22.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/67


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

Ir-Regolament Nru 112 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali ta’ quddiem ta’ vetturi bil-mutur li jitfgħu raġġ tal-passaġġ u/jew raġġ tas-sewqan asimetriku u mgħammra b’bozoz tal-filament u/jew b’moduli b’dajowds li jarmu d-dawl (moduli LED)

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 01 – Data tad-dħul fis-seħħ: 15 ta’ Lulju 2013

WERREJ

A.   Dispożizzjonijiet amministrattivi

Kamp ta’ applikazzjoni

1.

Definizzjonijiet

2.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ fanal ta’ quddiem

3.

Immarkar

4.

Approvazzjoni

B.   Ir-rekwiżiti tekniċi għall-fanali ta’ quddiem

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Illuminazzjoni

7.

Kulur

8.

Il-kejl tal-iskumdità

C.   Dispożizzjonijiet amministrattivi oħra

9.

Modifika u estenzjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ fanal ta’ quddiem

10.

Konformità tal-produzzjoni

11.

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

12.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

13.

Ismijiet u indirizzi ta’ Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

14.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

ANNESSI

1.

Komunikazzjoni

2.

Eżempji tal-arranġament ta’ marki tal-approvazzjoni

3.

Sistema ta’ kejl b’koordinati sferiċi u pożizzjonijiet tal-punt tat-test

4.

Testijiet tal-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika ta’ fanali ta’ quddiem waqt li qed jintużaw

5.

Ir-rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

6.

Ir-rekwiżiti għall-fanali li jinkorporaw lentijiet ta’ materjal tal-plastik – Ittestjar ta’ kampjuni ta’ lentijiet jew ta’ materjal u ta’ fanali kompleti

7.

Rekwiżiti minimi għal teħid ta’ kampjuni minn spettur

8.

Ħarsa ġenerali lejn perjodi operattivi li jikkonċernaw testijiet għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fototmetrika

9.

Verifika strumentali tal-“punt tal-qtugħ” għal fanali ta’ quddiem b’raġġ tal-passaġġ

10.

Rekwiżiti għal moduli LED u fanali ta’ quddiem li jinkludu moduli LED

11.

Illustrazzjoni ġenerali għar-raġġ tal-passaġġ prinċipali u l-kontributuri tar-raġġi u l-għażliet korrelati tas-sorsi tad-dawl

A.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI (1)

Dan ir-Regolament japplika għall-fanali ta’ quddiem ta’ vetturi tal-kategoriji L, M, N u T (2).

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament,

1.1.

Lenti” tfisser il-komponent ta’ barra nett tal-fanal ta’ quddiem (unità) li tittrażmetti d-dawl minn ġos-superfiċje li jdawwal;

1.2.

Kisja” tfisser kwalunkwe prodott jew prodotti applikati b’passata waħda jew iktar fuq il-wiċċ ta’ barra tal-lenti;

1.3.

Fanali ta’ quddiem ta’ tipi differenti” tfisser fanali ta’ quddiem li jvarjaw f’aspetti essenzjali bħal:

1.3.1.

L-isem jew il-marka kummerċjali;

1.3.2.

Il-karatteristiċi tas-sistema ottika;

1.3.3.

L-inklużjoni jew l-eliminazzjoni ta’ komponenti li kapaċi jibdlu l-effetti ottiċi permezz ta’ riflessjoni, rifrazzjoni, assorbiment u/jew deformazzjoni waqt l-użu;

1.3.4.

Kemm huma adattati għal sistema tat-traffiku li jżomm fuq il-lemin jew sistema tat-traffiku li jżomm fuq ix-xellug jew għaż-żewġ sistemi tat-traffiku;

1.3.5.

It-tip ta’ raġġ prodott (raġġ tal-passaġġ, raġġ tas-sewqan jew it-tnejn);

1.3.6.

Il-kategorija ta’ bozza tal-filament li tintuża u/jew il-kodiċi(jiet) speċifiku/speċifiċi ta’ identifikazzjoni tal-modulu LED;

1.3.7.

Madankollu, apparat maħsub biex jiġi installat fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura u l-apparat korrispondenti maħsub biex jiġi installat fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura għandhom jiġu kkunsidrati li huma tal-istess tip.

1.4.

Fanali ta’ quddiem ta’ “Klassijiet” differenti (A jew B) tfisser il-fanali ta’ quddiem identifikati permezz ta’ dispożizzjonijiet fotometriċi partikolari.

1.5.

Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu li kienu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.

1.6.

Ir-referenzi li saru f’dan ir-Regolament għal bozza/bozoz tal-filament standard (étalon) u għar-Regolament Nru 37 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

2.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ FANAL TA’ QUDDIEM

2.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mill-propjetarju tal-isem jew marka kummerċjali jew mir-rappreżentant akkreditat b’mod xieraq tiegħu. Din għandha tispeċifika:

2.1.1.

Jekk il-fanal ta’ quddiem huwiex maħsub biex jipprovdi kemm raġġ tal-passaġġ kif ukoll raġġ tas-sewqan jew wieħed biss minn dawn ir-raġġi;

2.1.2.

Jekk, f’każ li l-fanal ta’ quddiem ikun maħsub biex jipprovdi raġġ tal-passaġġ, hux iddisinjat kemm għal traffiku li jżomm fuq ix-xellug u kemm għal traffiku li jżomm fuq il-lemin jew biss għal traffiku li jżomm fuq naħa minnhom biss;

2.1.3.

Jekk il-fanal ta’ quddiem ikunx mgħammar b’riflettur aġġustabbli, il-pożizzjoni(jiet) tal-armar tal-fanal ta’ quddiem fir-rigward tal-art u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

2.1.4.

Jekk jikkonċernax fanal ta’ quddiem tal-Klassi A jew B;

2.1.5.

Il-kategorija bozza/bozoz tal-filament li tintuża/jintużaw, kif elenkati fir-Regolament Nru. 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li jkunu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, u/jew il-kodiċi speċifiku/speċifiċi tal-identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl fil-każ ta’ moduli LED, jekk disponibbli.

2.2.

Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni għandu jkollha magħha:

2.2.1.

Tliet kopji tad-disinni f’dettall suffiċjenti biex jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip u li jirrappreżentaw kif jidher il-fanal ta’ quddiem minn quddiem, b’dettalji tal-istrixxi ta’ appoġġ (ribbing) tal-lenti, jekk ikun hemm, u l-cross-section. Id-disinni għandhom jindikaw l-ispazju(i) riservat(i) għall-marka tal-approvazzjoni u fil-każ tal-modulu(i) LED anki l-ispazju riservat għall-kodiċi(jiet) speċifiku/speċifiċi ta’ identifikazzjoni tal-modulu(i);

2.2.1.1.

Jekk il-fanal ta’ quddiem huwa mgħammar b’riflettur aġġustabbli, indikazzjoni tal-pożizzjoni(jiet) tal-immontar tal-bozza ta’ quddiem fir-rigward tal-art u tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jekk il-fanal ta’ quddiem se jintuża f’dik (dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss;

2.2.2.

