15.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/23 |
It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 60 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' muturi b'żewġ roti u mopeds b'żewġ roti fir-rigward ta' kontrolli mħaddma mis-sewwieq inkluż l-identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 00 — Id-data tad-dħul fis-seħħ: 3 ta' Novembru 2013
KONTENUT
REGOLAMENT
1. |
Kamp ta' applikazzjoni |
2. |
Definizzjonijiet |
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
Approvazzjoni |
5. |
Rekwiżiti |
6. |
Modifikazzjonijiet tat-tip ta' vettura |
7. |
Konformità tal-produzzjoni |
8. |
Il-penali għan-nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
9. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
10. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
L-ANNESSI
1. |
Komunikazzjoni |
2. |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategoriji L1 u L3 (1) fir-rigward ta' kontrolli mħaddma mis-sewwieq.
Dan ir-Regolament jispeċifika r-rekwiżiti għall-pożizzjoni, l-identifikazzjoni, l-illuminazzjoni u t-tħaddim tal-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi fuq mopeds u muturi.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
2.1. |
“Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward ta' kontrolli mħaddma mis-sewwieq, fejn dawn il-kontrolli jkunu installati u fir-rigward tal-identifikazzjoni tagħhom. |
2.2. |
“Tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi bil-magna li ma jvarjawx fir-rigward tal-arranġamenti li jistgħu jaffettwaw il-funzjoni jew il-pożizzjoni tal-kontrolli mħaddma mis-sewwieq. |
2.3. |
“Vettura” tfisser mutur b'żewġ roti jew moped b'żewġ roti kif definit fil-paragrafu 2.1.1 jew 2.1.3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni ta' Vetturi (R.E. 3) (1). |
2.4. |
“Kontroll” tfisser kwalunkwe parti tal-vettura jew apparat direttament attivata mis-sewwieq li tibdel l-istat jew il-funzjonament tal-vettura jew ta' kwalunkwe parti tagħha. |
2.5. |
“Apparat” tfisser element jew assemblaġġ ta' elementi li jintuża biex titwettaq funzjoni waħda jew aktar. |
2.6. |
“Manubriji” tfisser kwalunkwe parti ta' bar jew bars konnessi ma' fuq tal-frieket (steering head) li permezz tagħha l-vettura tiġi mmexxija. |
2.7. |
“Manubriji: tan-naħa tal-lemin” tfisser kwalunkwe parti tal-manubriji li, fid-direzzjoni tal-moviment 'il quddiem, tkun qiegħda fuq il-lemin tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. |
2.8. |
“Manubriji: tan-naħa tax-xellug” tfisser kwalunkwe parti tal-manubriji li, fid-direzzjoni tal-moviment 'il quddiem, tkun qiegħda fuq ix-xellug tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. |
2.9. |
“Manubriji: ta' quddiem” tfisser kwalunkwe parti tal-manubriji li tkun qiegħda fuq in-naħa l-aktar imbiegħda mis-sewwieq meta dan ikun bilqiegħda fil-pożizzjoni tas-sewqan. |
2.10. |
“Manku” tfisser dik il-parti tal-manubriji, l-aktar imbiegħda miċ-ċentru, li s-sewwieq tal-vettura jżomm il-manubriji biha. |
2.11. |
“Manku jdur” tfisser manku, li jħaddem xi mekkaniżmu funzjonali tal-vettura, li jkun jista' jiddawwar mal-manibriju mis-sewwieq tal-vettura. |
2.12. |
“Qafas” tfisser kwalunkwe parti mill-qafas, xażi jew benniena tal-vettura, li magħha titwaħħal il-magna u/jew l-unità tat-trażmissjoni, u/jew il-magna u l-unità tat-trażmissjoni nnifisha. |
2.13. |
“Qafas: tan-naħa tax-xellug” tfisser kwalunkwe parti tal-qafas li, fid-direzzjoni tal-moviment 'il quddiem, tkun qiegħda fuq ix-xellug tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. |
2.14. |
“Qafas: tan-naħa tal-lemin” tfisser kwalunkwe parti tal-qafas li, fid-direzzjoni tal-moviment 'il quddiem, tkun qiegħda fuq il-lemin tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. |
2.15. |
“Liver” tfisser kwalunkwe apparat magħmul minn driegħ li jdur fuq fulkru, li permezz tiegħu jitħaddem xi mekkaniżmu funzjonali tal-vettura. |
