tal-bokkla nnotata.

7.8.4.   Wara t-test tal-ftuħ tal-bokkla, il-komponenti tal-assemblaġġ taċ-ċinturin jew tas-sistema tat-trażżin li jkunu ġew soġġetti għat-testijiet previsti fil-paragrafu 7.7 hawn fuq għandhom jiġu spezzjonati u l-grad ta’ ħsara sostnut mill-assemblaġġ taċ-ċinturin jew mill-apparat ta’ trażżin matul it-test dinamiku għandu jiġi rreġistrat fir-rapport tat-test.

7.9.   It-testijiet addizzjonali fuq iċ-ċinturini tas-sikurezza b’apparati għat-tagħbija minn qabel

7.9.1.   L-ikkundizzjonar

L-apparat għat-tagħbija minn qabel jista’ jiġi sseparat miċ-ċinturin tas-sikurezza li jkun se jiġi ttestjat u jinżamm għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 60o ± 5 °C. It-temperatura mbagħad għandha tittella’ għal 100 ± 5 °C għal sagħtejn. Imbagħad għandha tinżamm għal 24 siegħa f’temperatura ta’ – 30 ± 5 °C. Wara li jitneħħa mill-ikkundizzjonar, l-apparat għandu jisħon għat-temperatura ambjentali Jekk ikun ġie separat għandu jerġa’ jiġi mwaħħal maċ-ċinturin tas-sikurezza.

7.10.   Rapport tat-test

7.10.1.   Ir-rapport tat-test għandu jinkludi r-riżultati tat-testijiet kollha fil-paragrafu 7 ta’ hawn fuq u partikolarment:

(a)

It-tip ta’ apparat użat għat-test (l-apparat tal-aċċellerazzjoni jew tad-deċellerazzjoni);

(b)

Il-bidla totali tal-veloċità;

(c)

Il-veloċità tat-troli immedjatament qabel l-impatt — esklussivament għat-trolis tad-deċellerazzjoni;

(d)

Il-kurva tal-aċċellerazzjoni jew tad-deċellerazzjoni matul il-bidla kollha tal-veloċità tat-troli;

(e)

L-ispostament massimu ’l quddiem tal-manikin;

(f)

Il-post — jekk jista’ jinbidel — okkupat mill-bokkla matul it-test;

(g)

Il-forza tal-ftuħ tal-bokkla;

(h)

Kull falliment jew ksur.

Jekk skont il-paragrafu 7.7.1 il-pożizzjoni tal-ankraġġi prevista fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament ma tkunx ġiet rispettata, ir-rapport tat-test għandu jiddeskrivi kif l-assemblaġġ taċ-ċinturin jew is-sistema tat-trażżin kienet installata u għandu jispeċifika l-angoli u d-dimensjonijiet importanti.

8.   REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW L-INSTALLAZZJONI FIL-VETTURA

8.1.   Tagħmir taċ-ċinturin tas-sikurezza u s-sistemi tat-trażżin

8.1.1.   Bl-eċċezzjoni tas-sits maħsuba esklussivament għall-użu meta l-vettura tkun wieqfa, is-sits tal-vetturi tal-kategoriji M1, M2 (tal-Klassi III jew B (9)), M3 (tal-Klassi III jew B9) u N għandhom ikunu mgħammra biċ-ċinturini tas-sikurezza jew is-sistemi tat-trażżin li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jitolbu l-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sikurezza fuq vetturi M2 u M3 tal-Klassi II.

Meta jkunu ffittjati, iċ-ċinturini tas-sikurezza u/jew is-sistemi tat-trażżin f’vetturi tal-Klassi I, II jew A li jagħmlu parti mill-kategorija M2 jew M3 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Il-Partijiet Kontraenti jistgħu, skont il-liġi nazzjonali, jippermettu l-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sikurezza jew tas-sistemi tat-trażżin li ma jkunux dawk koperti minn dan ir-Regolament sakemm ikunu maħsuba għal persuni b’diżabilità.

Is-sistemi tat-trażżin li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 8 tas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament Nru 107 huma eżentati mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Vetturi tal-Klassi I, jew A li jagħmlu parti mill-kategorija M2 jew M3 jistgħu jiġu ffittjati b’ċinturini tas-sikurezza u/jew sistemi tat-trażżin konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

8.1.2.   It-tipi ta’ ċinturini tas-sikurezza jew ta’ sistemi ta’ trażżin għal kull pożizzjoni bilqiegħda fejn hija meħtieġa l-installazzjoni għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Anness 16 (li magħhom ma jistgħu jintużaw la ritrattaturi li ma jillokkjawx (il-para. 2.14.1) u lanqas ritrattaturi li jerħu ċ-ċinturin b’mod manwali (il-para. 2.14.2)). Għall-pożizzjonijiet bilqiegħda kollha fejn fl-Anness 16 jiġu speċifikati ċ-ċinturini ta’ fuq il-ħoġor tat-tip B, jiġu permessi ċ-ċinturini ta’ fuq il-ħoġor tat-tip Br3 ħlief fil-każ li, waqt l-użu, jinġibdu lura sa tali punt li jnaqqsu ferm il-kumdità wara l-qfil bil-bokkla b’mod normali.

8.1.2.1.   Madankollu, għal pożizzjonijiet bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra, għajr dawk fuq quddiem, ta’ vetturi tal-kategorija N1 murija fl-Anness 16 u mmarkati bis-simbolu Ø, l-installazzjoni ta’ ċinturin ta’ fuq il-ħoġor Br4 m jew Br4Nm hija permessa, fejn jeżisti passaġġ bejn is-sit u l-eqreb naħa tal-ħajt tal-ġenb tal-vettura maħsub biex jippermetti l-aċċess lill-passiġġieri għal partijiet oħra tal-vettura. Spazju bejn sit u l-ħajt tal-ġenb jitqies passaġġ, jekk id-distanza bejn dak il-ħajt tal-ġenb, bil-bibien kollha magħluqa, u pjan lonġitudinali vertikali li jgħaddi mil-linja ċentrali tas-sit ikkonċernat — imkejjel fil-pożizzjoni tal-punt R u b’mod perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura — tkun iktar minn 500 mm.

8.1.3.   Fejn ma jkun meħtieġ l-ebda ċinturin tas-sikurezza, jista’ jiġi provdut kwalunkwe tip ta’ ċinturin tas-sikurezza jew ta’ sistema tat-trażżin li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament skont l-għażla tal-manifattur. Ċinturini tat-tip A tat-tipi permessi fl-Anness 16 jistgħu jiġu provduti bħala alternattiva għaċ-ċinturini ta’ fuq il-ħoġor għal dawk il-pożizzjonijiet bilqiegħda fejn iċ-ċinturini ta’ fuq il-ħoġor jiġu speċifikati fl-Anness 16.

8.1.4.   Fuq iċ-ċinturini bi tliet punti mgħammra bir-ritrattaturi, ritrattatur wieħed għandu jaħdem mill-inqas fuq iċ-ċinga dijagonali.

8.1.5.   Ħlief għall-vetturi tal-kategorija M1, jista’ jiġi permess ritrattatur li jillokkja f’emerġenza tat-tip 4N (il-para. 2.14.5) minflok ritrattatur tat-tip 4 (il-para. 2.14.4) fejn intwera għas-sodisfazzjon tas-servizzi responsabbli mit-testijiet li ma jkunx prattiku li jitwaħħal ritrattatur tat-tip 4.

8.1.6.   Għall-pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra u ta’ quddiem fin-nofs murija fl-Anness 16 u mmarkati bis-simbolu *, iċ-ċinturini ta’ fuq il-ħoġor tat-tip speċifikat f’dak l-Anness għandhom jitqiesu adegwati fejn il-windskrin jinsab ‘il barra miż-żona ta’ referenza ddefinita fl-Anness 1 tar-Regolament Nru 21.

Fir-rigward iċ-ċinturini tas-sikurezza, il-windskrin jitqies bħala parti miż-żona ta’ referenza meta jkun possibbli li jidħol f’kuntatt statiku mal-apparat tat-test skont il-metodu deskritt fl-Anness 1 tar-Regolament Nru 21.

8.1.7.   Għal kull pożizzjoni bilqiegħda fl-Anness 16 immarkata bis-simbolu •, għandhom jiġu provduti ċinturini bi tliet punti ta’ tip speċifikat fl-Anness 16 ħlief jekk waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tkun issodisfata, f’liema każ jistgħu jiġu provduti ċinturini b’żewġ punti ta’ tip speċifikat fl-Anness 16.

8.1.7.1.   Hemm sit jew partijiet oħra mill-vettura li jikkonforma mal-paragrafu 3.5 tal-Appendiċi 1 tar-Regolament Nru 80 direttament quddiem, jew

8.1.7.2.   L-ebda parti mill-vettura ma hi jew tista’ tkun fiż-żona ta’ referenza meta l-vettura tkun miexja, jew

8.1.7.3.   Partijiet mill-vettura fiż-żona ta’ referenza msemmija jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-assorbiment tal-enerġija stabbiliti fl-Appendiċi 6 tar-Regolament Nru 80.

8.1.8.   Kull pożizzjoni bilqiegħda għal passiġġier li hija mgħammra b’airbag għall-protezzjoni frontali għandha tkun provduta bi twissija kontra l-użu ta’ trażżin tat-tfal li jħares lura f’dik il-pożizzjoni bilqiegħda. Mill-inqas, din l-informazzjoni għandha tikkonsisti f’tikketta li tinkludi pittogrammi ċari ta’ twissija kif indikat hawn taħt.

Image

Id-dimensjonijiet kumplessivi jridu jkunu tal-inqas 120 × 60 mm jew l-erja ekwivalenti.

It-tikketa murija hawn fuq tista’ tiġi adattata b’tali mod li t-tqassim tal-informazzjoni jkun differenti mill-eżempju ta’ hawn fuq; madankollu, il-kontenut tat-test għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

8.1.9.   Fil-każ ta’ airbag għall-protezzjoni frontali fis-sit ta’ quddiem tal-passiġġier, it-twissija għandha titwaħħal b’mod permanenti ma’ kull faċċata tal-viżiera tax-xemx ta’ quddiem tal-passiġġier f’tali pożizzjoni li mill-inqas twissija waħda fuq il-viżiera tax-xemx tkun viżibbli f’kull ħin, irrispettivament mill-pożizzjoni tal-viżiera tax-xemx. Alternattivament, twissija waħda għandha tkun fuq il-faċċata viżibbli tal-viżiera tax-xemx mitwija u twissija oħra għandha tkun fuq is-saqaf wara l-viżiera, ħalli, tal-inqas twissija waħda tkun viżibbli f’kull ħin. Ma għandux ikun possibbli li din it-tikketta ta’ twissija titneħħa faċilment mill-viżiera u mis-saqaf mingħajr ma jsir dannu evidenti u viżibbli b’mod ċar lill-viżiera jew lis-saqaf fil-ġewwieni tal-vettura.

Jekk il-vettura ma jkollhiex viżiera tax-xemx jew saqaf, it-tikketta ta’ twissija għandha titqiegħed f’post fejn ikun viżibbli b’mod ċar f’kull ħin.

Fil-każ ta’ airbag għall-protezzjoni frontali għal sits oħra fil-vettura, it-twissija għandha tkun eżattament bi dritt is-sit rilevanti, u viżibbli sew u f’kull ħin għal min jistalla trażżin tat-tfal li jħares lura fuq dak is-sit. Ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu u tal-paragrafi 8.1.8 ma japplikawx għal dawk il-pożizzjonijiet tas-sits mgħammra b’apparat li awtomatikament jiddiżattiva l-assemblaġġ tal-airbag għall-protezzjoni frontali meta jkun installat kwalunkwe trażżin tat-tfal li jħares lura.

8.1.10.   Għandha tiddaħħal informazzjoni dettaljata li tirreferi għat-twissija fil-manwal ta’ sid il-vettura; bħala minimu, it-test li ġej fil-lingwi uffiċjali kollha tal-pajjiż jew tal-pajjiżi fejn il-vettura tista’ raġonevolment tkun mistennija li tiġi reġistrata (eż. fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa jew New Zealand, eċċ.), għandu jinkludi mill-inqas:

“QATT ma għandek tuża trażżin tat-tfal li jħares lura fuq sit protett b’AIRBAG ATTIV quddiemu; dan jista’ jikkawża l-MEWT jew ĠRIEĦI SERJI lit-TFAL”

It-test għandu jkun akkumpanjat bi stampa tat-tikketta tat-twissija kif tidher fil-vettura. L-informazzjoni trid tkun waħda li tinstab faċilment fil-manwal ta’ sid il-vettura (eż jkun hemm referenza speċifika għall-informazzjoni stampata fl-ewwel paġna, ikun hemm marka li tidentifika l-paġna jew ktejjeb separat, eċċ.).

Ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu ma japplikawx għal dawk il-vetturi fejn il-pożizzjonijiet kollha tas-sits tal-passiġġieri jkunu mgħammra b’apparat li jiddiżattiva awtomatikament l-assemblaġġ tal-airbag għall-protezzjoni frontali meta jkun installat it-trażżin tat-tfal li jħares lura.

8.1.11.   Fil-każ ta’ sits li jistgħu jiddawru jew jitqiegħdu f’orjentazzjonijiet oħra, iddisinjati biex jintużaw meta l-vettura tkun wieqfa, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.1 hawn fuq għandhom japplikaw biss għal dawk l-orjentazzjonijiet li huma maħsuba għal użu normali meta l-vettura tkun qed tivvjaġġa fi triq, skont dan ir-Regolament.

8.2.   Rekwiżiti ġenerali

8.2.1.   Iċ-ċinturini tas-sikurezza, sistemi ta’ trażżin, u sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal skont it-Tabella 2 tal-Anness 17 — Appendiċi 3, kif ukoll is-sistemi i-Size għat-trażżin tat-tfal skont it-Tabella 3 tal-Anness 17 — Appendiċi 3, għandhom jitwaħħlu ma’ ankraġġi u fil-każ ta’ Sistemi i-Size għat-trażżin tat-tfal, appoġġati ma superfiċje ta’ kuntatt mal-art tal-vettura, konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament Nru 14, bħad-disinn u l-karatteristiċi dimensjonali, l-għadd ta’ ankraġġi, u r-rekwiżiti ta’ saħħa.

8.2.2.   Iċ-ċinturini tas-sikurezza, sistemi ta’ trażżin, u sistemi għat-trażżin tat-tfal rakkomandati mill-manifattur skont it-Tabelli 1 sa 3 tal-Anness 17 — Appendiċi 3, għandhom jiġu installati b’tali mod li jaħdmu b’mod sodisfaċenti u jnaqqsu r-riskju ta’ korrimenti fiżiċi fil-każ ta’ aċċident. B’mod partikolari, għadhom jiġu installati b’tali mod li:

8.2.2.1.   Iċ-ċineg ma jkunux jistgħu jassumu konfigurazzjoni perikoluża;

8.2.2.2.   Il-periklu li ċinturin imqiegħed f’pożizzjoni korretta jiżloq minn fuq l-ispalla ta’ min jilbsu minħabba l-moviment ’il quddiem tiegħu/tagħha jitnaqqas għal minimu.

8.2.2.3.   Ir-riskju li ċ-ċinga tiddeterjora permezz ta’ kuntatt mal-partijiet tal-vettura jew tal-istruttura tas-sit li jaqtgħu, u s-sistemi ta’ trażżin tat-tfal irrakkomandati mill-manifattur skont it-Tabelli 1 sa 3 tal-Anness 17 — Appendiċi 3, jitnaqqas għal minimu.

8.2.2.4.   Id-disinn u l-installazzjoni ta’ kull ċinturin tas-sikurezza provdut għal kull pożizzjoni bilqiegħda għandhom ikunu tali li jkunu disponibbli malajr għall-użu. Barra minn hekk, fejn is-sit komplut jew il-kuxin tas-sit u/jew id-dahar tas-sit jistgħu jintlewew sabiex ikun hemm aċċess għall-parti ta’ wara tal-vettura jew għall-oġġetti jew għall-kompartiment tal-bagalji, wara li dawk is-sits jintlewew u jitreġġgħu għall-pożizzjoni bilqiegħda, iċ-ċinturini tas-sikurezza provduti għal dawk is-sits għandhom ikunu aċċessibbli għall-użu jew jistgħu jiġu rkuprati faċilment minn taħt jew minn wara s-sit, minn persuna waħda, skont l-istruzzjonijiet fil-manwal tal-utent tal-vettura, mingħajr ma jkun hemm għalfejn li dik il-persuna tingħata taħriġ jew tkun ipprattikat.

