7.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/52 |
It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 85 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) - Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ magni ta’ kombustjoni interna jew sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi maħsuba għall-propulsjoni ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-suppliment 6 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Id-data tad-dħul fis-seħħ: 15 ta’ Lulju 2013
KONTENUT
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
2. |
Definizzjonijiet |
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
Approvazzjoni |
5. |
Speċifikazzjonijiet u testijiet |
6. |
Konformità tal-produzzjoni |
7. |
Il-penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
8. |
Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni |
9. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
10. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
L-ANNESSI
1. |
Karatteristiċi essenzjali tal-magna ta’ kombustjoni interna u informazzjoni dwar it-twettiq ta’ testijiet |
2. |
Karatteristiċi essenzjali tas-sistema tal-mototrażmissjoni elettrika u informazzjoni dwar it-twettiq ta’ testijiet |
3a |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ sistema tal-mototrażmissjoni skont ir-Regolament Nru. 85 |
3b |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tal-mototrażmissjoni skont ir-Regolament Nru. 85 |
4. |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
5. |
Metodu għall-kejl tal-potenza netta ta’ magna ta’ kombustjoni interna |
6. |
Metodu għall-kejl tal-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi |
7. |
Kontrolli tal-konformità tal-produzzjoni |
8. |
Fjuwils ta’ referenza |
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
1.1. |
Dan ir-Regolament japplika għar-rappreżentazzjoni tal-kurva bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna jew tal-mutur tal-potenza b’tagħbija sħiħa indikata mill-manifattur għal magni ta’ kombustjoni interna jew sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi u tal-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi maħsuba għal propulsjoni ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N (1). |
1.2. |
Il-magni tal-kombustjoni interna jaqgħu f’waħda mill-kategoriji li ġejjin: Magni b’pistuni b’moviment alternat (bi tqabbid bl-ispark plaggs jew tqabbid bil-kompressjoni), iżda bl-esklużjoni ta’ magni b’pistuni liberi; Magna bil-pistuni b’moviment rotattiv (bi tqabbid bl-ispark plaggs jew tqabbid bil-kompressjoni). Magni b’aspirazzjoni naturali u magni sovvrakarikati b’mod mekkaniku. |
1.3. |
Is-sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi huma magħmulin minn kontrolluri u muturi u jintużaw għal propulsjoni ta’ vetturi bħala l-uniku mezz ta’ propulsjoni. |
2. DEFINIZZJONIJIET
2.1. |
“Approvazzjoni ta’ sistema tat-trażmissjoni” tfisser l-approvazzjoni ta’ sistema tat-trażmissjoni fir-rigward tal-potenza netta mkejla skont il-proċedura speċifikata fl-Annessi 5 jew 6 ta’ dan ir-Regolament; |
2.2. |
“Tip ta’ sistema ta’ mototrazmissjoni” tfisser kategorija ta’ magna ta’ kombustjoni interna jew sistema tal-mototrażmissjoni elettrika għall-installazzjoni f’vettura bil-mutur li ma tvarjax f’karatteristiċi essenzjali bħal dawk definiti fl-Annessi 1 jew 2 ta’ dan ir-Regolament; |
2.3. |
“Potenza netta” tfisser il-potenza miksuba fuq il-bank tat-test fit-tarf tal-krankxaft jew l-ekwivalenti tiegħu bil-veloċità korrispondenti tal-magna jew tal-mutur bl-aċċessorji elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness 5 jew fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament, u determinati taħt kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza.” |
2.4. |
“Potenza massima netta” tfisser il-valur massimu tal-potenza netta tal-magna, imkejjel bit-tagħbija sħiħa tal-magna; |
2.5. |
“Potenza massima ta’ 30 minuta” tfisser il-potenza massima netta ta’ sistema tal-mototrażmissjoni elettrika b’vultaġġ DC kif definit fil-paragrafu 5.3.1. ta’ dan ir-Regolament, li sistema tal-mototrazmissjoni elettrika tista’ tagħti fuq perjodu ta’ 30 minuta bħala medja; |
2.6. |
“Vetturi ibridi (HV)”:
|
2.7. |
“Tagħmir ta’ produzzjoni standard” tfisser tagħmir ipprovdut mill-manifattur għal xi applikazzjoni partikolari; |
2.8. |
“Magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil” tfisser tip ta’ sistema ta’ magna approvat skont ir-Regolament Nru 49 jew immuntata fuq tip ta’ vettura approvat fir-rigward tal-emissjonijiet tagħha skont ir-Regolament Nru 49, u li hija ddisinjata biex taħdem simultanjament bil-fjuwil tad-diżil u fjuwil gassuż, iż-żewġ fjuwils ikunu imkejjla b’mod separat, fejn l-ammont ikkunsmat ta’ wieħed mill-fjuwils relattiv għall-ieħor jista’ jvarja skont it-tħaddim; |
2.9. |
“Vettura li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil” tfisser vettura li taħdem b’magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil u li tforni l-fjuwils użati mill-magna minn sistemi separati ta’ ħżin abbord; |
2.10. |
“Modalità b’żewġ tipi ta’ fjuwil” tfisser il-modalità ta’ tħaddim normali ta’ magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil li fiha l-magna simultanjament tuża fjuwil tad-diżil u fjuwil gassuż f’xi wħud mill-kundizzjonijiet ta’ tħaddim tal-magna; |
2.11. |
“Modalità bid-diżil” tfisser il-modalità ta’ tħaddim normali ta’ magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil li fiha l-magna ma tuża l-ebda fjuwil gassuż għal kwalunkwe kundizzjoni ta’ tħaddim tal-magna. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema tal-mototrazmissjoni fir-rigward ta’ kejl tal-potenza netta u tal-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tas-sistema tal-mototrazmissjoni, mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat debitament. |
3.2. |
Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-deskrizzjoni tas-sistema tal-mototrażmissjoni li tinkludi d-dettalji rilevanti kollha msemmija:
|
3.3. |
Għal vetturi elettriċi ibridi (HEV), it-testijiet għandhom isiru b’mod separat fuq il-magna ta’ kombustjoni interna (skont l-Anness 5) u fuq is-sistema/i tal-mototrażmissjoni elettrika/elettriċi (skont l-Anness 6). |
3.4. |
Sistema tal-mototrażmissjoni elettrika (jew sett ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni), rappreżentattivi tas-(sett ta’) tip(i) ta’ sistema tat-trażmissjoni li għandhom jiġu approvati, għandhom, flimkien mat-tagħmir stabbilit fl-Annessi 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament, jiġu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni. |
4. APPROVAZZJONI
4.1. |
Jekk il-potenza tas-sistema tal-mototrażmissjoni sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tkejlet skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 5 ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema tat-trażmissjoni għandha tingħata. |
4.2. |
Numru tal-approvazzjoni għandu jingħata għal kull tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni approvat. L-ewwel żewġ ċifrim tiegħu [(fil-preżent 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li tinkorpora l-emendi prinċipali l-aktar riċenti magħmula lir-Regolament fil-ħin tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru għal tip ieħor ta’ sistema tal-mototrażmissjoni. |
4.3. |
Notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ formula konformi mal-mudell fl-Anness 3a ta’ dan ir-Regolament. |
4.4. |
Notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tat-tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ formula konformi mal-mudell fl-Anness 3b ta’ dan ir-Regolament. |
4.5. |
Għandha titwaħħal marka internazzjonali ta’ approvazzjoni, fejn tidher u f’post li jkun faċilment aċċessibbli u speċifikat fil-formula tal-approvazzjoni, ma’ kull sistema tal-mototrażmissjoni li tikkonforma ma’ sistema tal-mototrażmissjoni approvata skont dan ir-Regolament, li tikkonsisti fi:
|
4.6. |
Jekk is-sistema tal-mototrażmissjoni tikkonforma mat-tip approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.5.1. ta’ hawn fuq m’għandux għalfejn ikun imtenni; f’dak il-każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni tar-Regolamenti kollha li skonthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.5.1. |
4.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma titħassarx. |
4.8. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin iċ-ċifri ta’ identifikazzjoni tas-sistema tal-mototrażmissjoni ipprovduti mill-manifattur. |
4.9. |
L-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni. |
5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET
5.1. Ġenerali
Il-komponenti li jistgħu jaffettwaw il-potenza tas-sistema tal-mototrażmissjoni għandhom ikunu ddisinjati, mibnijin u mmuntati b’tali mod li jippermettu li s-sistema tal-mototrażmissjoni fl-użu normali tagħha tikkonforma, minkejja l-vibrazzjoni li tista’ tkun suġġetta għaliha, mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
5.2. Deskrizzjoni ta’ testijiet għal magni ta’ kombustjoni interna
5.2.1. It-test tal-potenza netta għandu jikkonsisti f’perjodu ta’ tħaddim b’potenza massima għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u f’perjodu ta’ tħaddim b’tagħbija massima għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil, fejn il-magna tkun mgħammra kif speċifikat fit-Tabella 1 tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament.
5.2.1.1. |
Fil-każ ta’ magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil li għandha modalità bid-diżil, it-test għandu jikkonsisti f’perjodu ta’ tħaddim fil-modalità b’żewġ tipi ta’ fjuwil u ta’ tħaddim fil-modalità tad-diżil ta’ dik l-istess magna. |
5.2.2. Għandu jittieħed għadd ta’ kejl suffiċjenti b’veloċitajiet tal-magna differenti sabiex tiġi definita korrettament il-kurva tal-potenza bejn il-veloċità l-aktar baxxa u dik l-aktar għolja tal-magna rakkomandati mill-manifattur. Din il-medda ta’ veloċitajiet għandha tinkludi l-veloċitajiet ta’ dawrien fejn il-magna tipproduċi l-potenza massima tagħha u t-torque massimu tagħha. Għal kull veloċità, il-medja ta’ mill-inqas żewġ kejlijiet stabilizzati għandha tiġi determinata.
