|
30.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/30 |
It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.
Ir-Regolament Nru 78 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji L1, L2, L3, L4 u L5 fir-rigward tal-ibbrejkjar [2015/145]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Ir-Rettifika 2 tas-serje ta' emendi 03 — Id-data tad-dħul fis-seħħ: 23 ta' Ġunju 2010
KONTENUT
IR-REGOLAMENT
|
1. |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Speċifikazzjonijiet |
|
6. |
Testijiet |
|
7. |
Modifiki tat-tip tal-vettura jew tas-sistema tal-ibbrejkjar u estensjoni tal-approvazzjoni |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Dispożizzjonijiet tranżitorji |
|
10. |
Il-penali għan-nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
|
11. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
12. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi |
ANNESSI
|
Anness 1 — |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox tat-tip tal-vettura tal-kategorija L fir-rigward tal-ibbrekjar, skont ir-Regolament Nru 78 |
|
Anness 2 — |
L-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
|
Anness 3 — |
Il-kundizzjonijiet tat-test, il-proċeduri u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni |
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategoriji L1, L2, L3, L4 u L5 (1).
Dawn il-kategoriji ma jinkludux:
|
(a) |
Vetturi b'Vmax ta' < 25 km/h; |
|
(b) |
Vetturi mgħammra għal sewwieqa b'diżabilità. |
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
|
2.1. |
“Sistema tal-brejkijiet antilokk (ABS)” tfisser sistema li tinduna b'meta r-rota tiżloq u awtomatikament timmodula l-pressjoni li tipproduċi l-forza tal-ibbrejkjar fuq ir-rota/i biex tillimita il-grad taż-żlieq. |
|
2.2. |
“Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-ibbrejkjar. |
|
2.3. |
“Test ta' referenza” tfisser waqfa jew serje ta' waqfiet imwettqa sabiex tiġi kkonfermata l-prestazzjoni tal-brejk qabel jiġi soġġett għal test ieħor, bħall-proċedura tat-tisħin jew waqfa bil-brejk imxarrab. |
|
2.4. |
“Brejk” tfisser dawk il-partijiet tas-sistema tal-ibbrejkjar li fihom jiġu żviluppati l-forzi li jopponu l-moviment tal-vettura. |
|
2.5. |
“Sistema tal-ibbrejkjar” tfisser il-kombinament ta' partijiet magħmul mill-kontroll, it-trażmissjoni u l-brejk, iżda mhux il-magna, li l-funzjoni tagħha hija li progressivament tnaqqas il-veloċità tal-vettura li tkun miexja, twaqqafha għalkollox, u żżommha wieqfa meta tkun twaqqfet. |
|
2.6. |
“Sistema tal-ibbrejkjar ikkombinata (CBS)” tfisser: Għal vetturi tal-kategoriji L1 u L3 : sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz fejn mill-inqas żewġ brejkijiet fuq roti differenti jiġu operati bl-attwazzjoni ta' kontroll wieħed. Għal vetturi tal-kategoriji L2 u L5 : sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz fejn il-brejkijiet fuq ir-roti kollha jiġu operati bl-attwazzjoni ta' kontroll wieħed. Għal vetturi tal-kategorija L4 : sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz fejn mill-inqas il-brejkijiet fuq ir-roti ta' quddiem u ta' wara jiġu operati bl-attwazzjoni ta' kontroll wieħed. (Jekk ir-rota ta' wara u r-rota tas-sidecar jiġu bbrejkjati mill-istess sistema tal-ibbrejkar, dan jitqies bħala l-brejk ta' wara.) |
|
2.7. |
“Komponenti tas-sistema tal-ibbrejkjar” tfisser waħda mill-partijiet individwali li, meta tiġi assemblata, tikkostitwixxi s-sistema tal-ibbrejkjar; |
|
2.8. |
“Kontroll” tfisser il-parti attwata direttament mis-sewwieq sabiex iforni jew jikkontrolla l-enerġija meħtieġa għall-ibbrejkjar tal-vettura lit-trażmissjoni. |
|
2.9. |
“Tipi differenti ta' sistemi tal-ibbrejkjar” tfisser apparati li huma differenti f'aspetti essenzjali bħal:
|
|
2.10. |
“Massa tas-sewwieq” tfisser il-massa nominali tas-sewwieq li għandha tkun 75 kg (sottodiviża f' 68 kg bħala massa tal-okkupant fuq is-sit u 7 kg bħala massa tal-bagalji). |
|
2.11. |
“Magna skonnettjata” tfisser meta l-magna ma tibqax konnessa mar-rota/i tas-sewqan. |
|
2.12. |
“Massa grossa tal-vettura” jew “massa massima” tfisser il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli kif iddikjarata mill-manifattur. |
|
2.13. |
“Temperatura inizjali tal-brejk” tfisser it-temperatura tal-aktar brejk sħun qabel kwalunkwe applikazzjoni tal-brejk. |
|
2.14. |
“Mgħobbija” tfisser mgħobbija b'tali mod li tilħaq il-massa grossa tal-vettura kif definita fil-paragrafu 2.12. |
|
2.15. |
“Mgħobbija ħafif” tfisser il-massa fi stat ta' tħaddim flimkien ma' 15 kg ta' tagħmir tat-test, jew il-kondizzjoni mgħobbija, skont liema tkun l-inqas. Fil-każ ta' testijiet tal-ABS fuq wiċċ bi frizzjoni baxxa (Anness 3, paragrafi 9.4 sa 9.7), il-massa għat-tagħmir tat-test tiżdied għal 30 kg biex tikkumpensa għall-outriggers. |
|
2.16. |
“Massa fi stat ta' tħaddim” tfisser is-somma tal-massa tal-vettura mhux mgħobbija u l-massa tas-sewwieq. |
|
2.17. |
“Koeffiċjent massimu tal-ibbrejkjar (PBC)”: tfisser il-kejl tal-frizzjoni tat-tajer mal-wiċċ tat-triq, abbażi tad-deċellerazzjoni massima ta' tajer idur. |
|
2.18. |
“Sistema tal-ibbrejkjar assistit bl-enerġija” tfisser sistema tal-ibbrejkjar li fiha, l-enerġija meħtieġa biex tiġi prodotta l-forza tal-ibbrejkjar tkun fornuta mill-isforz fiżiku tas-sewwieq assistit minn wieħed jew aktar apparati li jipprovdu l-enerġija, pereżempju assistita b'vakwu (b'booster ta' vakwu). |
|
2.19. |
“Sistema tal-ibbrejkjar sekondarja” tfisser it-tieni sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz fuq vettura mgħammra b'sistema kombinata tal-ibbrejkjar ikkombinata. |
|
2.20. |
“Sistema tal-ibbrejkar tas-servizz” tfisser sistema tal-ibbrejkjar li tintuża biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura meta tkun miexja. |
|
2.21. |
“Sistema tal-ibbrejkjar uniku” tfisser sistema tal-ibbrejkjar li taġixxi fuq fus wieħed biss. |
|
2.22. |
“Sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma (SSBS)” tfisser sistema tal-ibbrejkjar li tħaddem il-brejkijiet fuq ir-roti kollha, magħmula minn żewġ subsistemi jew aktar attwati b'kontroll waħdieni ddisinjat b'tali mod li ħsara waħda fi kwalunkwe subsistema (bħal ħsara tat-tip ta' tnixxija f'subsistema idrawlika) ma ttellifx fit-tħaddim ta' kwalunkwe subsistema oħra. |
|
2.23. |
“Distanza tal-waqfien” tfisser id-distanza vvjaġġata mill-vettura mill-punt li s-sewwieq jibda jħaddem il-kontroll tal-ibbrejkjar sal-punt li l-vettura tieqaf għalkollox. Għal testijiet li għalihom huwa speċifikat it-tħaddim simultanju taż-żewġ kontrolli, id-distanza vvjaġġata tittieħed mill-punt li fih jitħaddem l-ewwel kontroll. |
|
2.24. |
“Veloċità tat-test” tfisser il-veloċità tal-vettura mkejla fil-mument li s-sewwieq jibda jħaddem il-kontroll(i) tal-ibbrejkjar. Għal testijiet li għalihom huwa speċifikat it-tħaddim simultanju taż-żewġ kontrolli, il-veloċità tal-vettura tittieħed mill-punt li fih jitħaddem l-ewwel kontroll. |
|
2.25. |
“Trażmissjoni” tfisser il-kombinament tal-komponenti li jipprovdu konnessjoni funzjonali bejn il-kontroll u l-brejk. |
|
2.26. |
“Massa tal-vettura mhux mgħobbija” tfisser il-massa nominali tal-vettura kif indikata mill-manifattur(i), inkluż it-tagħmir kollu installat fil-fabbrika għat-tħaddim normali tal-vettura (eż. l-apparat għat-tifi tan-nar, għodod, stepni), kif ukoll il-likwidi tat-tkessiħ, żjut, 90 fil-mija tal-fjuwil u 100 fil-mija ta' gassijiet jew likwidi oħra, kif speċifikai mill-manifattur. |
|
2.27. |
“Tip ta' vettura” tfisser subkategorija ta' vetturi tal-kategorija L li ma jvarjawx f'tali aspetti essenzjali bħal:
|
|
2.28. |
“Vmax” tfisser il-veloċità li tista' tinkiseb b'rata massima ta' aċċellerazzjoni, minn bidu bil-vettura wieqfa, fuq distanza ta' 1,6 km fuq wiċċ tal-art livell, bil-vettura mgħobbija ħafif, jew il-veloċità mkejla skont ISO 7117:1995. |
|
2.29. |
“Illokkjar tar-rota” tfisser il-kundizzjoni li sseħħ meta jkun hemm proporzjoni ta' żlieq ta' 1,00. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip tal-vettura fir-rigward tal-ibbrekjar għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.