8.2.2.5.   Is-Servizz Tekniku għandu jivverifika li, bl-ilsien tal-bokkla mdaħħal fil-bokkla:

8.2.2.5.1.

Il-laxkezza possibbli fiċ-ċinturin ma tipprevjenix l-installazzjoni korretta tas-sistemi ta’ trażżin tat-tfal irrakkomandata mill-manifattur, u

8.2.2.5.2.

Fil-każ ta’ ċinturini bi tliet punti, fis-sezzjoni ta’ fuq il-ħoġor taċ-ċinturin tista’ tiġi stabbilita tensjoni ta’ mill-inqas 50 N permezz tal-applikazzjoni esterna tat-tensjoni fis-sezzjoni dijagonali taċ-ċinturin, meta jkunu ppożizzjonati:

(a)

Fuq manikin ta’ daqs ta’10 snin kif speċifikat fl-Anness 8, l-Appendiċi 1 tar-Regolament Nru 44 u stipulat skont l-Anness 17, l-Appendiċi 4 tar-Regolament preżenti; jew

(b)

fuq il-fixture speċifikata fl-Anness 17, Appendiċi 1, il-Grafika 1 tar-Regolament preżenti għas-sits li jippermettu l-installazzjoni ta’ apparat għat-trażżin tat-tfal ta’ kategorija universali.

8.3.   Ir-rekwiżiti speċjali għall-partijiet riġidi inkorporati fiċ-ċinturini tas-sikurezza jew fis-sistemi ta’ trażżin

8.3.1.   Il-partijiet riġidi, bħall-bokkli, l-apparati ta’ aġġustament u ż-żidiet, m’għandhomx iżidu r-riskju ta’ feriment fiżiku għal min jilbishom jew għall-okkupanti l-oħra tal-vettura fil-każ ta’ aċċident.

8.3.2.   L-apparat biex tinfetaħ il-bokkla għandu jkun viżibbli b’mod ċar għal min jilbsu u li jista’ jintlaħaq faċilment u għandu jkun iddisinjat b’tali mod li ma jistax jinfetaħ b’mod involontarju jew aċċidentali. Il-bokkla wkoll għandha tkun f’tali pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli għal persuna li jkollha l-ħtieġa li teħles lil min jilbisha biex issalvah f’każ ta’ emerġenza.

Il-bokkla għandha tkun installata b’tali mod li, kemm meta ma tkunx mgħobbija u kemm meta tkun qed issostni l-massa ta’ min jilbisha, tkun kapaċi tinfetaħ minn min jilbisha b’moviment wieħed sempliċi ta’ kwalunkwe waħda mill-idejn f’direzzjoni waħda.

Fil-każ ta’ ċinturini tas-sikurezza jew ta’ sistemi ta’ trażżin għal pożizzjonijiet bilqiegħda fuq quddiem fuq in-naħa ta’ barra, ħlief meta dawn ikunu ċinturini f’għamla ta’ harness, il-bokkla għandha tkun ukoll tista’ tiġi llokkjata bl-istess mod.

Għandu jsir kontroll biex ikun żgurat li, jekk il-bokkla tkun f’kuntatt ma’ min jilbisha, il-wisa’ tas-superfiċje ta’ kuntatt ma tkunx inqas minn 46 mm.

Għandu jsir kontroll biex ikun żgurat li, jekk il-bokkla tkun f’kuntatt ma’ min jilbisha, is-superfiċje ta’ kuntatt tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2.1 ta’ dan ir-Regolament.

8.3.3.   Meta dan iċ-ċinturin ikun qed jintlibes, għandu jew jaġġusta awtomatikament biex joqgħod sew fuq min jilbsu jew ikun iddisinjat b’tali mod li l-apparat ta’ aġġustament manwali jkun aċċessibbli malajr għal min jilbsu meta jkun bilqiegħda u jkun konvenjenti u faċli biex jintuża. Għandu wkoll ikun possibbli li jiġi ssikkat b’id waħda biex jiġi adattat għall-binja ta’ ġisem min jilbsu u għall-pożizzjoni tas-sit tal-vettura.

8.3.4.   Iċ-ċinturini tas-sikurezza jew is-sistemi ta’ trażżin li jinkorporaw ir-ritrattaturi għandhom ikunu installati b’tali mod li r-ritrattaturi ikunu jistgħu jaħdmu b’mod korrett u jkebbu iċ-ċinga b’mod effiċjenti.

8.3.5.   Sabiex l-utent(i) tal-vettura jkun(u) informat(i) bid-dispożizzjonijiet li saru għat-trasport tat-tfal, il-vetturi tal-kategoriji M1, M2, M3 u N1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-informazzjoni tal-Anness 17. Kwalunkwe vettura tal-kategorija M1 għandha tiġi mgħammra b’pożizzjonijiet ISOFIX, skont ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament Nru 14.

L-ewwel pożizzjoni ISOFIX għandha tippermetti għallinqas l-installazzjoni ta’ wieħed mit-tliet fixtures li jħarsu ’l quddiem kif definit fl-Appendiċi 2 tal-Anness 17; it-tieni pożizzjoni ISOFIX għandha tippermetti għallinqas l-installazzjoni ta’ wieħed mit-tliet fixtures li jħarsu lura kif definit fl-Appendiċi 2 tal-Anness 17; għal din it-tieni pożizzjoni ISOFIX, fil-każ fejn l-installazzjoni tal-fixture li tħares lura ma tkunx possibbli fit-tieni ringiela ta’ sits tal-vettura minħabba d-disinn tagħha, l-installazzjoni ta’ wieħed mis-sitt fixtures tkun permessa fi kwalunkwe pożizzjoni fil-vettura.

8.3.6.   Kull pożizzjoni bilqiegħda i-Size għandha tippermetti l-installazzjoni ta’ fixtures ISOFIX għat-trażżin tat-tfal “ISO/F2X” (B 1), “ISO/R2” (D) u l-volum ta’ valutazzjoni għall-istallazzjoni ta’ sieq ta’ appoġġ kif definit fl-Appendiċi 2 tal-Anness 17.

Il-volum ta’ valutazzjoni għall-istallazzjoni ta’ sieq ta’ appoġġ huwa kkaratterizzat kif ġej (ara wkoll l-Anness 17, l-Appendiċi 2, Grafiki 8 u 9, ta’ dan ir-Regolament):

(a)

Limitazzjoni laterali:

B’żewġ pjani paralleli għal u 100 mm’il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-fixture għat-trażżin tat-tfal installata fil-pożizzjoni bilqiegħda rispettiva;

(b)

Limitazzjoni ’l quddiem:

Minn pjan perpendikolari għall-pjan li jirriżulta mis-superfiċje tal-qiegħ tal-fixture għat-trażżin tat-tfal u perpendikolari mal-pjan lonġitudinali medjan tal-fixture għat-trażżin tat-tfal, 695 mm’ il bogħod mill-pjan li jgħaddi miċ-ċentri tal-ankraġġi ISOFIX baxxi u perpendikulari mas-superfiċje ta’ taħt tas-CRF;

(c)

Limitazzjoni lura:

(i)

’il fuq mil-livell tas-superfiċje ta’ taħt tal-fixture għat-trażżin tat-tfal mis-superfiċje ta’ quddiem tal-fixture għat-trażżin tat-tfal, u

(ii)

Taħt il-livell tal-fixture għat-trażżin tat-tfal minn pjan perpendikolari għal pjan li jirriżulta mis-superfiċje ta’ taħt tal-fixture għat-trażżin tat-tfal u perpendikolari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-fixture għat-trażżin tat-tfal, 585 mm’ il bogħod mill-pjan li jgħaddi miċ-ċentri tal-ankraġġi ISOFIX baxxi u perpendikulari mas-superfiċje ta’ taħt tas-CRF;

(d)

Limitazzjoni tal-għoli:

(i)

’il fuq mil-livell tas-superfiċje tal-fixture għat-trażżin tat-tfal minn pjan li hu parallel mas-superfiċje tal-qiegħ tat-trażżin tat-tfal u 85 mm’ il fuq minn din is-superfiċje, u

(ii)

’l isfel mil-livell tas-superfiċje ta’ taħt tal-fixture għat-trażżin tat-tfal minn mas-superfiċje ta’ fuq tal-art tal-vettura (li tinkludi t-tapizzerija, tapiti, fowm, eċċ.).

Il-pitch angle li jintuża għall-valutazzjoni ġeometrika hawn fuq, għandu jitkejjel skont il-paragrafu 5.2.4 tar-Regolament Nru 14.

M’għandu jkun hemm ebda interferenza bejn il-volum ta’ valutazzjoni għall-istallazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ u kwalunkwe parti tal-vettura.

Prova tal-konformità ma’ dan ir-rekwiżit tista’ tingħata permezz ta’ test fiżiku jew simulazzjoni kompjuterizzata jew tpinġijiet rapreżentattivi.

8.4.   Tagħmir tat-tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza

8.4.1.   Il-pożizzjoni tas-sewwieq tal-vetturi tal-kategorija M1  (10) għandha tkun mgħammra bi tfakkira taċ-ċinturini tas-sikurezza li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Meta l-manifattur tal-vettura jipprovdi sistema ta’ tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza fuq is-sit tas-sewwieq f’kategorija oħra ta’ vettura, is-sistema ta’ tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza tista’ tiġi approvata skont dan ir-Regolament (11).

8.4.1.1.   Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jippermettu d-deattivazzjoni tat-tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza sakemm din id-deattivazzjoni tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 8.4.2.6 hawn taħt.

8.4.2.   It-tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza

8.4.2.1.   Rekwiżiti ġenerali

8.4.2.1.1.

It-twissija viżiva għandha tkun f’post fejn tidher faċilment u tingħaraf fid-dawl tal-jum mis-sewwieq u tkun distinta mit-twissijiet l-oħra. Meta s-sinjal viżiv ta’ twissija juża l-kulur aħmar, dan għandu juża simbolu skont il-punt 21 fit-Tabella 1 tar-Regolament Nru 121.

Image

(punt K.01 – ISO 2575:2000) jew,

Image

8.4.2.1.2.

It-twissija viżiva għandha tkun permezz ta’ sinjal kontinwu jew intermittenti.

8.4.2.1.3.

It-twissija akustika għandha tkun sinjal akustiku kontinwu jew intermittenti jew b’informazzjoni vokali. Meta tintuża informazzjoni vokali, il-manifattur għandu jiżgura li t-twissija tuża l-lingwa tas-suq fejn tinbiegħ il-vettura. Din it-twissija akustika tista’ tkun tinkludi iktar minn pass wieħed.

8.4.2.1.4.

It-twissija akustika għandha tingħaraf faċilment mis-sewwieq.

8.4.2.2.   It-twissija tal-ewwel livell għandu jkun fiha għall-inqas twissija viżiva attivata għal 4 sekondi jew iktar meta ċ-ċinturin tas-sikurezza ma jkunx maqful u s-swiċċ tal-ignixin ikun attivat.

8.4.2.3.   L-attivazzjoni tat-twissija tal-ewwel livell għandha tiġi ttestjata skont il-proċedura tat-test definita fl-Anness 18, il-paragrafu 1.

8.4.2.4.   It-twissija tat-tieni livell għandha tkun sinjal viżiv u akustiku attivat għal 30 sekonda jew iktar ħlief fil-każijiet fejn it-twissija tieqaf għal iktar minn 3 sekondi meta ċ-ċinturin tas-sikurezza ma jkunx maqful, meta l-vettura tkun fi tħaddim normali u meta mill-inqas kundizzjoni waħda minn dawn (jew kwalunkwe taħlita ta’ dawn il-kundizzjonijiet), tkun issodisfata:

8.4.2.4.1.

Id-distanza misjuqa tkun ikbar mid-distanza limitu. Il-limitu ma għandux ikun iktar minn 500 m. Id-distanza li l-vettura ma tkunx fi tħaddim normali għandha tiġi eskluża.

8.4.2.4.2.

Il-veloċità tkun ikbar mil-limitu tal-veloċità. Il-limitu ma għandux jaqbeż il-25 km/h.

8.4.2.4.3.

It-tul ta’ ħin (bil-magna taħdem) ikun ikbar mit-tul ta’ ħin limitu. Il-limitu ma għandux jaqbeż is-60 sekonda. It-tul tat-twissija tal-ewwel livell u t-tul tal-ħin li vettura ma tkunx qed titħaddem normalment għandhom jiġu esklużi.

8.4.2.5.   L-attivazzjoni tat-twissija tat-tieni livell għandha tiġi ttestjata skont il-proċedura tat-test definita fl-Anness 18, il-paragrafu 2.

8.4.2.6.   It-tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza tista’ tiġi ddiżinjata biex tippermetti d-deattivazzjoni.

8.4.2.6.1.

Fil-każ li tiġi pprovduta deattivazzjoni għal ħin qasir, id-deattivazzjoni tat-tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza għandha tkun iktar diffiċli milli sempliċement il-qfil taċ-ċinturin tas-sikurezza. Meta l-ignixin tintefa għal aktar minn 30 minuta u terġa’ tinxtegħel, għandha terġa tiġi attivata t-tfakkira għal deattivazzjoni qasira.

8.4.2.6.2.

Fil-każ li tiġi pprovduta faċilità għal diżattivazzjoni fit-tul, din għandha tkun tirrikjedi sekwenza ta’ operazzjonijiet biex tiġi diżattivata, u li jkunu mogħtija fid-dettall biss fil-manwal tekniku tal-manifattur u/jew li jirrikjedu l-użu ta’ għodod (mekkaniċi, elettriċi, diġitali, eċċ.) li ma jingħatawx mal-vettura.

9.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri għall-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), skont dawn ir-rekwiżiti:

9.1.

Kull tip ta’ vettura jew ċinturin ta’ sikurezza jew sistema tat-trażżin approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun immanifatturat b’tali mod li jikkonforma mat-tip approvat billi jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6, 7 u 8 t’aktar ‘il fuq.

9.2.

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 14 ta’ dan ir-Regolament.

9.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darbtejn f’sena.

10.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

10.1.

L-approvazzjoni mogħtija rigward vettura jew tip ta’ ċinturin jew ta’ sistema tat-trażżin tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 9.1 hawn fuq, jew jekk iċ-ċinturin(i) tas-sikurezza jew is-sistema/i ta’ trażżin magħżul(a) ma jirnexxilux/jirnexxilhomx jgħaddi/u mill-kontrolli previsti fil-paragrafu 9.2 t’aktar ’il fuq.

10.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1A jew fl-Anness 1B ta’ dan ir-Regolament (kif xieraq).

11.   IL-MODIFIKI U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURA JEW TAT-TIP TA’ ĊINTURIN TAS-SIKUREZZA JEW TA’ SISTEMA TAT-TRAŻŻIN

11.1.

Kull modifika tat-tip ta’ vettura jew taċ-ċinturin jew tas-sistema tat-trażżin jew tat-tnejn li huma għandha tkun innotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’vettura jew it-tip ta’ ċinturin tas-sikurezza jew ta’ sistema tat-trażżin. L-Awtorità mbagħad tista’:

11.1.1.

Tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers apprezzabbli u li jkun x’ikun il-każ il-vettura jew iċ-ċinturin tas-sikurezza jew is-sistema ta’ trażżin għadha tikkonforma mar-rekwiżiti; jew

11.1.2.

Kif ukoll tesiġi rapport ġdid ta’ test mis-Servizz Tekniku inkarigat li jagħmel it-testijiet.

11.2.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 11.1 hawn fuq, varjant tal-vettura li l-massa tagħha meta tkun lesta biex taħdem hija inqas minn dik tal-vettura li ġiet soġġetta għat-test tal-approvazzjoni m’għandux jitqies bħala modifika tat-tip ta’ vettura.

11.3.

Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.2.3 jew 5.3.3 ta’ dan ir-Regolament lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

11.4.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni bħal din u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1A jew 1B ta’ dan ir-Regolament.

12.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox mill-manifattura ta’ apparat approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-Awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1A jew 1B ta’ dan ir-Regolament.

13.   STRUZZJONIJIET

Fil-każ ta’ tip ta’ ċinturin tas-sikurezza provdut b’mod separat mill-vettura, l-istruzzjonijiet għall-ippakkjar u għall-installazzjoni għandhom jiddikjaraw b’mod ċar it-tip(i) ta’ vettura li għalih(om) huwa maħsub.

14.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li joħorġu l-approvazzjoni u li jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

15.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

15.1.   L-approvazzjonijiet tat-tip ta’ vettura

15.1.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 15 għas-serje 04 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie mmodifikat mis-Suppliment 15 tas-serje 04 ta’ emendi.