5.2.3. Il-fjuwil użat għandu jkun dan li ġej:
5.2.3.1. |
Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bil-petrol: Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil għandu jkun wieħed mill-fjuwils ta’ referenza definiti mis-CEC (3) għal magni li jaħdmu bil-petrol, fid-dokumenti RF-01-A-84 u RF-01-A-85 tas-CEC. |
5.2.3.2. |
Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jieħdu fjuwil LPG:
|
5.2.3.3. |
Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jaħdmu bil-gass naturali:
|
5.2.3.4. |
Għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil: Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta’ riferenza definit mis-CEC, għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni, fid-dokument RF-03-A-84 tas-CEC. |
5.2.3.5. |
Il-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs ta’ vetturi li jistgħu jaħdmu jew bil-petrol jew bi fjuwil gassuż, għandhom jiġu ttestjati biż-żewġ fjuwils, skont id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 5.2.3.1 sa 5.2.3.3. Il-vetturi li jieħdu kemm petrol kif ukoll fjuwil gassuż, imma li s-sistema tal-petrol tagħhom hija armata għal skopijiet ta’ emerġenza jew biex titqabbad il-magna biss u li t-tank tal-petrol tagħhom ma jesax aktar minn 15-il litru ta’ petrol, għat-test jitqiesu bħala vetturi li jistgħu jaħdmu bi fjuwil gassuż biss. |
5.2.3.6. |
Il-magni jew vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jkollhom modalità bid-diżil għandhom jiġu ttestjati bi fjuwils xierqa għal kull modalità, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5.2.3.1 sa 5.2.3.5. |
5.2.4. Il-kejl għandu jittieħed skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament.
5.2.5. Ir-rapport tat-test għandu jinkludi r-riżultati u l-kalkoli kollha meħtieġa sabiex tinstab il-potenza netta, kif elenkat fl-appendiċi tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament flimkien mal-karatteristiċi tal-magna elenkati fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. Sabiex tħejji dan id-dokument, l-awtorità kompetenti tista’ tuża r-rapport ippreparat minn laboratorju approvat jew rikonoxxut skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
5.3. Deskrizzjoni tat-testijiet għall-kejl tal-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi.
Is-sistema tal-mototrażmissjoni elettrika għandha tkun mgħammra kif speċifikat fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament. Is-sistema tal-mototrażmissjoni elettrika għandu jkollha provista minn sors ta’ vultaġġ DC b’qabża massima ta’ vultaġġ ta’ 5 fil-mija li tiddependi fuq il-ħin u l-kurrent elettriku (perjodi ta’ anqas minn 10 sekondi huma esklużi). Il-vultaġġ ta’ provista għat-test għandu jingħata mill-manifattur tal-vettura.
Nota: |
Jekk il-batterija tillimita l-potenza massima ta’ 30 minuta, il-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ vettura elettrika tista’ tkun anqas mill-potenza massima ta’ 30 minuta tas-sistema tal-mototrażmissjoni tal-vettura skont dan it-test. |
5.3.1. Determinazzjoni tal-potenza netta
5.3.1.1. |
Il-mutur u t-tagħmir kollu ta’ assemblaġġ tiegħu jrid ikun ikkundizzjonat b’temperatura ta’ 25 °C ± 5 °C għal mill-inqas sagħtejn. |
5.3.1.2. |
It-test tal-potenza netta għandu jikkonsisti f’perjodu ta’ tħaddim bil-kontrollur tal-potenza ssettjat fuq il-massimu. |
5.3.1.3. |
Eżatt qabel ma jibda t-test, il-mutur għandu jitħaddem fuq il-bank tat-test għal tliet minuti u jagħti potenza ekwivalenti għal 80 fil-mija tal-potenza massima bil-veloċità kif rakkomandata mill-manifattur. |
5.3.1.4. |
Għandu jittieħed għadd ta’ kejl suffiċjenti b’veloċitajiet tal-mutur differenti sabiex tiġi definita korrettament il-kurva tal-potenza bejn veloċità żero u l-ogħla veloċità tal-mutur rakkomandata mill-manifattur. It-test kollu għandu jintemm f’5 minuti. |
5.3.2. Determinazzjoni tal-potenza massima ta’ 30 minuta
5.3.2.1. |
Il-mutur u t-tagħmir kollu ta’ assemblaġġ tiegħu jid ikun ikkundizzjonat b’temperatura ta’ 25 °C ± 5 °C għal mill-inqas erba’ sigħat. |
5.3.2.2. |
Is-sistema tal-mototrażmissjoni elettrika għandha titħaddem fuq il-bank tat-test b’potenza ekwivalenti għall-aqwa stima tal-manifattur għall-potenza massima ta’ 30 minuta. Il-veloċità trid tkun f’medda ta’ veloċità li fiha l-potenza netta tkun akbar minn 90 fil-mija tal-potenza massima mkejla fil-paragrafu 5.3.1. Din il-veloċità għandha tkun irrikmandata mill-manifattur. |
5.3.2.3. |
Il-veloċità u l-potenza għandhom jiġu rreġistrati. Il-potenza trid tkun f’medda ta’ ± 5 fil-mija tal-valur tal-potenza fil-bidu tat-test. Il-potenza massima ta’ 30 minuta hija l-potenza medja fil-perjodu ta’ 30 minuta. |
5.4. Interpretazzjoni tar-riżultati
Il-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta għal sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi indikati mill-manifattur għat-tip tas-sistema tal-mototrażmissjoni għandhom jiġu aċċettati jekk ma jvarjawx b’aktar minn ± 2 fil-mija għall-potenza massima u aktar minn ± 4 fil-mija fil-punti l-oħra ta’ kejl fuq il-kurva b’tolleranza ta’ ± 2 għall-veloċità tal-magna jew tal-mutur, jew f’medda ta’ veloċità tal-magna jew tal-mutur (X1 min–1 + 2 fil-mija) sa (X2 min–1 – 2 fil-mija) (X1 < X2) mill-valuri mkejla mis-servizz tekniku fuq is-sistema tal-mototrażmissjoni sottomessa għall-ittestjar.
Fil-każ ta’ magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil, il-potenza netta indikata mill-manifattur għandha tkun dik imkejla fuq il-modalità b’żewġ tipi ta’ fjuwil ta’ din il-magna.
6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324 – E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:
6.1. |
Il-magni approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati b’tali mod li jkunu konformi mat-tip approvat. |
6.2. |
Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament. |
7. IL-PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
7.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq ma jiġux issodisfati jew jekk sistema tal-mototrażmissjoni li jkollha l-marka tal-approvazzjoni ma tkunx konformi mat-tip approvat. |
7.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha minnufih tinnotifika dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudelli fl-Anness 3a jew fl-Anness 3b ta’ dan ir-Regolament. |
8. MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ SISTEMA TAL-MOTOTRAŻMISSJONI
8.1. |
Kull modifika ta’ sistema tal-mototrażmissjoni f’tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni fir-rigward tal-karatteristiċi tal-Annessi 1 jew 2, għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tapprova t-tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista’ jew:
|
8.2. |
Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. |
8.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal dik l-estensjoni u tinforma lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament dwar dan permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 3a jew l-Anness 3b ta’ dan ir-Regolament. |
9. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura sistema tal-mototrażmissjoni approvata skont dan ir-Regolament, dan għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-Awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 3a jew l-Anness 3b ta’ dan ir-Regolament.
10. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u/jew tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li taw l-approvazzjoni, u għand min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2. - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(2) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(3) European Coordinating Council.
ANNESS 1
KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-MAGNA TA’ KOMBUSTJONI INTERNA U INFORMAZZJONI DWAR IT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET
It-tagħrif li ġej, jekk applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew folder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom il-kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni rigward il-prestazzjoni tagħhom.
0. |
Identifikazzjoni ġenerali tal-vettura … |
0.1. |
Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): … |
0.2. |
Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: … |
0.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: … |
0.3.1. |
Fejn tinsab din il-marka: … |
0.4. |
Kategorija tal-vettura: … |
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