Deskrizzjoni teknika qasira li tinkludi il-pożizzjonijiet estremi skont il-paragrafu 6.2.7 ta’ hawn taħt, fil-każ fejn il-fanali ta’ quddiem jintużaw biex jipproduċu tidwil għal-liwi (bend lighting); Fil-każ ta’ modulu/i LED, din għandha tinkludi:

(a)

Speċifikazzjoni teknika fil-qosor tal-modulu/i LED;

(b)

Disinn bid-dimensjonijiet u l-valuri elettriċi u fotometriċi bażiċi u l-fluss luminuż oġġettiv, u għal kull modulu LED, dikjarazzjoni jekk huwiex sostitwibbli jew le;

(c)

fil-każ ta’ apparat ta’ kontroll elettroniku tas-sors tad-dawl, informazzjoni dwar l-interfaċċja elettrika meħtieġa għall-ittestjar tal-approvazzjoni;

2.2.3.

Żewġ kampjuni minn kull tip ta’ fanal ta’ quddiem; kampjun wieħed maħsub biex jiġi installat fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura u l-kampjun l-ieħor maħsub biex jiġi installat fuq in-naħa ta’ lemin tal-vettura.

2.2.4.

Għat-test tal-materjal tal-plastik li minnu jkunu magħmula l-lentijiet:

2.2.4.1.

Erbatax-il lenti;

2.2.4.1.1.

Għaxra minn dawn il-lentijiet jistgħu jiġu ssostitwiti b’għaxar kampjuni ta’ materjal b’daqs ta’ mill-inqas 60 × 80 mm, li jkollhom is-superfiċje ta’ barra ċatt jew konvess u b’erja sostanzjalment ċatta (b’raġġ tal-kurvatura ta’ mhux inqas minn 300 mm) fin-nofs li jkollha daqs ta’ mill-inqas 15 × 15 mm;

2.2.4.1.2.

Kull waħda minn dawn il-lentijiet jew kampjun tal-materjal għandhom jiġu prodotti permezz tal-metodu li jintuża fil-produzzjoni fi kwantità kbira;

2.2.4.2.

Riflettur li miegħu jistgħu jitwaħħlu l-lentijiet skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

2.2.5.

Għall-ittestjar tar-reżistenza ultravjola ta’ komponenti li jittrażemettu d-dawl magħmula minn materjal tal-plastik kontra r-radjazzjoni ultravjola ta’ moduli LED ġewwa l-fanal ta’ quddiem:

2.2.5.1.

Kampjun kull wieħed tal-materjal rilevanti bħal li jkun qed jintuża fil-fanal ta’ quddiem jew kampjun wieħed ta’ fanal ta’ quddiem li jkun fih dawn. Kull kampjun tal-materjal għandu jkollu l-istess dehra u trattament tas-superfiċje, jekk applikabbli, kif maħsub għall-użu fil-fanal ta’ quddiem li għandu jiġi approvat.

2.2.5.2.

Mhux meħtieġ l-ittestjar tar-reżistenza għall-UV tal-materjali interni għar-radjazzjoni mis-sors tad-dawl jekk ma jkunux qegħdin jintużaw moduli LED differenti minn tipi b’UV baxx kif speċifikat fl-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament jew jekk jittieħdu provvedimenti, sabiex jipproteġu l-komponenti rilevanti tal-fanal ta’ quddiem mir-radjazzjoni UV, eż. permezz ta’ filters tal-ħġieġ.

2.2.6.

Apparat wieħed ta’ kontroll tas-sors tad-dawl elettroniku, jekk applikabbli.

2.3.

Il-materjali li minnhom huma magħmula l-lentijiet u l-kisjiet, jekk hemm, għandhom ikollhom magħhom ir-rapport tat-test tal-karatteristiċi ta’ dawn il-materjali u l-kisjiet jekk diġà ġew ittestjati.

3.   IMMARKAR

3.1.

Il-fanali ta’ quddiem imressqa għall-approvazzjoni għandhom juru l-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant.

3.2.

Għandhom jinkludu, fuq il-lenti u fuq il-parti prinċipali (3), spazji ta’ daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali msemmija fil-paragrafu 4.; dawn l-ispazji għandhom jiġu indikati fuq id-disinni msemmija fil-paragrafu 2.2.1 ta’ hawn fuq.

3.3.

Il-fanali ta’ quddiem mgħammra b’raġġ tal-passaġġ maħsuba biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kemm tat-traffiku li jżomm fuq il-lemin kif ukoll ta’ dak li jżomm fuq ix-xellug għandu jkollhom marki li jindikaw iż-żewġ settings tal-unità ottika jew tal-modulu LED fuq il-vettura jew tal-bozza tal-filament fuq ir-riflettur; dawn il-marki għandhom jikkonsistu f’ittri “R/D” għall-pożizzjoni ta’ traffiku li jżomm fuq il-lemin u l-ittri “L/G” għall-pożizzjoni ta’ traffiku li jżomm fuq ix-xellug.

3.4.

Fil-każ ta’ fanali b’modulu/i LED, il-fanal għandu jkollu l-marka tal-vultaġġ nominali u l-wattage nominali u l-kodiċi speċifika ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl.

3.5.

Il-modulu/i LED sottomess(i) flimkien mal-approvazzjoni tal-fanal:

3.5.1.

Għandu jkollhom l-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant. Din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar;

3.5.2.

Għandu jkollhom il-kodiċi speċifika ta’ identifikazzjoni tal-modulu; Din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

Din il-kodiċi speċifika ta’ identifikazzjoni għandha tinkludi l-ittri tal-bidu “MD” għal “MODULU” segwiti mill-marka tal-approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.2.1 hawn taħt u f’każ li jintużaw diversi moduli tas-sors tad-dawl mhux identiċi, segwiti minn simboli jew karattri addizzjonali. Din il-kodiċi speċifika ta’ identifikazzjoni għandha tintwera fid-disinni msemmija fil-paragrau 2.2.1 ta’ hawn fuq Il-marka tal-approvazzjoni m’għandhiex neċessarjament tkun l-istess bħal dik fuq il-fanal li fih jintuża l-modulu, iżda ż-żewġ marki għandhom ikunu mill-istess applikant.

3.5.3.

Jekk il-modulu/i LED huma tat-tip mhux sostitwibbli, il-marki għal modulu/i LED mhumiex meħtieġa.

3.6.

Jekk apparat ta’ kontroll elettroniku tas-sors tad-dawl li ma jkunx parti minn modulu LED jintuża biex iħaddem modulu/i LED, dan għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi/jiet spekifika/speċifiċi ta’ identifikazzjoni tiegħu, il-vultaġġ tad-dħul u l-wattage nominali.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Ġenerali

4.1.1.

Jekk il-kampjuni kollha ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem imressaq skont il-paragrafu 2 ta’ hawn fuq jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata.

4.1.2.

Meta fanali ragruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ iktar minn Regolament wieħed, marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda tista’ titwaħħal sakemm kull wieħed mill-fanali miġbura ragruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jissodisfa d-dispożizzjonijiet applikabbli għalih.