15.1.2.

Minn sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 15 għas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk ir-rekwiżiti tar-Regolament, kif emendat mis-Suppliment 15 tas-serje 04 ta’ emendi jkunu ssodisfati.

15.1.3.

Minn 7 snin wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 15 għas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-Suppliment 15 tas-serje 04 ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, approvazzjonijiet eżistenti tal-kategoriji tal-vetturi minbarra M1 u li mhumiex affettwati bis-Suppliment 15 għas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

15.1.3.1.

Madanakollu, mill-1 ta’ Ottubru 2000, għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-Suppliment 8 għas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, jekk ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti tal-informazzjoni tal-paragrafu 8.3.5 u tal-Anness 17.

15.2.   L-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sikurezza u t-tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza

Dawn id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali japplikaw biss għall-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sikurezza u t-tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza fuq il-vetturi u ma jbiddlux il-marka taċ-ċinturin tas-sikurezza.

15.2.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 12 għas-serje 04 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie mmodifikat mis-Suppliment 12 tas-serje 04 ta’ emendi.

15.2.2.

Malli jiskadi perjodu ta’ 36 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 15.2.1 hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tipi ta’ vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-Suppliment 12 għas-serje 04 ta’ emendi.

15.2.3.

Malli jiskadi perjodu ta’ 60 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 15.2.1 t’aktar ’il fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-Suppliment 12 għas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

15.2.4.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 14 għas-serje 04 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie mmodifikat mis-Suppliment 14 tas-serje 04 ta’ emendi.

15.2.5.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 16 għas-serje 04 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie mmodifikat mis-Suppliment 16 tas-serje 04 ta’ emendi.

15.2.6.

Malli jiskadi perjodu ta’ 36 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 15.2.4 hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tipi ta’ vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-Suppliment 14 għas-serje 04 ta’ emendi.

15.2.7.

Malli jiskadi perjodu ta’ 60 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ li tissemma fil-paragrafu 15.2.4 hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-Suppliment 14 għas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

15.2.8.

Wara s-16 tal-Lulju 2006, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni biss jekk it-tip tal-vettura tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-Suppliment 16 għas-serje 04 ta’ emendi.

15.2.9.

Mis-16 ta’ Lulju 2008, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet ta’ vetturi tal-kategorija N1 li ma ngħatawx skont is-Suppliment 16 għas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

15.2.10.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 05 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje 05 ta’ emendi.

15.2.11.

Mit-18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ, il-Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament għandha tagħti approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 05 ta’ emendi.

15.2.12.

Minn 72 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 05 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament ma għandhomx jibqgħu validi, ħlief fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 05 ta’ emendi.

15.2.13.

Minkejja l-paragrafu 15.2.12, l-approvazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi minbarra M1 għas-serje preċedenti ta’ emendi lir-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje 05 ta’ emendi marbuta mar-rekwiżiti dwar l-installazzjoni ta’ tfakkira għaċ-ċinturin tas-sikurezza, għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.

15.2.14.

Minkejja l-paragrafu 15.2.12, l-approvazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi minbarra N2 u N3 għas-serje preċedenti ta’ emendi lir-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje 05 ta’ emendi marbuta mar-rekwiżiti minimi għaċ-ċinturini tas-sikurezza u r-ritrattaturi fl-Anness 16, għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.

15.2.15.

Anki wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 05 ta’ emendi, l-approvazzjonijiet tal-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati lis-serje preċedenti ta’ emendi tar-regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom u ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni lis-serje 04 ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament.

15.2.16.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom ta’ dan ir-Regolament tidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 05 ta’ emendi, mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet li ngħataw skont kwalunkwe waħda mis-serje preċedenti ta’ emendi lil dan ir-Regolament.

15.3.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 06 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje 06 ta’ emendi.

15.3.1.

Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 06 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, kif emendat mis-serje 06 ta’ emendi.

15.3.2.

Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 06, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-serje 06 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

15.3.3.

Anki wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 06 ta’ emendi, l-approvazzjonijiet tal-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati skont is-serje preċedenti ta’ emendi lir-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom, u l-Partijiet Kontraenti jistgħu jkomplu jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni skont is-serje 05 ta’ emendi.

15.3.4.

Minkejja l-paragrafi 15.3.1 u 15.3.2, l-approvazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi skont is-serje preċedenti ta’ emendi lir-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje 06 ta’ emendi għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

15.3.5.

Sakemm ma jkunx hemm rekwiżiti dwar it-twaħħil obbligatorju taċ-ċinturini tas-sikurezza għas-sits li jintlewew fir-rekwiżiti nazzjonali tagħhom fil-waqt tal-adeżjoni tagħhom ma’ dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jkomplu jippermettu li ma jitwaħħlux għall-finijiet tal-approvazzjoni nazzjonali u, f’dan il-każ, dawn il-kategoriji ta’ kowċis ma jistax jingħatalhom approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.

15.3.6.

Ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet ta’ komponenti skont serje preċedenti ta’ emendi lir-Regolament jekk iċ-ċinturini tas-sikurezza jkunu maħsuba biex jiġu installati f’vetturi li jkunu ġew approvati qabel is-serje rispettiva ta’ emendi.

15.3.7.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 tas-serje 06 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni tat-tip taħt dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 5 tas-serje 06 ta’ emendi.

15.3.8.

Sa 12-il xahar wara d-data ta-dħul fis-seħħ tas-Supplement 5 tas-serje 06 ta’ emendi għal dan ir-Regolamenti, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip għas-serje 06 ta’ emendi għal dan ir-Regolament mingħajr ma jitqiesu d-dispożizzjonijiet tas-Supplement 5 tas-serje 06 tal-emendi.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2) — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  L-obbligi tal-Ftehim li dan ir-Regolament hu anness miegħu m’għandhomx iċaħħdu lill-Ġappun milli jesiġi li l-vetturi tal-kategorija N1, li jingħataw approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament, jissodisfaw ir-rekwiżiti nazzjonali eżistenti tiegħu għat-tfakkiriet taċ-ċinturini tas-sikurezza.

(3)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2) — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(4)  In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 jidhru għal darb’oħra fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 3, Anness 3 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(5)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna tal-paragrafu 5.2.4.1 ta’ dan ir-Regolament.

(6)  g = 9,81 m/s2.

(7)  It-test ma sarx għal ċineg b’nisġa djagonali (twill) b’ħajt tal-poliester b’tenaċità kbira peress li dawn jitwessgħu meta jitgħabbew. F’dak il-każ, il-wisa’ mingħajr it-tagħbija għandha tkun ≥ 46 mm.

(*)  Ara l-paragrafu 7.4.1.6.4.3 hawn taħt.

(8)  9,81 m/s2

(9)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2) — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(10)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(11)  Filwaqt li r-rekwiżiti attwali għal tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza huma limitati għas-sit tas-sewwieq tal-vetturi tal-kategorija M1, huwa mifhum li l-ambitu ta’ dan ir-Regolament se jiġi esetiż għal vetturi tal-kategoriji l-oħra u għal pożizzjonijiet bilqiegħda oħra. B’għarfien tal-importanza tal-fatturi umani għat-twassil tal-istimoli lis-sewwieq, ir-rekwiżiti futuri tat-tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza mitluba minn dan ir-Regolament se jkollhom l-għan ta’ konverġenza armonizzata tas-sistemi ta’ twissija.


ANNESS 1 A

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 1 B

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TA’ APPROVAZZJONI

1.   L-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni tal-vettura li jikkonċernaw l-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sikurezza

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 5.2.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernat, rigward iċ-ċinturini tas-sikurezza, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 16. In-nurmu tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 16 kif emendat mis-serje 06 ta’ emendi.

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 5.2.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernat, rigward iċ-ċinturini tas-sikurezza, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 16 u 52 (1). In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta l-approvazzjoni rispettivi ngħataw, ir-Regolament Nru 16 kien jinkludi s-serje 06 ta’ emendi, u r-Regolament Nru 52, is-serje ta’ emendi 01.

2.   L-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni taċ-ċinturini tas-sikurezza (ara l-paragrafu 5.3.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Iċ-ċinturin li għandu fuqu l-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq huwa ċinturin bi tliet punti (“A”), mgħammar b’assorbitur tal-enerġija (“e”) u li ġie approvat fin-Netherlands (E 4) bin-numru 062439, fejn ir-Regolament diġà kien jinkorpora s-serje 06 ta’ emendi fi żmien l-approvazzjoni.

Image

Iċ-ċinturin li għandu fuqu l-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq huwa ċinturin ta’ fuq il-ħoġor (“B”), mgħammar b’ritrattatur tat-tip 4, b’sensittività multipla (m) u li ġie approvat fin-Netherlands (E 4) bin-numru 062489, fejn ir-Regolament diġà kien jinkorpora s-serje 04 ta’ emendi fi żmien l-approvazzjoni.

Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simbolu/i addizzjonali jridu jitqiegħdu qrib iċ-ċirku u jew ‘il fuq jew ‘l isfel mill-“E” jew fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta’ dik l-ittra. Il-figuri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-“E” u jridu jkunu orjentati fl-istess direzzjoni. Is-simbolu/i addizzjonali għandhom ikunu dijametrikament opposti għan-numru tal-approvazzjoni. L-użu ta’ numri rumani bħala numri ta’ approvazzjoni għandu jkun evitat sabiex tkun ipprevenuta kwalunkwe konfużjoni ma’ simboli oħra.

Image

Iċ-ċinturin li għandu fuqu l-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq huwa ċinturin ta’ tip speċjali (“S”), mgħammar b’assorbitur tal-enerġija (“e”) u li ġie approvat fin-Netherlands (E4) bin-numru 0622439, fejn ir-Regolament diġà kien jinkorpora s-serje 06 ta’ emendi fi żmien l-approvazzjoni.

Image

Iċ-ċinturin li għandu fuqu l-marka tal-approvazzjoni t’hawn fuq huwa parti minn sistema tat-trażżin (“Z”), huwa ċinturin ta’ tip speċjali (“S”) mgħammar b’assorbitur tal-enerġija (“e”). Ġie approvat fin-Netherlands (E 4) bin-numru 0624391, fejn ir-Regolament diġà kien jinkorpora s-serje 06 ta’ emendi fi żmien l-approvazzjoni.

Image

Iċ-ċinturin li għandu fuqu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip huwa ċinturin bi tliet punti (“A”) b’ritrattatur tat-tip 4N (“r4N”) b’sensittività multipla (“m”), li fir-rigward tiegħu l-approvazzjoni tat-tip ingħatat fin-Netherlands (“E 4”) bin-numru 062439, fejn ir-Regolament diġà kien jinkorpora s-serje 06 ta’ emendi fi żmien l-approvazzjoni. Dan iċ-ċinturin m’għandux jitwaħħal fuq vetturi tal-kategorijia M1.

Image

Iċ-ċinturin tas-sikurezza li għandu fuqu din il-marka tal-approvazzjoni tat-tip huwa ċinturin bi tliet punti (“A”) mgħammar b’assorbitur tal-enerġija (“e”), li ġie approvat bħala li jissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi tal-paragrafu 6.4.1.3.3. ta’ dan ir-Regolament, u b’ritrattatur tat-tip 4 (“r4”) b’sensittività multipla (“m”), li fir-rigward tiegħu l-approvazzjoni tat-tip ingħatat fin-Netherlands (“E 4”) bin-numru tal-approvazzjoni 062439. L-ewwel żewġ numri jindikaw li r-Regolament diġà kien jinkorpora s-serje 06 ta’ emendi fi żmien l-approvazzjoni. Dan iċ-ċinturin tas-sikurezza għandu jitwaħħal fuq vettura mgħammra b’airbag fil-pożizzjoni bilqiegħda indikata.


(1)  It-tieni numru qed jingħata sempliċement bħala eżempju.


ANNESS 3

DIJAGRAMMA TA’ APPARAT BIEX TIĠI TTESTJATA D-DURABBILTÀ TAL-MEKKANIŻMU TAR-RETRATTATUR

Image


ANNESS 4

DIJAGRAMMA TA’ APPARAT BIEX JIĠI TTESTJAT L-ILLOKKJAR TAR-RITRATTATURI LI JILLOKKJAW F’EMERĠENZA

Fil-grafika jintwera apparat adattat u jikkonsisti f’cam motorizzata, bl-apparat li jsegwiha ikun imqabbad b’wajers ma’ troli żgħir iarmat fuq mogħdija. Il-kombinazzjoni tad-disinn tal-cam u tal-veloċità tal-mutur hija tali li tagħti l-aċċellerazzjoni meħtieġa b’rata ta’ żieda fl-aċċellerazzjoni kif speċifikat fil-paragrafu 7.6.2.2 ta’ dan ir-Regolament u t-tefgħa (stroke) hija kkonfigurata biex tkun akbar mill-moviment massimu permess taċ-ċinturin qabel l-illokkjar.

Fuq it-troli, jiġi armat karru li jista’ jiddawwar biex ir-ritrattatur ikun jista’ jiġi armat f’pożizzjonijiet li jvarjaw b’mod relattiv għad-direzzjoni tal-moviment tat-troli.

Meta r-ritrattaturi jiġu ttestjati għas-sensittività għall-moviment taċ-ċinga, ir-ritrattatur jiġi armat fuq bracket fiss adattat u ċ-ċinga titwaħħal mat-troli.

Meta jitwettqu t-testijiet hawn fuq, kwalunkwe bracket, eċċ. ipprovdut mill-manifattur jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu għandu jkun inkorporat fl-installazzjoni tat-test biex tiġi simulata bl-eqreb mod possibbli l-installazzjoni maħsuba f’vettura.

Kwalunkwe bracket addizzjonali, eċċ. li jista’ jkun meħtieġ biex tiġi simulata l-installazzjoni kif maħsuba fil-vettura għandu jiġi pprovdut mill-manifattur jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

Image


ANNESS 5

DIJAGRAMMA TA’ APPARAT GĦAT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAT-TRAB

Image

Test ta 'immaġni

Image


ANNESS 6

DESKRIZZJONI TAT-TROLI, TAS-SIT, TAL-ANKRAĠĠI U TAL-APPARAT TAT-TWAQQIF

1.   IT-TROLI

Għat-testijiet fuq iċ-ċinturini tas-sikurezza, it-troli, li jġorr is-sit biss, għandu jkollu massa ta’ 400 + 20 kg. Għat-testijiet fuq is-sistemi ta’ trażżin, it-troli bl-istruttura tal-vettura mwaħħla għandu jkollu massa ta’ 800 kg. Madanakollu, jekk ikun meħtieġ, il-massa totali tat-troli u tal-istruttura tal-vettura tista’ tiġi miżjuda b’inkrementi ta’ 200 kg. Fl-ebda każ m’għandha l-massa totali tvarja mill-valur nominali b’aktar minn + 40 kg.

2.   SIT

Ħlief fil-każ tat-testijiet fuq is-sistemi ta’ trażżin, is-sit għandu jkun ta’ kostruzzjoni riġida u superfiċje lixxa. Id-dettalji mogħtija fil-Grafika 1 ta’ dan l-anness għandhom jiġu rispettati, fejn tingħata attenzjoni biex l-ebda parti metallika ma tiġi f’kuntatt maċ-ċinturin.

3.   ANKRAĠĠI

3.1.

Fil-każ ta’ ċinturin mgħammar b’apparat għall-aġġustament tal-għoli taċ-ċinturin kif iddefinit fil-paragrafu 2.14.6 ta’ dan ir-Regolament, dan l-apparat għandu jkun marbut sew jew ma’ qafas riġidu jew ma’ parti tal-vettura li fuqha normalment ikun armat li għandha tkun iffissata sew mat-troli tat-test.

3.2.

L-ankraġġi għandhom jiġu pożizzjonati kif jidher fil-Grafika 1. Il-marki li jikkorrispondu għall-arranġament tal-ankraġġi juru fejn it-truf taċ-ċinturin għandhom jitqabbdu mat-troli jew mat-transducer tat-tagħbija, skont il-każ. L-ankraġġi għal użu normali huma l-punti A, B u K jekk it-tul taċ-ċinga bejn it-tarf ta’ fuq tal-bokkla u t-toqba biex jitwaħħal l-appoġġ taċ-ċinga ma jkunx aktar minn 250 mm. Jekk dan mhux il-każ, għandhom jintużaw il-punti A1 u B1. It-tolleranza fuq il-pożizzjoni tal-punti tal-ankraġġ hija tali li kull punt ta’ ankraġġ ma għandux ikun aktar minn 50 mm mill-punti korrispondenti A, B u K indikati fil-Grafika 1 jew A1, B1 u K, skont il-każ.