0.6. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: … |
1. |
Karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura |
1.1. |
Ritratti u/jew tpinġijiet ta’ vettura rappreżentattiva: … |
1.2. |
In-naħa tas-sewqan: xellug/lemin (1): … |
1.3. |
Vettura li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil: Iva/Le (1) |
1.3.1. |
Magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil li jkollha modalità bid-diżil: Iva/Le (1) |
2.0. |
Sistema ta’ motopropulsjoni |
2.1. |
Manifattur: … |
2.2. |
Il-kodiċi tal-magna assenjat mill-manifattur (kif immarkat fuq il-magna, jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni): … |
2.3. |
Il-prinċipju tat-tħaddim: tqabbid bl-ispark plaggs/tqabbid bil-kompressjoni, erba’ strowks/żewġ strowks (1) |
2.4. |
Numru u arranġement taċ-ċilindri: … |
2.5. |
Bor: … mm |
2.6. |
Strowk: … mm |
2.7. |
L-ordni tal-kombustjoni: … |
2.8. |
Ċilindrata tal-magna: … cm3 |
2.9. |
Il-proporzjon volumetriku tal-kompressjoni: … |
2.10. |
Tpinġijiet tal-kompartiment tal-kombustjoni, tar-ras tal-pistun u, fil-każ ta’ magni bi tqabbid bl-ispark plaggs, tar-rings tal-pistun: … |
2.11. |
Il-potenza massima netta: … kW bi … min–1 |
2.12. |
Il-veloċità massima tal-magna permessa kif preskritt mill-manifattur: … min–1 |
2.13. |
Torque massimu nett (1): … Nm bi … min–1 (valur dikjarat mill-manifattur) |
3.0. |
Fjuwil: diżil żejt/petrol/LPG/CNG/LNG (1) |
3.0.1. |
Meta applikabbli, iċ-ċifra/i addizzjonali fil-marka tal-approvazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament Nru 49, li l-għan tagħha hu li tiddistingwi t-tip ta’ magna li għalih tkun ingħatat l-approvazzjoni (eż. HLt). |
3.1. |
RON, biċ-ċomb: … |
3.2. |
RON, bla ċomb: … |
3.3. |
L-alimentazzjoni tal-fjuwil |
3.3.1. |
Bil-karburatur(i): Iva/Le (1) |
3.3.1.1. |
L-għamla/għamliet: … |
3.3.1.2. |
It-tip(i): … |
3.3.1.3. |
Numru mwaħħal: … |
3.3.1.4. |
Aġġustamenti |
3.3.1.4.1. |
Ġettijiet: … |
3.3.1.4.2. |
Venturis: … |
3.3.1.4.3. |
Il-livell tal-flowt fil-kompartiment tar-regolazzjoni tal-livell tal-fjuwil… |
3.3.1.4.4. |
Il-piż tal-flowt: … |
3.3.1.4.5. |
Il-labra tal-flowt: … Jew il-kurva tal-provvista tal-fjuwil ipplottjata fuq il-fluss tal-arja u s-settings meħtieġa sabiex tinżamm il-kurva |
3.3.1.5. |
Sistema ta’ startjar kiesaħ: manwali/awtomatika (1) |
3.3.1.5.1. |
Il-prinċipju/i tat-tħaddim: … |
3.3.1.5.2. |
Il-limiti/is-settings tat-tħaddim (1): … |
3.3.2. |
B’injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bil-kompressjoni biss): Iva/Le (1) |
3.3.2.1. |
Deskrizzjoni tas-sistema: … |
3.3.2.2. |
Il-priċipju tat-tħaddim: injezzjoni diretta/prekompartiment/kompartiment ta’ turbulenza (1) |
3.3.2.3. |
Il-pompa ta’ injezzjoni |
3.3.2.3.1. |
L-għamla/għamliet: … |
3.3.2.3.2. |
It-tip(i): … |
3.3.2.3.3. |
Il-provvista massima tal-fjuwil (1): … mm3//strowk jew ċiklu b’veloċità tal-pompa ta’: … min–1 jew, b’mod alternattiv, dijagramma tal-karatteristiċi: … |
3.3.2.3.4. |
Ħin tal-injezzjoni: … |
3.3.2.3.5. |
Il-kurva tal-avvanz tal-injezzjoni: … |
3.3.2.3.6. |
Proċedura ta’ kalibrazzjoni: bank tat-test/magna (1) |
3.3.2.4. |
Ir-regolatur tal-pompa (governor) |
3.3.2.4.1. |
Tip: … |
3.3.2.4.2. |
Għamla: … |
3.3.2.4.3. |
Punt tal-qtugħ |
3.3.2.4.3.1. |
Punt tal-qtugħ meta jkun mgħobbi: … min–1 |
3.3.2.4.3.2. |
Punt tal-qtugħ meta ma jkunx mgħobbi: … min–1 |
3.3.2.4.4. |
Veloċità massima mingħajr tagħbija: … min–1 |
3.3.2.4.5. |
Veloċità bil-magna mhux ingranata: … |
3.3.2.5. |
Pajpijiet tal-injezzjoni |
3.3.2.5.1. |
Tul: … mm |
3.3.2.5.2. |
Dijametru Intern: … mm |
3.3.2.6. |
Injettatur(i) |
3.3.2.6.1. |
(valur dikjarat mill-manifattur) … |
3.3.2.6.2. |
It-tip(i): … |
3.3.2.6.3. |
Pressjoni tal-ftuħ: … kPa jew dijagramma tal-karatteristiċi: … |
3.3.2.7. |
Sistema ta’ startjar kiesaħ |
3.3.2.7.1. |
L-għamla/għamliet: … |
3.3.2.7.2. |
It-tip(i): … |
3.3.2.7.3. |
Deskrizzjoni: … |
3.3.2.8. |
Unità ta’ kontroll elettroniku |
3.3.2.8.1. |
L-għamla/għamliet: … |
3.3.2.8.2. |
Deskrizzjoni tas-sistema: … |
3.3.3. |
B’injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bl-ispark plaggs biss): Iva/Le (1) |
3.3.3.1. |
Il-prinċipju tat-tħaddim: injezzjoni diretta fil-manifold tad-dħul (b’punt wieħed/b’diversi punti (1))/oħrajn (speċifika) (1): … |
3.3.3.2. |
L-għamla/għamliet: … |
3.3.3.3. |
It-tip(i): … |
3.3.3.4. |
Deskrizzjoni tas-sistema |
3.3.3.4.1. |
Tip jew numru tal-unità ta’ kontroll: … |
3.3.3.4.2. |
Tip tar-regolatur tal-fjuwil: … |
3.3.3.4.3. |
Tip tas-senser tal-fluss tal-arja: … |
3.3.3.4.4. |
Tip tad-distributur tal-fjuwil: … |
3.3.3.4.5. |
Tip tar-regolatur tal-pressjoni: … |
3.3.3.4.6. |
Tip tal-ħawsing tat-throttle: … Fil-każ ta’ sistemi li mhumiex ta’ injezzjoni kontinwa agħti d-dettalji ekwivalenti. |
3.3.3.5. |
Injetturi: pressjoni tal-ftuħ: … kPa jew dijagramma tal-karatteristiċi: … |
3.3.3.6. |
Ħin tal-injezzjoni: … |
3.3.3.7. |
Sistema ta’ startjar kiesaħ |
3.3.3.7.1. |
Il-prinċipju/i tat-tħaddim: … |
3.3.3.7.2. |
Il-limiti/is-settings tat-tħaddim (1): … |
3.4. |
Magni li jaħdmu bil-gass u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil |
3.4.1. |
Alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva: Iva/Le (1) |
3.4.2. |
Fil-każ ta’ magna mingħajr alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva: il-kompożizzjoni speċifika tal-gass/medda ta’ gassijiet li l-magna hija kkalibrata għalih(hom). |
4.0. |
Il-pompa ta’ alimentazzjoni |
4.1. |
Pressjoni: … kPa jew dijagramma tal-karatteristiċi: |
5.0. |
Sistema elettrika |
5.1. |
Vultaġġ nominali: … V, ert pożittiv/negattiv (1) |
5.2. |
Ġeneratur |
5.2.1. |
Tip: … |
5.2.2. |
Output nominali: … VA |
6.0. |
Tqabbid |
6.1. |
L-għamla/għamliet: … |
6.2. |
It-tip(i): … |
6.3. |
Il-prinċipju tat-tħaddim: … |
6.4. |
Il-kurva tal-avvanz tat-tqabbid: … |
6.5. |
Il-ħin tat-tqabbid statiku: … gradi qabel TDC |
6.6. |
Apertura tal-punt ta’ kuntatt: … mm |
6.7. |
Angolu tal-għeluq: … gradi |
7.0. |
Sistema ta’ tkessiħ (likwidu/arja) (1) |
7.1. |
Is-setting nominali tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tat-temperatura tal-magna: … |
7.2. |
Likwidu |
7.2.1. |
In-natura tal-likwidu: … |
7.2.2. |
Pompa/i taċ-ċirkolazzjoni Iva/Le (1) |
7.2.3. |
Il-karatteristiċi: … |
7.2.3.1. |
L-għamla/għamliet: … |
7.2.3.2. |
It-tip(i): … |
7.2.4. |
Il-proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni: … |
7.2.5. |
Deskrizzjoni tal-fann u tal-mekkaniżmu ta’ propulsjoni tiegħu: … |
7.3. |
Arja |
7.3.1. |
Blower: Iva/Le (1) |
7.3.2. |
Il-karatteristiċi: …, jew |
7.3.2.1. |
L-għamla/għamliet: … |
7.3.2.2. |
It-tip(i): … |
7.3.3. |
Il-proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni: … |
8.0. |
Sistema ta’ aspirazzjoni |
8.1. |
Karikatur tal-pressjoni (pressure charger): Iva/Le (1) |
8.1.1. |
L-għamla/għamliet: … |
8.1.2. |
It-tip(i): … |
8.1.3. |
Deskrizzjoni tas-sistema (eż. pressjoni tal-karga massima: … kPa, l-iżbokk tar-rimi (wastegate) jekk applikabbli): … |
8.2. |
Intercooler: Iva/Le (1) |
8.3. |
Deskrizzjoni u tpinġijiet tal-pajpijiet tad-dħul u l-aċċessorji tagħhom (plenum chamber, apparat tat-tisħin, dħulijiet ta’ arja addizzjonali eċċ): … |
8.3.1. |
Deskrizzjoni tal-manifold tad-dħul (inkludi tpinġijiet u/jew ritratti): … |
8.3.2. |
Il-filtru tal-arja, tpinġijiet: , … jew |
8.3.2.1. |
L-għamla/għamliet: … |
8.3.2.2. |
It-tip(i): … |
8.3.3. |
Is-sajlenser tad-dħul, tpinġijiet: , … jew |
8.3.3.1. |
L-għamla/għamliet: … |
8.3.3.2. |
It-tip(i): … |
9.0. |
Is-sistema tal-egżost |
9.1. |
Deskrizzjoni u/jew tpinġija tal-manifold tal-egżost: … |
9.2. |
Deskrizzjoni u/jew tpinġija tas-sistema tal-egżost: … |
9.3. |
Kontrapressjoni tal-egżost massima permissibbli b’veloċita nominali tal-magna u b’tagħbija ta’ 100 fil-mija: … kPa |
10.0. |
L-erjas trasversali minimi tal-portijiet tad-dħul u tal-ħruġ: … |
11.0. |
Tajming tal-valvi jew dejta ekwivalenti |
11.1. |
Irfigħ massimu tal-valvi, angoli tal-ftuħ u tal-għeluq, jew dettalji tat-tajming tas-sistemi tad-distribuzzjoni alternattivi, meta mqabbla maċ-ċentri puntumurtu: … |
11.2. |
Meded ta’ referenza u/jew ta’ settings (1): … |
12.0. |
Il-miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja |
12.1. |
Apparati addizzjonali kontra t-tniġġis (jekk hemm, u jekk mhux koperti b’intestatura oħra) |
12.2. |
Konvertitur katalitiku: Iva/Le (1) |
12.2.1. |
Numru ta’ konvertituri katalitiċi u elementi: … |