4.1.3.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri (parti min-numru tal-approvazzjoni) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi importanti u riċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien li fih inħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanali ta’ quddiem koperti minn dan ir-Regolament.

4.1.4.

In-notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estenzjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament għandhom jintbagħtu lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, bl-indikazzjonijiet skont il-paragrafu 2.2.1.1.

4.1.4.1.

Jekk il-fanal ta’ quddiem ikun mgħammar b’riflettur aġġustabbli u jekk dan il-fanal ta’ quddiem ser jintuża biss fil-pożizzjonijiet tal-immuntar skont l-indikazzjonijiet fil-paragrafu 2.2.1.1, l-applikant għandu jkun obbligat mill-Awtorità tal-Approvazzjoni li jinforma lill-utent b’mod xieraq dwar il-pożizzjoni(jiet) korretta(i) għall-immuntar.

4.1.5.

Minbarra l-marka preskritta fil-paragrafu 3,1, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni kif deskritta fil-paragrafi 4.2u 4.3 ta’ hawn taħt fl-ispazji msemmija fil-paragrafu 3.2 ta’ hawn fuq ma’ kull fanal ta’ quddiem li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament.

4.2.   Kompożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tikkonsisti fi:

4.2.1.

Marka tal-approvazzjoni internazzjonali, li tinkludi:

4.2.1.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (4);

4.2.1.2.

In-numru tal-approvazzjoni preskritt fil-paragrafu 4.1.3 ta’ hawn fuq;

4.2.2.

Is-simbolu (jew simboli) addizzjonali li ġejjin:

4.2.2.1.

Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-traffiku li jżomm fuq ix-xellug biss, vleġġa orizzontali li tipponta lejn il-lemin ta’ osservatur li jkun qiegħed faċċata tal-fanal ta’ quddiem, jiġifieri fuq in-naħa tat-triq li fiha jimxi t-traffiku;

4.2.2.2.

Fuq il-fanali ta’ quddiem maħsuba biex jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żewġ sistemi tat-traffiku permezz ta’ aġġustament xieraq tas-setting tal-unità ottika jew tal-bozza tal-filament jew tal-modulu/i LED, vleġġa orizzontali b’ponta fuq kull naħa, bil-ponot jippuntaw rispettivament lejn ix-xellug u lejn il-lemin;

4.2.2.3.

Fuq il-fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tal-passaġġ biss, l-ittri “C” għal fanal ta’ quddiem tal-Klassi A jew “HC” għal fanal ta’ quddiem tal-Klassi B;

4.2.2.4.

Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tas-sewqan biss, l-ittri “R” għal fanal ta’ quddiem tal-Klassi A jew “HR” għal fanal ta’ quddiem tal-Klassi B;

4.2.2.5.

Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kemm fir-rigward tar-raġġ tal-passaġġ u kemm f’dak tar-raġġ tas-sewqan, l-ittri “CR” għal fanal ta’ quddiem tal-Klassi A jew “HCR” għal fanal ta’ quddiem tal-Klassi B;

4.2.2.6.

Fuq fanali ta’ quddiem li jinkorporaw lenti magħmula minn materjal tal-plastik, il-grupp tal-ittri “PL” irid jitwaħħal ħdejn is-simboli preskritti fil-paragrafi 4.2.2.3 sa 4.2.2.5 ta’ hawn fuq;

4.2.2.7.

Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tas-sewqan, indikazzjoni tal-intensità luminuża massima espressa b’marka ta’ referenza, kif definit fil-paragrafu 6.3.4 ta’ hawn taħt, imqiegħda ħdejn iċ-ċirku li jdawwar l-ittra “E”;

Fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan raggruppati jew inkorporati reċiprokament, indikazzjoni tal-intensità luminuża massima tar-raġġi tas-sewqan b’mod kollettiv għandha tintwera bħal hawn fuq.

4.2.3.

F’kull każ, il-mod ta’ tħaddim rilevanti użat matul il-proċedura tat-test skont il-paragrafu 1.1.1.1 tal-Anness 4 u l-vultaġġ(i) permess(i) skont il-paragrafu 1.1.1.2 tal-Anness 4 għandhom jiġu stipulati fuq il-formoli tal-approvazzjoni u fuq il-formoli tal-komunikazzjoni trażmessi lill-pajjiżi li huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim u li japplikaw dan ir-Regolament.

Fil-każijiet korrispondenti l-apparat għandu jiġi mmarkat kif ġej:

4.2.3.1.

Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li huma ddisinjati b’mod li l-bozza tal-filament jew il-modulu/i LED li jipproduċi/u r-raġġ tal-passaġġ prinċipali m’għandux jinxtegħel fl-istess ħin ma’ xi funzjoni oħra tat-tidwil li miegħu jista’ jkun inkorporat reċiprokament: simbolu dijagonali (/) għandu jitqiegħed wara s-simbolu tal-fanal b’raġġ tal-passaġġ fil-marka tal-approvazzjoni.

4.2.3.2.

Fuq fanali ta’ quddiem mgħammra b’bozoz tal-filament u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament biss meta jiġu pprovduti b’vultaġġ ta’ 6 V jew 12 V, simbolu li jikkonsisti min-numru 24 maqtugħ b’salib immejjel (x), għandu jitqiegħed ħdejn il-ħolder tal-bozza tal-filament.

4.2.4.

Iż-żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni li jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar riċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien li fih inħarġet l-approvazzjoni u, jekk hemm bżonn, il-vleġġa meħtieġa, tista’ tiġi mmarkata viċin is-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq;

4.2.5.

Il-marki u s-simboli msemmija fil-paragrafi 4.2.1 sa 4.2.3 ta’ hawn fuq għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru. Dawn jistgħu jitqegħdu fuq parti ta’ ġewwa jew ta’ barra (trasparenti jew le) tal-fanal ta’ quddiem, li ma tistax tiġi separata mill-parti trasparenti tal-fanal ta’ quddiem li titfa’ d-dawl. Ikun xi jkun il-każ dawn għandhom ikunu viżibbli meta l-fanal ta’ quddiem jitwaħħal fuq il-vettura jew meta tinfetaħ xi parti li tiċċaqlaq, bħall-mantiċi.

4.3.   Arranġament tal-marka tal-approvazzjoni

4.3.1.   Fanali indipendenti

Il-Figuri 1 sa 10 tal-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħtu eżempji ta’ arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni bis-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq.

4.3.2.   Fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament

4.3.2.1.

Meta jinstab li fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti, tista’ titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda, li tikkonsisti minn ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni, u numru tal-approvazzjoni. Din il-marka tal-approvazzjoni tista’ tkun fi kwalunkwe post fuq il-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament sakemm:

4.3.2.1.1.

Tkun viżibbli kif indikat fil-paragrafu 4.2.5;

4.3.2.1.2.

L-ebda parti tal-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament li tittrażmetti d-dawl ma tista’ titneħħa mingħajr ma titneħħa simultanjament il-marka tal-approvazzjoni.

4.3.2.2.

Is-simbolu tal-identifikazzjoni għal kull fanal, xieraq għal kull Regolament li taħtu tkun ingħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje korrispondenti ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar riċenti għar-Regolament fiż-żmien li fih inħarġet l-approvazzjoni, u jekk ikun neċessarju, il-vleġġa meħtieġa għandha tkun immarkata:

4.3.2.2.1.