3.2. Għandu jkollha magħha tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u d-dettalji li ġejjin:
|
3.2.1. |
Deskrizzjoni tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-aspetti elenkati fil-paragrafu 2.27. Għandhom jiġu speċifikati n-numri u/jew simboli li jidentifikaw it-tip tal-vettura u t-tip tal-magna; |
|
3.2.2. |
Lista tal-komponenti, identifikati b'mod xieraq, li jikkostitwixxu l-apparat tal-ibbrejkjar; |
|
3.2.3. |
Dijagramma tas-sistema tal-ibbrejkjar immuntata u indikazzjoni tal-pożizzjoni tal-komponenti tagħha fuq il-vettura; |
|
3.2.4. |
Disinji dettaljati ta' kull komponent sabiex jinstab u jiġi identifikat faċilment. |
3.3. Lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet għall-approvazzjoni għandu jitressaq rappreżentattiv tal-vettura tat-tip tal-vettura li għandu jiġi approvat.
4. APPROVAZZJONI
4.1. Jekk it-tip tal-vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5 u 6 ta' hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta' vettura.
4.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri (attwalment 03 li jikkorrispondi għas-serje ta' emendi 03) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi l-aktar reċenti u importanti magħmula għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lill-istess tip ta' vettura mgħammra b'tip ieħor ta' apparat tal-ibbrejkjar, jew lil tip ieħor ta' vettura.
4.3. Għandu jiġi kkomunikat avviż ta' approvazzjoni jew ta' rifjut jew ta' estensjoni jew ta' rtirar ta' approvazzjoni jew ta' produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip tal-vettura skont dan ir-Regolament lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
4.4. Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip tal-vettura approvat skont dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn u f'post faċilment aċċessibbli li ġie speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:
|
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2); |
|
4.4.2. |
In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
4.5. Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; f'dan il-każ, ir-Regolament u n-numri ta' approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.
4.6. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u għandha tkun indelibbli.
4.7. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.
4.8. L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.
5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET
5.1. Rekwiżiti tas-sistema tal-ibbrejkjar
5.1.1. Kull vettura għandha tgħaddi minn kull wieħed mit-testijiet speċifikati għal vettura tal-kategorija tagħha u għal dawk il-karatteristiċi tal-brejkijiet tal-vettura.
5.1.2. Tħaddim tal-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz
Il-vetturi għandu jkollhom konfigurazzjonijiet li jippermettu lis-sewwieq iħaddem il-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz waqt li jkun bilqiegħda fil-pożizzjoni normali tas-sewqan u b'idejh it-tnejn fuq il-kontroll tal-istering.
5.1.3. Tħaddim tal-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar sekondarja
Il-vetturi għandu jkollhom konfigurazzjonijiet li jippermettu lis-sewwieq iħaddem il-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar sekondarja waqt li jkun bilqiegħda fil-pożizzjoni normali tas-sewqan u mill-inqas b'id waħda fuq il-kontroll tal-istering.
5.1.4. Sistema tal-ibbrejkar tal-ipparkjar
Jekk tkun installata sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar, din għandha żżomm il-vettura wieqfa fuq ix-xaqliba preskritta fil-paragrafu 8.2 tal-Anness 3.
Is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar għandha:
|
(a) |
Ikollha kontroll li jkun separat mill-kontrolli tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz; |
|
(b) |
Tinżamm fil-pożizzjoni llokkjata permezz ta' mezzu mekkaniċi biss. |
Il-vetturi għandu jkollhom konfigurazzjonijiet li jippermettu lis-sewwieq iħaddem is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar waqt li jkun bilqiegħda fil-pożizzjoni normali tas-sewqan.
5.1.5. Il-vetturi b'żewġ roti tal-kategoriji L1 u L3 għandhom ikunu mgħammra jew b'żewġ sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz separati, jew b'sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma, mill-inqas bi brejk wieħed jaħdem fuq ir-rota ta' quddiem u mill-inqas bi brejk wieħed jaħdem fuq ir-rota ta' wara.
5.1.6. Il-vetturi bi tliet roti tal-kategorija L4 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tas-sistema tal-ibbrejkjar stabbiliti fil-paragrafu 5.1.5. Brejk fuq is-sidecar ma jkunx meħtieġ jekk il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni preskritti fl-Anness 3.
5.1.7. Il-vetturi bi tliet roti tal-kategorija L2 għandhom ikunu mgħammra b'sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar flimkien ma' waħda minn dawn is-sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz:
|
(a) |
Żewġ sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz separati, iżda mhux CBS, li meta jiġu applikati flimkien iħaddmu l-brejkijiet fuq ir-roti kollha; jew |
|
(b) |
Sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma; jew |
|
(c) |
CBS li tħaddem il-brejkijiet fuq ir-roti kollha u sistema tal-ibbrejkjar sekondarja li tista' tkun is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar. |
5.1.8. Vetturi tal-kategorija L5 għandhom ikunu mgħammra bi:
|
5.1.8.1. |
Sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar; u |
|
5.1.8.2. |
Sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz ikkontrollata bis-sieq li tħaddem il-brejkijiet fuq ir-roti kollha, permezz ta':
|
5.1.9. F'każijiet fejn jiġu installati żewġ sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz separati, is-sistemi jista' jkollhom brejk wieħed komuni bejniethom, sakemm ħsara f'sistema waħda ma taffettwax il-prestazzjoni tas-sistema l-oħra.
5.1.10. Għal vetturi li jużaw fluwidu idrawliku għat-trażmissjoni tal-forza tal-brejk, iċ-ċilindru ewlieni għandu:
|
a) |
Ikollu kontenitur issiġillat, mgħotti u separat għal kull sistema tal-ibbrejkjar; |
|
b) |
Ikollu kapaċità minima tal-kontenitur li tkun ekwivalenti għal 1,5 darbiet tal-ispostament tal-fluwidu totali meħtieġ biex tiġi ssodisfata l-kundizzjoni ta' firrodi ġodda sa firrodi mittiekla għalkollox, bil-kundizzjoni tal-agħar każ ta' aġġustament tal-brejk; u |
|
c) |
Ikollu kontenitur bil-livell tal-fluwidu viżibbli, hekk li l-livell jista' jiġi ċċekkjat bla ma jitneħħa l-għatu. |
5.1.11. Il-fanali ta' twissija kollha għandhom jiġu mmuntati fejn ikunu viżibbli għas-sewwieq.
5.1.12. Vetturi li jkunu mgħammra b'sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma għandhom ikunu mgħammra b'fanal ta' twissija aħmar, li jiġi attivat:
|
(a) |
Meta jkun hemm ħsara idrawlika x'ħin tiġi applikata ta' forza ta' ≤ 90 N fuq il-kontroll; jew |
|
(b) |
Mingħajr l-attwazzjoni tal-kontroll tal-brejk, meta l-livell tal-fluwidu tal-brejkijiet fiċ-ċilindru ewlieni jaqa' taħt l-ogħla livell minn:
|
Sabiex issir il-verifika tal-funzjonament, il-fanal ta' twissija għandu jinxtegħel permezz tal-attivazzjoni tal-iswiċċ tal-ignixin u għandu jintefa meta l-verifika tkun lesta. Dan il-fanal ta' twissija għandu jibqa' mixgħul x'ħin ikun hemm xi kundizzjoni ta' ħsara meta l-iswiċċ tal-ignixin ikun fil-pożizzjoni “mixgħul”.