12.2.2. |
Id-dimensjonijiet, il-forma u l-volum tal-konvertitur(i) katalitiku/katalitiċi: … |
12.3. |
Senser tal-ossiġnu: Iva/Le (1) |
12.4. |
Injezzjoni tal-arja: Iva/Le (1) |
12.5. |
Riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost: Iva/Le (1) |
12.6. |
Filtru tal-partikuli: Iva/Le (1) |
12.6.1. |
Id-dimensjonijiet, il-forma u l-kapaċità tal-filtru tal-partikuli: … |
12.7. |
Sistemi oħra (deskrizzjoni u tħaddim): … |
13.0. |
Is-sistema ta’ alimentazzjoni bl-LPG: Iva/Le (1) |
13.1. |
In-numru tal-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 67: … |
13.2. |
Unità ta’ kontroll elettronika tal-magna għall-alimentazzjoni bl-LPG: … |
13.2.1. |
L-għamla/għamliet: … |
13.2.2. |
It-tip(i): … |
13.2.3. |
Possibilitajiet ta’ aġġustament relatati mal-emissjonijiet: … |
13.3. |
Dokumentazzjoni oħra: … |
13.3.1. |
Deskrizzjoni tat-tħaris tal-katalist meta jkun hemm qlib minn petrol għal LPG jew bil-maqlub: … |
13.3.2. |
It-tqassim tas-sistema (konnessjonijiet elettriċi, pajpijiet ta’ kumpens tal-konnessjonijiet tal-vakwu, eċċ.): … |
13.3.3. |
It-tpinġija tas-simbolu: … |
14.0. |
Is-sistema ta’ alimentazzjoni bl-NG: Iva/Le (1) |
14.1. |
In-numru tal-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 110: … |
14.2. |
Unità ta’ kontroll elettronika tal-magna għall-alimentazzjoni bl-NG: … |
14.2.1. |
L-għamla/għamliet: … |
14.2.2. |
It-tip(i): … |
14.2.3. |
Possibilitajiet ta’ aġġustament relatati mal-emissjonijiet: … |
14.3. |
Dokumentazzjoni oħra: … |
14.3.1. |
Deskrizzjoni tat-tħaris tal-katalist mata jkun hemm qlib minn petrol għal NG jew bil-maqlub: … |
14.3.2. |
It-tqassim tas-sistema (konnessjonijiet elettriċi, pajpijiet ta’ kumpens tal-konnessjonijiet tal-vakwu, eċċ.): … |
14.3.3. |
It-tpinġija tas-simbolu: … |
15.0. |
It-temperaturi permessi mill-manifattur |
15.1. |
Sistema ta’ tkessiħ |
15.1.1. |
Tkessiħ b’likwidi It-temperatura massima fil-ħruġ: … °C |
15.1.2. |
Tkessiħ bl-arja |
15.1.2.1. |
Punt ta’ referenza: … |
15.1.2.2. |
Temperatura massima fil-punt ta’ riferenza: … °C |
15.2. |
Temperatura massima tal-ħruġ tal-intercooler tad-dħul: … °C |
15.3. |
It-temperatura massima tal-egżost fil-punt fil-pajp(ijiet) tal-egżost maġenb il-flanġ(ijiet) ta’ barra tal-manifold tal-egżost: … °C |
15.4. |
It-temperatura tal-fjuwil Minimu: … °C Massimu: … °C |
15.5. |
It-temperatura tal-lubrikant Minimu: … °C Massimu: … °C |
16.0. |
Is-sistema ta’ lubrikazzjoni |
16.1. |
Deskrizzjoni tas-sistema |
16.1.1. |
Il-pożizzjoni tat-tank tal-lubrikant: … |
16.1.2. |
Sistema ta’ alimentazzjoni (permezz ta’ pompa/injezzjoni fid-dħul/taħlit mal-fjuwil eċċ) (1): … |
16.2. |
Il-pompa lubrikanti |
16.2.1. |
L-għamla/għamliet: … |
16.2.2. |
It-tip(i): … |
16.3. |
Taħlita mal-fjuwil |
16.3.1. |
Perċentwali: … |
16.4. |
Apparat li jkessaħ iż-żejt: Iva/Le (1) |
16.4.1. |
Tpinġija/tpinġijiet: …, jew |
16.4.1.1. |
L-għamla/għamliet: … |
16.4.1.2. |
It-tip(i): … Tagħmir awżiljari ieħor bi propulsjoni mill-magna (skont il-punt 2.3.2. tal-Anness 5) (lista u deskrizzjoni qasira jekk neċessarja): |
17.0. |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-kundizzjonijiet tat-test (għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil biss) |
17.1. |
Spark plaggs |
17.1.1. |
Għamla: … |
17.1.2. |
It-tip: … |
17.1.3. |
Issettjar tal-ispark-gap… |
17.2. |
Kojl tal-ignixin |
17.2.1. |
Għamla: … |
17.2.2. |
It-tip: … |
17.3. |
Kondenser tal-ignixin |
17.3.1. |
Għamla: … |
17.3.2. |
It-tip: … |
17.4. |
Tagħmir ta’ trażżin ta’ radju-interferenza |
17.4.1. |
Għamla: … |
17.4.2. |
It-tip: … |
17.5. |
Fjuwil gassuż użat għat-test: Fuel ta’ referenza (2)/fjuwil ieħor (1) |
17.5.1. |
Jekk il-fjuwil gassuż użat għat-test huwa fjuwil ta’ referenza, tikketta ta’ dak il-gass: … |
17.5.2. |
Jekk il-fjuwil gassuż użat għat-test mhuwiex fjuwil ta’ referenza, il-komożizzjoni ta’ dak il-gass: … (Id-Data, il-fajl) |
(1) Aqta’ barra fejn mhux applikabbli.
(2) Kif speċifikat fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament.
ANNESS 2
KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAS-SISTEMA TAL-MOTOTRAŻMISSJONI ELETTRIKA U INFORMAZZJONI DWAR IT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET
1. |
Ġenerali |
1.1. |
Għamla:… |
1.2. |
It-tip:… |
1.3. |
Propulsjoni (1): Mutur wieħed/diversi muturi/(numru) … |
1.4. |
Arranġament tat-trażmissjoni: parallel/tranżassjali/ieħor, għandu jiġi ppreċiżat:… |
1.5. |
Vultaġġ tat-test: … V |
1.6. |
Rotazzjoni bażika tal-mutur: … min–1 |
1.7. |
Il-veloċità massima tal-krankxaft tal-mutur: … min–1 (jew prestabbilit): … redjuser/outlet xaft tal-gerboks (2) … min–1 |
1.8. |
Veloċità ta’ potenza massima (3) (speċifikata mill-manifattur): … min–1 |
1.9. |
Potenza massima (speċifikata mill-manifattur): … kW |
1.10. |
Potenza massima ta’ 30 minuta (speċifikata mill-manifattur): … kW |
1.11. |
Medda flessibli (fejn P ≥ 90 fil-mija tal-potenza massima): Veloċità fil-bidu tal-medda: … min–1 Veloċità fi tmiem tal-medda: … min–1 |
2. |
Mutur |
2.1. |
Il-prinċipju tat-tħaddim |
2.1.1. |
Kurrent dirett (DC)/kurrent alternat (AC) (1), numru ta’ fażijiet: … |
2.1.2. |
self-starter/separat/serje/kompost (1) |
2.1.3. |
Sinkrinizzat/asinkronizzat (1) |
2.1.4. |
Rotor forma ta’ kojl/b’kalamiti permanenti/bil-hawsing (1) |
2.1.5. |
Numru ta’ poli tal-mutur: … |
2.2. |
Massa tal-inerzja: … |
3. |
Il-kontrollur tal-potenza |
3.1. |
Għamla: … |
3.2. |
It-tip: … |
3.3. |
Il-prinċipju tal-kontroll: Vektorjali/ċirkwit miftuħ/magħluq/ieħor, għandu jiġi speċifikat: … |
3.4. |
Il-kurrent effettiv massimu provdut lill-mutur (3): … A matul …. sekondi |
3.5. |
Medda ta’ vultaġġ użat: … V sa … V |
4. |
Sistema ta’ tkessiħ:
|
4.1. |
Il-karatteristiċi tat-tagħmir tat-tkessiħ b’likwidu: |
4.1.1. |
Natura tal-likwidu: … pompi taċ-ċirkolazzjoni: Iva/Le (1) |
4.1.2. |
Karatteristiċi jew għamla/għamliet u tip(i) tal-pompa: … |
4.1.3. |
Termostat: setting: … |
4.1.4. |
Radjatur: tpinġija/tpinġijiet jew għamla/għamliet u tip(i): … |
4.1.5. |
Valv għar-rilaxx tal-pressjoni: setting tal-pressjoni: … |
4.1.6. |
Il-fann: karatteristiċi jew għamla/għamliet u tip(i): … |
4.1.7. |
Kanal tal-fann: … |
4.2. |
Karatteristiċi tat-tagħmir ta’ tkessiħ bl-arja |
4.2.1. |
Blower: karatteristiċi jew għamla/għamliet u tip(i): … |
4.2.2. |
Kanali tal-arja standard: … |
4.2.3. |
Sistema li tirregola t-temperatura: Iva/Le (1) |
4.2.4. |
Deskrizzjoni qasira: … |
4.2.5. |
Filtru tal-arja … għamla/għamliet … tip(i) … |
4.3. |
It-temperaturi ammessi mill-manifattur |
4.3.1. |
Il-ħruġ tal-mutur: (massimu) … °C |
4.3.2. |
Id-dħul tal-kontrollur: (massimu) … °C |
4.3.3. |
Fil-punt(i) ta’ referenza tal-mutur: (massimu) … °C |
4.3.4. |
Fil-punt(i) ta’ referenza tal-kontrollur: (massimu) … °C |
5. |
Il-kategorija tal-iżolanti: … |
6. |
Il-kodiċi tal-protezzjoni internazzjonali (IP): … |
7. |
Il-prinċipju tas-sistema ta’ lubrikazzjoni (1):
|
(1) Aqta’ dak li mhux applikabbli.
(2) Ger ingranat.
(3) Speċifika t-tolleranzi.
ANNESS 4
ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
Mudell A
(Ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)
(ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament) Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq li tkun imwaħħla mas-sistema tal-mototrażmissjoni turi li t-tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni kkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta, skont ir-Regolament Nru 85 u bin-numru ta’ approvazzjoni 002492. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 85 fil-forma oriġinali tiegħu.
Mudell B
(Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 85 u Nru 31 (1). L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 85 ma ġiex modifikat, u r-Regolament Nru 31 kien diġà jinkludi s-serje ta’ emendi 01.
(1) It-tieni numru qed jingħata sempliċement bħala eżempju.
ANNESS 5
METODU BIEX TITKEJJEL IL-POTENZA NETTA TA’ MAGNA TA’ KOMBUSTJONI INTERNA
1. DAWN ID-DISPOŻIZZJONIJIET JAPPLIKAW GĦALL-METODU BIEX TIĠI RAPPREŻENTATA L-KURVA TAL-POTENZA B’TAGĦBIJA SĦIĦA TA’ MAGNA TA’ KOMBUSTJONI INTERNA BĦALA FUNZJONI TA’ VELOĊITÀ TAL-MAGNA.
2. KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST
2.1. Il-magna jrid ikun sarilha running-in skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.
2.2. Jekk il-kejl tal-potenza jista’ jsir biss fuq magna bil-gerboks immuntata, l-effiċjenza tal-gerboks trid tiġi kkunsidrata.