Jew fuq is-superfiċje proprju li jarmi d-dawl,

4.3.2.2.2.

Jew fi grupp, b’tali mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jista’ jiġi identifikat b’mod ċar (ara l-erba’ eżempji possibbli fl-Anness 2).

4.3.2.3.

Id-daqs tal-komponenti ta’ marka tal-approvazzjoni waħda m’għandux ikun iżgħar mid-daqs minimu meħtieġ għall-iċken fost il-marki individwali skont ir-Regolament li taħtu tkun ingħatat l-approvazzjoni.

4.3.2.4.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament koperti minn dan ir-Regolament.

4.3.2.5.

Il-Figura 11 fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament tagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni għall-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament bis-simboli addizzjonali kollha msemmija hawn fuq.

4.3.3.   Fanali, li l-lentijiet tagħhom jintużaw għal tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem u li jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament jew raggruppati ma’ fanali oħrajn

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.3.2 ta’ hawn fuq huma applikabbli.

4.3.3.1.

Barra minn hekk, fejn tintuża l-istess lenti, din jista’ jkollha fuqha marki tal-approvazzjoni differenti relatati mat-tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jew ta’ unitajiet ta’ fanali, sakemm il-bodi prinċipali tal-fanal ta’ quddiem, anki jekk ma jistax jiġi sseparat mil-lenti, jinkludi wkoll l-ispazju deskritt fil-paragrafu 3.2 ta’ hawn fuq u jkollu l-marki tal-approvazzjoni tal-funzjonijiet proprji.

Jekk tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jinkludu l-istess parti prinċipali, din tista’ tingħata marki ta’ approvazzjoni differenti.

4.3.3.2.

Il-Figura 12 fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament tagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni relatati mal-każ imsemmi hawn fuq.

B.   IR-REKWIŻITI TEKNIĊI GĦALL-FANALI TA’ QUDDIEM (5)

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.   Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 6. sa 8. ta’ hawn taħt.

5.2.   Il-fanali ta’ quddiem għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jżommu l-karatteristiċi fotometriċi preskritti tagħhom u li jibqgħu jaħdmu sew meta jintużaw normalment, minkejja l-vibrazzjonijiet li jistgħu jkunu soġġetti għalihom.

5.2.1.   Il-fanali ta’ quddiem għandhom ikunu mgħammra b’apparat li bih jistgħu jkunu aġġustati fuq il-vetturi sabiex jikkonformaw mar-regoli applikabbli għalihom. Dan l-apparat m’għandux għalfejn jitwaħħal fuq l-unitajiet li fihom ir-riflettur u l-lenti tad-diffużjoni ma jistgħux jiġu sseparati, sakemm l-użu ta’ unitajiet bħal dawn isir biss f’vetturi li fuqhom is-setting tal-fanali ta’ quddiem jista’ jiġi aġġustat b’xi mezzi oħra.

F’każ ta’ fanal ta’ quddiem li jipprovdi raġġ tal-passaġġ prinċipali u fanal ta’ quddiem li jipprovdi raġġ tas-sewqan, kull wieħed mgħammar b’bozza tal-filament jew b’modulu(i) LED tiegħu, l-apparat li jaġġusta l-fanal ta’ quddiem għandu jippermetti li r-raġġ tal-passaġġ prinċipali u r-raġġ tas-sewqan jiġu aġġustati individwalment.

5.2.2.   Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal sistemi ta’ fanali ta’ quddiem li r-rifletturi tagħhom ma jistgħux jiġu diviżi. Għal dan it-tip ta’ mmuntar japplikaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3 ta’ dan ir-Regolament.

5.3.   Il-fanal ta’ quddiem għandu jkun mgħammar bi:

5.3.1.

Bozza/bozoz tal-filament approvati skont ir-Regolament Nru. 37. Tista’ tintuża kwalunkwe bozza tal-filament skont ir-Regolament Nru 37, sakemm ma ssir l-ebda restrizzjoni fuq l-użu fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li jkunu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip;

5.3.1.1.

Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li l-bozza tal-filament ma tista’ titwaħħal fl-ebda pożizzjoni ħlief f’dik it-tajba (6);

5.3.1.2.

Il-ħowlder tal-bozza tal-filament għandu jikkonforma mal-karatteristiċi stipulati fil-Pubblikazzjoni tal-IEC 60061. Tapplika l-folja tad-dejta tal-ħowlder rilevanti għall-kategorija tal-bozza tal-filament użata.

5.3.1.3.

Għall-konvenjenza, mezz li jikkontrolla l-vultaġġ fit-terminali tal-apparat, fil-limiti kif definiti fir-Regolament Nru 48, jista’ jitqiegħed fil-bodi tal-fanal ta’ quddiem. Madankollu, għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip tar-raġġ tal-passaġġ u/jew tas-sewqan skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, dan il-mezz ta’ kontroll tal-vultaġġ m’għandux jitqies li jkun parti mill-fanal ta’ quddiem u għandu jkun skonnettjat matul l-ittestjar li jivverifika l-prestazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament

5.3.2.

U/jew modulu(i) LED:

5.3.2.1.

L-apparat(i) ta’ kontroll elettroniku tas-sors tad-dawl assoċjat(i) mat-tħaddim tal-modulu/i LED, jekk applikabbli, għandu/għandhom jitqies(u) bħala parti mill-fanal ta’ quddiem; dawn jistgħu jkunu wkoll parti mill-modulu/i LED;

5.3.2.2.

Il-fanal ta’ quddiem, jekk ikun mgħammar b’moduli LED, u l-modulu/i LED infushom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti speċifikati fl-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament. Il-konformità mar-rekwiżiti għandha tiġi ttestjata.

5.3.2.3.

Il-fluss luminuż oġġettiv totali tal-moduli LED kollha li jipproduċu r-raġġ tal-passaġġ prinċipali, imkejjel kif deskritt fil-paragrafu 5 tal-Anness 10, għandu jkun 1 000 lumen jew aktar.

5.3.2.4.

Fil-każ ta’ modulu LED sostitwibbli, it-tneħħija u s-sostituzzjoni ta’ dan il-modulu LED, kif deskritt fl-Anness 10, il-paragrafu 1.4.1, għandha tintwera għas-sodisfazzjoni tas-Servizz Tekniku.