2.16. |
“Liver tal-idejn” tfisser liver li jitħaddem bl-idejn tas-sewwieq; Nota: Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, liver tal-idejn jitħaddem permezz ta' kompressjoni, (jiġifieri, il-moviment tal-apiċi tal-liver lejn l-istruttura ta' appoġġ), pereżempju biex jitħaddem il-mekkaniżmu tal-brejk jew biex jiġi rilaxxat il-mekkaniżmu tal-klaċċ. |
2.17. |
“Liver tas-saqajn” tfisser liver imħaddem permezz ta' kuntatt bejn is-sieq tas-sewwieq u sporġenza mid-driegħ tal-liver. |
2.18. |
“Pedala” tfisser liver imħaddem permezz ta' kuntatt bejn is-sieq tas-sewwieq u padding fuq il-liver, f'tali pożizzjoni li jippermetti li tiġi applikata pressjoni fuq id-driegħ tal-liver. Nota: Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-pedala titħaddem permezz ta' depressjoni, pereżempju, biex jitħaddem il-mekkaniżmu tal-brejk. |
2.19. |
“Pedali riding” tfisser dawk l-apparati li huma konnessi ma' xi forma ta' trażmissjoni u li jistgħu jintużaw biex jinsaq moped |
2.20. |
“driegħ rocker” tfisser liver, bil-pern fiċ-ċentru tiegħu jew qribu u li jkollu padding jew sporġenza f'kull tarf, imħaddem permezz ta' kuntatt bejn is-sieq tas-sewwieq u l-paddings jew sporġenzi msemmija. |
2.21. |
“Favur l-arloġġ” tfisser id-direzzjoni tar-rotazzjoni madwar l-assi tal-parti kkunsidrata, li ssegwi l-mozzjoni tal-idejn arloġġ, kif tidher minn naħa ta' fuq jew in-naħa ta' barra tal-parti kkunsidrata. |
2.22. |
“Kontra l-arloġġ” tfisser l-oppost ta' “Favur l-arloġġ” |
2.23. |
“Brejkijiet kombinati” tfisser sistema ta' tħaddim (permezz ta' azzjoni idrawlika jew konnessjoni mekkanika, jew it-tnejn) fejn iż-żewġ brejkijiet ta' quddiem u ta' wara tal-vettura jitħaddmu mill-inqas parzjalment bl-użu ta' kontroll wieħed biss. |
2.24. |
“Indikatur” tfisser apparat li jagħti informazzjoni dwar il-funzjonament jew is-sitwazzjoni ta' sistema jew ta' parti minn sistema, pereżempju, il-livell tal-fluwidu. |
2.25. |
“Sinjalatur” tfisser sinjal ottiku li jindika l-attwazzjoni ta' apparat, funzjonament jew kundizzjoni tajjeb/tajba jew ħażin(a), jew in-nuqqas ta' funzjonament. |
2.26. |
“Simbolu” tfisser dijagramma li tindentifika kontroll, sinjalatur jew indikatur. |
2.27. |
“Apparat ta' twissija ottika” tfisser fanal ta' quddiem li r-raġġ tiegħu jista' jiġi mteptep biex jagħti sinjali lil vetturi ġejjin min-naħa opposta jew lil vetturi fuq quddiem, pereżempju, meta vettura tkun se taqla' vettura quddiemha miexja aktar bil-mod. |
2.28. |
“Maġenb”, fir-rigward ta' simbolu li jidentifika kontroll, sinjaltur jew indikatur, tfisser li s-simbolu huwa qrib ħafna tal-kontroll, sinjaltur jew indikatur u l-ebda kontroll, sinjalatur, indikatur, simbolu ta' identifikazzjoni jew sors ta' illuminazzjoni ieħor ma jidher bejn is-simbolu ta' identifikazzjoni u l-kontroll, sinjalatur jew indikatur li dak is-simbolu jidentifika. |
2.29. |
“Spazju komuni” tfisser żona li fuqha jistgħu jintwerew iżjed minn sinjalatur, indikatur, simbolu tal-identifikazzjoni, jew messaġġ wieħed ieħor, iżda mhux fl-istess ħin. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-kontrolli mħaddma mis-sewwieq għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.
3.2. Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li jissemmew hawn taħt, fi tliet kopji, u mill-partikolaritajiet li ġejjin:
3.2.1. |
Tpinġijiet, fuq skala xierqa, u b'biżżejjed dettall tal-partijiet tal-vettura li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament huma relatati magħhom u, fejn meħtieġ, tal-vettura nnifisha. |
3.3. Vettura rappreżentattiva tat-tip ta' vettura li trid tkun approvata, għandha tiġi ppreżentata lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, għall-kontrolli msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan ir-Regolament.