2.3. Awżiljarji
2.3.1. Awżiljarji li għandhom jiġu installati
Matul it-test, l-awżiljarji meħtieġa għat-tħaddim tal-magna fl-applikazzjoni maħsuba (kif elenkat fit-Tabella 1) għandhom jiġu installati fuq il-bank tat-test sakemm hu possibli fl-istess pożizzjoni bħal fl-applikazzjoni li tkun ser tintuża.
2.3.2. Awżiljari li għandhom jitneħħew
Xi aċċessorji tal-vettura li huma bżonjużi biss għat-tħaddim tal-vettura u li jistgħu jiġu mmuntati fuq il-magna għandhom jitneħħew għat-test. Il-lista li ġejja, li mhijiex eżawrjenti, hija mogħtija biss bħala kampjun:
|
Kumpressur tal-arja għall-brejkijiet; kumpressur għall-power-steering; kumpressur għas-sospensjoni |
|
Sistema ta’ kundizzjonament tal-arja |
|
Meta xi aċċessorji ma jistgħux jitneħħew, il-potenza li jassorbu f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija tista’ tiġi ddeterminata u miżjuda mal-potenza mkejla tal-magna. |
Tabella 1
Awżiljarji li għandhom jiġu installati għat-test sabiex tiġi ddeterminata l-potenza netta tal-magna
(“Apparat tal-produzzjoni standard” tfisser kull apparat provdut mill-manifattur għal applikazzjoni partikulari)
Nru |
Awżiljarji |
Installati għat-test tal-potenza netta |
1. |
Sistema ta’ aspirazzjoni |
|
Manifold tad-dħul Sistema ta’ kontroll ta’ emissjonijiet mill-kaxxa tal-krank |
Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |
|
Filtru tal-arja Sajlenser tad-dħul Apparat li jillimita l-veloċità |
Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard (1) |
|
2. |
Apparat tat-tisħin bl-induzzjoni, tal-manifold tad-dħul |
Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard Jekk possibli, għandu jitqiegħed fl-iktar pożizzjoni favorevoli. |
3. |
Sistema tal-egżost |
|
Purifikatur tal-egżost Manifold tal-egżost Apparat ta’ sovvrakarika Pajpijiet ta’ konnessjoni (2) Sajlenser (2) Żbokk tal-egżost (2) Brejk tal-egżost (1) |
Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |
|
4. |
Pompa li tissupplixxi l-fjuwil (2) |
Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |
5. |
Karburatur |
|
Sistema ta’ kontroll elettroniku, miter tal-fluss tal-arja, eċċ... (jekk installat) |
Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |
|
Apparat li jnaqqas il-pressjoni Evaporatur Mikser |
Tagħmir għal magni li jaħdmu bil-gass |
|
6. |
Tagħmir ta’ injezzjoni tal-fjuwil (petrol jew diżil) |
|
Prefiltru Filtru Pompa Pajp bi pressa qawwija Injettur Valv tal-aspirazzjoni tal-arja (3), jekk installat Sistema ta’ kontroll elettroniku, miter tal-fluss tal-arja, eċċ... jekk installati Regolatur/sistema ta’ kontroll. Sistema ta’ waqfien awtomatiku ta’ tagħbija sħiħa għat-tastiera ta’ kontrolli li tiddependi fuq kundizzjonijiet atmosferiċi |
Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |
|
7. |
Tagħmir għat-tkessiħ b’likwidi |
|
Bonnit tal-magna Ħruġ tal-arja mill-bonnit |
Le |
|
Għata tal-fann Pompa tal-ilma Termostat (6) |
Iva (4), tagħmir ta’ produzzjoni standard |
|
8. |
Tkessiħ bl-arja |
|
Għata |
Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |
|
Apparat li jirregola t-temperatura |
Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |
|
9. |
Tagħmir tal-elettriku |
Iva (7), tagħmir ta’ produzzjoni standard |
10. |
Tagħmir ta’ sovvrakarika (jekk installat) |
|
Kumpressur bi propulsjoni jew direttament mill-magna, u/jew mill-gassijiet tal-egżost Apparat li jkessaħ l-arja tad-dħul f’magni kkargati (8) Pompa jew fann tas-sustanza li tkessaħ (bi propulsjoni mill-magna) Apparati ta’ kontroll tal-fluss tas-sustanza li tkessaħ (jekk installat) |
Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |
|
11. |
Fann awżiljarju tal-bank tat-test |
Iva, jekk ikun meħtieġ |
12. |
Apparati kontra t-tniġġis (9) |
Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard |
2.3.3. Awżiljarji tat-tqabbid ta’ magna bi tqabbid bil-kompressjoni
Għall-awżiljarji użati għall-istartjat ta’ magni bi tqabbid bil-kompressjoni, iż-żewġ każijiet li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati:
(a) |
Startjar elettriku. Jiġi installat ġeneratur u jforni, fejn meħtieġ, l-awżiljarji essenzjali għat-tħaddim tal-magna; |
(b) |
Startjar permezz ta’ mezzi oħra li mhumiex elettriċi. Jekk hemm xi aċċessorji li jaħdmu bl-elettriku li huma essenzjali għat-tħaddim tal-magna li għalihom jiġi installat ġeneratur. Inkella, jitneħħa. |
Fiż-żewġ każijiet, is-sistema għall-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija meħtieġa għall-istartjar hija installata u taħdem f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija.
2.4. Kundizzjonijiet ta’ ssettjar
Il-kundizzjonijiet tal-issettjar għat-test biex tiġi ddeterminata l-potenza netta huma indikati fit-Tabella 2.
Tabella 2
Kundizzjonijiet ta’ ssettjar
|
Skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni tal-manifattur u użati mingħajr ebda bidla oħra għall-applikazzjoni partikolari. |
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
3. DEJTA LI TRID TIĠI RREĠISTRATA
3.1. |
It-test tal-potenza netta għandu jikkonsisti fi tħaddim bil-valv tal-aċċelleratur miftuħ kollu għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u bis-setting tal-pompa tal-injezzjoni tal-fjuwil b’tagħbija sħiħa fissa għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni, u l-magna għandha tkun mgħammra kif speċifikat fit-Tabella 1. |
3.2. |
Id-dejta li għandha tiġi rreġistrata hija dik indikata fil-paragrafu 4 tal-appendiċi ta’ dan l-anness. Id-dejta tal-prestazzjoni għandha tinkiseb f’kundizzjonijiet stabilizzati ta’ tħaddim b’forniment xieraq ta’ arja friska lill-magna. Il-kompartimenti ta’ kombustjoni jista’ jkun fihom depożiti, iżda fi kwantità limitata. Il-kundizzjonijiet tat-test, bħat-temperatura tal-arja tad-dħul, għandhom jintgħażlu kemm jista’ jkun qrib il-kundizzjonijiet ta’ referenza (ara l-para. 5.2 ta’ dan l-anness) biex jiġi minimizzat il-kobor tal-fattur ta’ korrezzjoni. |
3.3. |
It-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna (arja ambjentali) għandha titkejjel f’distanza sa 0,15 m ‘l fuq mill-punt tad-dħul tas-sisistema tat-tindif tal-arja, jew, jekk ma tintuża l-ebda sisistema tat-tindif tal-arja, f’distanza sa 0,15 m mill-ħorn tad-dħul tal-arja. It-termometru u t-termokoppja għandhom ikunu protetti mis-sħana ta’ radjazzjoni u mqegħda direttament fil-fluss tal-arja. Għandu jkun protett ukoll mill-fjuwil evaporizzat. Għandu jintuża ammont suffiċjenti ta’ postijiet sabiex tingħata medja rappreżentattiva tat-temperatura tad-dħul. |
3.4. |
Ebda dejta ma għandha tittieħed sakemm it-torque, il-veloċità, u t-temperatura ma jkunux miżmuma sostanzjalment kostanti għal mill-inqas minuta. |
3.5. |
Il-veloċità tal-magna waqt li titħaddem jew waqt il-qari m’għandhiex tiddevja mill-veloċità magħżula b’aktar minn ± 1 fil-mija jew ± 10 min–1, liema minnhom hi l-akbar. |
3.6. |
Id-dejta osservata dwar it-tagħbija fuq il-brejk, il-konsum tal-fjuwil u t-temperatura tal-arja tad-dħul għandha tittieħed simultanjament u għandha tkun il-medja ta’ żewġ valuri konsekuttivi stabilizzati li ma jvarjawx b’aktar minn 2 % għat-tagħbija fuq il-brejk u l-konsum tal-fjuwil. |
3.7. |
It-temperatura tas-sustanza li tkessaħ fil-ħruġ tal-magna għandha tinżamm fil-valur speċifikat mill-manifattur. Jekk l-ebda temperatura ma tiġi speċifikata mill-manifattur, it-temperatura għandha tkun ta’ 353 K ± 5 K. Għal magni mkessħin bl-arja, it-temperatura f’punt indikat mill-manifattur għandha tinżamm fi tal-valur massimu indikat mill-manifattur fil-kundizzjonijiet ta’ referenza. |
3.8. |
It-temperatura tal-fjuwil għandha titkejjel fid-dħul tal-karburatur jew tas-sistema ta’ injezzjoni tal-fjuwil u għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-mamifattur tal-magna. |
3.9. |
It-temperatura taż-żejt lubrikanti mkejla fil-pompa taż-żejt jew fis-samp taż-żejt jew fil-ħruġ tal-apparat li jkessaħ iż-żejt, jekk dan ikun installat, għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-manifattur tal-magna. |
3.10. |
Jekk ikun meħtieġ, tista’ tintuża sistema awżiljarja ta’ regolazzjoni sabiex iżomm it-temperaturi fil-limiti speċifikati fil-paragrafi 3.7, 3.8 u 3.9 ta’ dan l-anness. |
4. PREĊIŻJONI TAL-KEJL
4.1. Torque: ± 11 fil-mija tat-torque imkejjel.
Is-sistema tal-kejl tat-torque għandha tkun ikkalibrata b’mod li jitqies it-telf ikkaġunat mill-frizzjoni. Il-preċiżjoni fil-parti tan-nofs t’isfel tal-medda tal-kejl tal-bank tad-dinamometru tista’ tkun ± 2 fil-mija tat-torque imkejjel.