5.4.   Il-fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kemm ta’ pajjiżi fejn it-traffiku jżomm fuq il-lemin kif ukoll ta’ dawk fejn iżomm fuq ix-xellug jistgħu jiġu adattati għal traffiku fuq naħa speċifika tat-triq jew permezz ta’ setting inizjali xieraq meta jiġu mmuntati fuq il-vettura jew permezz ta’ setting selettiv mill-utent. Dan l-aġġustament inizjali jew selettiv jista’ jikkonsisti, pereżempju, mit-twaħħil jew tal-unità ottika fuq il-vettura f’angolu speċifikat jew tal-bozza tal-filament jew il-modulu/i LED li jipproduċu r-raġġ tal-passaġġ prinċipali f’angolu speċifikat f’relazzjoni mal-unità ottika. Fil-każijiet kollha, għandhom ikunu possibbli biss żewġ settings differenti u distinti ħafna, waħda għat-traffiku li jżomm fuq il-lemin u waħda għat-traffiku li jżomm fuq ix-xellug, u d-disinn għandu jipprekludi l-qlib involontarju minn setting għal ieħor jew is-settjar f’pożizzjoni intermedja. Meta ikunu pprovduti żewġ pożizzjonijiet ta’ setting differenti għall-bozza tal-filament jew il-modulu/i LED li jipproduċu r-raġġ tal-passaġġ prinċipali, il-komponenti għat-twaħħil tal-bozza tal-filament jew il-modulu/i LED li jipproduċu r-raġġ tal-passaġġ prinċipali mar-riflettur iridu jiġu ddisinjati u magħmula b’tali mod li, f’kull wieħed miż-żewġ settings, il-bozza tal-filament jew il-modulu/i LED jinżammu fil-pożizzjoni bil-preċiżjoni meħtieġa għall-fanali ta’ quddiem iddisinjati għat-traffiku li jżomm fuq naħa waħda biss tat-triq. Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi vverifikata permezz ta’ spezzjoni viżwali u, fejn meħtieġ, b’immuntar bi prova.

5.5.   Testijiet kumplementari għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-Anness 4 sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm tibdil eċċessiv fil-prestazzjoni fotometrika.

5.6.   Komponenti li jittrażmettu d-dawl magħmula minn materjal tal-plastik għandhom jiġu ttestjati skont ir-rekwiżiti tal-Anness 6.

5.7.   Fuq il-fanali ta’ quddiem maħsuba biex jipprovdu raġġ tas-sewqan u raġġ tal-passaġġ alternattivament, jew raġġ tal-passaġġ u/jew raġġ tas-sewqan ddisinjati biex jagħtu tidwil għal-liwi, kwalunkwe apparat mekkaniku, elettromekkaniku jew apparat ieħor inkorporat fil-fanal ta’ quddiem għal dawn il-finijiet għandu jinbena b’mod li:

5.7.1.

L-apparat ikun b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ li jitħaddem għal 50,000 darba b’kundizzjonijiet normali tal-użu. Sabiex tiġi verifikata l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit, is-Servizz Tekniku responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni jista’:

(a)

Jesiġi li l-applikant jipprovdi t-tagħmir neċessarju sabiex iwettaq it-test;

(b)

Ma jwettaqx it-test jekk il-fanal ta’ quddiem ippreżentat mill-applikant ikun akkumpanjat minn rapport tat-test, maħruġ minn Servizz Tekniku responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni għall-fanali ta’ quddiem tal-istess kostruzzjoni (armar), li jikkonferma l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit.

5.7.2.

Fil-każ ta’ ħsara, l-intensità luminuża ‘l fuq mil-linja H-H m’għandhiex taqbeż il-valuri ta’ raġġ tal-passaġġ skont il-paragrafu 6.2.4; barra minn hekk, fuq fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jipprovdu raġġ tal-passaġġ u/jew tas-sewqan sabiex jagħti tidwil għal-liwi, għandha tinkiseb intensità luminuża minima ta’ mill-inqas 2 500 cd fil-punt tat-test bi 25 V (linja V-V, 1,72D).

Meta jwettaq it-testijiet sabiex jivverifika l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, is-Servizz Tekniku responsabbli għal testijiet tal-approvazzjoni għandu jirreferi għall-istruzzjonijiet provduti mill-applikant.

5.7.3.

Jew ir-raġġ tal-passaġġ prinċipali jew ir-raġġ tas-sewqan għandhom dejjem jinkisbu mingħajr l-ebda possibbiltà li l-mekkaniżmu jieqaf bejn żewġ pożizzjonijiet;

5.7.4.

L-utent ma jistax, b’għodod ordinarji, jibdel il-forma jew il-pożizzjoni tal-partijiet li jiċċaqilqu.

5.8.   Konfigurazzjoni tal-illuminazzjoni għal kundizzjonijiet tat-traffiku differenti

5.8.1.   Fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem ddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ traffiku li jgħaddi fuq naħa waħda biss tat-triq (jew il-lemin jew ix-xellug), għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex ma jkunx hemm skumdità għall-utenti tat-triq f’pajjiż fejn it-traffiku jgħaddi fuq in-naħa tat-triq opposta għal dik tal-pajjiż li għalih ikun ġie ddisinjat il-fanal ta’ quddiem (7). Dawn il-miżuri jistgħu jkunu:

(a)

Il-ħabi ta’ parti taż-żona esterna tal-lenti tal-fanal ta’ quddiem;

(b)

Il-moviment ′l isfel tar-raġġ. Il-moviment orizzontali huwa awtorizzat;

(c)

Kwalunkwe miżura oħra biex tneħħi jew tnaqqas il-parti asimetrika tar-raġġ.

5.8.2.   Wara l-applikazzjoni ta’ din/dawn il-miżura/i għandhom jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti fir-rigward tal-intensità luminuża bl-aġġustament mhux mibdul meta mqabbel ma’ dak għad-direzzjoni tat-traffiku oriġinali

5.8.2.1.

Raġġ tal-passaġġ iddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u adattat għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug:

 

b’ 0,86D-1,72R mill-inqas 2 500 cd;

 

b’ 0,57U-3,43L mhux iktar minn 880 cd.

5.8.2.2.

Raġġ tal-passaġġ iddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug u adattat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin:

 

b’ 0,86D-1,72R mill-inqas 2 500 cd;

 

b’ 0,57U-3,43L mhux iktar minn 880 cd.

5.9.   Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ tal-passaġġ li jinkorpora sors tad-dawl jew modulu/i LED li jipproduċi r-raġġ tal-passaġġ prinċipali u li jkollu fluss luminuż oġġettiv totali ta’ aktar minn 2 000 lumens, għandha ssir referenza fil-punt 9. tal-formola ta’ komunikazzjoni fl-Anness 1. Il-fluss luminuż oġġettiv totali tal-moduli LED għandu jitkejjel kif deskritt fil-paragrafu 5 tal-Anness 10.

5.10.   Id-definizzjonijiet li jidhru fil-paragrafi 2.7.1.1.3. u 2.7.1.1.7. tar-Regolament Nru 48 jippermettu l-użu ta’ moduli LED, li jista’ jkun fihom ħowlders għal sorsi tad-dawl oħrajn. Minkejja din id-dispożizzjoni, it-taħlit ta’ LED(s) u sorsi tad-dawl oħrajn għar-raġġ baxx prinċipali jew jew għall-fanal li jikkontribwixxi tidwil għal-liwi jew għal kull raġġ tas-sewqan, kif speċifikat minn dan ir-Regolament mhuwiex permess.

5.11.   Il-modulu LED għandu jkun:

(a)

Jista’ jitneħħa mill-apparat tiegħu bl-użu ta’ għodda biss, sakemm ma jiġix iddikjarat fl-iskeda ta’ komunikazzjoni li l-modulu LED mhux sostitwibbli, u

(b)

Iddisinjat b’tali mod li irrispettivament mill-użu ta’ għodda, ma jistax jiġi skambjat mekkanikament b’xi sors tad-dawl sostitwibbli approvat.