5.1.13. Vetturi li jkunu mgħammra b'sistema ABS għandhom ikunu mgħammra b'fanal ta' twissija isfar. Il-fanal għandu jiġi attivat kull meta jkun hemm malfunzjoni li taffettwa l-ġenerazzjoni jew it-trażmissjoni tas-sinjali fis-sistema ABS tal-vettura.
Sabiex issir il-verifika tal-funzjonament, il-fanal ta' twissija għandu jinxtegħel permezz tal-attivazzjoni tal-iswiċċ tal-ignixin u jintefa meta l-verifika tkun lesta.
Dan il-fanal ta' twissija għandu jibqa' mixgħul x'ħin ikun hemm xi kundizzjoni ta' ħsara meta l-iswiċċ tal-ignixin ikun fil-pożizzjoni “mixgħul”.
5.2. Durabbiltà
5.2.1. L-użu tal-brejkijiet għandu jkun kompensat permezz ta' sistema ta' aġġustament awtomatiku jew manwali.
5.2.2. Il-ħxuna tal-materjal ta' frizzjoni għandha jew tkun viżibbli mingħajr żarmar, jew meta l-materjal ta' frizzjoni ma jkunx viżibbli, l-użu għandu jiġi vvalutat permezz ta' apparat iddisinjat għal dak l-iskop.
5.2.3. Waqt it-testijiet kollha ta' dan ir-Regolament u meta dawn jitlestew, ma għandu jkun hemm l-ebda stakkament tal-materjal ta' frizzjoni u l-ebda tnixxija ta' fluwidu tal-brejkijiet.
5.3. Kejl tal-prestazzjoni dinamika
Il-metodu użat biex titkejjel il-prestazzjoni huwa kif speċifikat għat-testijiet rispettivi fl-Anness 3. Hemm tliet metodi kif il-prestazzjoni tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz tista' titkejjel:
|
5.3.1. |
MFDD (Mean Fully Developed Deceleration — Deċellerazzjoni Medja Totalment Żviluppata): Kalkolu tal-MFDD:
fejn:
|
|
5.3.2. |
Distanza tal-waqfien: Abbażi tal-ekwazzjonijiet bażiċi ta' mozzjoni: S = 0,1 · V + (X) · V2 fejn:
Biex tiġi kkalkolata d-distanza tal-waqfien ikkoreġuta bl-użu tal-fattur tal-veloċità tat-test attwali tal-vettura, tintuża l-formula li ġejja: Ss = 0,1 · Vs + (Sa – 0,1 · Va) · Vs2/Va2 fejn:
Nota: Din l-ekwazzjoni hija valida biss meta l-veloċità tat-test attwali (Va) tkun ± 5 km/h tal-veloċità tat-test speċifikata (Vs). |
|
5.3.3. |
Reġistrazzjoni kontinwa tad-deċellerazzjoni: Għall-proċedura tal-burnishing (bedding-in) u għat-testijiet bħal dak bi brejkijiet imxarrba u l-proċedura ta' tisħin għat-telf tal-prestazzjoni tal-brejkijiet — minħabba li jisħnu (heat fade), issir reġistrazzjoni kontinwa tad-deċellerazzjoni istantanja tal-vettura mill-mument li tkun applikata forza fuq il-kontroll tal-brejk sat-tmiem tal-perjodu ta' waqfien. |
5.4. Materjali tal-firrodi tal-brejkijiet:
Il-firrodi tal-brejkijiet ma għandux ikun fihom asbestos.
6. TESTIJIET
It-testijiet tal-ibbrejkjar (kundizzjonijiet u proċeduri tat-test) li l-vetturi sottomessi għall-approvazzjoni huma meħtieġa li jagħmlu, u l-prestazzjoni meħtieġa tal-ibbrejkjar, huma deskritti fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.
7. MODIFIKI TAT-TIP TAL-VETTURA JEW TAS-SISTEMA TAL-IBBREJKJAR U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
7.1. Kull modifika fuq it-tip tal-vettura jew fuq is-sistema tal-ibbrejkjar tagħha għandha tiġi kkomunikata lid-Dipartiment Amministrattiv li jkun approva t-tip tal-vettura. Imbagħad, id-dipartiment jista':
|
7.1.1. |
Iqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ, il-vettura xorta għadha konformi mar-rekwiżiti; jew |
|
7.1.2. |
Jesiġi rapport ġdid tat-test mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
7.2. Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, bl-ispeċifikazzjoni tal-modifiki, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3, lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
7.3. L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta' komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
8.1. Kull vettura (sistema) approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b'tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.
8.2. Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1 ġew issodisfati, għandhom isiru kontrolli adegwati tal-produzzjoni.
8.3. Id-detentur tal-approvazzjoni għandu, b'mod partikolari:
|
8.3.1. |
Jiżgura l-eżistenza ta' proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti; |
|
8.3.2. |
Ikollu aċċess għat-tagħmir ta' kontroll meħtieġ għall-verifika tal-konformità ma' kull tip approvat; |
|
8.3.3. |
Jiżgura li d-dejta tar-riżultati tat-testijiet tiġi rreġistrata u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi stabbilit bi ftehim mas-Servizz Amministrattiv; |
|
8.3.4. |
Janalizza r-riżultati ta' kull tip ta' test, sabiex jivverifika u jiżgura l-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-prodott, filwaqt li jagħmel konċessjoni għal varjazzjoni fil-produzzjoni industrijali; |
|
8.3.5. |
Jiżgura li għal kull tip ta' prodott jitwettqu mill-inqas it-testijiet preskritti fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament; |
|
8.3.6. |
Jiżgura li kwalunkwe teħid ta' kampjuni jew ta' mudelli meħudin għat-testijiet li juru nuqqas ta' konformità mat-tip ta' test ikkonċernat għandu jagħti lok għal teħid ieħor ta' kampjuni u għal test ieħor. Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti. |
8.4. L-Awtorità Kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', meta jidhrilha, tivverifika l-metodi ta' kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità ta' produzzjoni.
8.4.1. F'kull spezzjoni, il-kotba tat-test u r-reġistri tal-istħarriġ dwar il-produzzjoni għandhom jiġu preżentati lill-ispettur li jżur il-post.
8.4.2. L-ispettur jista' jieħu kampjuni b'mod aleatorju li wara jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta' kampjuni jista' jiġi determinat skont ir-riżultati tal-verifika tal-manifattur stess.
8.4.3. Meta l-livell ta' kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher li huwa meħtieġ li tkun ivverifikata l-validità tat-testijiet li jitwettqu fl-applikazzjoni tal-paragrafu 8.4.2, l-ispettur għandu jagħżel kampjuni biex jintbagħtu lis-servizz tekniku li wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.
8.4.4. L-Awtorità Kompetenti tista' twettaq kwalunkwe test preskrit f'dan ir-Regolament.
8.4.5. Il-frekwenza normali ta' spezzjonijiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti għandha tkun ta' darba kull sentejn. Fil-każ fejn riżultati negattivi jiġu reġistrati f'waħda minn dawn iż-żjarat, l-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi meħtieġa kollha sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista' jkun.
9. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
9.1. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03 ta' dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03. Fuq talba tal-manifattur, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jaqblu dwar l-applikazzjoni ta' dawn l-emendi qabel id-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tagħhom.
9.2. Minn 24 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 9.1, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip tal-vettura jikkorrispondi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03.
9.3. Approvazzjonijiet mogħtija qabel it-tmiem tal-perjodu ta' 24 xahar ta' wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ ma jibqgħux validi 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 9.1, sakemm il-Parti Kontraenti li tat l-approvazzjoni ma tinnotifikax lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament li l-vettura tat-tip approvat tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03.
9.4. Minkejja d-dispożizzjoniet tranżitorji ta' hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom ta' dan ir-Regolament tidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aktar sensiela reċenti ta' emendi mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet li jkunu ngħataw skont xi waħda mis-sensieli ta' qabel ta' emendi ta' dan ir-Regolament.
10. PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
10.1. L-approvazzjoni mogħtija fil-każ ta' tip tal-vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi irtirata jekk ma tinżammx il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 8.1 jew jekk vettura ta' dan it-tip tkun weħlet fil-verifiki preskritti fil-paragrafu 8.3.
10.2. Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha tavża b'dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar ikollha, f'ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “APPROVAZZJONI RTIRATA”.
11. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip tal-vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b'dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta' kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar, b'ittri kbar, l-annotament iffirmat u datat “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX”.
12. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li taw l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para.2.
(2) In-numri ta' distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 qed jerġgħu jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.
APPENDIĊI
LISTA TA' DEJTA TAL-VETTURA GĦALL-ISKOP TAL-APPROVAZZJONIJIET SKONT IR-REGOLAMENT Nru 90
|
1. |
Deskrizzjoni tat-tip ta' vettura: |
|
1.1. |
Isem jew marka kummerċjali tal-vettura, jekk applikabbli: |
|
1.2. |
Kategorija tal-vettura: |
|
1.3. |
Tip tal-vettura bl-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 78: |
|
1.4. |
Il-mudelli jew l-ismijiet kummerċjali tal-vetturi li jikkostitwixxu t-tip tal-vettura, jekk disponibbli: |
|
1.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: |
|
2. |
L-għamla u t-tip tal-firrodi tal-brejkijiet: |
|
3. |
Massa minima tal-vettura: |
|
3.1. |
Id-distribuzzjoni tal-massa fuq kull fus (valur massimu): |
|
4. |
Massa grossa tal-vettura: |
|
4.1. |
Id-distribuzzjoni tal-massa fuq kull fus (valur massimu): |
|
5. |
Vmax km/h |
|
6. |
Il-qisien tat-tajers u tar-roti: |
|
7. |
Konfigurazzjoni tas-sistemi tal-ibbrejkjar indipendenti: |
|
8. |
L-ispeċifikazzjonijiet tal-valvi tal-brejkijiet (jekk applikabbli): |
|
8.1. |
L-ispeċifikazzjonjiet tal-aġġustament tal-valv ta' detezzjoni tat-tagħbija: |
|
8.2. |
L-issettjar tal-valv tal-pressjoni: |
|
9. |
Speċifikazzjoni tal-brejk: |
|
9.1. |
It-tip tal-brejk diska (eż. in-numru ta' pistuni bid-dijametru/i, diska vventilata jew solida): |
|
9.2. |
It-tip tal-brejk tanbur (eż. simplex, bid-daqs tal-pistun u tat-tanbur): |
|
10. |
It-tip u d-daqs taċ-ċilindru ewlieni (jekk applikabbli): |
ANNESS 2
ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
MUDELL A
(Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla mal-vettura turi li t-tip tal-vettura konċernat, fir-rigward tal-ibbrejkjar, ġie approvat fir-Renju Unit (E11) skont ir-Regolament Nru 78-H bin-numru tal-approvazzjoni 032439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li r-Regolament Nru 78 diġà kien jinkludi s-serjeta' emendi 03 meta ngħatat l-approvazzjoni.
MUDELL B
(Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla mal-vettura turi li t-tip tal-vettura konċernat, ġie approvat fir-Renju Unit (E4) skont ir-Regolamenti Nri 78 u 40 (*1). L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 78 inkluda s-serje ta' emendi 03 iżda r-Regolament Nru 40 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.
(*1) Dan in-numru huwa mogħti biss bħala eżempju.
ANNESS 3
IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST, IL-PROĊEDURI U R-REKWIŻITI TAL-PRESTAZZJONI
1. ĠENERALI
1.1. Uċuħ tat-test
1.1.1. Wiċċ bi frizzjoni għolja:
|
a) |
Applikabbli għat-testijiet tal-ibbrejkjar dinamiku kollha għajr għat-testijiet tal-ABS, li għalihom jiġi speċifikat wiċċ bi frizzjoni baxxa; |
|
b) |
Iż-żona tat-test għandha tkun wiċċ nadif u livell, b'xaqliba ta' ≤ 1 fil-mija; |
|
c) |
Il-wiċċ għandu jkollu valur nominali ta' koeffiċjent massimu tal-ibbrejkjar (PBC) ta' 0,9, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
1.1.2. Wiċċ bi frizzjoni baxxa:
|
a) |
Applikabbli għat-testijiet tal-ibbrejkjar dinamiku kollha li għalihom jiġi speċifikat wiċċ bi frizzjoni baxxa; |
|
b) |
Iż-żona tat-test għandha tkun wiċċ nadif, xott u livell, b'xaqliba ta' ≤ 1 fil-mija; |
|
c) |
Il-wiċċ għandu jkollu PBC ta' ≤ 0,45. |
1.1.3. Kejl tal-PBC:
Il-PBC jitkejjel kif iddeterminat mill-awtorità tal-approvazzjoni billi jintuża:
|
(a) |
The American Society for Testing and Materials (ASTM) E1136 — 93 (Reapproved 2003) standard reference test tyre, skont il-Metodu ASTM E1337-90 (Reapproved 2002), b'veloċità ta' 40 mph jew |
|
(b) |
Il-metodu speċifikat fl-Appendiċi ta' dan l-anness. |
1.1.4. Testijiet tas-sistema tal-ibbrejkar tal-ipparkjar:
Ix-xaqliba tat-test speċifikata għandu jkollha nadif u xott li ma jiddeformax bil-massa tal-vettura.
1.1.5. Wisa' tal-karreġġata tat-test:
Għal vetturi b'żewġ roti (vetturi tal-kategoriji L1 u L3) il-wisa' tal-karreġġata tat-test għandha tkun 2,5 m.
Għal vetturi bi tliet roti (vetturi tal-kategoriji L2, L5 u L4) il-wisa' tal-karreġġata tat-test għandha tkun 2,5 m u l-wisa' tal-vettura.
1.2. Temperatura ambjentali
It-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 4 °C u 45 °C.
1.3. Veloċità tar-riħ
Il-veloċità tar-riħ ma għandiex tkun aktar minn 5 m/s.
1.4. Tolleranza tal-veloċità tat-test
It-tolleranza tal-veloċità tat-test hija ± 5 km/h.
Fil-każ li l-veloċità attwali tat-test tiddevja mill-veloċità speċifikata tat-test, id-distanza attwali tal-waqfien tiġi kkorreġuta permezz tal-formula fil-paragrafu 5.3.2 ta' dan ir-Regolament.
1.5. Trażmissjoni awtomatika
Vetturi bi trażmissjoni awtomatika għandhom ilestu t-testijiet kollha — kemm jekk huma għal “magna konnettjata” kif ukoll jekk għal “magna skonnettjata”.
Jekk trażmissjoni awtomatika jkollha pożizzjoni newtrali, il-pożizzjoni newtrali tiġi magħżula għat-testijiet fejn tkun speċifikata “magna skonnettjata”.
1.6. Pożizzjoni tal-vettura u llokkjar tar-roti::
|
(a) |
Il-vettura tiġi pożizzjonata fiċ-ċentru tal-karreġġata tat-test fil-bidu ta' kull waqfa; |
|
(b) |
Isiru waqfiet mingħajr ma r-roti tal-vettura joħorġu mill-karreġġata applikabbli tat-test u mingħajr ma jillokkjaw ir-roti. |
1.7. Sekwenza tat-test
|
Ordni tat-test |
Paragrafu |
||
|
3 |
||
|
4 |
||
|
5 |
||
|
6 |
||
|
7 |
||
|
|
||
|
8 |
||
|
9 |
||
|
10 |
||
|
11 |
2. TĦEJJIJA
2.1. Veloċità tal-magna mhux ingranata
Il-veloċità tal-magna mhux ingranata tiġi stabbilita skont l-ispeċifikazzjoni tal-manifattur.
2.2. Pressjoni tat-tajers
It-tajers jintnefħu skont l-ispeċifikazzjoni tal-manifattur għall-kundizzjoni tat-tagħbija tal-vettura għat-test.
2.3. Il-punti u d-direzzjoni tal-applikazzjoni ta' kontroll
Għal liver ta' kontroll bl-idejn, il-forza ta' tħaddim (F) tiġi applikata fuq il-wiċċ ta' quddiem tal-liver ta' kontroll perpendikolari mal-assi tal-fulkru tal-liver u l-punt l-aktar 'il barra tiegħu fuq il-pjan li tulu jdur il-liver ta' kontroll (ara l-figura hawn taħt).