4.2. “Veloċità tal-magna”: Il-kejl tal-veloċità għandu jkun preċiż sa ± 0,5 fil-mija. Il-veloċità tal-magna għandha titkejjel preferibbilment b’rev-counter sinkronizzat awtomatikament u bi kronometru (jew counter-timer).
4.3. Konsum tal-fjuwil: ± 1 fil-mija tal-konsum imkejjel.
4.4. Temperatura tal-fjuwil: ±2 K.
4.5. Temperatura tal-temperatura tal-arja tad-dħul: ± 1 K.
4.6. Pressjoni Barometrika: ± 100 Pa.
4.7. Pressjoni fil-kanal tad-dħul: ± 50 Pa.
4.8. Pressjoni fil-kanal tal-egżost: ± 200 Pa.
5. FATTURI TA’ KORREZZJONI TAL-POTENZA
5.1. Definizzjoni
Il-fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza huwa l-koeffiċjent L li jintuża biex tiġi ddeterminata l-potenza tal-magna fil-kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza speċifikati fil-paragrafu 5.2 ta’ hawn taħt.
Fejn
Po hija l-potenza kkoreġuta (jiġifieri taħt il-kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza);
L huwa l-fattur ta’ korrezzjoni (La jew Ld)
P hija l-potenza mkejla (potenza tat-test)
5.2. Kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza
5.2.1. Temperatura (To): 298 K (25 °C)
5.2.2. Pressjoni fin-niexef (Pso): 99 kPa
Nota: Il-pressjoni fin-niexef hija bbażata fuq pressjoni totali ta’ 100 kPa u pressjoni tal-fwar tal-ilma ta’ 1 kPa.
5.3. Kundizzjonijiet atmosferiċi tat-test
Il-kundizzjonijiet atmosferiċi waqt it-test għandhom ikunu dawn li ġejjin:
5.3.1. Temperatura (T)
Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs |
288 K ≤ T ≤ 308 K |
Għall-magni diżil |
283 K ≤ T ≤ 313 K |
5.3.2. Pressjoni (Ps)
80 kPa ≤ Ps ≤ 110 kPa
5.4. Determinazjoni tal-fatturi ta’ korrezzjoni αa u αd (10)
5.4.1. Il-fattur αa ta’ magni bi tqabbid bl-ispark plaggs, b’aspirazzjoni naturali jew sovvrakarikati
Il-fattur ta’ korrezzjoni αa jinkiseb billi tiġi applikata din il-formula:
Fejn
Ps hija l-pressjoni fin-niexef totali f’kilopascals (kPa); jiġifieri, il-pressjoni barometrika totali nieqes il-pressjoni tal-fwar tal-ilma
T hija t-temperatura assoluta f’Kelvins (K) tal-arja miġbuda mill-magna.
Kundizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa fil-laboratorju
Biex it-test ikun validu, il-fattur ta’ korrezzjoni αa irid ikun tali li 0,93 ≤ αa ≤ 1,07
Jekk dawn il-limiti jinqabżu, għandu jingħata l-valur ikkoreġut miksub u l-kundizzjonijiet tat-test (temperatura u pressjoni) għandhom jiġu indikati b’mod preċiż fir-rapport tat-test.
5.4.2. Magni diżil - Fattur αd
Il-fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza (αd) għal magni diżil b’rata ta’ fjuwil kostanti jinkiseb billi tiġi applikata din il-formula:
αd = (fa) fm fejn:
fa huwa l-fattur atmosferiku
fm huwa l-parametru karatteristiku għal kull tip ta’ magna u aġġustament.
5.4.2.1. Fattur atmosferiku fa
Dan il-fattur jindika l-effetti tal-kundizzjonijiet ambjentali (pressjoni, temperatura u umdità) fuq l-arja miġbuda mill-magna. Il-formula tal-fattur atmosferiku tinbidel skont it-tip tal-magna.
5.4.2.1.1. Magni b’aspirazzjoni naturali u sovvrakarikati b’mod mekkaniku.
5.4.2.1.2. Magni turbokarikati kemm jekk għandhom u kemm jekk m’għandhomx sistema ta’ tkessiħ tal-arja tad-dħul
5.4.2.2. Fattur tal-magna fm
fm huwa funzjoni ta’ qc (il-fluss tal-fjuwil ikkoreġut) kif ġej:
fm = 0,036 qc – 1,14
Fejn: qc = q/r
Fejn:
q huwa l-fluss tal-fjuwil f’milligramm għal kull ċiklu għal kull litru ta’ ċilindrata totali (mg/(1.ċiklu))
r huwa l-proporzjoni tal-pressjoni fil-ħruġ tal-kumpressur u l-pressjoni fid-dħul tiegħu (r = 1 għal magni b’aspirazzjoni naturali)
Din il-formula hija valida għall-intervall ta’ valuri ta’ qc inkluż bejn 40 mg/(l.ċiklu) u 65 mg/(l.ċiklu).
Għal valuri ta’ qc ta’ inqas minn 40 mg/(l.ċiklu), għandu jittieħed valur kostanti ta’ fm li jkun ekwivalenti għal 0,3 (fm = 0,3).
Għal valuri ta’ qc ta’ aktar minn 65 mg/(l.ċiklu), għandu jittieħed valur kostanti ta’ fm li jkun ekwivalenti għal 1,2 (fm = 1,2) (ara l-figura):
5.4.2.3. Kundizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa fil-laboratorju
Biex it-test ikun validu; il-fattur ta’ korrezzjoni αd irid ikun tali li 0,9 ≤ αd ≤ 1,1
Jekk dawn il-limiti jinqabżu, għandu jingħata l-valur ikkoreġut miksub u l-kundizzjonijiet tat-test (temperatura u pressjoni) għandhom jiġu indikati b’mod preċiż fir-rapport tat-test.
(la) |
Is-sistema sħiħa ta’ aspirazzjoni għandha tiġi installata kif indikat għall-applikazzjoni li tkun ser issir: Jekk ikun hemm riskju ta’ xi effett sostanzjali fuq il-potenza tal-magna; Fil-każ ta’ magni żewġ strowks u bi tqabbid bl-ispark plagg; Meta l-manifattur jitlob li dan isir. Fil-każijiet l-oħra, tista’ tintuża sistema ekwivalenti u għandu jsir kontroll biex jiġi żgurat li l-pressjoni tad-dħul ma tvarjax b’iktar minn 100 Pa mil-limitu speċifikat mill-manifattur għal filtru tal-arja nadif. |
(1b) |
Is-sistema sħiħa tal-egżost għandha tiġi installata kif indikat għall-applikazzjoni li tkun ser issir: Jekk ikun hemm riskju ta’ xi effett sostanzjali fuq il-potenza tal-magna; Fil-każ ta’ magni żewġ strowks u bi tqabbid bl-ispark plagg; Meta l-manifattur jitlob li dan isir. Fil-każijiet l-oħra, sistema ekwivalenti tista’ tiġi installata sakemm il-pressjoni mkejla fil-ħruġ tas-sistema tal-egżost tal-magna ma tvarjax b’iktar minn 1 000 Pa minn dik indikata mill-manifattur. Il-ħruġ mis-sistema tal-egżost tal-magna huwa definit bħala punt 150 mm ‘l isfel mit-tmiem tal-parti tas-sistema tal-egżost immuntata fuq il-magna. |
(1) Jekk brejk tal-egżost jiġi inkorporat fil-magna, il-valv tal-aċċelleratur għandu jiġi ffissat fil-pożizzjoni miftuħa għalkollox.
(2) Il-pressjoni tal-alimentazzjoni tal-fjuwil tista’ tiġi aġġustata, jekk ikun meħtieġ, sabiex tirriproduċi l-pressjonijiet eżistenti fl-applikazzjoni partikolari tal-magna (speċjalment meta tintuża sistema ta’ ritorn tal-fjuwil).
(3) Il-valv tad-dħul tal-arja huwa valv ta’ kontroll għar-regolatur pnewmatiku tal-pompa ta’ injezzjoni. Ir-regolatur tat-tagħmir tal-injezzjoni tal-fjuwil jista’ jkollu apparati oħra li jaffettwaw l-ammont ta’ fjuwil injettat.
(4) Ir-radjatur, il-fann, l-għata tal-fann, il-pompa tal-ilma u t-termostat għandhom jitqiegħdu fuq il-bank tat-test fl-istess pożizzjonijiet relattivi bħal fuq il-vettura. Iċ-ċirkolazzjoni tal-likwidu li jkessaħ għandha titħaddem mill-pompa tal-ilma tal-magna biss.
It-tkessiħ tal-likwidu jista’ jsir jew mir-radjatur tal-magna inkella b’ċirkwit fuq barra, sakemm it-telf ta’ pressjoni ta’ dan iċ-ċirkwit u l-pressjoni fid-dħul tal-pompa jibqgħu sostanzjalment l-istess bħal dawk tas-sistema ta’ tkessiħ tal-magna. Il-parti li tagħlaq ir-radjatur, jekk inkorporata, trid tkun miftuħa.
Jekk il-fann, ir-radjatur u sistema tal-għata tal-fann ma jistgħux jiġu installati b’mod konvenjenti fuq il-magna, il-potenza meħuda mill-fann meta jkun immuntat separatament fil-pożizzjoni tajba tiegħu fir-rigward tar-radjatur u tal-għata tal-fann (jekk użat), trid tiġi ddeterminata abbażi tal-veloċità li tikkorrispondi mal-veloċità tal-magna użata għall-kejl tal-potenza tal-magna permezz ta’ kalkoli li jużaw karatteristiċi standard jew permezz ta’ testijiet prattiċi. Din il-potenza, ikkoreġuta skont il-kundizzjonijiet atmosferiċi standard (293,2 K (20 °C) u 101,3 kPa), għandha titnaqqas mill-potenza kkoreġuta.
(5) Meta fann jew blower li jista’ jiġi skonnettjat jew li jkun progressiv ikun parti mis-sistema, it-test għandu jsir bil-fann (jew blower) li jista’ jiġi skonnettjat maqlugħ jew bil-fann jew blower progressiv li jkun qed jaħdem b’potenza massima.
(6) It-termostat jista’ jkun miftuħ għalkollox.
(7) Il-potenza minima tal-ġeneratur: il-potenza tal-ġeneratur għandha tkun limitata għal dik meħtieġa biex jitħaddmu l-aċċessorji li huma indispensabbli għat-tħaddim tal-magna. Jekk tinħtieġ konnessjoni ma’ batterija, għandha tintuża batterija kompletament iċċarġjata u fi stat tajjeb.