4. APPROVAZZJONI
4.1. Jekk it-tip ta' vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5. u 6. ta' hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dik it-tip ta' vettura.
4.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-iktar emendi tekniċi imortanti riċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.
4.3. L-avviż tal-approvazzjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament u permezz ta' tpinġijiet u dijagrammi pprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni, f'format mhux akbar minn A4 (210 x 297 mm) jew mitwija f'dak il-format u fuq skala xierqa.
4.4. Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn u f'post faċilment aċċessibbli speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2); |
4.4.2. |
In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit b'ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
4.5. Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; f'każ bħal dan, ir-Regolament u n-numri ta' approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.
4.6. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.
4.7. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli.
4.8. L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.
5. REKWIŻITI
5.1. Ġenerali
Vettura, jekk mgħammra b'kontroll, sinjalatur jew indikatur identifikat fit-Tabella 1, għandha tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-pożizzjoni, identifikazzjoni, tħaddim, illuminazzjoni u kulur ta' dak il-kontroll, sinjalatur jew indikatur.
Għal funzjonijiet li għalihom l-ebda simbolu ma jkun disponibbli fit-Tabella 1, il-manifattur jista' juża simbolu skont l-istandards xierqa. Meta l-ebda simbolu ma jkun disponibbli, il-manifattur jista' juża simbolu li joħloq hu stess. Dan is-simbolu m'għandu jikkawża ebda konfużjoni ma' xi simbolu speċifikat fit-Tabella 1.
5.2. Pożizzjoni
5.2.1. Il-kontrolli, elenkati fit-Tabella 1, għandhom ikunu pożizzjonati b'mod li jistgħu jitħaddmu u jintlaħqu mis-sewwieq meta dan ikun bilqiegħda fil-pożizzjoni tas-sewqan. Il-kontrolli għal “Ċowk Manwali” u “Valv Manwali tal-Għeluq tat-Tank tal-Fjuwil” għandhom ikunu pożizzjonati b'mod li jkunu jistgħu jitħaddmu u jintlaħqu mis-sewwieq meta dan ikun bilqiegħda.
5.2.2. Is-sinjalaturi u l-indikaturi elenkati fit-Tabella 1, u s-simboli ta' identifikazzjoni tagħhom għandhom ikunu pożizzjonati b'mod li jkunu viżibbli għas-sewwieq meta dan ikun bilqiegħda fil-pożizzjoni tas-sewqan, waqt is-sewqan kemm binhar u billejl. Is-sinjalaturi, indikaturi u simboli ta' identifikazzjoni tagħhom ma għandhomx għalfejn ikunu viżibbli meta ma jkunux attivati.
5.2.3. Is-simboli ta' identifikazzjoni għall-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi għandhom jitqiegħdu fuq jew maġenb il-kontrolli, is-sinjalaturi u l-indikaturi li huma jidentifikaw ħlief kif provdut fil-paragrafu 5.2.5. ta' hawn taħt.
5.2.4. Il-kontrolli għal fanali ta' twissija ta' periklu, fanali ta' quddiem b'raġġ tal-passaġġ jew raġġ tas-sewqan, indikaturi tad-direzzjoni, fanali tat-twaqqif tal-magna supplementari, apparati ta' twissija akustika, fanali tal-brejkijiet u tal-klaċċ għandhom ikunu dejjem aċċessibbli għas-sewwieq bħala l-funzjoni ewlenija tal-kontroll korrispondenti mingħajr ma s-sewwieq ikollu jitlaq idejh minn fuq il-manku rispettiv.
5.2.5. Il-paragrafu 5.2.3. ta' hawn fuq ma japplikax għal kontrolli multifunzjonali, jekk il-kontroll ikun assoċjat ma' displej b'diversi funzjonijiet (multitask) li:
5.2.5.1. |
Huwa viżibbli għas-sewwieq, u |
5.2.5.2. |
Jidentifika l-kontroll li huwa assoċjati miegħu, u |
5.2.5.3. |
Jidentifika s-sistemi kollha tal-vettura li l-kontroll tagħhom huwa possibbli mill-kontroll multifunzjonali. Is-sottofunzjonijiet ta' dawk is-sistemi ma għandhomx għalfejn jintwerew fuq is-saff ta' fuq tad-displej b'diversi funzjonijiet, u |
5.2.5.4. |
Ma jurix is-sinjalturi elenkati fit-Tabella 1. |
5.3. Identifikazzjoni
5.3.1. Kull kontroll, sinjalatur jew indikatur elenkat fit-Tabella 1, għandu jiġi identifikat permezz tas-simbolu speċifikat rilevanti.