6.   ILLUMINAZZJONI

6.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

6.1.1.   Il-fanali ta’ quddiem għandhom ikunu magħmula b’mod li jagħtu illuminazzjoni adegwata mingħajr ma jgħammxu l-għajnejn meta jitfgħu r-raġġ tal-passaġġ, u illuminazzjoni tajba meta qed jitfgħu r-raġġ tas-sewqan. It-tidwil għal-liwi jista’ jiġi prodott billi jiġi attivat sors addizzjonali ta’ dawl bil-filament jew modulu/i LED wieħed jew aktar li jkunu parti mill-fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ tal-passaġġ.

6.1.2.   L-intensità luminuża prodotta mill-fanal ta’ quddiem għandha titkejjel b’distanza ta’ 25 m permezz ta’ ċellola fotoelettrika li għandha tinkludi fiha erja utli fi ħdan kaxxa b’ġenb ta’ 65 mm. Il-punt HV huwa l-punt taċ-ċentru tas-sistema ta’ koordinament b’assi polari vertikali. Il-linja H hija l-linja orizzontali li tgħaddi mill-punt HV (ara l-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament).

6.1.3.   Apparti l-modulu/i LED, il-fanali ta’ quddiem għandhom jiġu ċċekkjati permezz ta’ bozza tal-filament standard (étalon) iddisinjata għal vultaġġ nominali ta’ 12 V.

6.1.3.1.   Waqt l-iċċekkjar tal-fanal ta’ quddiem, il-vultaġġ fit-terminali tal-bozza tal-filament għandu jiġi aġġustat sabiex jinkiseb il-fluss luminuż ta’ referenza ta’ 13,2 V kif indikat għal kull bozza tal-filament fil-folja tad-dejta rilevanti tar-Regolament Nru 37.

Madankollu, jekk bozza tal-filament tal-kategorija H9 jew H9B tintuża għar-raġġ tal-passaġġ prinċipali, l-applikant jista’ jagħżel il-fluss luminuż ta’ referenza ta’ 12,2 V jew 13,2 V kif indikat fil-folja tad-dejta rilevanti tar-Regolament Nru 37, u referenza li tiddikjara liema vultaġġ ġie magħżul għall-approvazzjoni tat-tip għandha ssir fil-punt 9 tal-formola ta’ komunikazzjoni tal-Anness 1.

6.1.3.2.   Sabiex il-bozza tal-filament standard (étalon) tkun protetta waqt il-proċess tal-kejl fotometriku, il-kejl jista’ jitwettaq bi fluss luminuż differenti mill-fluss luminuż ta’ referenza bi 13,2 V. Jekk is-Servizz Tekniku jagħżel li jwettaq il-kejl b’dan il-mod, l-intensità luminuża għandha tiġi kkoreġuta billi l-valur imkejjel jiġi mmultiplikat bil-fattur individwali F lamp tal-bozza tal-filament standard (étalon) sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti fotometriċi, fejn:

F lamp = Φ referencetest

Φ reference hija l-fluss luminuż ta’ referenza bi 13,2 V kif speċifikat fil-folja tad-dejta rilevanti tar-Regolament Nru 37.

Φ test hija l-fluss luminuż attwali użat għall-kejl.

Madankollu, meta jiġi magħżul il-fluss luminuż ta’ referenza ta’ 12,2 V kif speċifikat fil-folja tad-dejta għall-kategorija H9 jew H9B, din il-proċedura mhix permessa.

6.1.3.3.   Il-fanal ta’ quddiem għandu jitqies aċċettabbli jekk jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6. b’mill-inqas bozza tal-filament standard (étalon) waħda, li tista’ tiġi sottomessa mal-fanal ta’ quddiem.

6.1.4.   Modulu/i LED għandu/għandhom jitkejjel/jitkejlu b’6,3 V, 13,2 V jew 28,0 V rispettivament, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament. Modulu/i LED imħaddem/imħaddma b’apparat ta’ kontroll elettroniku tas-sors tad-dawl għandu/għandhom jitkejjel/jitkejlu kif speċifikat mill-applikant.

6.1.5.   Fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem mgħammra b’modulu/i LED u bozoz tal-filament, il-parti tal-fanal ta’ quddiem bil-bozza/bozoz tal-filament għandha tiġi ttestjata skont il-paragrafu 6.1.3 u l-parti tal-fanal ta’ quddiem bil-modulu/i LED għandha tiġi evalwata skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.1.4 u mbagħad tiżdied mar-riżultat preċedenti miksub mill-bozza/bozoz tal-filament ittestjata/i.

6.2.   Dispożizzjonijiet dwar raġġi tal-passaġġ

6.2.1.   Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ tal-passaġġ prinċipali għandha tinkorpora “punt tal-qtugħ” (ara l-Figura 1) li jippermetti li l-fanal ta’ quddiem jiġi aġġustat korrettament għall-kejl fotometriku u għall-immirar fuq il-vettura.

Il-“punt tal-qtugħ” għandu jipprovdi:

(a)

Għal raġġi tat-traffiku fuq in-naħa tal-lemin:

(i)

“parti orizzontali” dritta lejn ix-xellug;

(ii)

parti mgħollija “minkeb – spalla” lejn il-lemin.

(b)

Għal raġġi tat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug:

(i)

“parti orizzontali” dritta lejn il-lemin;

(ii)

parti mgħollija “minkeb - spalla” lejn ix-xellug.

F’kull każ il-parti “minkeb - spalla” għandu jkollha tarf ippuntat.

6.2.2.   Il-fanal ta’ quddiem għandu jkun immirat viżwalment permezz tal-“punt tal-qtugħ” (ara l-Figura 1) kif ġej. L-aġġustament tal-mira tar-raġġ għandu jitwettaq permezz ta’ skrin vertikali ċatt imqiegħed f’distanza ta’ bejn 10 m u 25 m (kif indikat fil-punt 9 tal-Anness 1) ‘l quddiem mill-fanal ta’ quddiem, f’linja perpendikulari mal-assi H-V kif indikat fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament. L-iskrin għandu jkun wiesa’ biżżejjed biex jippermetti l-eżami u l-aġġustament tal-“punt tal-qtugħ” tar-raġġ tal-passaġġ fuq mill-inqas 5° fuq kull naħa tal-linja V-V.

6.2.2.1.   Għal aġġustament vertikali: il-parti orizzontali tal-“punt tal-qtugħ” titressaq ‘il fuq minn taħt il-linja B u tiġi aġġustata għall-pożizzjoni nominali tagħha wieħed fil-mija (0,57 gradi) taħt il-linja H-H;

Figura 1

Image 1

Nota: Nota: L-iskali jkunu differenti għal-linji vertikali u orizzontali.