(8) Magni kkargati mkessħa bl-arja għandhom jiġu ttestjati b’sistema ta’ tkessiħ tal-arja tal-karga, kemm jekk imkessħa b’likwidu jew bl-arja, iżda jekk il-manifattur tal-magna jippreferi hekk, tista’ tintuża sistema ta’ bank ta’ test minflok is-sistema ta’ tkessiħ bl-arja. Fiż-żewġ każijiet, il-kejl tal-potenza f’kull veloċità jrid isir bl-istess tnaqqis fil-pressjoni u fit-temperatura tal-arja tal-magna li tgħaddi minn ġol-apparat li jkessaħ l-arja tad-dħul f’magni kkargati fuq is-sistema tal-bank tat-test bħal dawk indikati mill-manifattur għas-sistema fuq il-vettura sħiħa.
(9) Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, sistema EGR, konvertitur katalitiku, reattur termali, sistema sekondarja li tforni l-arja u sistema kontra l-evaporazzjoni tal-fjuwil.
(10) It-testijiet jistgħu jsiru fi kmamar tat-test b’arja kundizzjonata fejn il-kundizzjonijiet atmosferiċi jistgħu jiġu kkontrollati.
(11) Fil-każ ta’ magni mgħammra b’kontroll awtomatiku tat-temperatura tal-arja, jekk l-apparat hu tat-tip li meta jkun b’tagħbija sħiħa u b’temperatura ta’ 25 °C ma tiżdied l-ebda arja msaħħna, it-test isir bl-apparat kompletament magħluq. Jekk l-apparat ikun għadu qiegħed jaħdem b’temperatura ta’ 25 °C it-test isir bl-apparat jaħdem normali u l-esponent tat-terminu tat-temperatura fil-fattur ta’ korrezzjoni għandu jittieħed bħala żero (l-ebda korrezzjoni tat-temperatura).
Appendiċi
Riżultati tat-testijiet għall-kejl tal-potenza netta tal-magna
Din il-formula għandha timtela mill-laboratorju li jagħmel it-test.
1. Kundizzjonijiet tat-test
1.1. |
Pressjonijiet imkejla b’potenza massima |
1.1.1. |
Pressjoni barometrika totali: … Pa |
1.1.2. |
Pressjoni tal-fwar tal-ilma: … Pa |
1.1.3. |
Pressjoni tal-egżost: … Pa |
1.2. |
Temperaturi mkejla b’potenza massima |
1.2.1. |
Tal-arja tad-dħul: … K |
1.2.2. |
Fil-ħruġ tal-intercooler tal-magna: … K |
1.2.3. |
Tal-likwidu li jkessaħ |
1.2.3.1. |
Fil-ħruġ tal-fluwidu li jkessaħ tal-magna: … K (1) |
1.2.3.2. |
Fil-punt ta’ referenza fil-każ tat-tkessiħ bl-arja: … K (1) |
1.2.4. |
Taż-żejt lubrikanti: … K (indika l-punt tal-kejl) |
1.2.5. |
Tal-fjuwil: |
1.2.5.1. |
Fid-dħul tal-pompa tal-fjuwil: … K |
1.2.5.2. |
Fl-apparat li jkejjel il-konsum tal-fjuwil: … K |
1.2.6. |
Fil-punt fil-pajp(ijiet) tal-egżost maġenb il-flanġ(ijiet) ta’ barra tal-manifold(s) tal-egżost |
1.3. |
Veloċità tal-magna mhux ingranata: … min–1 |
1.4. |
Karatteristiċi tad-dinamometru: |
1.4.1. |
Għamla: … Mudell: … |
1.4.2. |
It-tip:… |
1.5. |
Karatteristiċi tal-opaċimetru: |
1.5.1. |
Għamla: … |
1.5.2. |
It-tip: … |
2. Fjuwil
2.1. |
Għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bi fjuwil likwidu |
2.1.1. |
Għamla: … |
2.1.2. |
Speċifikazzjoni: … |
2.1.3. |
Addittiv kontra l-ippinkjar (ċomb, eċċ): … |
2.1.3.1. |
It-tip: … |
2.1.3.2. |
Kontenut: … mg/1 |
2.1.4. |
Numrun tal-ottan RON: … (ASTM D 26 99-70) |
2.1.4.1. |
Nru MON: … |
2.1.4.2. |
Densità speċifika: … g/cm3 f’temperatura ta’ 288 K |
2.1.4.3. |
Il-valur kalorifiku baxx: … kJ/kg
Il-potenza massima netta: … kW bi … min–1 Torque massimu nett: … Nm bi … min–1 |
2.2. |
Għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jaħdmu bil-fjuwil gassuż |
2.2.1. |
Għamla: … |
2.2.2. |
Speċifikazzjoni: … |
2.2.3. |
Pressjoni tal-ħżin: … bar |
2.2.4. |
Pressjoni tal-utilizzazzjoni: … bar |
2.2.5. |
Il-valur kalorifiku baxx: … kJ/kg |
2.3. |
Għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni li jaħdmu bil-fjuwil gassuż |
2.3.1. |
Sistema ta’ alimentazzjoni: … gass |
2.3.2. |
Speċifikazzjoni tal-gass użat: … |
2.3.3. |
Proporzjon ta’ fjuwil żejt/gass … |
2.3.4. |
Il-valur kalorifiku baxx: … |
2.4. |
Għal magni bi startjar bil-kompressjoni u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jaħdmu bil-fjuwil tad-diżil |
2.4.1. |
Għamla: … |
2.4.2. |
Speċifikazzjoni tal-fjuwil użat: … |
2.4.3. |
Numru taċ-ċetan (ASTM D 976-71) … |
2.4.4. |
Densità speċifika: … g/cm3 f’temperatura ta’ 288 K |
2.4.5. |
Il-valur kalorifiku baxx: … kJ/kg |
3. Lubrikant
3.1. |
Għamla: … |
3.2. |
Speċifikazzjoni: … |
3.3. |
Viskożità SAE: … |
4. Riżultati dettaljati tal-kejl (2)
Veloċità tal-magna, min–1 |
|
|
Torque imkejjel, Nm |
|
|
Potenza mkejla, kW |
|
|
Fluss tal-fjuwil imkejjel, g/h |
|
|
Pressjoni barometrika, kPa |
|
|
Pressjoni tal-fwar tal-ilma, kPa |
|
|
Temperatura tal-arja tad-dħul, K |
|
|
Potenza li trid tiżdied għal Nru 1 awżiljarji aktar minn Nru 2 tat-Tabella iktar ’il fuq, kW Nru 3 |
|
|
Fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza |
|
|
Forza tal-ibbrejkjar ikkoreġuta, Kw (bil-/mingħajr (3) fann) |
|
|
Potenza tal-fann, kW (li trid titnaqqsas jekk il-fann mhuwiex installat) |
|
|
Potenza netta, kW |
|
|
Torque nett, Nm |
|
|
Konsum tal-fjuwil speċifiku kkoreġut g/(kWh) (4) |
|
|
Temperatura tal-likwidu li jkessaħ fil-ħruġ, K |
|
|
Temperatura taż-żejt lubrikanti fil-punt tal-kejl, K |
|
|
Temperatura tal-arja wara l-karikatur tal-pressjoni, K (5) |
|
|
Temperatura tal-fjuwil fid-dħul tal-pompa ta’ injezzjoni, K |
|
|
Temperatura tal-arja wara l-apparat li jkessaħ l-arja tad-dħul f’magni kkargati, K (5) |
|
|
Pressjoni wara l-karikatur tal-pressjoni, kPa (5) |
|
|
Pressjoni wara l-apparat li jkessaħ l-arja tad-dħul f’magni kkargati, kPa |
|
|
(1) Aqta’ barra kif xieraq.
(2) Il-kurvi karatteristiċi tal-potenza netta u t-torque nett għandhom jitpinġew bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna.
(3) Aqta’ barra kif xieraq.
(4) Ikkalkulat bil-potenza netta għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni u magni bi tqabbid bl-ispark plaggs, u fil-każ ta’ dawn tal-aħħar immultiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza.
(5) Aqta’ barra fejn mhux applikabbli.
ANNESS 6
METODU BIEX JITKEJLU L-POTENZA NETTA U L-POTENZA MASSIMA TA’ 30 MINUTA TA’ SISTEMI TAL-MOTOTRAŻMISSJONI ELETTRIĊI.
1. DAWN IR-REKWIŻITI JAPPLIKAW GĦALL-KEJL TAL-POTENZA NETTA MASSIMA U L-POTENZA MASSIMA TA’ 30 MINUTA TA’ SISTEMI TAL-MOTOTRAŻMISSJONI ELETTRIĊI UŻATI GĦALL-PROPULSJONI TA’ VETTURI TAT-TRIQ ELETTRIĊI PROPRJA.
2. KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST
2.1. Is-sistema tal-mototrażmissjoni jrid ikun sarilha running-in skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.
2.2. Jekk kejl tal-potenza jista’ jsir biss fuq sistema tal-mototrażmissjoni bil-gerboks jew redjuser installat/a, l-effiċjenza għandha tiġi kkunsidrata.
2.3. Awżiljarji
2.3.1. Awżiljarji li għandhom jiġu installati
Matul it-test, l-awżiljarji neċessarji għat-tħaddim tas-sistema tal-mototrażmissjoni fl-applikazzjoni li tkun ser issir (kif elenkat fit-Tabella 1 ta’ dan l-anness) għandhom jiġu installati fl-istess pożizzjoni bħal fil-vettura.
2.3.2. Awżiljari li għandhom jitneħħew
L-awżiljarji neċessarji għat-tħaddim tajjeb tal-vettura, u li jistgħu jiġu installati fuq il-mutur għandhom jitneħħew meta jkun qed isir it-test. Il-lista li ġejja, li mhijiex eżawrjenti, hija mogħtija biss bħala kampjun:
Kumpressur tal-arja għall-brejkijiet; Kumpressur għall-power-steering; Kumpressur għas-sistema tas-sospensjoni; Sistema tal-kundizzjonatur tal-arja, eċċ.
Meta xi aċċessorji ma jistgħux jitneħħew, il-potenza li jassorbu fil-kundizzjoni mingħajr tagħbija tista’ tiġi ddeterminata u miżjuda mal-potenza mkejla.