3.3.

L-istruttura li ġġorr l-ankraġġi għandha tkun riġida. L-ankraġġ ta’ fuq ma għandux jiġi spostat b’aktar minn 0,2 mm fid-direzzjoni lonġitudinali meta tiġi applikata tagħbija ta’ 98 daN f’dik id-direzzjoni. It-troli għandu jkun mibni b’tali mod li m’għandu jkun hemm l-ebda deformazzjoni permanenti fil-partijiet li qed iġorru l-ankraġġi matul it-test.

3.4.

Jekk huwa meħtieġ ir-raba’ ankraġġ biex jitwaħħal mar-ritrattatur, dan l-ankraġġ:

 

Għandu jkun fil-pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi minn K;

 

Għandu jippermetti li r-ritrattatur jiġi inklinat għall-angolu previst mill-manifattur;

 

Għandu jinsab fuq l-ark ta’ ċirku b’raġġ KB1 = 790 mm jekk it-tul bejn il-gwida taċ-ċinga ta’ fuq u minfejn toħroġ iċ-ċinga fir-ritrattatur ma jkunx inqas minn 540 mm jew, fil-każi l-oħra kollha, fuq l-ark ta’ ċirku biċ-ċentru K u b’raġġ ta’ 350 mm.

4.   L-APPARAT TAT-TWAQQIF

4.1.

L-apparat jikkonsisti minn żewġ apparati assorbenti identiċi armati b’mod parallel, ħlief fil-każ ta’ sistemi ta’ trażżin meta għandhom jintużaw erba’ apparati assorbenti għal massa nominali ta’ 800 kg. Jekk ikun meħtieġ, għandu jintuża apparat assorbenti addizzjonali għal kull żieda ta’ 200 kg fil-massa nominali. Kull assorbitur jikkonsisti fi:

 

Kisi fuq barra fformat minn tubu tal-azzar;

 

Tubu tal-poliuretan li jassorbi l-enerġija;

 

Pum forma ta’ żebbuġa tal-azzar illeqq li jgħaddi ġol-assorbitur; kif ukoll

 

Xaft u pjanċa għall-impatt.

4.2.

Id-dimensjonijiet tal-partijiet differenti ta’ dan l-assorbitur huma indikati fid-dijagrammi riprodotti fil-Grafiki 2, 3 u 4.

4.3.

Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti jingħataw fit-Tabella ta’ dan l-Anness. Immedjatament qabel kull test, it-tubi għandhom jiġu kkundizzjonati f’temperatura ta’ bejn il-15o u l-25 °C għal mill-inqas 12-il siegħa mingħajr ma jintużaw. Matul l-ittestjar dinamiku taċ-ċinturini tas-sikurezza jew tas-sistemi ta’ trażżin, l-apparat li jwaqqaf għandu jkun fl-istess temperatura bħal waqt it-test ta’ kalibrazzjoni, b’tolleranza ta’ ± 2 °C. Ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-apparat tat-twaqqif jingħataw fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament. Jista’ jintuża kwalunkwe apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti.

Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti

(Il-Metodu tal-ASTM D 735 ħlief jekk ikun iddikjarat mod ieħor)

Ebusija Shore A:

95 ± 2 f’temperatura ta’ 20 ± 5 °C

Is-saħħa tat-tiċrit

Ro > 343 daN/cmP2

Elongazzjoni minima

Ao > 400 fil-mija

Modulu f’elongazzjoni ta’ 100 fil-mija

> 108 daN/cmP2

F’elongazzjoni ta’ 300 fil-mija:

> 235 daN/cmP2

Il-fraġilità f’temperatura baxxa (Metodu D 736 tal-ASTM):

5 sigħat f’temperatura ta’ – 55 °C

Is-sett tal-kompressjoni (Metodu B):

22 siegħa f’temperatura ta’ 70 °C < 45 fil-mija

Id-densità f’temperatura ta’ 25 °C

bejn 1,05 u 1,10


It-taqdim fl-ajra (il-Metodu tal-ASTM D 573)

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C

Ebusija Shore A:

varjazzjoni massima ta’ ± 3

 

Is-saħħa tat-tiċrit:

tnaqqis ta’ < 10 fil-mija ta’ Ro

 

Elongazzjoni

tnaqqis ta’ < 10 fil-mija ta’ Ao

 

Massa:

tnaqqis ta’ < 1 fil-mija

Tgħaddis fiż-żejt (il-Metodu tal-ASTM Nru 1 Żejt):

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C

Ebusija Shore A:

varjazzjoni massima ta’ ± 4

 

Is-saħħa tat-tiċrit:

tnaqqis ta’ < 15 fil-mija ta’ Ro

 

Elongazzjoni

tnaqqis ta’ < 10 fil-mija ta’ Ao

 

Il-volum:

nefħa ta’ < 5 fil-mija

Tgħaddis fiż-Żejt (il-Metodu tal-ASTM Nru 3 Żejt):

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C

Is-saħħa tat-tiċrit:

tnaqqis ta’ < 15 fil-mija ta’ Ro

 

Elongazzjoni

tnaqqis ta’ < 15 fil-mija ta’ Ao

 

Il-volum:

nefħa ta’ < 20 fil-mija

Immersjoni fl-ilma distillat:

Ġimgħa waħda (1) f’temperatura ta’ 70 °C

Is-saħħa tat-tiċrit:

tnaqqis ta’ < 35 fil-mija ta’ Ro

 

Elongazzjoni

żieda ta’ < 20 fil-mija ta’ Ao

Grafika 1

It-troli, is-sit, l-ankraġġ

Image

Test ta 'immaġni

Grafika 2

L-apparat tat-twaqqif

(Immuntat)

Image

Test ta 'immaġni

Grafika 3

L-apparat tat-twaqqif

(Tubu tal-poliuretan)

Image

Test ta 'immaġni

Grafika 4

L-apparat tat-twaqqif

(Boċċa b’forma ta’ żebbuġa)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 7

DESKRIZZJONI TAL-MANIKIN

1.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-MANIKIN

1.1.   Ġenerali

Il-karatteristiċi ewlenin tal-manikin jintwerew fil-grafiki u fit-tabelli li ġejjin:

Grafika 1

Ir-ras, l-għonq u t-torso, mill-ġenb;

Grafika 2

Ir-ras, l-għonq u t-torso, minn quddiem;

Grafika 3

Il-ġenb, il-koxox u l-parti t’isfel tar-riġel mill-ġenb;

Grafika 4

Il-ġenb, il-koxox u l-parti t’isfel tar-riġel l, minn quddiem;

Grafika 5

Id-dimensjonijiet ewlenija;

Grafika 6

Il-manikin f’pożizzjonijiet bilqiegħda, li turi:

 

Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità;

 

Il-pożizzjoni tal-punti fejn l-ispostament għandu jitkejjel; u l-għoli tal-ispallejn.

Tabella 1

Ir-referenzi, l-ismijiet, il-materjali u d-dimensjonijiet ewlenin tal-komponenti tal-manikin; kif ukoll

Tabella 2

Il-mases tar-ras, tal-għonq, tat-torso, tal-koxox u tal-parti t’isfel tar-riġel l.

1.2.   Deskrizzjoni tal-manikin

1.2.1.   L-istruttura tal-parti t’isfel tar-riġel (ara l-Grafiki 3 u 4)

L-istruttura ta l-parti t’isfel tar-riġel tikkonsisti minn tliet komponenti:

 

Pjanċa tal-qiegħ tas-sieq (30);

 

Tubu tal-qasba tas-sieq (29); kif ukoll

 

Tubu tal-irkoppa (26).

It-tubu tal-irkoppa għandu żewġ toqob li jillimitaw il-moviment tal-parti t’isfel tar-riġel relattivament għall-koxxa.

Il-parti t’isfel tar-riġel tista’ tiddawwar lura b’120° mill-pożizzjoni dritta.

1.2.2.   L-istruttura tal-koxxa (ara l-Grafiki 3 u 4)

L-istruttura tal-koxxa tikkonsisti minn tliet komponenti:

 

Tubu tal-irkoppa (22);

 

Ħadida tal-koxxa (21); kif ukoll

 

Tubu tal-ġenbejn (20).

Il-moviment tal-irkoppa huwa limitat minn żewġ biċċiet maqtugħa fit-tubu tal-irkoppa (22) li jidħlu fit-toqob tal-parti t’isfel tar-riġel.

1.2.3.   L-istruttura tat-torso (ara l-Grafiki 1 u 2)

L-istruttura tat-torso tikkonsisti minn:

 

Tubu tal-ġenb (2).

 

Katina bir-rombli (4);

 

Kustilji (6) u (7);

 

Sternum (8), kif ukoll

 

Żidiet tal-katina (3) u f’partijiet (7) u (8).

1.2.4.   L-għonq (ara l-Grafiki1 u 2)

L-għonq jikkonsisti minn seba’ diski tal-poliuretan (9). L-ebusija tal-għonq tista’ tiġi aġġustata permezz ta’ tensjonatur b’ katina.

1.2.5.   Ir-ras (ara l-Grafiki 1 u 2)

Ir-ras (15) infisha hija vojta; il-forma tal-poliuretan hija rinforzata minn pjanċa tal-azzar (17). It-tensjonatur b’katina li permezz tiegħu jista’ jiġi aġġustat l-għonq jikkonsisti minn blokka tal-poliamide (10), spacer f’forma ta’ tubu (11), u l-elementi li jżidu t-tensjoni (12) u (13). Ir-ras tista’ tiddawwar fuq il-ġog tal-għonq Atlas-Axis, li jikkonsisti mill-assemblaġġ tal-apparat ta’ aġġustament (14) u (18), mill-ispacer (16), u mill-blokka tal-poliamide (10).

1.2.6.   Il-ġogi tal-irkoppa (ara l-Grafika 4)

Il-parti t’isfel tar-riġel u l-koxox huma mqabbda b’tubu (27) u b’tensjonatur (28).

1.2.7.   Il-ġog tal-ġenbejn (ara l-Grafika 4)

Il-koxox u t-torso huma mqabbda b’tubu (23), bi pjanċi tal-frizzjoni (24), u b’assemblaġġ tat-tensjonatur (25).

1.2.8.   Poliuretan

Tip: Il-kompost PU 123 CH

L-ebusija: 50-60 Shore A

1.2.9.   L-overalls

Il-manikin huwa kopert b’overall speċjali (ara t-Tabella 1).

2.   L-APPARATI TA’ KORREZZJONI

2.1.   Ġenerali

Sabiex il-manikin ikun ikkalibarat għal ċerti valuri u għall-massa totali tiegħu, id-distribuzzjonital-massa tiġi aġġustata billi jintużaw sitt mases tal-azzar ta’ korrezzjoni ta’ 1 kg kull wieħed, li jistgħu jkunu armati fil-ġog tal-ġenbejn. Is-sitt piżijiet tal-poliuretan b’massa ta’ 1 kg kull wieħed jistgħu jiġu armati fid-dahar tat-torso.

3.   IL-KUXXIN

Il-kuxxin għandu jitqiegħed bejn is-sider tal-manikin u l-overall. Din il-kuxxin għandu jkun magħmul mill-fowm tal-poliuretan tal-ispeċifikazzjoni li ġejja:

L-ebusija: 7-10 shore A

Ħxuna: 25 mm + 5

Għandha tkun tista’ tiġi sostitwita.

4.   L-AĠĠUSTAMENT TAL-ĠOGI

4.1.   Ġenerali

Sabiex jinkisbu riżultati riproduċibbli, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata u kkontrollata l-frizzjoni f’kull ġog.

4.2.   Il-ġog tal-irkoppa

Issikka l-ġog tal-irkoppa.

Qiegħed il-koxxa u l-parti t’isfel tar-riġel f’pożizzjoni vertikali.

Dawwar il-parti t’isfel tar-riġel 30°.

Bil-mod il-mod illaxka t-tensjonatur (28) sakemm il-parti t’isfel tar-riġel tibda taqa’ bil-massa tagħha stess.

Illokkja t-tensjonatur f’din il-pożizzjoni.

4.3.   Il-ġog tal-ġenbejn

Issikka l-ġog tal-ġenbejn.

Qiegħed il-koxxa f’pożizzjoni orizzontali u t-torso f’pożizzjoni vertikali.

Dawwar it-torso f’direzzjoni ‘l quddiem sakemm l-angolu bejn it-torso u l-koxxa jkun 60°.

Bil-mod il-mod illaxka t-tensjonatur sakemm it-torso jibda jaqa’ bil-massa tiegħu stess.

Illokkja t-tensjonatur f’din il-pożizzjoni.

4.4.   Il-ġog tal-għonq Atlas-Axis

Aġġusta l-ġog tal-għonq Atlas-Axis sabiex jirreżisti eżatt għall-piż tiegħu fid-direzzjonijiet ‘il quddiem u lura.

4.5.   L-għonq

L-għonq jista’ jiġi aġġustat permezz ta’ tensjonatur b’katina (13). Meta l-għonq jiġi aġġustat, it-tarf ta’ fuq tat-tensjonatur għandu jiċċaqlaq bejn 4 u 6 cm meta jiġi soġġett għal tagħbija orizzontali ta’ 10 daN.

Tabella 1

Numru tar-Referenza

Isem

Materjal

Dimensjonijiet

1

Il-materjal tal-ġisem

Poliuretan

2

It-tubu tal-ġenbejn

Azzar

76 × 70 × 100 mm

3

Iż-żjidiet tal-katina

Azzar

25 × 10 × 70 mm

4

Ktajjen rombli (roller chain)

Azzar

3/4

5

Il-pjanċa tal-ispalla

Poliuretan

6

It-taqsima rrumblata

Azzar

30 × 30 × 3 × 250 mm

7

Il-kustilji

Pjanċa tal-azzar ipperforat

400 × 85 × 1,5 mm

8

Sternum

Pjanċa tal-azzar ipperforat

250 × 90 × 1,5 mm

9

Diski (sitta)

Poliuretan

ø 90 × 20 mm

 

 

 

ø 80 × 20 mm

 

 

 

ø 75 × 20 mm

 

 

 

ø 70 × 20 mm

 

 

 

ø 65 × 20 mm

 

 

 

ø 60 × 20 mm

10

Blokka

Poliamide

60 × 60 × 25 mm

11

L-ispacer f’forma ta’ tubu

Azzar

40 × 40 × 2 × 50 mm

12

Il-bolt li jżid it-tensjoni

Azzar

M16 × 90 mm

13

L-iskorfina tat-tensjonatur

Azzar

M16

14

Tensjonatur għall-ġog tal-għonq Atlas-Axis

Azzar

ø 12 × 130 mm (M12)

15

Ir-ras

Poliuretan

16

L-ispacer f’forma ta’ tubu

Azzar

ø 18 × 13 × 17 mm

17

Il-pjanċa ta’ rinforz

Azzar

30 × 3 × 500 mm

18

L-iskorfina tat-tensjonatur

Azzar

M12 mm

19

Il-koxox

Poliuretan

20

It-tubu tal-ġenbejn

Azzar

76 × 70 × 80 mm

21

Il-ħadida tal-koxox

Azzar

30 × 30 × 440 mm

22

It-tubu tal-irkoppa

Azzar

52 × 46 × 40 mm

23

It-tubu ta’ konnessjoni tal-ġenbejn

Azzar

70 × 64 × 250 mm

24

Il-pjanċi tal-frizzjoni (erbgħa)

Azzar

160 × 75 × 1 mm

25

L-assemblaġġ tat-tensjonatur

Azzar

M12 × 320 mm + Pjanċi u skorfini

26

It-tubu tal-irkoppa

Azzar

52 × 46 × 160 mm

27

It-tubu ta’ konnessjoni tal-irkoppa

Azzar

44 × 39 × 190 mm

28

Il-pjanċa tat-tensjonatur

Azzar

ø 70 × 4 mm

29

It-tubu tal-qasba tas-sieq

Azzar

50 × 50 × 2 × 460 mm

30

Il-pjanċa tal-qiegħ tas-sieq

Azzar

100 × 170 × 3 mm

31

Il-massa ta’ korrezzjoni tat-torso (sitta)

Poliuretan

Kull massa 1 kg

32

Il-kuxxin

Fowm tal-polietilen

350 × 250 × 25 mm

33

L-overall

Ċineg tal-qoton u tal-poliamide

34

Il-mases ta’ korrezzjoni tal-ġenbejn (sitta)

Azzar

Kull massa 1 kg


Tabella 2

Il-komponenti tal-manikin

Il-massa f’kg

Ir-ras u l-għonq

4,6 ± 0,3

It-torso u d-dirgħajn

40,3 ± 1,0

Il-koxox

16,2 ± 0,5

Il-parti t’isfel tar-riġel u s-sieq

9,0 ± 0,5

Il-massa totali inklużi l-piżijiet ta’ korrezzjoni

75,5 ± 1,0

Grafika 1

Image

Grafika 2

Image

Grafika 3

Image

Grafika 4

Image

Grafika 5

Image

Grafika 6

Image

id-dimensjonijiet kollha huma f’mm

G= iċ-ċentru tal-gravità

T= il-punt ta’ referenza tat-torso (fuq wara fuq il-linja ċentrali tal-manikin)

P= il-punt ta’ referenza tal-pelvi (fuq wara fuq il-linja ċentrali tal-maikin)

Il-kejl tal-ispostament fil-punt P m’għandux jinkludi komponenti li jduru madwar l-assi tal-ġenbejn u madwar l-assi vertikali.