5.3.2. Simboli, kliem jew abbrevjazzjonijiet supplimentari jistgħu jintużaw fid-diskrezzjoni tal-manifattur flimkien ma' kwalunkwe simbolu, kelma jew abbrevjazzjoni speċifikati fit-Tabella 1.
5.3.3. Kull simbolu, kelma jew abbrevjazzjoni addizzjonali jew supplimentari użat mill-manifattur m'għandu jikkawża ebda konfużjoni ma' xi simbolu speċifikat f'dan ir-Regolament.
5.3.4. Meta kontroll, indikatur jew sinjalatur għall-istess funzjoni jiġu kkombinati, jista' jintuża simbolu wieħed biex jidentifika din il-kombinazzjoni.
5.3.5. Is-simboli ta' identifikazzjoni kollha għal sinjalaturi, indikaturi u kontrolli provduti fuq il-manubriju jew il-grupp tal-istrumenti għandhom ikunu pożizzjonati b'mod li s-sewwieq dejjem jarahom weqfin ħlief is-simbolu ta' kontroll ta' apparat ta' twissija akustika. Għal kontrolli li jduru li jkollhom pożizzjoni “mitfi”, dan ir-rekwiżit japplika għall-kontroll fil-pożizzjoni “mitfi”.
5.3.6. Meta installat, kull kontroll li jirregola funzjoni tas-sistema fuq medda kontinwa għandu jkollu identifikazzjoni provduta għal-limiti tal-medda tal-aġġustament tal-funzjonijiet.
5.4. Illuminazzjoni
5.4.1. Skont l-għażla tal-manifattur, kalunkwe kontroll, indikatur u s-simboli ta' identifikazzjoni rispettivi tagħhom jista' jiġi illuminat.
5.4.2. Is-sinjaltur għandu jixgħel meta sseħħ il-ħsara jew il-kundizzjoni tal-vettura li huwa maħsub biex jindika. Dan ma għandu jixgħel f'ebda ħin ieħor, ħlief waqt il-verifika tal-bozza.
5.5. Kulur
5.5.1. Il-kulur tad-dawl ta' kull sinjalatur għandu jkun kif speċifikat fit-Tabella 1.
5.5.2. Il-kulur ta' sinjalaturi mhux elenkati fit-Tabella 1 jista' jiġi magħżul mill-manifattur skont il-paragrafu 5.5.3 ta' hawn taħt. Il-kulur magħżul m'għandu jaħbi jew ifixkel l-identifikazzjoni ta' ebda sinjalatur, kontroll jew indikatur speċifikat fit-Tabella 1.
5.5.3. Il-kuluri huma rrakkomandati skont il-kodiċi tal-kulur li ġej:
5.5.3.1. |
Aħmar: il-periklu għall-persuni jew ħsara serja ħafna għat-tagħmir huwa immedjat jew imminenti; |
5.5.3.2. |
Ambra (isfar): attenzjoni, 'il barra mil-limiti tat-tħaddim normali, ħsara fis-sistema tal-vettura, periklu ta' ħsara lill-vettura, jew xi kundizzjoni oħra li tista' tipproduċi periklu maż-żmien; |
5.5.3.3. |
Aħdar: sikur, kundizzjoni tat-tħaddim normali (ħlief jekk blu jew ambra jkun meħtieġ skont it-Tabella 1). |
5.5.4. Kull simbolu li jintuża għall-identifikazzjoni ta' sinjalatur, kontroll jew indikatur għandu jkun ta' kulur li jispikka b'mod ċar fuq l-isfond.
5.5.5. Il-parti mimlija ta' kwalunkwe simbolu tista' tiġi sostitwita bil-profil estern tiegħu u l-profil estern ta' kwalunkwe simbolu jista' jiġi mimli.