Il-forza ta' tħaddim tiġi applikata fuq punt f'distanza ta' 50 mm mill-aktar punt 'il barra tal-liver ta' kontroll, imkejla tul l-assi bejn l-assi ċentrali tal-fulkru tal-liver u l-punt l-aktar 'il barra tiegħu.
Fulkru tal-liver
50 mm
Għal pedala ta' kontroll bis-saqajn, il-forza ta' tħaddim tiġi applikata fiċ-ċentru tal-pedala ta' kontroll u perpendikolari għall-pedala.
2.4. Kejl tat-temperatura tal-brejk
Kif determinat mill-awtorità tal-approvazzjoni, it-temperatura tal-brejk titkejjel fiċ-ċentru approssimattiv tal-mogħdija tal-ibbrejkjar tad-diska jew tat-tanbur tal-brejk bl-użu ta:
|
(a) |
Termokoppja li tħokk f'kuntatt mal-wiċċ tad-diska jew tanbur; jew |
|
(b) |
Termokoppja inkorporata fil-materjal ta' frizzjoni. |
2.5. Proċedura tal-burnishing
Il-brejkijiet tal-vettura jiġu burnished qabel l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni. Din il-proċedura tista' titwettaq mill-manifattur:
|
(a) |
Vettura mgħobbija ħafif; |
|
(b) |
Magna skonnettjata; |
|
(c) |
Veloċità tat-test:
|
(i) |
Veloċità inizjali:
50 km/h jew 0,8 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa;
(ii) |
Veloċità finali =
5 sa 10 km/h;
|
(d) |
Applikazzjoni tal-brejk: Kull kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz attwat separatament; |
|
(e) |
Deċellerazzjoni tal-vettura:
|
|
(f) |
Numru ta' deċellerazzjonijiet: 100 kull sistema tal-ibbrejkjar; |
|
(g) |
Temperatura inizjali tal-brejk qabel kull applikazzjoni ta' brejk ≤ 100 °C; |
|
(h) |
Għall-ewwel waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità inizjali u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati sakemm tintlaħaq il-veloċità finali. Imbagħad erġa' aċċellera sal-veloċità inizjali u żomm dik il-veloċità sakemm it-temperatura tal-brejk tinżel għall-valur inizjali speċifikat. Meta dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, erġa' applika l-brejk kif speċifikat. Irrepeti din il-proċedura għan-numru ta' deċellerazzjonijiet speċifikati. Wara l-burnishing, aġġusta l-brejkijiet skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur. |
3. TEST TA' WAQFIEN FIX-XOTT — ATTWAZZJONI TAL-KONTROLL TAL-IBBREJKJAR UNIKU
3.1. Kundizzjoni tal-vettura:
|
(a) |
It-test huwa applikabbli għall-kategoriji tal-vetturi kollha; |
|
(b) |
Mgħobbija: Għall-vetturi li jkunu mgħammra b'CBS u sistemi tal-ibbrejkar tas-servizz maqsuma: il-vettura tiġi ttestjata fil-kundizzjoni mgħobbija ħafif kif ukoll fil-kundizzjoni mgħobbija; |
|
(c) |
Magna skonnettjata. |
3.2. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C; |
|
(b) |
Veloċità tat-test:
|
|
(c) |
Applikazzjoni tal-brejk: Kull kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz attwat separatament; |
|
(d) |
Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:
|
|
(e) |
Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 6 waqfiet; |
|
(f) |
Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu. |
3.3. Rekwiżiti tal-prestazzjoni
Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilit fil-paragrafu 3.2, id-distanza tal-waqfien għandha tkun kif speċifikat fil-kolonna 2 jew l-MFDD għandha tkun kif speċifikata fil-kolonna 3 tat-tabella li ġejja:
|
Kolonna 1 |
Kolonna 2 |
|
Kolonna 3 |
|
Kategorija tal-Vettura |
DISTANZA TAL-WAQFIEN (S) (Fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri) |
|
MFDD |
|
Sistema tal-ibbrejkjar uniku, ibbrejkjar tar-rota/i ta' quddiem biss: |
|||
|
L1 |
S ≤ 0,1 V + 0,0111 V2 |
|
≥ 3,4 m/s2 |
|
L2 |
S ≤ 0,1 V + 0,0143 V2 |
≥ 2,7 m/s2 |
|
|
L3 |
S ≤ 0,1 V + 0,0087 V2 |
≥ 4,4 m/s2 |
|
|
L5 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
|
|
L4 |
S ≤ 0,1 V + 0,0105 V2 |
|
≥ 3,6 m/s2 |
|
Sistema tal-ibbrejkjar uniku, ibbrejkjar tar-rota/i ta' wara biss: |
|||
|
L1 |
S ≤ 0,1 V + 0,0143 V2 |
|
≥ 2,7 m/s2 |
|
L2 |
S ≤ 0,1 V + 0,0143 V2 |
≥ 2,7 m/s2 |
|
|
L3 |
S ≤ 0,1 V + 0,0133 V2 |
≥ 2,9 m/s2 |
|
|
L5 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
|
|
L4 |
S ≤ 0,1 V + 0,0105 V2 |
|
≥ 3,6 m/s2 |
|
Vetturi b'CBS jew sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma: għall-kundizzjoni mgħobbija u għall-kundizzjoni mgħobbija ħafif; |
|||
|
L1 u L2 |
S ≤ 0,1 V + 0,0087 V2 |
|
≥ 4,4 m/s2 |
|
L3 |
S ≤ 0,1 V + 0,0076 V2 |
≥ 5,1 m/s2 |
|
|
L5 |
S ≤ 0,1 V + 0,0077 V2 |
≥ 5,0 m/s2 |
|
|
L4 |
S ≤ 0,1 V + 0,0071 V2 |
|
≥ 5,4 m/s2 |
|
Vetturi b'CBS — sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz sekondarji: |
|||
|
KOLLHA |
S ≤ 0,1 V + 0,0154 V2 |
|
≥ 2,5 m/s2 |
4. TEST TA' WAQFIEN FIX-XOTT — ATTWAZZJONI TAL-KONTROLLI TAL-IBBREJKJAR TAS-SERVIZZ KOLLHA
4.1. Kundizzjoni tal-vettura:
|
(a) |
It-test huwa applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L3, L5 u L4; |
|
(b) |
Mgħobbija ħafif; |
|
(c) |
Magna skonnettjata. |
4.2. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C; |
|
(b) |
Veloċità tat-test: 100 km/h jew 0,9 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa; |
|
(c) |
Applikazzjoni tal-brejk: Attwazzjoni simultanja taż-żewġ kontrolli tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz, jekk mgħammra b'dan il-mod, jew tal-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz uniku fil-każ ta' sistema tal-ibbrejkjar ta' servizz li taħdem fuq ir-roti kollha; |
|
(d) |
Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:
|
|
(e) |
Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 6 waqfiet; |
|
(f) |
Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu. |
4.3. Rekwiżiti tal-prestazzjoni
Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 4.2, id-distanza tal-waqfien (S) għandha tkun S ≤ 0,0060 V2 (fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri)
5. TEST B'VELOĊITÀ GĦOLJA
5.1. Kundizzjoni tal-vettura:
|
(a) |
It-test huwa applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L3, L5 u L4; |
|
(b) |
Mhux meħtieġ test għal vetturi b'veloċità Vmax ≤ 125 km/h; |
|
(c) |
Mgħobbija ħafif; |
|
(d) |
Magna konnessa mat-trażmissjoni fuq l-ogħla ger. |
5.2. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C; |
|
(b) |
|
|
(c) |
Applikazzjoni tal-brejk: Attwazzjoni simultanja taż-żewġ kontrolli tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz, jekk mgħammra b'dan il-mod, jew tal-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz uniku fil-każ ta' sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz li taħdem fuq ir-roti kollha; |
|
(d) |
Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:
|
|
(e) |
Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 6 waqfiet; |
|
(f) |
Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll(i) tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu. |