ANNESS 8

DESKRIZZJONI TAL-KURVA TAD-DEĊELLERAZZJONI JEW L-AĊĊELLERAZZJONI TAT-TROLI BĦALA FUNZJONI TAL-ĦIN

Fil-każi kollha, il-proċeduri ta’ kalibrazzjoni u ta’ kejl għandhom jikkorrispondu għal dawk iddefiniti fl-Istandard Internazzjonali ISO 6487 (2002); it-tagħmir tal-kejl għandu jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjoni tal-kanal tad-dejta bi klassi ta’ frekwenza tal-kanal (CFC) ta’ 60.

Definizzjoni tal-kurvi differenti

Ħin (ms)

Aċċellerazzjoni (g)

Kuritur baxx

Aċċellerazzjoni (g)

Kuritur għoli

0

20

10

0

10

15

15

20

18

32

25

26

45

26

55

20

60

0

32

80

0

Image

Test ta 'immaġni

Is-segment addizzjonali (ara l-paragrafu 7.7.4.2) japplika biss għas-sled tal-aċċellerazzjoni.


ANNESS 9

STRUZZJONIJIET

Kull ċinturin tas-sikurezza għandu jkun akkumpanjat minn instruzzjonijiet tat-tip jew kontenut li ġej fl-ilsien jew fl-ilsna tal-pajjiż fejn se jitqiegħed għall-bejgħ:

1.

L-istruzzjonijiet tal-installazzjoni (mhux meħtieġa jekk il-manifattur tal-vettura se jinstalla ċ-ċinturin tas-sikurezza) li jispeċifikaw għal liema mudelli tal-vettura l-assemblaġġ huwa adattat u l-metodu korrett kif l-assemblaġġ jitwaħħal fuq il-vettura, inkluża twissija biex wieħed joqgħod attent mill-għerik taċ-ċineg.

2.

L-istruzzjonijiet lill-utent (jistgħu jiġu inklużi fil-manwal tal-utent tal-vettura jekk iċ-ċinturin tas-sikurezza jiġi installat mill-manifattur tal-vettura) li jispeċifikaw l-istruzzjonijiet biex ikun żgurat li l-utent jikseb l-akbar benefiċċju miċ-ċinturin tas-sikurezza. F’dawn l-istruzzjonjiet, għandha ssir referenza għal:

(a)

L-importanza li jintlibes l-assemblaġġ għall-vjaġġi kollha;

(b)

Il-mod korrett ta’ kif jintlibes iċ-ċinturin u b’mod partikolari għal:

(i)

Il-pożizzjoni maħsuba għall-bokkla;

(ii)

Kemm huwa mixtieq li ċ-ċinturini jintlibsu ssikkati;

(iii)

Il-pożizzjoni korretta taċ-ċineg u l-bżonn li jiġi evitat li jinbarmu;

(iv)

L-importanza li kull ċinturin jintuża minn okkupant wieħed biss, u speċjalment li ma jitqiegħedx ċinturin madwar tifel/tifla bilqiegħda fuq ħoġor l-okkupant;

(c)

Il-metodu tat-tħaddim tal-bokkla;

(d)

I-metodu tat-tħaddim tal-apparat ta’ aġġustament;

(e)

I-metodu tat-tħaddim ta’ kwalunkwe ritrattatur li jista’ jkun inkorporat fl-assemblaġġ u l-metodu biex tiġi vverifikata l-funzjoni tal-illokkjar;

(f)

Il-metodi rakkomandati tat-tindif taċ-ċinturin u tar-riassemblaġġ tiegħu wara t-tindif meħtieġ;

(g)

Il-ħtieġa li jiġi sostitwit iċ-ċinturin tas-sikurezza meta jkun intuża f’aċċident serju jew meta juri sinjali li qed jiżżarrad ferm jew li ġie maqtugħ, jew meta, b’ċinturin mgħammar b’indikatur viżwali ta’ tagħbija żejda, jindika li ċ-ċinturin m’għadux adattat biex jintuża aktar jew meta ċinturin tas-sit ikun mgħammar b’apparat għat-tagħbija minn qabel, meta dan tal-aħħar ikun ġie attivat;

(h)

Il-fatt li ċ-ċinturin ma għandu jiġi modifikat b’ebda mod ladarba bidliet ta’ din ix-xorta jistgħu jagħmlu ċ-ċinturin ineffettiv, u b’mod partikolari fejn id-disinn jippermetti li parti tiġi żarmata, struzzjonjiet jew armar mill-ġdid korrett;

(i)

Il-fatt li ċ-ċinturin huwa maħsub biex jintuża minn okkupanti li għandhom id-daqs ta’ adulti;

(j)

L-irfigħ taċ-ċinturin meta ma jkunx qed jintuża.

3.

Fil-każ ta’ ċinturini tas-sikurezza mgħammra b’ritrattatur tat-tip 4N, fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni u fuq kwalunkwe ppakkjar għandu jkun indikat li dan iċ-ċinturin mhux adattat biex jiġi installat f’vetturi motorizzati li jintużaw biex jinġarru l-passiġġieri li m’għandhomx aktar minn disa’ sits, inkluż dak tas-sewwieq.

4.

Rekwiżit għall-installazzjoni għall-konsumatur għandu jkun ipprovdut mill-manifattur/applikant għall-vetturi kollha fejn jista’ jintuża l-assemblaġġ taċ-ċinga ta’ bejn il-koxox. Il-manifattur taċ-ċinturin f’għamla ta’ harness għandu jipprevedi l-immuntar tal-elementi addizzjonali ta’ rinforz għall-ankraġġi taċ-ċineg ta’ bejn il-koxox u għall-installazzjoni tagħhom fil-vetturi kollha fejn ġiet prevista l-installazzjoni.


ANNESS 10

TEST TAL-BOKKLA DOPPJA

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 11

TEST TAL-BRIX U TAL-MICRO-SLIP

Grafika 1

Il-proċedura tat-tip I

Eżempji tal-arranġamenti tat-test li jikkorrispondu mat-tip ta’ tagħmir ta’ aġġustament

EŻEMPJU A

Image

EŻEMPJU B

Image

Grafika 2

Proċedura tat-Tip 2

Image

Image

Test ta 'immaġni

Grafika 3

Il-proċedura tat-tip 3 u t-test tal-micro-slip

Id-distanza totali kemm imxiet (iċ-ċinga): 300 ± 20 mm

Image

Test ta 'immaġni

It-tagħbija ta’ 5 daN fuq l-apparat tal-ittestjar għandha tkun iggwidata b’mod vertikali b’tali mod li jkun evitat li t-tagħbija titbandal u li ċ-ċinga tinbaram.

L-apparat li jwaħħal għandu jkun iffissat mat-tagħbija ta’ 5 daN bl-istess mod bħal f’vettura.


ANNESS 12

TEST TAL-KORRUŻJONI

1.   L-APPARAT TAT-TEST

1.1.

L-apparat għandu jikkonsisti minn kompartiment ta’ raxx irqiq, minn kontenitur fejn tinżamm soluzzjoni tal-melħ, minn provvista ta’ arja kompressata kkundizzjonata b’mod adattat, minn żennuna li tatomizza waħda jew aktar, minn appoġġi għall-kampjuni, minn faċilità biex jissaħħan il-kompartiment, u mill-mezzi meħtieġa għall-kontroll. Id-daqs u l-kostruzzjoni ddettaljata tal-apparat għandhom ikunu fakultattivi, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tat-test.

1.2.

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-qtar tas-soluzzjoni li jakkumulaw mas-saqaf jew mal-għatu tal-kompartiment ma jaqgħux fuq il-kampjuni tat-test.

1.3.

Il-qtar tas-soluzzjoni li jaqgħu mill-kampjuni tat-test m’għandhomx imorru lura fil-kontenitur u jiġu sprejjati mill-ġdid.

1.4.

L-apparat ma għandux ikun mibni minn materjali li jaffettwaw il-korrużjoni mir-raxx irqiq.

2.   IL-POST TAL-KAMPJUNI TAT-TEST FL-ARMARJU TAR-RAXX IRQIQ

2.1.

Il-kampjuni, minbarra r-ritrattatur, għandhom jiġu appoġġjati jew sospiżi bejn 15° u 30° mil-linja vertikali u preferibbilment ikunu paralleli għad-direzzjoni prinċipali tal-fluss orizzontali tar-raxx irqiq minn ġol-kompartiment, ibbażat fuq is-superfiċje dominanti li tkun qed tiġi ttestjata.

2.2.

Ir-ritrattaturi għandhom jiġu appoġġjati jew sospiżi b’mod li l-assi tar-rukkell fejn tintrefa’ ċ-ċinga jkunu perpendikulari għad-direzzjoni ewlenija tal-fluss orizzontali tar-raxx irqiq minn ġol-kompartiment. Il-fetħa taċ-ċinga fir-ritrattatur għandha tkun qed tħares ukoll f’din id-direzzjoni prinċipali.

2.3.

Kull kampjun għandu jitqiegħed b’tali mod li jippermetti li r-raxx irqiq joqgħod liberament fuq il-kampjuni kollha.

2.4.

Kull kampjun għandu jitqiegħed b’tali mod li ma jħallix li s-soluzzjoni tal-melħ minn kampjun wieħed tqattar fuq xi kampjun ieħor.

3.   IS-SOLUZZJONI TAL-MELĦ

3.1.

Is-soluzzjoni tal-melħ għandha tiġi ppreparata billi jinħallu 5 ± 1 partijiet skont il-massa ta’ melħ komuni f’95 parti ta’ ilma distillat. Il-melħ għandu jkun klorur tas-sodju sostanzjalment ħieles minn nikil u mir-ram u li ma fihx aktar minn 0,1 fil-mija ta’ jodur tas-sodju u mhux aktar minn 0,3 fil-mija ta’ impuritajiet totali meta jkun xott.

3.2.

Is-soluzzjoni għandha tkun tali li, meta tiġi atomizzata f’temperatura ta’ 35 °C, il-pH tas-soluzzjoni li tinġabar tkun f’medda ta’ 6,5 sa 7,2.

4.   PROVVISTA TAL-ARJA

Il-provvista tal-arja kkompressata għaż-żennuna jew għaż-żennuni biex tkun atomizzata s-soluzzjoni tal-melħ għandha tkun ħielsa miż-żejt u mill-ħmieġ, u għandha tinżamm fi pressjoni ta’ bejn 70 kN/m2 u 170 kN/m2.

5.   IL-KUNDIZZJONIJIET FIL-KOMPARTIMENT TAR-RAXX IRQIQ

5.1.

Iż-żona ta’ esponiment tal-kompartiment tar-raxx irqiq għandha tinżamm f’temperatura ta’ 35 ± 5 °C. Tal-inqas żewġ reċipjenti nodfa li jiġbru r-raxx irqiq għandhom jitqiegħdu fiż-żona tal-esponiment, ħalli ma tinġabar l-ebda qatra tas-soluzzjoni mill-kampjuni tat-test jew minn kwalunkwe sors ieħor. Ir-reċipjenti kolletturi għandhom jitqiegħdu qrib il-kampjuni tat-test, wieħed l-eqreb ta’ kwalunkwe żennuna u l-ieħor l-aktar ‘il bogħod miż-żennuni kollha. Ir-raxx irqiq għandu jkun tali li, għal kull 80 cm2 ta’ erjas orizzontali tal-ġbir, f’kull reċipjent kollettur jinġabru minn 1,0 sa 2,0 ml ta’ soluzzjoni fis-siegħa, meta mkejla fuq medja ta’ mill-inqas 16-il siegħa.

5.2.

Iż-żennuna jew iż-żennuni għandhom ikunu diretti jew irregolati ħalli l-isprej ma jaffettwax direttament il-kampjuni tat-test.


ANNESS 13

ORDNI TAT-TESTIJIET

Paragrafi

It-test

Kampjuni

In-Nru taċ-ċinturin jew tas-sistema tat-trażżin

In-Nru taċ-ċinga

1

2

3

4

5

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

4/6.1.2/6.1.3/6.2.1.1/6.2.2/6.2.3.1/6.3.1.1

L-ispezzjoni taċ-ċinturin jew tas-sistema tat-trażżin

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.21/2.22/6.2.2.2

L-ispezzjoni tal-bokkla

X

X

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.2.6/6.2.2.7/7.5.1/7.5.5

It-test tas-saħħa tal-bokkla

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.3.3/7.5.1

It-test tas-saħħa fuq apparat ta’ aġġustament (u fejn ikun meħtieġ fuq ir-ritrattaturi)

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.4/7.5.2

It-test tas-saħħa fuq iż-żjidiet (u fejn ikun meħtieġ fuq ir-ritrattaturi)

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.2.3/7.5.3

It-test b’temperatura baxxa fuq il-bokkla

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.1.4/7.5.4

Testijiet ta’ impatt b’temperatura baxxa fuq il-partijiet riġidi

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.3.2/6.2.3.4/7.5.6

Il-faċilità tal-aġġustament

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kundizzjonament/ittestjar taċ-ċinga u tas-sistema ta’ trażżin qabel ma jsir it-test dinamiku

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.2.4

Durabbiltà tal-bokkla

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.1.2/7.2

Ir-reżistenza għall-korrużjoni tal-partijiet riġidi

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ikkundizzjonar tar-ritrattaturi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.5.2.1/6.2.5.3.1/6.2.5.3.3/7.6.2

Il-limitu tal-illokkjar

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.5.2.2/6.2.5.3.4/7.6.4

Forza ta’ ritrattazzjoni

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.5.2.3/6.2.5.3.3/7.6.1

Durabbiltà

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.5.2.3/6.2.5.3.3/7.2

Korrużjoni

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.5.2.3/6.2.5.3.3/7.6.3

Trab

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.3.1.2/7.4.3

L-ittestjar tal-wisa’ taċ-ċinga

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Test tas-saħħa taċ-ċinga wara

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.3.2/7.4.1.1/7.4.2

L-ikkundizzjonar tal-kamra

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.3.3/7.4.1.2/7.4.2

L-ikkundizzjonar tad-dawl

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

6.3.3/7.4.1.3/7.4.2

L-ikkundizzjonar f’temperatura baxxa

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

6.3.3/7.4.1.4/7.4.2

L-ikkundizzjonar tas-sħana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

6.3.3/7.4.1.5/7.4.2

L-ikkundizzjonar tal-ilma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

6.2.3.2/7.3

It-test tal-micro-slip

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.4.2/7.4.1.6

It-test tal-brix

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.4.1/7.7

Test dinamiku

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.2.5/6.2.2.7/7.8

It-test tal-ftuħ tal-bokkla

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7.1.4

Iż-żamma tal-kampjun taċ-ċinga

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X


ANNESS 14

KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   TESTIJIET

Iċ-ċinturini tas-sikurezza għandhom juru li huma konformi mar-rekwiżiti li fuqhom huma bbażati it-testijiet li ġejjin:

1.1.   Il-verifika tal-limitu tal-illokjar u d-durabbiltà tar-ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6.2 ta’ dan ir-Regolament fid-direzzjoni l-aktar sfavorevoli kif xieraq wara li jkunu għaddew mill-ittestjar tad-durabbiltà previst fil-paragrafi 7.2, 7.6, 1, u 7.6.3 bħala rekwiżit tal-paragrafu 6.2.5.3.5 ta’ dan ir-Regolament.

1.2.   Verifika tad-durabbiltà tar-ritrattaturi li jillokkjaw b’mod awtomatiku

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6.1 ta’ dan ir-Regolament issupplimentati mit-testijiet fil-paragrafi 7.2 u 7.6.3 bħala rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.5.2.3 ta’ dan ir-Regolament.

1.3.   It-test għas-saħħa taċ-ċineg wara l-ikkundizzjonar

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.4.2 ta’ dan ir-Regolament wara l-ikkundizzjonar skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.4.1.1 sa 7.4.1.5 ta’ dan ir-Regolament.