5.6. Spazju komuni għall-wiri ta' messaġġi multipli
Jista' jintuża spazju komuni biex tintwera informazzjoni minn kwalunkwe sors, suġġett għal dawn ir-rekwiżiti:
5.6.1. |
Is-sinjalaturi u l-indikaturi li jidhru fl-ispazju komuni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.3, 5.4 u 5.5 ta' hawn fuq u għandhom jixegħlu malli tibda sseħħ il-kundizzjoni li huma maħsuba biex jidentifikaw. |
5.6.2. |
Is-sinjaltur u l-indikaturi li huma elenkati fit-Tabella 1 u li jidhru fl-ispazju komuni għandhom jixegħlu malli tibda sseħħ kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet ta' hawn taħt. |
5.6.3. |
Ħlief kif provdut fil-paragrafi 5.6.4, 5.6.5 u 5.6.6 ta' hawn taħt, meta sseħħ il-kundizzjoni għall-attwazzjoni ta' żewġ sinjalaturi jew iktar, l-informazzjoni għandha tiġi jew:
|
5.6.4. |
Is-sinjalaturi għall-ħsara fis-sistema tal-brejkijiet, ir-raġġ tas-sewqan tal-fanal ta' quddiem u l-indikatur tad-direzzjoni m'għandhomx jintwerew fl-istess spazju komuni. |
5.6.5. |
Jekk isseħħ il-kundizzjoni għall-attivazzjoni ta' dawn is-sinjalaturi: ħsara fis-sistema tal-brejkijiet, ir-raġġ tas-sewqan tal-fanal ta' quddiem u l-indikatur tad-direzzjoni li jkunu jidhru fuq spazju komuni ma' sinjalaturi oħra, dawn għandu jkollhom prijorità fuq kull ħaġa oħra fl-ispazju komuni. |
5.6.6. |
L-informazzjoni murija fl-ispazju komuni tista' tkun titħassar awtomatikament jew mis-sewwieq, ħlief is-sinjalaturi tal-ħsara fis-sistema tal-brejkijiet, ir-raġġ tas-sewqan tal-fanal ta' quddiem, l-indikatur tad-direzzjoni u dawk li għalihom il-kulur aħmar huwa meħtieġ skont it-Tabella 1 ma għandhiex tkun tista' titħassar, jekk iseħħ il-kundizzjoni għall-attivazzjoni tagħhom. |
6. MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA' VETTURA
6.1. Kull modifikazzjoni tat-tip ta' vettura għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta' vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista' jew:
6.1.1. |
Tqis li l-modifikazzjonijiet magħmula mhux probabbli li jkollhom effett ħażin apprezzabbli u li, fi kwalunkwe każ, il-vettura għadha konformi mar-rekwiżiti; jew |
6.1.2. |
Tesiġi li jsir rapport tat-testijiet ieħor mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
6.2. Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati t-tibdiliet, għandha tiġi kkomunikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
7. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
7.1. Kull vettura li jkollha marka tal-approvazzjoni kif preskritt skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma mat-tip ta' vettura approvat, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli mħaddma mis-sewwieq.
7.2. Sabiex tiġi vverifikata l-konformità kif preskritt fil-paragrafu 7.1 ta' hawn fuq, għandhom isiru numru suffiċjenti ta' kontrolli aleatorji fuq vetturi manifatturati f'serje li jkollhom il-marka tal-approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament.
8. PENALIGĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
8.1. L-approvazzjoni mogħtija fil-każ ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 7.1 ta' hawn fuq, jew jekk il-vettura jew vetturi magħżula ma jgħaddux mit-testijiet preskritti fil-paragrafu 7.2 ta' hawn fuq.
8.2. Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha minnufih tavża b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar tagħha jkollha, f'ittri kbar, l-annotazzjoni “APPROVAZZJONI RTIRATA” ffirmata u datata.
9. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta' kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar tagħha, b'ittri kbar, l-annotazzjoni “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX” iffirmata u datata.
10. ISMIJIET U INDIRIZZI TA' SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew rifjut jew irtirar ta' approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.
Tabella 1
Simboli li jidentifikaw il-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi
Nru. |
Element |
Simbolu |
Funzjoni |
Pożizzjoni |
Kulur |
Definizzjoni |
Tħaddim |
||||||||
1. |