5.3. Rekwiżiti tal-prestazzjoni:
Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 5.2.:
|
(a) |
Id-distanza tal-waqfien (S) għandha tkun ≤ 0,1 V + 0,0067 V2 (fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri); jew |
|
(b) |
L-MFDD għandha tkun ≥ 5,8 m/s2. |
6. TEST BIL-BREJK IMXARRAB
6.1. Ġenerali:
|
(a) |
It-test huwa magħmul minn żewġ partijiet li jitwettqu b'mod konsekuttiv għal kull sistema tal-ibbrejkjar:
|
|
(b) |
It-test mhuwiex applikabbli għal sistema tal-ibbrejkar tal-ipparkjar, sakemm din ma tkunx il-brejk sekondarju; |
|
(c) |
Brejkijiet tanbur jew brejkijiet diska magħluqa kompletament huma eżentati minn dan it-test sakemm ma jkunx hemm ventilazzjoni jew portijiet ta' spezzjoni miftuħa; |
|
(d) |
Dan it-test jeħtieġ li l-vettura tkun mgħammra bi strumentazzjoni li tagħti reġistrazzjoni kontinwa tal-forza tal-kontroll tal-brejk u d-deċellerazzjoni tal-vettura. Il-kejl tal-MFDD u tad-distanza tal-waqfien mhumiex meħtieġa f'dan il-każ. |
6.2. Kundizzjoni tal-vettura:
|
(a) |
It-test huwa applikabbli għall-kategoriji tal-vetturi kollha; |
|
(b) |
Mgħobbija: Għall-vetturi li jkunu mgħammra b'CBS u sistemi tal-ibbrejkar tas-servizz maqsuma: il-vettura tiġi ttestjata fil-kundizzjoni mgħobbija ħafif kif ukoll fil-kundizzjoni mgħobbija; |
|
(c) |
Magna skonnettjata; |
|
(d) |
Kull brejk jiġi installat b'tagħmir li jraxxax l-ilma:
|
6.3. Test ta' referenza
6.3.1. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
It-test tat-Taqsima 3 ta' dan l-anness (test ta' waqfien fix-xott — attwazzjoni tal-kontroll tal-ibbrejkjar uniku) jitwettaq għal kull sistema tal-ibbrejkjar iżda bil-forza tal-kontroll tal-brejk li twassal għal deċellerazzjoni tal-vettura ta' 2,5 — 3,0 m/s2, u jiġi ddeterminat dan li ġej:
|
|
(b) |
Wettaq 3 waqfiet ta' referenza u kkalkola l-medja tal-valuri miksuba f'(i), (ii), u (iii). |
6.4. Waqfa bil-brejk imxarrab
6.4.1. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
Il-vettura tiġi misjuqa bil-veloċità tat-test użata fit-test ta' referenza stabbilit fil-paragrafu 6.3 bit-tagħmir tat-traxxix tal-ilma jaħdem fuq il-brejk(ijiet) li jrid(u) jiġi/u ttestjat(i) u mingħajr l-applikazzjoni tas-sistema tal-ibbrejkjar; |
|
(b) |
Wara distanza ta' ≥ 500 m, applika l-forza medja tal-kontroll tal-brejk iddeterminata permezz tat-test ta' referenza, fuq is-sistema tal-ibbrejkjar li tkun qed tiġi ttestjata; |
|
(c) |
Kejjel id-deċellerazzjoni medja tal-vettura fil-perjodu 0,5 sa 1,0 sekondi wara l-punt ta' attwazzjoni tal-kontroll tal-brejk; |
|
(d) |
Kejjel id-deċellerazzjoni massima tal-vettura matul il-waqfa totali, iżda eskluż l-aħħar 0,5 sekondi. |
6.5. Rekwiżiti tal-prestazzjoni
Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 6.4.1, il-prestazzjoni tad-deċellerazzjoni bil-brejk imxarrab għandha tkun:
|
(a) |
Il-valur imkejjel fil-paragrafu 6.4.1(c) ≥ 60 fil-mija tal-valuri tad-deċellerazzjoni medji rreġistrati fit-test ta' referenza tal-paragrafu 6.3.1(a)(ii), jiġifieri fil-perjodu 0,5 sa 1,0 sekondi wara l-punt tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-brejk; u |
|
(b) |
Il-valur imkejjel fil-paragrafu 6.4.1(d) ≤ 120 fil-mija tal-valuri tad-deċellerazzjoni medji rreġistrati fit-test ta' referenza tal-paragrafu 6.3.1(a)(iii), jiġifieri matul il-waqfa totali iżda eskluż l-aħħar 0,5 sekondi. |
7. TEST TAT-TNAQQIS TAL-PRESTAZZJONI TAL-IBBREJKJAR BIS-SĦANA (HEAT FADE TEST)
7.1. Ġenerali:
|
(a) |
It-test huwa magħmul minn tliet partijiet li jitwettqu b'mod konsekuttiv għal kull sistema tal-ibbrejkjar:
|
|
(b) |
It-test huwa applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L3, L5 u L4; |
|
(c) |
It-test mhuwiex applikabbli għal sistemi tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar u għal sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz sekondarji; |
|
(d) |
Il-waqfiet kollha jitwettqu bil-vettura mgħobbija; |
|
(e) |
Il-proċedura tat-tisħin teħtieġ li l-vettura tkun mgħammra bi strumentazzjoni li tagħti reġistrazzjoni kontinwa tal-forza tal-kontroll tal-brejk u d-deċellerazzjoni tal-vettura. Il-kejl tal-MFDD u tad-distanza tal-waqfien mhumiex meħtieġa għall-proċedura tat-tisħin. It-test ta' referenza u l-waqfa bil-brejk sħun jeħtieġu l-kejl tal-MFDD jew tad-distanza tal-waqfien. |
7.2. Test ta' referenza
7.2.1. Kundizzjoni tal-vettura:
Magna skonnettjata.
7.2.2. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C; |
|
(b) |
Veloċità tat-test: 60 km/h jew 0,9 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa; |
|
(c) |
Applikazzjoni tal-brejk: Kull kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz attwat separatament; |
|
(d) |
Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:
|
|
(e) |
Aċċelera l-vettura sal-veloċità tat-test, attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati u rreġistra l-forza tal-kontroll meħtieġa biex tinkiseb il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tal-vettura speċifikata fit-tabella tal-paragrafu 3.3 ta' dan l-anness. |
7.3. Proċedura tat-tisħin
7.3.1. Kundizzjoni tal-vettura:
Trażmissjoni tal-magna
|
(i) |
Mill-veloċità speċifikata tat-test sa 50 fil-mija tal-veloċità speċifikata tat-test: konnessa, bl-ogħla ger xieraq magħżul sabiex il-veloċità tal-magna tibqa' ogħla mill-veloċità tal-magna mhux ingranata speċifikata mill-manifattur; |
|
(ii) |
Minn 50 fil-mija tal-veloċità speċifikata tat-test sa wieqfa għalkollox: skonnettjata. |
7.3.2. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
Temperatura inizjali tal-brejk qabel l-ewwel waqfa biss: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C; |
|
(b) |
Veloċità tat-test:
|
|
(c) |
Applikazzjoni tal-brejk: Kull kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz attwat separatament; |
|
(d) |
Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:
|
|
(e) |
Wettaq waqfa bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu u mbagħad uża immedjatament l-aċċelerazzjoni massima biex tintlaħaq il-veloċità speċifikata u żomm dik il-veloċità sakemm issir il-waqfa li jmiss. |
7.4. Waqfa bil-brejk sħun
7.4.1. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
Wettaq waqfa unika bil-kundizzjonijiet użati fit-test ta' referenza (paragrafu 7.2) għas-sistema tal-ibbrejkjar li tkun ġiet imsaħħna waqt il-proċedura skont il-paragrafu 7.3. Din il-waqfa titwettaq fi żmien minuta minn meta titlesta l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 7.3. b'forza tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-brejk inqas minn jew daqs il-forza użata waqt it-test stabbilit fil-paragrafu 7.2.
