19.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/58


DEĊIŻJONI (UE, EURATOM) 2015/1566 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-16 ta' Settembru 2015

li taħtar erba' Mħallfin u Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta' erbatax-il imħallef u erba' avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja waslu biex jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2015. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/336/UE (1) żiedet l-għadd ta' avukati ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għal 11, bis-seħħ mis-7 ta' Ottubru 2015. Għalhekk jeħtieġ li jsiru ħatriet għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021.

(2)

Ġie propost li jiġġeddu l-mandati tas-Sur Marko ILEŠIČ u s-Sinjura Camelia TOADER bħala mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja. Ġew proposti s-Sur Eugene REGAN u s-Sur Michail VILARAS għall-kariga ta' mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, is-Sur Manuel CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA ġie propost għall-kariga ta' avukat ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(3)

Il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-adegwatezza tas-Sur Marko ILEŠIČ u s-Sinjura Camelia TOADER, is-Sur Eugene REGAN u s-Sur Michail VILARAS għall-qadi tad-dmirijiet ta' mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll l-adegwatezza tas-Sur Manuel CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA għall-qadi tad-dmirijiet ta' avukat ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'dan qed jiġu maħtura mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021:

Is-Sur Marko ILEŠIČ,

Is-Sur Eugene REGAN,

Is-Sinjura Camelia TOADER,

Is-Sur Michail VILARAS.

Artikolu 2

Is-Sur Manuel CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA huwa b'dan maħtur avukat ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2015.

Il-President

C. BRAUN


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/336/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li żżid l-għadd ta' Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 92).