Kontroll tat-twaqqif tal-magna supplementari (MITFI) |
|
Kontroll |
Pożizzjonat fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin |
|
|
Bħala mezz tat-twaqqif tal-magna, u b'alternattiva għall-iswiċċ prinċipali jew għall-kontroll b'valv ta' dekompressjoni, il-vettura tista' tkun mgħammra b'kontroll ta' qtugħ awtomatiku (cut-out) tal-provvista tal-enerġija elettrika tal-magna (twaqqif tal-magna supplimentari). |
||||||||
2. |
Kontroll tat-twaqqif tal-magna supplementari (ATTIVAT) |
|
|
|
|
|
|
||||||||
3. |
Swiċċ tat-tqabbid |
|
Kontroll |
|
|
L-apparat li jippermetti lill-magna li taħdem, u li jista' wkoll jippermetti t-tħaddim ta' sistemi elettriċi oħra fuq vettura. |
Fil-każ ta' swiċċ li jdur, id-direzzjoni tal-moviment għandha tkun favur l-arloġġ meta jiddawwar mill-pożizzjoni “mitfi” għall-pożizzjoni tat-tqabbid “mixgħul”. |
||||||||
4. |
Starter Elettriku |
|
Kontroll |
|
|
|
|
||||||||
5. |
Ċowk Manwali |
|
Kontroll |
Il-kontroll m'għandux għalfejn ikun viżibbli mill-pożizzjoni tas-sewwieq |
|
|
|
||||||||
Sinjalatur |
|
Ambra |
|
|
|||||||||||
6. |
Newtrali (Għażla tal-Gerboks) |
|
Sinjalatur |
|
Aħdar |
|
Dan is-sinjalatur jixgħel meta tas-selettur tal-gerijiet ikun fil-pożizzjoni newtrali. |
||||||||
7. |
Valv Manwali tal-Għeluq tat-Tank tal-Fjuwil (MITFI) |
|
Kontroll |
Il-kontroll m'għandux għalfejn ikun viżibbli mill-pożizzjoni tas-sewwieq |
|
|
Il-kontroll għandu jkollu pożizzjonijiet pożittivi separati għal “MITFI”, “MIXGĦUL” u “RIŻERVA” (meta tingħata provvista riżerva). |
||||||||
8. |
Valv Manwali tal-Għeluq tat-Tank tal-Fjuwil (MIXGĦUL) |
|
|
|
|
|
Il-kontroll għandu jkun fil-pożizzjoni MIXGĦUL meta jkun f'direzzjoni 'l isfel mill-fluss tal-fjuwil bejn it-tank u l-magna: fil-pożizzjoni MITFI meta jkun f'direzzjoni perpendikulari mal-fluss tal-fjuwil, u fil-pożizzjoni RIŻERVA (fejn ikun applikabbli) meta jkun fid-direzzjoni 'l fuq mill-fluss tal-fjuwil. |
||||||||
9. |
Valv Manwali tal-Għeluq tat-Tank tal-Fjuwil (RIŻ) |
|
|
|
|
|
Fil-każ ta' sistema li fiha l-fluss tal-fjuwil jiġi mwaqqaf meta l-magna tintefa, u jekk din tkun mgħammra b'kontroll, is-simboli u l-pożizzjonijiet tal-kontroll għandhom ikunu l-istess bħal dawk indikati għal Valv Manwali tal-Għeluq tat-Tank tal-Fjuwil. |
||||||||
10. |
Spidometru |
|
Indikatur |
|
|
|
Id-displej għandu jixgħel kull meta l-fanal tal-pożizzjoni (jekk disponibbli) jew il-fanal ta' quddiem jiġi attivat. |
||||||||
11. |
Apparat ta' twissija akustika (ħorn) |
|
Kontroll |
Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug għall-vetturi b'kontroll tal-għażla tal-gerijiet li jitħaddem indipendentement minn klaċċ manwali jew għall-vetturi mingħajr kontroll tal-għażla tal-gerijiet. Alternattivament, fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin għall-vetturi b'kontroll tal-għażla tal-gerijiet pożizzjonat fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug u li jitħaddem flimkien ma' klaċċ manwali. |
|
|
Jiġi attivat permezz ta' għafsa. |
||||||||
12. |
Raġġ tas-sewqan (Raġġ prinċipali, għoli jew ta' fuq — Main, high or upper beam) — (Hi) |
|
Kontroll |
Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug għall-vetturi b'kontroll tal-għażla tal-gerijiet li jitħaddem indipendentement minn klaċċ manwali jew għall-vetturi mingħajr kontroll tal-għażla tal-gerijiet. Alternattivament, fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin għall-vetturi b'kontroll tal-għażla tal-gerijiet pożizzjonat fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug u li jitħaddem flimkien ma' klaċċ manwali. |
|
|
|
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
Blu |
|
|
||||||||
13. |
Raġġ tal-passaġġ ('l isfel, baxx jew ta' taħt — Dipped, low or lower Beam) — (Lo) |
|
Kontroll |
Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug għall-vetturi b'kontroll tal-għażla tal-gerijiet li jitħaddem indipendentement minn klaċċ manwali jew għall-vetturi mingħajr kontroll tal-għażla tal-gerijiet. Alternattivament, fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin għall-vetturi b'kontroll tal-għażla tal-gerijiet pożizzjonat fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug u li jitħaddem flimkien ma' klaċċ manwali. |