1.3.1.   It-test għas-saħħa taċ-ċineg wara l-brix

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.4.2 ta’ dan ir-Regolament wara l-ikkundizzjonar skont ir-rekwiżiti deskritti fil-paragrafu 74.1.6 ta’ dan ir-Regolament.

1.4.   It-test tal-micro-slip

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.3 ta’ dan ir-Regolament.

1.5.   It-test tal-partijiet riġidi

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.5 ta’ dan ir-Regolament.

1.6.   Il-verifika tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni taċ-ċinturin tas-sikurezza jew tas-sistema tat-trażżin meta soġġett għat-test dinamiku

1.6.1.   Testijiet bl-ikkundizzjonar

1.6.1.1.

Iċ-ċinturini jew is-sistemi ta’ trażżin mgħammra b’ritrattatur li jillokkja f’emerġenza skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 7.7 u 7.8 ta’ dan ir-Regolament, u jintuża ċinturin li qabel kien soġġett għal 45 000 ċiklu tat-test tar-reżistenza fit-tul tar-ritrattatur previst fil-paragrafu 7.6.1 ta’ dan ir-Regolament u għat-testijiet iddefiniti fil-paragrafi 6.2.2.4, 7.2 u 7.6.3 ta’ dan ir-Regolament.

1.6.1.2.

Ċinturini jew sistemi ta’ trażżin mgħammra b’ritrattatur li jillokkja awtomatikament: skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 7.7 u 7.8 ta’ dan ir-Regolament, u jintuża ċinturin li qabel kien soġġett għal 10 000 ċiklu tat-test tar-reżistenza fit-tul tar-ritrattatur previst fil-paragrafu 7.6.1u anke għat-testijiet previsti fil-paragrafi 6.2.2.4, 7.2. u 7.6.3 ta’ dan ir-Regolament.

1.6.1.3.

Iċ-ċinturini statiċi: skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 7.7 u 7.8 ta’ dan ir-Regolament, fuq ċinturin tas-sikurezza li ġie soġġett għat-test previst fil-paragrafi 6.2.2.4 u 7.2 ta’ dan ir-Regolament.

1.6.2.   Test mingħajr l-ebda kkundizzjonar

Skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 7.7 u 7.8 ta’ dan ir-Regolament.

2.   IL-FREKWENZA U R-RIŻULTATI TAT-TESTIJIET

2.1.   Il-frekwenza tal-ittestjar skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1 sa 1.5 ta’ dan l-anness għandha tkun fuq bażi statistikament ikkontrollata u fuq bażi aleatorja skont waħda mill-proċeduri regolari tal-iżgurar tal-kwalità.

2.1.1.   Barra minn hekk, fil-każ ta’ ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza, għandhom jiġu kkontrollati l-assemblaġġi kollha:

2.1.1.1.

Jew skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 7.6.2.1 u 7.6.2.2 ta’ dan ir-Regolament, fl-aktar direzzjoni sfavorevoli kif inhu speċifikat fil-paragrafu 7.6.2.1.2 Ir-riżultati tat-test għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.5.3.1.1 u 6.2.5.3.3 ta’ dan ir-Regolament.

2.1.1.2.

Jew skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7.6.2.3 ta’ dan ir-Regolament, fl-aktar direzzjoni sfavorevoli. Madanakollu, il-veloċità tal-inklinazzjoni tista’ tkun aktar mill-veloċità prevista sakemm ma taffettwax lir-riżultati tat-testijiet. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament.

2.2.   Fil-każ ta’ konformità mat-test dinamiku skont il-paragrafu 1.6 ta’ dan l-Anness, dan għandu jitwettaq bi frekwenza minima ta’:

2.2.1.   Testijiet bl-ikkundizzjonar

2.2.1.1.

Fil-każ ta’ ċinturini mgħammra b’ritrattatur li jillokkja f’emerġenza,

Fejn il-produzzjoni hija ta’ aktar minn 1 000 ċinturin kuljum: wieħed minn kull 100 000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta’ wieħed kull ġimagħtejn,

Fejn il-produzzjoni ta’ kuljum hija ta’ 1 000 ċinturin jew inqas: wieħed minn kull 10 000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta’ wieħed fis-sena, għal kull xorta ta’ mekkaniżmu tal-illokkjar (1),

għandu jkun soġġett għat-test previst fil-paragrafu 1.6.1.1 ta’ dan l-Anness.

2.2.1.2.

Fil-każ ta’ ċinturini mgħammra b’ritrattatur li jillokkja awtomatikament u ta’ ċinturini statiċi,

Fejn il-produzzjoni hija ta’ aktar minn 1 000 ċinturin kuljum: wieħed minn kull 100 000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta’ wieħed kull ġimagħtejn,

Fejn il-produzzjoni ta’ kuljum hija ta’ 1 000 ċinturin jew inqas: wieħed minn kull 10 000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta’ wieħed fis-sena,

Għandu jkun soġġett għat-test previst fil-paragrafi 1.6.1.2 jew 1.6.1.3 ta’ dan l-Anness rispettivament.

2.2.2.   It-testijiet mingħajr l-ikkundizzjonar

2.2.2.1.

Fil-każ taċ-ċinturini mgħammra b’ritrattatur li jillokkja f’emerġenza, in-numru li ġej ta’ kampjuni għandu jkun soġġett għat-test previst fil-paragrafu 1.6.2 hawn fuq:

2.2.2.1.1.

Għal produzzjoni ta’ mhux inqas minn 5 000 ċinturin kuljum, żewġ ċinturini għal kull 25 000 prodott bi frekwenza minima ta’ waħda kuljum, għal kull xorta ta’ mekkaniżmu ta’ llokkjar;

2.2.2.1.2.

Għal produzzjoni ta’ inqas minn 5 000 kuljum ċinturin, ċinturin għal kull 5 000 prodott bi frekwenza minima ta’ waħda fis-sena, għal kull xorta ta’ mekkaniżmu ta’ llokkjar.

2.2.2.2.

Fil-każ taċ-ċinturini mgħammra b’ritrattatur li jillokkja awtomatikament u taċ-ċinturini statiċi, in-numru ta’ kampjuni li ġej għandu jkun soġġett għat-test previst fil-paragrafu 1.6.2 hawn fuq;

2.2.2.2.1.

Għal produzzjoni ta’ mhux inqas minn 5 000 ċinturin kuljum, żewġ ċinturini għal kull 25 000 prodott bi frekwenza minima ta’ wieħed kuljum, għal kull tip approvat;

2.2.2.2.2.

Għal produzzjoni ta’ inqas minn 5 000 ċinturin kuljum, ċinturin għal kull 5 000 prodott bi frekwenza minima ta’ wieħed fis-sena, għal kull tip appruvat.

2.2.3.   Riżultati:

Ir-riżultati tat-test għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6.4.1.3.1 ta’ dan ir-Regolament.

L-ispostament ’il quddiem tal-manikin jista’ jiġi kkontrollat fir-rigward tal-paragrafu 6.4.1.3.2 ta’ dan ir-Regolament (jew 6.4.1.4 fejn applikabbli) waqt test imwettaq bi kkundizzjonar skont il-paragrafu 1.6.1 ta’ dan l-Anness permezz ta’ metodu semplifikat adattat.

2.2.3.1.

Fil-każ ta’ approvazzjoni skont il-paragrafu 6.4.1.3.3 ta’ dan ir-Regolament u l-paragrafu 1.6.1 ta’ dan l-Anness, qed jiġi speċifikat biss li l-ebda parti miċ-ċinturin m’għandha tinqered jew tinħall, u li m’għandhiex tinqabeż il-veloċità ta’ 24 km/h tal-punt ta’ referenza tas-sider fi spostament ta’ 300 mm.

2.3.   Fejn kampjun tat-test ma jgħaddix minn test partikolari li jkun ġie soġġett għalih, għandu jitwettaq test ieħor bl-istess rekwiżiti fuq mill-inqas tliet kampjuni oħra. Fil-każ ta’ testijiet dinamiċi jekk wieħed minn dawn it-testijiet ma jgħaddix, id-detentur tal-approvazzjoni jew rappreżentant akkreditat tiegħu għandu jinnotifika lill-Awtorita tal-Appruvazzjoni tat-Tip u jindika l-passi li ttieħdu sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni.


(1)  Għall-finijiet ta’ dan l-anness, “xorta ta’ mekkaniżmu li jillokkja” tfisser ir-ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza kollha li l-mekkaniżmi tagħhom ivarjaw biss fl-angolu(i) ewlieni(ewlenija) tal-apparat sensittiv għas-sistema tal-vettura tal-assi ta’ referenza.


ANNESS 15

PROĊEDURA BIEX JIĠU DDETERMINATI L-PUNT “H” U L-ANGOLU EFFETTIV TAT-TORSO GĦALL-POŻIZZJONIJIET BILQIEGĦDA FIL-VETTURI MOTORIZZATI  (1)

Appendiċi 1- Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali tal-punt “H” (1)

Appendiċi 2- Sistema ta’ referenza tridimensjonali (1)

Appendiċi 3- Dejta ta’ referenza dwar il-pożizzjonijiet bilqiegħda (1)


(1)  Il-proċedura hija deskritta fl-Anness 1 u l-Appendiċijiet tiegħu 1, 2 u 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3 —www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html


ANNESS 16

INSTALLAZZJONI TAĊ-ĊINTURIN TAS-SIKUREZZA LI TURI T-TIPI TA’ ĊINTURIN U T-TIPI TA’ RITRATTATUR

Ir-rekwiżiti minimi għaċ-ċinturini tas-sikurezza u għar-ritrattaturi

Kategorija tal-vettura

Pożizzjonijiet bilqiegħda li jħarsu ‘l quddiem

Pożizzjonijiet bilqiegħda li jħarsu lura

Pożizzjonijiet bilqiegħda laġenba

Pożizzjonijiet bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra

Pożizzjonijiet bilqiegħda ċentrali

Ta’ quddiem

Mhux ta’ quddiem

Ta’ quddiem

Mhux ta’ quddiem

M1

Ar4m

Ar4m

Ar4m

Ar4m

B, Br3, Br4m

M2 ≤ 3,5 t

Ar4m, Ar4Nm

Ar4m, Ar4Nm

Ar4m, Ar4Nm

Ar4m, Ar4Nm

Br3, Br4 m, Br4Nm

M2 > 3,5 t

Br3, Br4m, Br4Nm, jew Ar4m, Ar4Nm •

Br3, Br4m, Br4Nm, jew Ar4m, Ar4Nm •

Br3, Br4m, Br4Nm, jew Ar4m, Ar4Nm •

Br3, Br4m, Br4Nm, jew Ar4m, Ar4Nm •

Br3, Br4 m, Br4Nm

M3

Ara l-para. 8.1.7 għall-kundizzjonijiet meta huwa permess ċinturin ta’ fuq il-ħoġor

Ara l-para. 8.1.7 għall-kundizzjonijiet meta huwa permess ċinturin ta’ fuq il-ħoġor

Ara l-para. 8.1.7 għall-kundizzjonijiet meta huwa permess ċinturin ta’ fuq il-ħoġor

Ara l-para. 8.1.7 għall-kundizzjonijiet meta huwa permess ta’ ċinturin fuq il-ħoġor

 

B, Br3, Br4 m, Br4Nm jew A, Ar4 m, Ar4Nm (*) [ (1)]

N1

Ar4m, Ar4Nm

Ar4m, Ar4Nm, jew Br4m, Br4Nm Ø

B, Br3, Br4m, Br4Nm, jew A, Ar4m, Ar4Nm* (1)

B, Br3, Br4 m, Br4Nm jew A, Ar4 m, Ar4Nm (*) (1)

B, Br3, Br4 m, Br4Nm jew A, Ar4 m, Ar4Nm (*) [ (1)]

 

Para. 8.1.2.1 ċinturin ta’ fuq il-ħoġor huwa permess jekk ‘il ġewwa mill-passaġġ

Para. 8.1.6 ċinturin ta’ fuq il-ħoġor permess jekk il-windskrin mhix fiż-żona ta’ referenza

 

 

N2

Br3, Br4m, Br4Nm, jew Ar4m, Ar4Nm*

B, Br3, Br4 m, Br4Nm jew A, Ar4 m, Ar4Nm (*) [ (1)]

B, Br3, Br4m, Br4Nm, or A, Ar4m, Ar4Nm*

B, Br3, Br4 m, Br4Nm jew A, Ar4 m, Ar4Nm (*) [ (1)]

B, Br3, Br4 m, Br4Nm jew A, Ar4 m, Ar4Nm (*) [ (1)]

N3

Para. 8.1.6 ċinturin ta’ fuq il-ħoġor permess jekk il-windskrin mhix fiż-żona ta’ referenza u għas-sit tas-sewwieq

 

Para. 8.1.6 ċinturin ta’ fuq il-ħoġor permess jekk il-windskrin mhix fiż-żona ta’ referenza

 

 

A : ċinturin bi tliet punti (ta’ fuq il-ħoġor u dijagonali)

B : Ċinturin b’żewġ punti (ta’ fuq il-ħoġor)

r: ritrattatur

m: ritrattatur li jillokkja f’emerġenza b’sensittività multipla

3. ritrattatur li jillokkja awtomatikament

4. ritrattatur li jillokkja f’emerġenza

N: limitu ogħla ta’ reazzjoni

(ara r-Regolament Nru 16, para. 2.14.3 and 2.14.5)

*: Jirreferi għal para. 8.1.6 ta’ dan ir-Regolament (2)

Ø: Jirreferi għal para. 8.1.2.1 ta’ dan ir-Regolament

•: Jirreferi għal para. 8.1.7 ta’ dan ir-Regolament (2)

 

Nota:

Fil-każijiet kollha, iċ-ċinturini kollha tat-tip S jistgħu jitwaħħlu minflok iċ-ċinturini tat-tip A jew B kollha possibbli, sakemm l-ankraġġi tagħhom jikkonformaw mar-Regolament Nru 14.

Meta ċinturin f’għamla ta’ harness jkun ġie approvat bħala ċinturin tat-tip S skont dan ir-Regolament, bl-użu taċ-ċinga taċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor, iċ-ċineg taċ-ċinturin ta’ fuq l-ispalla u possibbilment ritrattatur wieħed jew aktar, il-manifattur/applikant jista’ jipprovdi ċinga ta’ bejn il-koxox waħda jew tnejn addizzjonali inklużi ż-żjidiet tagħhom għall-ankraġġi tagħhom. Dawn l-ankraġġi addizzjonali m’hemmx għalfejn jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14 (Erratum għas-Suppliment 14 tas-serje 04 ta’ emendi, applikabbli “ab initio”).


(1)  Erratum għas-Suppliment 12 tas-serje 04 ta’ emendi, applikabbli “ab initio”.

(2)  Erratum għar-Reviżjoni 4, applikabbli “ab initio”.


ANNESS 17

Rekwiżiti għall-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sikurezza u tas-sistemi ta’ trażżin għall-okkupanti adulti tal-vetturi motorizzati fuq is-sits li jħarsu ‘l quddiem, għall-installazzjoni ta’ sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal u għas-sistemi I-Size għat-trażżin tat-tfal

1.   IL-KOMPATIBILITÀ MAS-SISTEMI TA’ TRAŻŻIN TAT-TFAL

1.1.

Fil-manwal tal-vettura, il-manifattur tal-vettura għandu jinkludi pariri dwar l-adegwatezza ta’ kull pożizzjoni bilqiegħda tal-passiġġieri biex jinġarru t-tfal li għandhom sa 12-il sena (jew mhumiex itwal minn 1.5 m), jew għat-twaħħil tas-sistemi ta’ trażżin tat-tfal. Din l-informazzjoni għandha tingħata fl-ilsien nazzjonali, jew għall-inqas f’wieħed mill-ilsna nazzjonali, tal-pajjiż fejn il-vettura tiġi offruta għall-bejgħ.