Tabella 1
Awżiljarji li għandhom jiġu installati għat-test biex jiġu ddeterminati l-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta tas-sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi
(“Tagħmir ta’ produzzjoni standard” tfisser tagħmir ipprovdut mill-manifattur għal xi applikazzjoni partikolari).
Nru. |
Awżiljarji |
Installati għat-testijiet tal-potenza netta u tal-potenza massima ta’ 30 minuta |
1. |
Sors ta’ vultaġġ ta’ kurrent dirett (DC) |
Tnaqqis fil-vultaġġ matul it-test, ta’ inqas minn 5 % |
2. |
Varjatur tal-veloċità u apparat ta’ kontroll |
Iva: Tagħmir ta’ produzzjoni standard |
3. |
Tkessiħ b’likwidu |
|
Bonnit tal-mutur Ħruġ mill-bonnit |
Le |
|
Fann Għata tal-fann Pompa Termostat (3) |
Iva: Tagħmir ta’ produzzjoni standard |
|
Tkessiħ bl-arja |
|
|
Filtru tal-arja Għata Blower Sistema ta’ aġġustament tat-temperatura |
Iva: Tagħmir ta’ produzzjoni standard |
|
4. |
Tagħmir elettriku |
Iva: Tagħmir ta’ produzzjoni standard |
5. |
Fann awżiljarju tal-bank tat-test |
Iva, jekk ikun meħtieġ |
2.4. Kundizzjonijiet ta’ ssettjar
Il-kundizzjonijiet ta’ ssetjar għandhom jaqblu mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur għall-mutur tal-produzzjoni u jintużaw mingħajr bidliet oħra għall-applikazzjoni partikolari.
2.5. Dejta li trid tiġi rreġistrata
2.5.1. It-test biex tiġi ddeterminata l-potenza netta għandu jsir bil-kontroll tal-aċċelleratur issettjat fil-pożizzjoni massima.
2.5.2. Il-mutur irid ikun sarlu running-in skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-applikant għall-approvazzjoni.
2.5.3. Id-dejta dwar it-torque u d-dejta dwar il-veloċità għandhom jiġu rreġistrati fl-istess ħin.
2.5.4. Jekk meħtieġ, it-temperatura tal-likwidu li jkessaħ irreġistrata fil-ħruġ tal-mutur għandha tinżamm fi ± 5 K tat-temperatura tat-termostat speċifikata mill-manifattur.
Għal sistemi tal-mototrażmissjoni għat-tkessiħ tal-arja, it-temperatura f’punt indikat mill-manifattur għandha tinżamm fi + 0/– 20 K tal-valur massimu speċifikat mill-manifattur.
2.5.5. It-temperatura taż-żejt lubrikant imkejla fis-samp taż-żejt jew fil-ħruġ tal-iskambjatur tat-temperatura taż-żejt (jekk ikun hemm) għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti minn qabel mill-manifattur.
2.5.6. Tista’ tintuża sistema awżiljarji ta’ kontroll, jekk meħtieġa, biex iżżomm it-temperatura fil-limiti speċifikati fil-paragrafi 2.5.4 u 2.5.5 ta’ hawn fuq.
3. PREĊIŻJONI TAL-KEJL
3.1. Torque: ± 1 fil-mija tat-torque imkejjel.
Is-sistema tal-kejl tat-torque għandha tkun ikkalibrata b’mod li jitqies it-telf ikkaġunat mill-frizzjoni. Il-preċiżjoni fil-parti tan-nofs t’isfel tal-medda tal-kejl tal-bank tad-dinamometru tista’ tkun ± 2 fil-mija tat-torque imkejjel.
3.2. Veloċità tal-mutur: ± 0,5 fil-mija tal-veloċità mkejla.
3.3. Temperatura tal-arja tad-dħul tal-mutur: ± 2 K.
(1) Ir-radjatur, il-fann, l-għata tal-fann, il-pompa tal-ilma u t-termostat għandhom jitqiegħdu fuq il-bank tat-test fl-istess pożizzjoni relattiva bħal fuq il-vettura. Iċ-ċirkolazzjoni tal-likwidu li jkessaħ għandha tkun attivata mill-pompa tal-ilma tas-sistema tal-mototrażmissjoni biss.
It-tkessiħ tal-likwidu jista’ jsir jew permezz tar-radjatur tas-sistema tal-mototrażmissjoni, jew b’ċirkwit estern, sakemm it-telf ta’ pressjoni ta’ dan iċ-ċirkwit u l-pressjoni fid-dħul tal-pompa jibqgħu sostanzjalment l-istess bħal dawk tas-sistema ta’ tkessiħ tas-sistema tal-mototrażmissjoni. Il-parti li tagħlaq ir-radjatur, jekk teżisti, trid tkun miftuħa.
Jekk il-fann, ir-radjatur u l-għata tal-fann ma jistgħux jiġu installati b’mod konvenjenti għall-bank tat-test, il-potenza assorbita mill-fann meta jkun immuntat separatament fil-pożizzjoni tajba tiegħu fir-rigward tar-radjatur u tal-għata tal-fann (jekk użata), għandha tiġi ddeterminata bil-veloċità korrispondenti mal-veloċitajiet tal-mutur użati għall-kejl tal-potenza tal-mutur permezz ta’ kalkoli minn karatteristiċi standard jew permezz ta’ testijiet prattiċi. Din il-potenza, ikkoreġuta skont il-kundizzjonijiet atmosferiċi standard għandha titnaqqas mill-potenza kkoreġuta.
(2) Meta fann jew blower li jista’ jiġi skonnettjat jew li jkun progressiv ikun parti mis-sistema, it-test għandu jsir bil-fann (jew blower) li jista’ jiġi skonnettjat maqlugħ jew jaħdem b’potenza massima.
(3) It-termostat jista’ jkun miftuħ għalkollox.
ANNESS 7
KONTROLLI FUQ IL-KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI
1. ĠENERALI
Dawn ir-rekwiżiti jaqblu ma’ testijiet li jsiru biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-produzzjoni skont il-paragrafu 6 u s-sottoparagrafi tiegħu.
2. PROĊEDURI TAT-TEST
Il-metodi tal-ittestjar u l-istrumenti tal-kejl għandhom ikunu dawk deskritti fl-Annessi 5 jew 6 ta’ dan ir-Regolament.
3. ĠBIR TA’ KAMPJUNI
Għandha tintagħżel sistema tal-mototrażmissjoni waħda. Jekk wara t-test tal-paragrafu 5.1 ta’ hawn taħt, is-sistema tal-mototrażmissjoni ma titqiesx bħala konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu ttestjati żewġ sistemi tal-mototrażmissjoni oħra.
4. KRITERJI TAL-KEJL
4.1. Potenza netta tal-magna ta’ kombustjoni interna
Matul it-testijiet biex tiġi vverifikata l-konformità ta’ produzzjoni, il-potenza għandha titkejjel f’żewġ veloċitajiet tal-magna S1 u S2, li jikkorispondu rispettivament mal-punti ta’ kejl tal-potenza massima u tat-torque massimu aċċettati għall-approvazzjoni tat-tip. F’dawn iż-żewġ veloċitajiet tal-magna, li huma suġġetti għal tolleranza ta’ ± 5 fil-mija, il-potenza netta mkejla f’almenu punt wieħed tal-meded S1 ± 5 fil-mija u S2 ± 5 fil-mija ma tistax tvarja b’iktar minn ± 5 fil-mija mill-figura ta’ approvazzjoni.
4.2. Potenza netta u potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi
Matul it-testijiet biex tiġi vverifikata l-konformità tal-produzzjoni, il-potenza għandha titkejjel f’veloċità tal-mutur S1 li tikkorrispondi mal-punt tal-kejl tal-potenza massima aċċettata għall-approvazzjoni tat-tip. F’din il-veloċità, il-potenza netta m’għandiex tvajra b’iktar minn ± 5 fil-mija taċ-ċifra ta’ approvazzjoni.
5. EVALWAZZJONI TAR-RIZULTATI
5.1. Jekk il-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta tas-sistema tal-mototrażmissjoni ttestjata skont il-paragrafu 2 ta’ hawn fuq tissodisfa r-rekwiżit tal-paragrafu 4 ta’ hawn fuq, il-produzzjoni titqies bħala konformi mal-approvazzjoni tat-tip.
5.2. Jekk ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4 ta’ hawn fuq ma jiġux issodisfati, jiġu ttestjati żewġ sistemi tal-mototrażmissjoni oħra bl-istess mod.
5.3. Jekk il-figura tal-potenza netta jew tal-potenza massima ta’ 30 minuta tat-tieni u/jew tat-tielet sistema tal-mototrażmissjoni tal-paragrafu 5.2 ta’ hawn fuq ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4 ta’ hawn fuq, il-produzzjoni titqies li mhijiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.1 ta’ dan ir-Regolament jiġu fis-seħħ.
ANNESS 8
FJUWILS TA’ REFERENZA
1. |
Dejta teknika tal-fjuwils ta’ referenza LPG
|
2. |
Dejta teknika tal-fjuwils ta’ referenza
Il-gassijiet li jikkostitwixxu t-taħlitiet għandu jkollhom mill-inqas dawn il-puritajiet: N2 : 99 % CH4 : 95 % b’kontenut totali ta’ idroġenu, monossidu tal-karbonju u ossiġnu taħt 1 % u kontenut totali ta’ nitroġenu u dijossidu tal-karbonju taħt 2 % L-Indiċi Wobbe huwa r-ratio tal-valur kalorifiku ta’ gass għal kull unità ta’ volum u r-radiċi kwadrata tad-densità relattiva taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ riferenza:
fejn
L-Indiċi Wobbe jissejjaħ gross jew nett skont jekk il-valur kalorifiku użat ikunx il-valur kalorifiku gross jew nett. |
(*) Valur li għandu jiġi determinat f’kundizzjonijiet standard (293,2 K (20 °C) u 101,3 kPa).
(**) Dan il-metodu jista’ ma jiddeterminax eżatt il-preżenza ta’ materjali korrużivi jekk il-kampjun ikun fih sustanzi li jinibixxu l-korrużjoni jew kimiċi oħra li jnaqqsu l-korrożività tal-kampjun fuq l-istrixxa tar-ram. Għalhekk, iż-żieda ta’ tali il-komposti għall-iskop waħdani li tinfluwenza l-metodu tat-test hi projbita.
(***) Ibbażat fuq il-valur kalorifiku gross u kkalkulat għal 0 oC.