|
|
|
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
Aħdar |
|
|
||||||||
14. |
Apparat ta' twissija ottika |
|
Kontroll |
Maġenb il-Kontroll tar-Raġġ tas-Sewqan/tar-Raġġ tal-Passaġġ. |
|
|
Jista' jkun funzjoni addizzjonali tal-Kontroll tar-Raġġ tas-Sewqan/tar-Raġġ tal-Passaġġ. Meta l-kontroll jiġi rilaxxat, ir-raġġ għandu jmur lura għall-istat preċedenti. |
||||||||
15. |
Fanali ta' kontra ċ-ċpar — ta' quddiem |
|
Kontroll |
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
Aħdar |
|
|
||||||||
16. |
Fanali ta' kontra ċ-ċpar — ta' wara |
|
Kontroll |
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
Ambra |
|
|
||||||||
17. |
Indikaturi tad-direzzjoni |
|
Kontroll |
Il-kontroll(i) għandu/għandhom jiġu pożizzjonati fuq il-manubriju, fejn is-sewwieq ikun jista' jarahom ċar, u għandhom jiġu mmarkati b'mod ċar. |
|
|
Il-kontroll għandu jkun iddisinjat b'tali mod li, kif jidher mid-direzzjoni tas-sit tas-sewwieq, it-tħaddim tal-porzjon tax-xellug jew il-moviment lejn ix-xellug tal-kontroll jattwa l-indikaturi tan-naħa tax-xellug, u viċi versa għall-indikaturi tan-naħa tal-lemin. |
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
Aħdar |
|
Il-par vleġeġ huwa simbolu wieħed. Manadkollu, meta l-kontrolli jew is-sinjalaturi għal tidwir fuq ix-xellug jew fuq il-lemin jitħaddmu indipententement, iż-żewġ vleġeġ jistgħu jitqiesu simboli separati u allura jkun hemm spazju bejniethom. |
||||||||
18. |
Sinjal ta' twissija ta' periklu |
|
Kontroll |
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
Aħmar |
Rappreżentat jew mill-indikatur tad-direzzjoni u s-sinjalatur(i) jteptpu (fl-istess ħin), jew mis-simbolu ta' trijangolu rispettiv. |
|
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
Aħdar |
|
|||||||||
19. |
Fanal tal-pożizzjoni |
|
Kontroll |
|
|
Rappreżentat mis-simboli rispettivi għal fanali tal-pożizzjoni, kontroll tal-fanal prinċipali u fanal tal-ipparkjar iżda jekk il-fanali kollha jinxtegħlu awtomatikament meta l-vettura tkun qed taħdem, ma jkun jeħtieġ li jidher ebda simbolu tal-fanali tal-pożizzjoni jew tal-kontroll tal-fanal prinċipali. |
Fil-każ ta' swiċċ li jdur, id-dawrien tas-swiċċ favur l-arloġġ għandu jħaddem, l-ewwel il-fanali tal-pożizzjoni tal-vettura mbagħad il-fanali prinċipali tal-vettura. Dan m'għandux jipprevjeni l-inklużjoni ta' swiċċijiet tal-pożizzjoni addizzjonali, sakemm dawn ikunu indikati b'mod ċar. |
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
Aħdar |
||||||||||
20. |
Fanal prinċipali |
|
Kontroll |
|
Aħdar |
|
|
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
|
Il-funzjoni tas-sinjalatur tista' tiġi provduta permezz tal-illuminazzjoni tal-grupp tal-istrumenti. |
Is-swiċċ ta' kontroll tad-dawl jista' jiġi kkombinat mal-iswiċċ tat-tqabbid, jekk dan ikun mixtieq. |
||||||||
21. |
Fanal tal-Ipparkjar |
|
Kontroll |
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
Aħdar |
Jekk il-funzjoni tal-Fanal tal-Ipparkjar tkun inkorporata fl-iswiċċ tat-tqabbid, l-identifikazzjoni hija fakultattiva. |
|
||||||||
22. |
Indikatur tal-Fjuwil |
|
Indikatur |
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
Ambra |
|
|
||||||||
23. |
Temperatura tal-likwidu li jkessaħ il-magna |
|
Indikatur |
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
Aħmar |
|
|
||||||||
24. |
Iċċarġjar Elettriku |
|
Indikatur |
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
Aħmar |
|
|
||||||||
25. |
Żejt tal-Magna |
|
Indikatur |
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
Sinjalatur |
|
Aħmar |
|
|
||||||||
26. |
Kontroll tal-Veloċità tal-Magna |
|
Kontroll |
Fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin |
|
|
Kontroll bl-idejn. It-Tidwir tal-Manku f'direzzjoni Kontra l-Arloġġ iżid il-veloċità ta' rotazzjoni. Il-kontroll għandu jillokkja awtomatikament fid-direzzjoni favur l-arloġġ wara li jintelaq mill-idejn, sakemm ma jiġix attivat apparat ta' kontroll tal-veloċità tal-vettura. |