Għal kull pożizzjoni bilqiegħda tal-passiġġieri li tħares ‘il quddiem, u għal kull pożizzjoni ISOFIX, il-manifattur għandu jew:

(a)

Jindika li l-pożizzjoni bilqiegħda hija adattata għat-trażżin tat-tfal tal-kategorija “universali” (ara l-paragrafu 1.2 hawn taħt);

(b)

Jindika jekk il-pożizzjoni ISOFIX tas-sit hijiex adattata għas-sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal tal-kategorija “universali” (ara l-paragrafu 1.2. hawn taħt);

(c)

Jipprovdi lista ta’ sistemi għat-trażżin tat-tfal tal-kategoriji “semi-universali”, “ristretti” jew “speċifiċi għall-vettura”, li huma adattati għal dik il-pożizzjoni tas-sit tal-vettura, fejn jiġi/u indikat(i) l-grupp(i) tal-massa li għalihom huwa maħsub it-trażżin;

(d)

Jipprovdi lista ta’ sistemi ta’ trażżin ISOFIX tal-kategoriji “semi-universali”, “ristretti” jew “speċifiċi għall-vettura”, li huma adattati għal dik il-pożizzjoni ISOFIX tal-vettura, fejn jiġi/u indikat(i) il-grupp(i) tal-massa u l-klassi tad-daqs ISOFIX li għalihom huma maħsuba s-sistemi tat-trażżin ISOFIX;

(e)

Jipprovdi sistema għat-trażżin tat-tfal inkorporata, fejn jiġi/u indikat(i) l-grupp(i) tal-massa li għalihom huwa maħsub it-trażżin u l-konfigurazzjoni(jiet) korrispondenti;

(f)

Jipprovdi kwalunkwe kombinazzjoni ta’ (a), (b), (c), (d), (e);

(g)

Jindika l-grupp(i) tal-massa tat-tfal li m’għandhomx jinġarru f’dik il-pożizzjoni tas-sit.

Il-manifattur tal-vettura għandu jidentifika fil-manwal, kull pożizzjoni bilqiegħda li hija wkoll xierqa biex takkomoda sistema i-Size għat-trażżin tat-tfal (ara l-paragrafu 1.3 hawn taħt).

Jekk pożizzjoni bilqiegħda hija xierqa biss biex tintuża ma’ sistemi għat-trażżin tat-tfal li jħarsu ‘l quddiem, dan għandu jiġi indikat.

Tabelli f’format adattat għal din l-informazzjoni t’hawn fuq jingħataw fl-Appendiċi 3 għal dan l-anness.

1.2.

Sistema tat-trażżin tat-tfal jew sistema ISOFIX ta’ trażżin tat-tfal, tal-kategorija universali tfisser sistema għat-trażżin tat-tfal approvata għall-kategorija “universali” tar-Regolament Nru 44, Suppliment 5 tas-serje 03 ta’ emendi. Il-pożizzjonijiet bilqiegħda, jew il-pożizzjonijiet ISOFIX, li jiġu indikati mill-manifattur tal-vettura bħala li huma adattati għall-installazzjoni tas-sistemi għat-trażżin tat-tfal jew sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 1 jew 2 ta’ dan l-anness. Fejn applikabbli, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu simultanju ta’ pożizzjonijiet biswit ta’ sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal u/jew bejn pożizzjonijiet ISOFIX u pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ adulti għandhom jiġu rrappurtati fit-Tabella 2 tal-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness.

1.3.

Trażżin tat-tfal i-Size tfisser trażżin tat-tfal approvat fil-kategorija i-Size tar-Regolament Nru 129. Il-pożizzjonijiet bilqiegħda, li jiġu indikati mill-manifattur tal-vettura bħala xierqa għall-installazzjoni tas-sistemi għat-trażżin tat-tfal i-Size għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 2 ta’ dan l-anness. Fejn applikabbli, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu simultanju ta’ pożizzjonijiet biswit xulxin ta’ sistemi ISOFIX ta’ trażżin tat-tfal jew ta’ sistemi i-Size għat-trażżin tat-tfal u/jew bejn pożizzjonijiet ISOFIX u pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ adulti għandhom jiġu rrappurtati fit-Tabella 2 tal-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness.

Appendiċi 1

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ trażżin tat-tfal tal-kategorija “universali” installati bl-apparat taċ-ċinturin tas-sikurezza tal-vettura

1.   ĠENERALI

1.1.

Il-proċedura tat-test u r-rekwiżiti f’dan l-appendiċi għandhom jintużaw sabiex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tal-pożizzjoni bilqiegħda għall-installazzjoni tal-apparat għat-trażżin tat-tfal tal-kategorija “universali”.

1.2.

It-testijiet jistgħu jitwettqu fil-vettura jew f’parti rappreżentattiva tal-vettura.

2.   PROĊEDURA TAT-TEST

2.1.

Aġġusta s-sit għall-pożizzjoni għalkollox lura u l-aktar baxxa.

2.2.

Aġġusta l-angolu tad-dahar tas-sit għall-pożizzjoni tad-disinn tal-manifattur. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, għandu jintuża angolu ta’ 25 grad mill-vertikali, jew l-eqreb pożizzjoni fissa tad-dahar tas-sit.

2.3.

Iffissal-ankraġġ tal-ispalla għall-aktar pożizzjoni baxxa.

2.4.

Qiegħed biċċa drapp tal-qoton fuq id-dahar tas-sit u fuq il-kuxxin.

2.5.

Qiegħed il-fixture (kif deskritt fil-Grafika 1 ta’ dan l-Appendiċi) fuq is-sit tal-vettura.

2.6.

Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija maħsuba li takkomoda sistema tat-trażżin universali li tħares ‘il quddiem jew lura, ipproċedi skont il-paragrafi 2.6.1, 2.7, 2.8, 2.9 u 2.10 hawn taħt. Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija maħsuba li takkomoda sistema tat-trażżin li tħares ‘il quddiem biss, ipproċedi skont il-paragrafi 2.6.2, 2.7, 2.8, 2.9 u 2.10 hawn taħt.

2.6.1.

Irranġa ċ-ċinga taċ-ċinturin tas-sikurezza madwar il-fixture fil-post bejn wieħed u ieħor fil-pożizzjoni korretta kif muri fil-Grafiki 2 u 3, imbagħad aqfel il-bokkla.

2.6.2.

Irranġa ċ-ċinga ta’ fuq il-ħoġor taċ-ċinturin tas-sikurezza bejn wieħed u ieħor fil-pożizzjoni korretta madwar il-parti t’isfel tal-fixture b’raġġ ta’150 mm kif muri fil-Grafika 3, imbagħad aqfel il-bokkla.

2.7.

Iżgura ruħek li l-fixture tinsab bil-linja ċentrali tagħha fuq il-linja ċentrali apparenti tal-pożizzjoni bilqiegħda ± 25 mm bil-linja ċentrali tagħha parallela għal-linja ċentrali tal-vettura.

2.8.

Żgura ruħek li l-partijiet laxki kollha tal-istrixxi jitneħħew. Uża forza suffiċjenti biex tneħħi l-parti laxka, tippruvax iżżid it-tensjoni taċ-ċinturin.

2.9.

Imbotta lura fuq iċ-ċentru tal-parti ta’ quddiem tal-fixture b’forza ta’ 100 N ± 10 N, applikata b’mod parallel għas-superfiċje t’isfel, u neħħi l-forza.

2.10.

Imbotta b’mod vertikali ‘l isfel fuq iċ-ċentru tas-superfiċje ta’ fuq tal-fixture b’forza 100 N ± 10 N, u neħħi l-forza.

3.   REKWIŻITI

3.1.

Il-bażi tal-fixture għandha tkun f’kuntatt kemm mal-parti ta’ quddiem kif ukoll ma’ dik ta’ wara tas-superfiċje tal-kuxxin. Jekk kuntatt ta’ din ix-xorta ma jseħħx minħabba l-vojt għall-aċċess taċ-ċinturin fil-fixture tat-test, dan il-vojt jista’ jiġi kopert f’linja mas-superfiċje tal-qiegħ tal-fixture tat-test.

3.2.

Il-porzjoni tal-ħoġor taċ-ċinturin għandha tmiss mal-fixture fuq iż-żewġ naħat fuq wara tal-mogħdija taċ-ċinga tal-ħoġor (ara Grafika 3).

3.3.

Jekk ir-rekwiżiti t’hawn fuq ma jiġux issodisfati bl-aġġustamenti indikati fil-paragrafi 2.1, 2.2 u 2.3 hawn fuq, l-ankraġġi tas-sit, tad-dahar tas-sit u taċ-ċinturin tas-sikurezza jistgħu jiġu aġġustati għal pożizzjoni alternattiva maħsuba mill-manifattur għal użu normali fejn il-proċedura tal-installazzjoni hawn fuq għandha tiġi ripetuta, u r-rekwiżiti vverifikati u ssodisfati għal darb’oħra. Din il-pożizzjoni alternattiva għandha tiġi inkluża bħala informazzjoni fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.

Grafika 1

L-ispeċifikazzjonijiet tal-fixture

Image

Test ta 'immaġni

Grafika 2

Installazzjoni tal-fixture fuq is-sit tal-vettura (ara l-paragrafu 2.6.1)

Image

Grafika 3

Iċċekkja għall-kompatibilità (ara l-paragrafi 2.6.1 u 3.2)

Image

Appendiċi 2

Dispożizzjonijiet dwar l-installazzjoni ta’ sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li jħarsu ‘l quddiem u lura tal-kategoriji universali u semiuniversali installati f’pożizzjonijiet ISOFIX jew i-Size

1.   ĠENERALI

1.1.

Il-proċedura tat-test u r-rekwiżiti f’dan l-appendiċi għandhom jintużaw biex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tal-pożizzjonijiet ISOFIX tas-sit għall-installazzjoni ta’ sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal tal-kategoriji universali u semi universali, kif ukoll biex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tal-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size għall-istallazzjoni ta’ sistemi i-Size għat-trażżin tat-tfal.

1.2.

It-testijiet jistgħu jitwettqu fil-vettura jew f’parti rappreżentattiva tal-vettura.

Għal pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size, il-konformità mar-rekwiżiti tal-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ tal-i-Size tista’ tiġi vvalutata permezz ta’ test fiżiku, simulazzjoni kompjuterizzata jew tpinġijiet rappreżentattivi.

2.   PROĊEDURA TAT-TEST

Għal kwalunkwe pożizzjoni ISOFIX fil-vettura, kif indikat mill-manifattur tal-vettura, fit-Tabella 2 tal-Appendiċi 3, kif ukoll għal kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda i-Size, jekk hemm, kif indikat mill-manifattur tal-vettura fit-Tabella 3 tal-Appendiċi 3, għandu jiġi vverifikat li huwa possibbli li l-fixtures għat-trażżin tat-tfal korrispondenti (CRF) u addizzjonalment, fil-każ ta’ kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda i-Size, il-volum ta’ valutazzjoni għall-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ i-Size ikunu jistgħu jiġu akkomodati.

2.1.

Meta jkun qed jiġi ċċekkjat CRF fuq sit, bil-volum ta’ valutazzjoni għall-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ i-Size inkella mingħajru, dan is-sit jista’ jiġi aġġustat lonġitudinalment sal-iktar pożizzjoni lura tiegħu u l-iktar pożizzjoni baxxa tiegħu.

2.2.

Aġġusta l-angolu tad-dahar tas-sit sal-pożizzjoni tad-disinn tal-manifattur u l-parti għar-ras fl-iktar pożizzjoni baxxa u lura. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, għandu jintuża angolu tad-dahar tas-sit li jikkorrispondi ma’ angolu tat-torsi ta’ 25° mal-vertikal, jew mill-eqreb pożizzjoni fissa tad-dahar tas-sit.

Meta jiġi ċċekkjat CRF fuq sit ta’ wara, bil-volum ta’ valutazzjoni għall-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ i-Size inkella mingħajru, is-sit tal-vettura li jinsab quddiem dan is-sit ta’ wara jista’ jiġi aġġustat lonġitudinalment ’il quddiem iżda mhux iktar mill-pożizzjoni tan-nofs bejn il-pożizzjonijiet l-iktar ‘il quddiem u l-iktar lura. L-angolu tad-dahar tas-sit jista’ jiġi aġġustat ukoll, iżda mhux għal angolu iktar wieqaf minn angolu li jikkorrispondi għal angolu tat-torso ta’ 15°.

2.3.

Qiegħed biċċa drapp tal-qoton fuq id-dahar tas-sit u fuq il-kuxxin.

2.4.

Qiegħed is-CRF, bil-volum ta’ valutazzjoni għall-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ i-Size inkella mingħajru, fuq il-pożizzjoni ISOFIX jew i-Size.

2.5.

Imbotta, lejn is-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX, fiċ-ċentru bejn l-ankraġġi ISOFIX b’forza ta’ 100 N ± 10 N, applikata b’mod parallel għas-superfiċje t’isfel, u neħħi l-forza.

2.6.

Qabbad is-CRF, bil-volum ta’ valutazzjoni għall-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ i-Size inkella mingħajru, mas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX.

2.7.

Imbotta b’mod vertikali ‘l isfel fuq iċ-ċentru tas-superfiċje ta’ fuq tal-fixture b’forza 100 N ± 10 N, u neħħi l-forza.

3.   REKWIŻITI

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar li ġejjin japplikaw biss għas-CRF(s), bil-volum ta’ valutazzjoni għall-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ i-Size inkella mingħajru, meta dawn jiġu akkomodati fil-pożizzjoni ISOFIX u/jew i-Size. Mhux meħtieġ li s-CRF(s) bil-volum ta’ valutazzjoni għall-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ i-Size inkella mingħajru, għandhom ikunu jistgħu jiċċaqilqu ’l ġewwa u ’l barra mill-pożizzjoni ISOFIX u/jew i-Size f’dawn il-kundizzjonijiet.

3.1.

Għandu jkun possibbli li s-CRF(s) bil-volum ta’ valutazzjoni għall-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ i-Size inkella mingħajru, jiġu akkomodati mingħajr interferenza mill-ġewwieni tal-vettura. Il-bażi tas-CRF għandu jkollu pitch angle ta’15° ± 10°, fuq il-pjan orizzontali li jgħaddi mis-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX.

3.2.

L-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm, għandu jibqa’ aċċessibbli.

3.3.

Jekk ir-rekwiżiti t’hawn fuq ma jiġux issodisfati bl-aġġustamenti indikati fil-paragrafu 2. t’hawn fuq, is-sits, id-dhur tas-sits, u t-trażżiniet tar-ras jistgħu jiġu aġġustati għal pożizzjonijiet alternattivi ddeżinjati mill-manifattur għal użu normali fejn il-proċedura tal-installazzjoni t’aktar ‘il fuq għandha tiġi ripetuta, u r-rekwiżiti vverifikati u ssodisfati. Dawn il-pożizzjonijiet alternattivi għandhom jiġu inklużi bħala informazzjoni fit-Tabella 2 u/jew 3, mogħtija fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness. Is-sits tal-passiġġieri quddiem pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size jistgħu jiġu spostati wkoll għal pożizzjoni li tkun ’il quddiem mill-pożizzjoni normali tal-użu. F’dawn il-każijiet, il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi informazzjoni fil-manwal tal-vettura li s-sit tal-passiġġier rilevanti m’għandux jintuża f’dawn il-pożizzjonijiet ta’ spostament.

3.4.

F’każ li r-rekwiżiti ta’ hawn fuq ma jiġux issodisfati meta jkun hemm preżenti xi fittings tal-ġewwieni li jistgħu jitneħħew, dawn il-fittings għandhom jitneħħew u mbagħad, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3. għandhom jiġu vverifikati għal darb’oħra u ssodisfati. F’każ bħal dan, l-informazzjoni korrispondenti għandha tiġi inkluża fit-Tabella 2 u/jew 3 tal-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness.

4.   KLASSIJIET U FIXTURES TAS-SISTEMA ISOFIX GĦAT-TRAŻŻIN TAT-TFAL

A

ISO/F3: CRS b’għoli sħiħ tħares ‘il quddiem għal tfal żgħar

B

ISO/F2: CRS b’għoli mnaqqas tħares ‘il quddiem għal tfal żgħar

B1

ISO/F2X: CRS b’għoli mnaqqas tħares ‘il quddiem għal tfal żgħar

C

ISO/R3: CRS b’daqs sħiħ tħares lura għal tfal żgħar

D

ISO/R2: CRS b’daqs imnaqqas tħares lura għal tfal żgħar

E

ISO/R1: CRS għal trabi li tħares lura

F

ISO/L1: CRS f’pożizzjoni li tħares lateralment fuq ix-xellug (kerrikot)

G

ISO/L2: CRS f’pożizzjoni li tħares lateralment lejn il-lemin (kerrikot)

Il-fixtures ta’ hawn taħt għandu jkollhom massa ta’ bejn 5 u 15-il kg u durabbiltà u ebusija xierqa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti funzjonali.