6.2.2.2.   Għal aġġustament orizzontali: il-parti “minkeb – spalla” tal-“punt tal-qtugħ” għandha titressaq:

 

Għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin, mil-lemin għax-xellug u għandha titqiegħed f’pożizzjoni orizzontalment wara ċ-ċaqliq tagħha b’mod li:

(a)

‘Il fuq mil-linja 0,2° D l-“ispalla” tagħha m’għandhiex taqbeż il-linja A lejn ix-xellug;

(b)

Il-linja 0,2° D jew taħt l-“ispalla” tagħha għandha taqsam il-linja A; u

(c)

Il-barma tal-“minkeb”, bażikament, tkun fi +/-0,5 grad fuq ix-xellug jew lemin tal-linja V-V;

jew

 

Għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug, mix-xellug għal-lemin u għandha titqiegħed f’pożizzjoni orizzontalment wara ċ-ċaqliq tagħha b’mod li:

(a)

‘Il fuq mil-linja 0,2° D l-“ispalla” tagħha m’għandhiex taqbeż il-linja A lejn il-lemin;

(b)

Fuq il-linja 0,2° D jew taħt l-“ispalla” tagħha taqsam il-linja A; u

(c)

Il-barma tal-“minkeb” għandha tkun primarjament fuq il-linja V-V;

6.2.2.3.   Meta fanal ta’ quddiem immirat b’dan il-mod ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6.2.4 sa 6.2.6 u 6.3, l-allinjament tiegħu jista’ jinbidel, bil-kundizzjoni li l-assi tar-raġġ ma jiġix spustjat:

 

Orizzontalment mil-linja A b’iktar minn:

(a)

0,5° lejn ix-xellug jew 0,75° lejn il-lemin, għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin; jew

(b)

0,5° lejn il-lemin jew 0,75° lejn ix-xellug, għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug; u

 

Vertikalment mhux iktar minn 0,25° ‘il fuq jew ‘l isfel mil-linja B.

6.2.2.4.   Jekk, madankollu, ma jkunx jista’ jitwettaq aġġustament vertikali b’mod ripetut għall-pożizzjoni meħtieġa fi ħdan it-tolleranzi deskritti fil-paragrafu 6.2.2.3 ta’ hawn fuq, il-metodu strumentali tal-Anness 9, paragrafi 2. u3. għandu jiġi applikat sabiex tiġi ttestjata l-konformità mal-kwalità minima meħtieġa tal-“punt tal-qtugħ” u biex jitwettaq l-aġġustament vertikali u orizzontali tar-raġġ.

6.2.3.   Meta il-fanal ta’ quddiem ikun immirat b’dan il-mod, u jekk l-approvazzjoni tiegħu tkun qed tintalab biss biex jipprovdi raġġ tal-passaġġ (8), dan irid jikkonforma biss mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6.2.4 sa 6.2.6 ta’ hawn taħt; jekk ikun intenzjonat biex jipprovdi kemm raġġ tal-passaġġ kif ukoll raġġ tas-sewqan, dan għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6.2.4 sa 6.2.6 u 6.3.

6.2.4.   Ir-raġġ tal-passaġġ għandu jikseb l-intensitajiet luminużi fil-punti tat-test imsemmija fit-tabelli ta’ hawn taħt u fl-Anness 3, Figura B (jew riflessi mal-linja V-V għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug):

Fanali ta’ quddiem għal traffiku RH (fuq in-naħa tal-lemin) (*2)

Fanal ta’ quddiem tal-Klassi A

Fanal ta’ quddiem tal-Klassi B

Punt tat-test

Koordinati angulari tal-punt tat-test - Gradi

Intensità luminuża meħtieġa cd

Intensità luminuża meħtieġa cd

Max

Min

Max

Min

B 50 L

0,57U, 3,43L

350

 

350

 

BR

1,0 U, 2,5R

1 750

 

1 750

 

75 R

0,57D, 1,15R

 

5 100

 

10 100

75 L

0,57D, 3,43L

10 600

 

10 600

 

50 L

0,86D, 3,43L

13 200  (*3)

 

13 200  (*3)

 

50 R

0,86D, 1,72R

 

5 100

 

10 100

50 V

0,86D, 0

 

 

 

5 100

25 L

1,72D, 9,0L

 

1 250

 

1 700

25 R

1,72D, 9,0R

 

1 250

 

1 700

Kwalunkwe punt fiż-żona III

(kkonfinatat mill-koordinati li ġejjin, fi gradi)

8 L

8 L

8 R

8 R

6 R

1,5 R

V-V

4 L

1 U

4 U

4 U

2 U

1,5 U

1,5 U

H-H

H-H

625

 

625

 

Kwalunkwe punt fiż-żona IV

(0,86D sa 1,72D, 5,15 L sa 5,15 R)

 

1 700

 

2 500

Kwalunkwe punt fiż-żona I

(1,72D sa 4D, 9 L sa 9 R)

17 600

 

< 2I (*1)

 

Nota: Fit-tabella:

 

L-ittra L tfisser li l-punt ikun fuq ix-xellug tal-linja V-V.

 

L-ittra R tfisser li l-punt ikun fuq il-lemin tal-linja V-V.

 

L-ittra U tfisser li l-punt ikun ‘il fuq mil-linja H-H.

 

L-ittra D tfisser li l-punt ikun taħt il-linja H-H.


Fanali ta’ quddiem għal traffiku RH (fuq in-naħa tal-lemin) (**)

Punt tat-test

Koordinati angulari

Gradi

Intensità luminuża meħtieġa - cd

Min

1

4U, 8L

Il-punti 1 + 2 + 3

190

2

4U, 0

3

4U, 8R

4

2U, 4L

Il-punti 4 + 5 + 6

375

5

2U, 0

6

2U, 4R

7

0, 8L

65

8

0, 4L

125

6.2.5.   Ma għandu jkun hemm l-ebda varjazzjoni laterali li tnaqqas mill-viżibilità tajba fi kwalunkwe waħda miż-żoni I, II, III u IV;

6.2.6.   Il-fanali ta’ quddiem maħsuba biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kemm tat-traffiku fuq in-naħa tal-lemin u kemm ta’ dak fuq in-naħa tax-xellug iridu, f’kull waħda miż-żewġ pożizzjonijiet ta’ kif tkun issettjata l-unità ottika jew il-modulu/i LED li jipproduċu r-raġġ tal-passaġġ prinċipali jew tal-bozza tal-filament, jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti aktar ‘il fuq għad-direzzjoni korrispondenti tat-traffiku.

6.2.7.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.4 ta’ hawn fuq għandhom japplikaw ukoll għall-fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jipprovdu tidwil għal-liwi u/jew li jinkludu s-sors tad-dawl addizzjonali jew il-modulu/i LED imsemmija fil-paragrafu 6.2.8.2 Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem iddisinjat biex jipprovdi tidwil għal-liwi, l-allinjament tiegħu jista’ jitbiddel, sakemm l-assi tar-raġġ ma jiġix spostjat vertikalment b’iktar minn 0,2°.

6.2.7.1.   Jekk it-tidwil għal-liwi jinkiseb permezz ta’:

6.2.7.1.1.