7.5. Rekwiżiti tal-prestazzjoni
Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 7.4.1:
|
(a) |
Id-distanza tal-waqfien: S2 ≤ 1,67 S1 – 0,67 × 0,1 V fejn:
|
|
(b) |
L-MFDD ≥ 60 fil-mija tal-MFDD irreġistrata fit-test stabbilit fil-paragrau 7.2. |
8. TEST TAS-SISTEMA TAL-IBBREJKJAR TAL-IPPARKJAR — GĦAL VETTURI MGĦAMMRA BI BREJKS TAL-IPPARKJAR
8.1. Kundizzjoni tal-vettura:
|
(a) |
It-test huwa applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L2, L5 u L4; |
|
(b) |
Mgħobbija; |
|
(c) |
Magna skonnettjata. |
8.2. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
Temperatura inizjali tal-brejk: ≤ 100 °C; |
|
(b) |
Xaqliba tal-wiċċ tat-test = 18 fil-mija; |
|
(c) |
Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:
|
|
(d) |
Għall-ewwel parti tat-test, ipparkja l-vettura fuq ix-xaqliba tal-wiċċ tat-test faċċata tal-inklinazzjoni 'l fuq billi tapplika s-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu. Jekk il-vettura tibqa' wieqfa, ibda ħu l-kejl tal-perjodu tat-test; |
|
(e) |
Meta t-test bil-vettura faċċata tal-inklinazzjoni 'l fuq ikun lest, irrepeti l-istess proċedura tat-test bil-vettura tħares 'l isfel tax-xaqliba. |
8.3. Rekwiżiti tal-prestazzjoni:
Meta ttestjata skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 8.2, is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar għandha żżomm il-vettura wieqfa għal 5 minuti, kemm meta l-vettura tkun faċċata tax-xaqliba 'l fuq kif ukoll meta tkun faċċata tax-xaqliba 'l isfel.
9. TESTIJIET TAL-ABS
9.1. Ġenerali:
|
(a) |
It-testijiet huma applikabbli biss għall-ABS installati fuq vetturi tal-kategoriji L1 u L3; |
|
(b) |
It-testijiet għandhom jikkonfermaw il-prestazzjoni tas-sistemi tal-ibbrejkjar mgħammra bl-ABS u l-prestazzjoni tagħhom f'każ ta' ħsara elettrika fl-ABS; |
|
(c) |
“Ċikli kompleti” tfisser li s-sistema antilokk qiegħda timmodula ripetutament il-forza tal-brejk sabiex timpedixxi lir-roti kkontrollati direttament milli jillokkjaw; |
|
(d) |
L-illokkjar tar-roti huwa permess sakemm l-istabbiltà tal-vettura ma tiġix affettwata tant li l-operatur ikollu jirrilaxxa l-kontroll jew tikkawża rota tal-vettura toħroġ mill-karreġġata tat-test. |
Is-serje tat-testijiet tinkludi dawn it-testijiet individwali, li jistgħu jitwettqu fi kwalunkwe ordni:
|
TESTIJIET TAL-ABS |
Paragrafu |
||
|
9.3 |
||
|
9.4 |
||
|
9.5 |
||
|
9.6 |
||
|
9.7 |
||
|
9.8 |
9.2. Kundizzjoni tal-vettura:
|
(a) |
Mgħobbija ħafif; |
|
(b) |
Magna skonnettjata. |
9.3. Waqfiet fuq wiċċ bi frizzjoni għolja:
9.3.1. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C; |
|
(b) |
Veloċità tat-test: 60 km/h jew 0,9 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa; |
|
(c) |
Applikazzjoni tal-brejk: Attwazzjoni simultanja taż-żewġ kontrolli tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz, jekk mgħammra b'dan il-mod, jew tal-kontroll tal-ibbrejkjar tas-servizz uniku fil-każ ta' sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz li taħdem fuq ir-roti kollha; |
|
(d) |
Forza tal-attwazzjoni tal-brejk: Il-forza applikata hija dik meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ABS tgħaddi minn ċikli kompleti f'kull waqfa, sa veloċità ta' 10 km/h; |
|
(e) |
Jekk rota waħda ma tkunx mgħammra bl-ABS, il-kontroll tal-brejk tas-servizz fuq dik ir-rota għandu jiġi attwat b'forza li tkun inqas mill-forza li tikkawża r-rota tillokkja; |
|
(f) |
Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 6 waqfiet; |
|
(g) |
Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu; |
9.3.2. Rekwiżiti tal-prestazzjoni
Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 9.3.1:
|
(a) |
Id-distanza tal-waqfien (S) għandha tkun ≤ 0,0063 V2 (fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri) jew l-MFDD għandha tkun ≥ 6,17 m/s2; u |
|
(b) |
Ma għandu jkun hemm l-ebda llokkjar ta' roti u r-roti tal-vettura għandhom jibqgħu fil-karreġġata tat-test. |
9.4. Waqfiet fuq wiċċ bi frizzjoni baxxa:
9.4.1. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
Kif stabbilit fil-paragrafu 9.3.1, iżda bl-użu tal-wiċċ bi frizzjoni baxxa minflok tal-wiċċ bi frizzjoni għolja;
9.4.2. Rekwiżiti tal-prestazzjoni
Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċeduri tat-test stabbiliti fil-paragrafu 9.4.1:
|
(a) |
Id-distanza tal-waqfien (S) għandha tkun ≤ 0,0056 V2/P (fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h, P hija l-koeffiċjent massimu tal-ibbrejkjar u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri) jew l-MFDD għandha tkun ≥ 6,87 × P, f'm/s2; u |
|
(b) |
Ma għandu jkun hemm l-ebda llokkjar ta' roti u r-roti tal-vettura għandhom jibqgħu fil-karreġġata tat-test. |
9.5. Verifiki tal-illokkjar tar-roti fuq uċuħ bi frizzjoni għolja u baxxa:
9.5.1. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
Uċuħ tat-test:
|
|
(b) |
Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C; |
|
(c) |
Veloċità tat-test:
|
|
(d) |
Applikazzjoni tal-brejk:
|
|
(e) |
Forza tal-attwazzjoni tal-brejk: Il-forza applikata hija dik meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ABS tgħaddi minn ċikli kompleti f'kull waqfa, sa veloċità ta' 10 km/h; |
|
(f) |
Rata tal-applikazzjoni tal-brejk: Il-forza tal-attwazzjoni tal-kontroll tal-brejk tiġi applikata f'0,2 — 0,5 sekondi; |
|
(g) |
Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 3 waqfiet; |
|
(h) |
Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu; |
9.5.2. Rekwiżiti tal-prestazzjoni:
Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċeduri tat-test stabbiliti fil-paragrafu 9.5.1, ma għandu jkun hemm l-ebda llokkjar ta' roti u r-roti tal-vettura għandhom jibqgħu fil-karreġġata tat-test.
9.6. Verifika tal-illokkjar tar-roti — tranżizzjoni fuq uċuħ bi frizzjoni għolja sa baxxa:
9.6.1. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
Uċuħ tat-test: Wiċċ bi frizzjoni għolja segwit immedjatament b'wiċċ bi frizzjoni baxxa; |
|
(b) |
Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C; |
|
(c) |
Veloċità tat-test: Il-veloċità li tirriżulta f' 50 km/h jew 0,5Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa, fil-punt fejn il-vettura tgħaddi mill-wiċċ bi frizzjoni għolja għall-wiċċ bi frizzjoni baxxa; |
|
(d) |
Applikazzjoni tal-brejk:
|
|
(e) |
Forza tal-attwazzjoni tal-brejk: Il-forza applikata hija dik meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ABS tgħaddi minn ċikli kompleti f'kull waqfa, sa veloċità ta' 10 km/h; |
|
(f) |
Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 3 waqfiet; |
|
(g) |
Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk qabel ma l-vettura tilħaq it-tranżizzjoni minn wiċċ wieħed ta' frizzjoni għall-wiċċ l-ieħor; |
9.6.2. Rekwiżiti tal-prestazzjoni:
Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċeduri tat-test stabbiliti fil-paragrafu 9.6.1, ma għandu jkun hemm l-ebda llokkjar ta' roti u r-roti tal-vettura għandhom jibqgħu fil-karreġġata tat-test.