||||||||
27. |
Brejk tar-rota ta' quddiem |
|
Kontroll |
Fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin, ta' quddiem |
|
|
Liver tal-idejn Il-brejk tar-rota ta' quddiem jista' jitħaddem mal-brejk tar-rota ta' wara fil-każ ta' sistema ta' brejkijiet kombinati. |
||||||||
28. |
Kontroll bis-sieq tal-brejkijiet tar-rota ta' wara |
|
Kontroll |
Fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin |
|
|
Pedala Il-brejk tar-rota ta' wara jista' jitħaddem mal-brejk tar-rota ta' quddiem fil-każ ta' sistema ta' brejkijiet kombinati. |
||||||||
29. |
Kontroll manwali tal-brejkijiet tar-rota ta' wara |
|
Kontroll |
Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug, ta' quddiem |
|
|
Liver tal-idejn Mhux permess għal vetturi bi klaċċ manwali Il-brejk tar-rota ta' wara jista' jitħaddem mal-brejk tar-rota ta' quddiem fil-każ ta' sistema ta' brejkijiet kombinati. |
||||||||
30. |
Brejk tal-ipparkjar |
|
Kontroll |
|
|
|
Pedala jew liver tal-idejn |
||||||||
31. |
Klaċċ |
|
Kontroll |
Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug |
|
|
Liver tal-idejn Il-klaċċ jiġi rilaxxat permezz ta' għafsa. Dan m'għandux jipprojbixxi l-użu ta' apparati fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura li jippermettu t-tħaddim tal-klaċċ u tas-selettur tal-gerijiet flimkien. |
||||||||
32. |
Selettur bis-saqajn tal-Kontroll Manwali tal-bdil tal-ger |
|
Kontroll |
Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug |
|
|
Liver tas-saqajn jew driegħ rocker Iċ-ċaqliq tal-parti ta' quddiem tal-liver tas-saqajn jew tad-driegħ rocker għandu jagħżel il-gerijiet f'sekwenza: iċ-ċaqliq 'il fuq tal-parti ta' quddiem tal-liver itella' l-ger pożizzjoni ogħla u ċ-ċaqliq 'l-isfel tagħha iwaqqa' l-ger pożizzjoni aktar baxxa. Jekk tiġi provduta pożizzjoni “newtrali” pożittiva separata, din għandha tkun fl-ewwel jew fit-tieni pożizzjoni fl-ordni tal-għażla tal-gerijiet (jiġifieri 1-N-2-3-4- … or N-1-2-3-4-…). Alternattivament, għal vetturi b'kapaċità tal-magna ta' inqas minn 200 cc, dawn jistgħu jiġu mgħammra bi trażmissjonijiet b'dawn l-ordnijiet tal-qlib ta' gerijiet:
|
||||||||
33. |
Selettur bl-idejn tal-Kontroll Manwali tal-bdil tal-ger |
|
Kontroll |
Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug |
|
|
Jekk il-kontroll isir permezz ta' tidwir tal-manku, it-tidwir kontra l-arloġġ għandu jagħżel sekwenzjalment gerijiet li jagħtu veloċità 'l quddiem dejjem akbar, u bil-kontra għat-tnaqqis tal-veloċità. Jekk tiġi provduta pożizzjoni “newtrali” pożittiva separata, din għandha tkun fl-ewwel jew fit-tieni pożizzjoni fl-ordni tal-għażla tal-gerijiet (jiġifieri N-1-2-3-4- … or 1-N-2-3-4-…). |
||||||||
34. |
Ħsara fis-Sistema Antilokk tal-Brejkijiet |
|
Sinjalatur |
|
Ambra |
|
|
||||||||
35. |
Fanal Indikatur ta' Ħsara |
|
Sinjalatur |
|
Ambra |
Għandu jintuża biex jindika ħsarat relatati mal-power-train li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet. |
|
(1) Kif ġew iddefiniti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2. — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html).
(2) In-numri ta' distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 qed jerġgħu jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.3.
ANNESS 2
ARRANĠAMENT TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
Mudell A
(Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq li hija mwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat, fir-rigward tal-kontrolli mħaddma mis-sewwieq, ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru. 60 bin-Numru tal-approvazzjoni 002439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 60 fil-forma oriġinali tiegħu.
Mudell B
(Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-Regolamenti Nru. 60 u 10. (1)
In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 60 ma kienx ġie mmodifikat, u r-Regolament Nru 10 diġà kien jinkludi s-serje tal-emendi 03.
(1) Dan l-aħħar numru qed jingħata biss bħala eżempju.