Grupp tal-massa

Il-klassi tad-daqs ISOFIX

Fixture (CRF)

0 — Sa 10 kg

F

ISO/L1

G

ISO/L2

E

ISO/R1

Minn 0+ — sa 13-il kg

C

ISO/R3

D

ISO/R2

E

ISO/R1

I — 9 sa 18-il kg

A

ISO/F3

B

ISO/F2

B1

ISO/F2X

C

ISO/R3

D

ISO/R2

4.1.   Envelop ta’ CRSs b’għoli sħiħ li jħarsu ’l quddiem għal tfal żgħar

Grafika 1

Dimensjonijiet tal-envelop ISO/F3 għal CRSs b’għoli massimu għat-tfal żgħar li jħarsu ‘l quddiem (għoli 720 mm) KLASSI TAD-DAQS TAL-ISOFIX A

Image

Tifsira

1.

Limiti fid-direzzjonijiet ’il quddiem u ’l fuq

2.

Il-linja bis-singijiet timmarka ż-żona fejn sieq ta’ appoġġ jew simili, ta’ CRS għal vettura speċifika tkun tista’ titħalla tisporġi ’l barra.

3.

Mhux Applikabbli

4.

Iktar speċifikazzjonijiet taż-żona tal-konnettur jingħataw fir-Regolament Nru 44

4.2.   Envelop ta’ CRSs b’għoli mnaqqas li jħarsu ’l quddiem għal tfal żgħar

Grafika 2

Dimensjonijiet tal-envelop ISO/F2 għal CRS b’għoli mnaqqas għat-tfal żgħar li jħares ’il quddiem (għoli 650 mm) — KLASSI TAD-DAQS ISOFIX B

Image

Tifsira

1.

Limiti fid-direzzjonijiet ’il quddiem u ’l fuq

2.

Il-linja bis-singijiet timmarka ż-żona fejn sieq ta’ appoġġ jew simili, ta’ CRS għal vettura speċifika tkun tista’ titħalla tisporġi ‘l barra.

3.

Mhux Applikabbli

4.

Iktar speċifikazzjonijiet taż-żona tal-konnettur jingħataw fir-Regolament Nru 44

5.

Punt fejn tintrabat iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq

4.3.   Envelop ta’ CRSs b’għoli mnaqqas li jħarsu ‘l quddiem għal tfal żgħar b’forma tad-dahar tat-tieni verżjoni

Grafika 3

Dimensjonijiet tal-envelop ISO/F2X għal CRS b’għoli mnaqqas li tħares ‘il quddiem għal tfal żgħar b’forma tad-dahar tat-tieni verżjoni (għoli 650 mm) — KLASSI TAD-DAQS ISOFIX B1

Image

Tifsira

1.

Limiti fid-direzzjonijiet ’il quddiem u ’l fuq

2.

Il-linja bis-singijiet timmarka ż-żona fejn sieq ta’ appoġġ, jew xi element simili, ta’ CRS għal vettura speċifika tkun tista’ titħalla tisporġi ’l barra.

3.

Mhux Applikabbli

4.

Iktar speċifikazzjonijiet taż-żona tal-konnettur jingħataw fir-Regolament Nru 44

4.4.   Envelop ta’ CRSs b’għoli sħiħ li jħarsu lura għal tfal żgħar

Grafika 4

ISO/R3 dimensjonijiet tal-envelop għal CRSs b’għoli sħiħ li jħarsu lura għal tfal żgħar KLASSI TAD-DAQS ISOFIX C

Image

Tifsira

1.

Limiti fid-direzzjonijiet lura u ’l fuq

2.

Il-linja bis-singijiet timmarka ż-żona fejn sieq ta’ appoġġ, jew xi element simili, ta’ CRS għal vettura speċifika tkun tista’ titħalla tisporġi ‘l barra.

3.

Il-limitazzjoni lura (fuq il-lemin tal-grafika) tingħata mill-envelop li jħares ’il quddiem fil-Grafika 2

4.

Iktar speċifikazzjonijiet taż-żona tal-konnettur jingħataw fir-Regolament Nru 44

4.5.   Envelop ta’ CRS b’għoli mnaqqas li tħares lura għal tfal żgħar

Grafika 5

ISO/R2 dimensjonijiet tal-envelop għal CRS b’għoli mnaqqas li tħares lura għal tfal żgħar — KLASSI TAD-DAQS ISOFIX D

Image

Tifsira

1.

Limiti fid-direzzjonijiet lura u ’l fuq

2.

Il-linja bis-singijiet timmarka ż-żona fejn sieq ta’ appoġġ jew simili, ta’ CRS għal vettura speċifika tkun tista’ titħalla tisporġi ’l barra.

3.

3. Il-limitazzjoni lura (fuq il-lemin tal-grafika) tingħata mill-envelop li jħares ’il quddiem fil-Grafika 2.

4.

Iktar speċifikazzjonijiet taż-żona tal-konnettur jingħataw fir-Regolament Nru 44.

4.6.   Envelop tas-CRSs għal trabi li jħarsu lura

Grafika 6

Dimensjonijiet tal-envelop ISO/R1 għal CRS għat-trabi li tħares lura — KLASSI TAD-DAQS ISOFIX E

Image

Tifsira

1.

Limiti fid-direzzjonijiet lura u ’l fuq

2.

Il-linja bis-singijiet timmarka ż-żona fejn sieq ta’ appoġġ, jew xi element simili, ta’ CRS għal vettura speċifika tkun tista’ titħalla tisporġi ’l barra.

3.

Il-limitazzjoni lura (fuq il-lemin tal-grafika) tingħata mill-envelop li jħares ’il quddiem fil-Grafika 2.

4.

Iktar speċifikazzjonijiet taż-żona tal-konnettur jingħataw fir-Regolament Nru 44.

4.7.   Envelop tas-CRSs li jħarsu lateralment.

Grafika 7

Dimensjonijiet tal-envelop għal CRS b’pożizzjoni li tħares lateralment — ISO/L1 — KLASSI TAD-DAQS ISOFIX F jew simetrikament oppost — ISO/L2 — KLASSI ISOFIX G

Image

Tifsira

1.

Limiti fid-direzzjonijiet lura u ‘l fuq.

2.

Il-linja bis-singijiet timmarka ż-żona fejn sieq ta’ appoġġ, jew xi element simili, ta’ CRS għal vettura speċifika tkun tista’ titħalla tisporġi ’l barra.

3.

Il-limitazzjoni lura (fuq il-lemin tal-grafika) tingħata mill-envelop li jħares ’il quddiem fil-Grafika 2.

4.

Iktar speċifikazzjonijiet taż-żona tal-konnettur jingħataw fl-ISO 13216-1, Grafiki 2 u 3.

Grafika 8

Ħarsa mill-ġenb tal-volum ta’ valutazzjoni għall-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ i-Size għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size bis-saqajn ta’ appoġġ ta’ sistemi għat-trażżin tat-tfal i-Size

Image

Spjega:

1.

Fixture għat-Trażżin tat-tfal (CRF)

2.

Żbarra għall-ankraġġi baxxi ISOFIX

3.

Il-pjan iffurmat mis-superfiċje ta’ taħt tas-CRF, meta tkun installata fil-pożizzjoni bilqiegħda ddeżinjata.

4.

Pjan li jgħaddi mill-iħadida tal-ankraġġ baxx u orjentat b’mod perpendikolari għall-pjan medjan lonġitudinali tas-CRF u perpendikolari għall-pjan iffurmat mis-superfiċje t’isel tas-CRF meta installat fil-pożizzjoni bilqiegħda ddeżinjata.

5.

volum ta’ valutazzjoni għall-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ i-Size li jirrappreżenta l-konfini ġeometriċi għal sieq ta’ appoġġ ta’ sistema għat-trażżin tat-tfal i-Size.

6.

Art tal-vettura.

Nota: It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

Grafika 9

Perspettiva 3D tal-volum ta’ valutazzjoni għall-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ i-Size għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size bis-saqajn ta’ appoġġ ta’ sistemi għat-trażżin tat-tfal i-Size

Image

Spjega:

1.

Fixture għat-Trażżin tat-tfal (CRF).

2.

Żbarra għall-ankraġġi baxxi ISOFIX.

3.

Il-pjan lonġitudinali medjan tas-CRF.

4.

Volum ta’ valutazzjoni għall-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ i-Size.

Nota: It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

Appendiċi 3

Tabella 1

Tabella tal-informazzjoni fil-manwal tal-vettura, dwar l-adegwatezza tal-installazzjoni ta’ sistemi għat-trażżin tat-tfal f’pożizzjonijiet bilqiegħda varji

Grupp tal-Massa

Pożizzjoni bilqiegħda (jew post ieħor)

Passiġġier ta’ quddiem

Wara fuq in-naħa ta’ barra

Wara fin-nofs

Intermedju fuq in-naħa ta’ barra

Intermedju fin-nofs

Grupp 0

sa 10 kg

 

 

 

 

 

Grupp 0+

sa 13-il kg

 

 

 

 

 

Grupp I

9 sa 18-il kg

 

 

 

 

 

Grupp II

15 sa 25 kg

 

 

 

 

 

Grupp III

22 sa 36 kg

 

 

 

 

 

Tifsira tal-ittri li għandhom jiddaħħlu fit-tabella t’aktar ’il fuq:

U

=

Adattat għat-trażżin tal-kategorija “universali” approvat għall-użu f’dan il-grupp tal-massa.

UF

=

Adattat għat-trażżin tal-kategorija “universali” li jħares ‘il quddiem approvat għall-użu f’dan il-grupp tal-massa.

L

=

Adattat għat-trażżin tat-tfal partikolari mogħti fil-lista mehmuża. Dan it-trażżin jista’ jkun tal-kategoriji “vettura speċifika”, “ristrett” jew “semi-universali”.

B

=

Trażżin inkorporat approvat għal dan il-grupp tal-massa.

X

=

Pożizzjoni tas-sit mhux adattata għat-tfal f’dan il-grupp ta’ massa.

Tabella 2

It-tabella tal-informazzjoni fil-manwal tal-vettura, dwar l-adegwatezza tal-installazzjoni tas-sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal għal pożizzjonijiet ISOFIX varji

Grupp tal-Massa

Klassifikazzjoni tad-daqs

Fixture

Pożizzjonijiet ISOFIX tal-vettura

 

 

 

Passiġġier ta’ quddiem

Wara fuq in-naħa ta’ barra

Wara fin-nofs

Intermedju fuq in-naħa ta’ barra

Intermedju fin-nofs

Siti oħra

Carrycot

F

ISO/L1

 

 

 

 

 

 

 

G

ISO/L2

 

 

 

 

 

 

 

 

 (1)

 

 

 

 

 

 

0 — sa 10 kg

E

ISO/R1

 

 

 

 

 

 

 

 

 (1)

 

 

 

 

 

 

0+ — Sa 13-il kg

E

ISO/R1

 

 

 

 

 

 

D

ISO/R2

 

 

 

 

 

 

C

ISO/R3

 

 

 

 

 

 

 

 (1)

 

 

 

 

 

 

I — 9 sa 18 kg

D

ISO/R2

 

 

 

 

 

 

C

ISO/R3

 

 

 

 

 

 

B

ISO/F2

 

 

 

 

 

 

B1

ISO/F2X

 

 

 

 

 

 

A

ISO/F3

 

 

 

 

 

 

 

 (1)

 

 

 

 

 

 

II — 15 sa 25-il kg

 

 (1)

 

 

 

 

 

 

III — 22 sa 36-il kg

 

 (1)

 

 

 

 

 

 

Tifsira tal-ittri li għandhom jiddaħħlu fit-tabella t’aktar ‘il fuq:

IUF

=

Xierqa għal sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li jħarsu ’l quddiem ta’ kategorija approvata għall-użu fil-grupp tal-massa.

IL

=

Xierqa għal sistemi partikolari ISOFIX għat-trażżin tat-tfal (CRS) mogħtija fil-lista mehmuża. Dawn is-CRS ISOFIX huma dawk tal-kategoriji “vettura speċifika”, “ristretta” jew “semi-universali”.

X

=

Il-pożizzjoni ISOFIX mhix adatta għal sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal f’dan il-grupp tal-massa u/jew din il-klassi tad-daqs.

Tabella 3

It-tabella tal-informazzjoni fil-manwal tal-vettura, dwar sistemi għat-trażżin tat-tfal i-Size għal pożizzjonijiet bilqiegħda varji

 

Pożizzjoni ta’ bilqiegħda

 

Passiġġier ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra

Passiġġier ta’ quddiem fin-nofs

Wara fuq in-naħa tax-xellug

Wara fuq in-naħa tal-lemin

Wara fin-nofs

Intermedju fuq in-naħa ta’ barra fuq ix-xellug

Intermedju fuq in-naħa ta’ barra fuq il-lemin

Intermedju fin-nofs

Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal i-Size

 

 

 

 

 

 

 

 

Nota:

L-orjentazzjoni hija d-direzzjoni normali tas-sewqan; il-kolonni għal pożizzjonijiet bilqiegħda li mhux disponsibbli fil-vettura jistgħu jitħassru.

Tifsira tal-ittri li għandhom jiddaħħlu fit-tabella hawn fuq:

i-U

=

Xieraq għal Sistemi għat-Trażżin tat-Tfal i-Size “universali”, li jħarsu ‘l quddiem jew lura.

i-UF

=

Xieraq għal Sistemi għat-Trażżin tat-Tfal i-Size “universali”, li jħarsu ‘l quddiem biss.

X

=

Pożizzjoni bilqiegħda li mhumiex xierqa għal Sistemi għat-Trażżin tat-Tfal i-Size “universali”.


(1)  = Għal CRS li ma għandhiex l-identifikazzjoni tal-klassi tad-daqs ISO/XX (A sa G), għal grupp tal-massa applikabbli, il-manifattur tal-vettura għandu jindika s-sistema/i ISOFIX speċifika/speċifiċi għat-trażżin tat-tfal irrakkomandata/i għal kull pożizzjoni.

Appendiċi 4

Installazzjoni ta’ manikin ta’ daqs ta’ 10 snin

(a)

Aġġusta s-sit għall-pożizzjoni għalkollox lura u l-aktar baxxa.

(b)

Aġġusta l-għoli tas-sit skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, aġġusta s-sit għall-pożizzjoni l-aktar baxxa.

(c)

Aġġusta l-angolu tad-dahar tas-sit għall-pożizzjoni tad-disinn tal-manifattur. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, għandu jintuża angolu ta’ 25 grad mill-vertikali, jew l-eqreb pożizzjoni fissa tad-dahar tas-sit.

(d)

Aġġusta l-ankraġġ tal-ispalla għall-aktar pożizzjoni baxxa.

(e)

Aġġusta l-manikin fis-sit u żgura li l-pelvi jkun f’kuntatt mad-dahar tas-sit.

(f)

Il-pjan lonġitudinali li jgħaddi mil-linja ċentrali tal-manikin ikun fuq il-linja ċentrali apparenti tal-pożizzjoni bilqiegħda.


ANNESS 18

TESTIJIET TAT-TFAKKIR TAĊ-ĊINTURIN TAS-SIKUREZZA

1.

It-twissija tal-ewwel livell għandha tiġi ttestjata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Iċ-ċinturin tas-sikurezza mhux maqful;

(b)

Il-magna mitfija jew mhux ingranata u l-vettura mhux qed timxi ‘l quddiem jew lura;

(c)

It-trażmissjoni tkun f’pożizzjoni newtrali;

(d)

Is-swiċċ tal-ignixin ikun mixgħul.

2.

It-twissija tat-tieni livell għandha tiġi ttestjata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Iċ-ċinturin tas-sikurezza mhux maqful;

(b)

Il-vettura tat-test tinsaq b’kumbinazzjoni waħda jew iktar tal-kundizzjonijiet tal-paragrafi 2.1 sa 2.3 ta’ dan l-anness skont l-għażla tal-manifattur.

2.1.

Aċċellera l-vettura tat-test għal 25 – 0/+ 10 km/h minn wieqfa u kompli bl-istess veloċità.

2.2.

Il-vettura tat-test tinsaq ‘il quddiem għallinqas 500 m minn pożizzjoni wieqfa.

2.3.

Il-vettura tiġi ttestjata meta l-vettura tkun qed taħdem normalment għal mill-inqas 60 sekonda.

3.

Għal sistema fejn it-twissija tal-ewwel livell tieqaf wara ċertu perjodu ta’ ħin, it-twissija tat-tieni livell għandha tiġi ttestjata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-anness wara li t-twissija tal-ewwel livell tkun ġiet diżattivata. Għal sistema fejn it-twissija tal-ewwel livell ma tiqafx wara ċertu perjodu ta’ ħin, it-twissija tat-tieni livell għandha tiġi ttestjata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-anness filwaqt li t-twissija tal-ewwel livell tkun attivata.