9.7. Verifika tal-illokkjar tar-roti — tranżizzjoni fuq uċuħ bi frizzjoni baxxa sa għolja.
9.7.1. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
Uċuħ tat-test: Wiċċ bi frizzjoni baxxa segwit immedjatament b'wiċċ bi frizzjoni għolja b'PBC ta' ≥ 0,8; |
|
(b) |
Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C; |
|
(c) |
Veloċità tat-test: Il-veloċità li tirriżulta f' 50 km/h jew 0,5 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa, fil-punt fejn il-vettura tgħaddi mill-wiċċ bi frizzjoni għolja għall-wiċċ bi frizzjoni baxxa; |
|
(d) |
Applikazzjoni tal-brejk:
|
|
(e) |
Forza tal-attwazzjoni tal-brejk: Il-forza applikata hija dik meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ABS tgħaddi minn ċikli kompleti f'kull waqfa, sa veloċità ta' 10 km/h; |
|
(f) |
Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 3 waqfiet; |
|
(g) |
Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk qabel ma l-vettura tilħaq it-tranżizzjoni minn wiċċ wieħed ta' frizzjoni għall-wiċċ l-ieħor; |
|
(h) |
Irreġistra d-deċellerazzjoni kontinwa tal-vettura; |
9.7.2. Rekwiżiti tal-prestazzjoni:
|
(a) |
Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċeduri tat-test stabbiliti fil-paragrafu 9.7.1, ma għandu jkun hemm l-ebda llokkjar ta' roti u r-roti tal-vettura għandhom jibqgħu fil-karreġġata tat-test; |
|
(b) |
Fi żmien sekonda waħda, ir-rota ta' wara li tgħaddi l-punt ta' tranżizzjoni ta' bejn il-wiċċ bi frizzjoni baxxa u l-wiċċ bi frizzjoni għolja, id-deċellerazzjoni tal-vettura għandha tiżdied. |
9.8. Waqfiet bi ħsara elettrika fl-ABS:
9.8.1. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
Bis-sistema elettrika tal-ABS diżattivata, wettaq it-test stabbilit fit-taqsima 3. ta' dan l-anness, (test ta' waqfien fix-xott — attwazzjoni tal-kontroll tal-ibbrejkjar uniku), u applika l-kundizzjonijiet rilevanti għas-sistema tal-ibbrejkjar u l-vettura li qed tiġi ttestjata;
9.8.2. Rekwiżiti tal-prestazzjoni:
Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 9.8.1:
|
(a) |
Is-sistema għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tat-twissija ta' ħsara tal-paragrafu 5.1.13 ta' dan ir-Regolament; u |
|
(b) |
Ir-rekwiżiti minimi għad-distanza tal-waqfien jew l-MFDD għandhom ikunu kif speċifikati fil-kolonna 2 jew 3, rispettivament, taħt l-intestatura “Sistema tal-ibbrejkjar uniku, ibbrejkjar tar-rota/i ta' wara biss:” fit-tabella tal-paragrafu 3.3 ta' dan l-anness. |
10. TEST GĦAL ĦSARA PARZJALI — GĦAL SISTEMI TAL-IBBREJKJAR TAS-SERVIZZ MAQSUMA
10.1. Informazzjoni ġenerali:
|
(a) |
It-test huwa applikabbli biss għal vetturi li jkunu mgħammra b'sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma; |
|
(b) |
It-test isir biex jikkonferma l-prestazzjoni tal-bqija tas-subsistema f'każ ta' ħsara ta' tnixxija fis-sistema idrawlika. |
10.2. Kundizzjoni tal-vettura:
|
(a) |
It-test huwa applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L3, L5 u L4; |
|
(b) |
Mgħobbija ħafif; |
|
(c) |
Magna skonnettjata. |
10.3. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C; |
|
(b) |
Veloċitajiet tat-test: 50 km/h u 100 km/h jew 0,8 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa; |
|
(c) |
Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:
|
|
(d) |
Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 6 waqfiet għal kull veloċità tat-test; |
|
(e) |
Immodifika s-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz biex tikkawża telf totali tal-ibbrejkjar fi kwalunkwe waħda mis-subsistemi. Imbagħad, għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u wara attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu; |
|
(f) |
Irrepeti t-test għal kull subsistema. |
10.4. Rekwiżiti tal-prestazzjoni:
Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 10.3:
|
(a) |
is-sistema għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tat-twissija ta' ħsara stabbiliti fil-paragrafu 5.1.11 ta' dan ir-Regolament; u |
|
(b) |
id-distanza tal-waqfien (S) għandha tkun ≤ 0,1 V + 0,0117 V2 (fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri) jew l-MFDD għandha tkun ≥ 3,3 m/s2. |
11. TEST GĦAL ĦSARA TAS-SISTEMA TAL-IBBREJKJAR ASSISTIT BL-ENERĠIJA
11.1. Informazzjoni ġenerali:
|
(a) |
It-test ma jsirx meta l-vettura tkun mgħammra b'sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz separata oħra; |
|
(b) |
It-test isir biex jikkonferma l-prestazzjoni tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz f'każ ta' ħsara fl-assistenza tal-ibbrejkjar. |
11.2. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
Wettaq it-test stabbiliti fit-Taqsima 3. ta' dan l-anness, (test ta' waqfien fix-xott — attwazzjoni tal-kontroll tal-ibbrejkjar uniku) għal kull sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz bl-assistenza tas-sistema diżattivata.
11.3. Rekwiżiti tal-prestazzjoni
Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilit fil-paragrafu 11.2, id-distanza tal-waqfien għandha tkun kif speċifikat fil-kolonna 2 jew l-MFDD għandha tkun kif speċifikata fil-kolonna 3 tat-tabella li ġejja:
|
Kolonna 1 |
Kolonna 2 |
|
Kolonna 3 |
|
Kategorija tal-Vettura |
DISTANZA TAL-WAQFIEN (S) (Fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri) |
|
MFDD |
|
Sistema tal-ibbrejkar uniku |
|||
|
L1 |
S ≤ 0,1 V + 0,0143 V2 |
|
≥ 2,7 m/s2 |
|
L2 |
S ≤ 0,1 V + 0,0143 V2 |
≥ 2,7 m/s2 |
|
|
L3 |
S ≤ 0,1 V + 0,0133 V2 |
≥ 2,9 m/s2 |
|
|
L4 |
S ≤ 0,1 V + 0,0105 V2 |
|
≥ 3,6 m/s2 |
|
Vetturi b'CBS jew SSBS |
|||
|
KOLLHA |
S ≤ 0,1 V + 0,0154 V2 |
|
≥ 2,5 m/s2 |
Innota li jekk l-assistenza bl-enerġija tkun tista' tiġi attivata b'aktar minn kontroll wieħed, il-prestazzjoni msemmija hawn fuq għandha tinkiseb kull darba li kontroll jiġi attwat separatament.
(1) It-test tat-tnaqqis tal-prestazzjoni tal-ibbrejkjar bis-sħana huwa dejjem l-aħħar test li jitwettaq.
APPENDIĊI
METODU ALTERNATTIV GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-KOEFFIĊJENT MASSIMU TAL-IBBREJKJAR (PBC)
(ara l-paragrafu 1.1.3 ta' dan l-anness)
1.1. Ġenerali:
|
(a) |
It-test isir biex jistabbilixxi l-PBC għat-tip tal-vettura meta tiġi bbrejkjata fuq l-uċuħ tat-test deskritt fl-Anness 3, paragrafi 1.1.1 u 1.1.2. |
|
(b) |
It-test jikkonsisti f'għadd ta' waqfiet b'forzi tal-kontroll tal-brejk differenti. Iż-żewġ roti għandhom jiġu bbrejkjati simultanjament sal-punt milħuq qabel l-illokkjar tar-roti, sabiex tinkiseb ir-rata ta' deċelerazzjoni massima tal-vettura fuq il-wiċċ tat-test inkwistjoni. |
|
(c) |
Ir-rata ta' deċelerazzjoni massima tal-vettura hija l-ogħla valur irreġistrat waqt il-waqfiet kollha tat-test. |
|
(d) |
Il-koeffiċjent massimu tal-ibbrejkjar (PBC — Peak Braking Coefficient) jiġi kkalkolat mill-waqfa tat-test li tiġġenera r-rata ta' deċelerazzjoni massima tal-vettura, kif ġej:
fejn:
Nota: Għal vetturi li ma jistgħux jilħqu veloċità tat-test ta' 50 km/h, il-PBC għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
fejn:
|
|
(e) |
Il-valur tal-PBC għandu jitqarreb għall-eqreb numru bi tliet postijiet deċimali. |
1.2. Kundizzjoni tal-vettura:
|
(a) |
It-test huwa applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L1 u L3. |
|
(b) |
Is-sistema antilokk għandha jew tiġi skonnettjata jew diżattivata, bejn 40 km/h u 20 km/h. |
|
(c) |
Mgħobbija ħafif. |
|
(d) |
Magna skonnettjata. |
1.3. Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:
|
(a) |
Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C. |
|
(b) |
Veloċità tat-test: 60 km/h jew 0,9 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa. |
|
(c) |
Applikazzjoni tal-brejk:
|
|
(d) |
Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:
|
|
(e) |
Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tilħaq ir-rata ta' deċelerazzjoni massima tagħha. |
|
(f) |
Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll(i) tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu. |