Tidwir tar-raġġ tal-passaġġ jew spostament orizzontali tal-barma tal-minkeb tal-punt tal-qtugħ, il-kejl għandu jitwettaq wara l-immuntar komplet tal-fanal ta’ quddiem ikun ġie mmirat f’direzzjoni orizzontali ġdida, per eżempju permezz ta’ gonjometru;

6.2.7.1.2.

Spostament ta’ parti ottika waħda jew iktar minn waħda tal-fanal ta’ quddiem mingħajr spostament orizzontali tal-barma tal-minkeb tal-punt tal-qtugħ, il-kejl għandu jitwettaq b’dawn il-partijiet fil-pożizzjoni estrema tat-tħaddim tagħhom;

6.2.7.1.3.

Sors addizzjonali ta’ dawl bil-filament jew modulu/i LED wieħed jew iktar mingħajr ma spostament orizzontali tal-barma tal-minkeb tal-punt tal-qtugħ, il-kejl għandu jitwettaq b’dan is-sors tad-dawl jew modulu/i LED attivati.

6.2.8.   Huma permessi biss sors tad-dawl bil-filament wieħed jew modulu LED wieħed jew aktar għar-raġġ tal-passaġġ prinċipali. Sorsi tad-dawl jew moduli LED addizzjonali huma permessi biss kif ġej (ara l-Anness 10):

6.2.8.1.

Sors tad-dawl addizzjonali wieħed skont ir-Regolament Nru 37 jew modulu LED addizzjonali wieħed jew iktar jistgħu jintużaw fil-fanal ta’ quddiem b’raġġ tal-passaqġġ biex jikkontribwizzi għat-tidwil għal-liwi;

6.2.8.2.

Sors tad-dawl addizzjonali wieħed skont ir-Regolament Nru 37 u/jew modulu LED wieħed jew iktar minn wieħed, fil-fanal ta’ quddiem b’raġġ tal-passaġġ, jista’ jintuża għall-ġenerazzjoni ta’ radjazzjoni infraħamra. Huwa/huma għandu/għandhom jiġi/u attivat(i) biss fl-istess ħin bħas-sors tad-dawl prinċipali jew il-modulu/i LED. F’każ li s-sors tad-dawl prinċipali jew wieħed mill-moduli LED prinċipali ma jaħdimx, dan is-sors tad-dawl addizzjonali u/jew il-modulu LED għandu jintefa awtomatikament;

6.2.8.3.

F’każ li sors tad-dawl bil-filament addizzjonali jew modulu(i) LED wieħed jew aktar ma jaħdmux, il-fanal ta’ quddiem għandu jkompli jissodisfa r-rekwiżiti tar-raġġ tal-passaġġ.

6.3.   Dispożizzjonijiet dwar raġġi tas-sewqan

6.3.1.   Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem iddisinjat biex jipprovdi raġġ tas-sewqan u raġġ tal-passaġġ, għandu jittieħed kejl tal-valuri tal-intensità luminuża tar-raġġ tas-sewqan bl-istess allinjament tal-fanal ta’ quddiem kif sar għall-kejl skont il-paragrafi 6.2.4 sa 6.2.6 ta’ hawn fuq; fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem li jipprovdi raġġ tas-sewqan biss, dan għandu jiġi aġġustat b’tali mod li l-erja tal-intensità luminuża massima tiġi ċċentrata fuq il-punt ta’ intersezzjoni tal-linji H-H u V-V; fanal ta’ quddiem ta’ dan it-tip jeħtieġlu jissodisfa biss ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 6.3 Meta jintużaw aktar minn sors tad-dawl wieħed biex jipprovdu r-raġġ tas-sewqan, il-funzjonijiet ikkombinati għandhom jintużaw biex jiġi iddeterminat il-valur massimu tal-ilntensità luminuża (IM).

6.3.2.   Irrispettivament mit-tip ta’ sors tad-dawl (modulu/i LED jew sors(i) tad-dawl bil-filament) li jintużaw biex jipproduċu r-raġġ tal-passaġġ prinċipali, diversi sorsi ta’ dawl:

(a)

Jew sorsi tad-dawl bil-filament elenkati fir-Regolament Nru 37; jew

(b)

modulu/i LED jistgħu jintużaw għal kull raġġ individwali tas-sewqan.

6.3.3.   B’referenza għall-Anness 3, Figura C u t-tabella ta’ hawn taħt, id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża tar-raġġ tas-sewqan għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

 

Fanal ta’ quddiem tal-Klassi A

Fanal ta’ quddiem tal-Klassi B

Punt tat-test

Koordinati angulari - Gradi

Intensità luminuża meħtieġa

cd

Intensità luminuża meħtieġa

cd

 

 

Min

Min

Imax

 

27 000

40 500

H-5L

0,0, 5,0 L

3 400

5 100

H-2,5L

0,0, 2,5 L

13 500

20 300

H-2,5R

0,0, 2,5 R

13 500

20 300

H-5R

0,0, 5,0 R

3 400

5 100

6.3.3.1.   Il-punt tal-intersezzjoni (HV) tal-linji H-H u vv għandu jkun fl-isolux korrispondenti għal 80 fil-mija tal-intensità luminuża massima (Imax)

6.3.3.2.   Il-valur massimu (IM) ma għandu fl-ebda cirkostanza jaqbeż il-215 000 cd;

6.3.4.   Il-marka ta’ referenza (I’M) tal-intensità luminuża massima, imsemmija fil-paragrafu 6.3.3.2 ta’ hawn fuq għandha tinkiseb mill-proporzjon:

I’M = IM/4 300

Dan il-valur għandu jitqarreb għall-valur 7,5 - 10 – 12,5 – 17,5 - 20 - 25 – 27,5 - 30 – 37,5 - 40 - 45 - 50.

6.4.   Fil-każ tal-fanali ta’ quddiem b’riflettur aġġustabbli huma applikabbli r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2 u 6.3 għal kull pożizzjoni tal-immontar kif indikata skont il-paragrafu 2.1.3 Għandha tintuża l-proċedura li ġejja għall-verifika:

6.4.1.

Kull pożizzjoni applikata tiġi definita fuq il-gonjometru tat-test fir-rigward ta’ linja li tgħaqqad iċ-ċentru tas-sors tad-dawl mal-punt HV fuq l-iskrin tal-kejl. Ir-riflettur aġġustabbli imbagħad jiġi mċaqlaq f’pożizzjoni tali li d-disinn tad-dawl fuq l-iskrin jikkorrispondi mal-preskrizzjonijiet tal-mira tal-paragrafi 6.2.1 sa 6.2.2.3 u/jew 6.3.1;

6.4.2.

Bir-riflettur inizjalment imwaħħal skont il-paragrafu 6.4.1, il-fanal ta’ quddiem irid jissodisfa r-rekwiżiti fotometriċi rilevanti tal-paragrafi 6.2 u 6.3;

6.4.3.

Testijiet addizzjonali għandhom jitwettqu wara li r-riflettur ikun tressaq ± 2°vertikalment jew tal-inqas fil-pożizzjoni massima, jekk inqas minn 2°, mill-pożizzjoni inizjali tiegħu permezz tal-apparat li jaġġusta l-fanal ta’ quddiem. Wara li jerġa’ jiġi mmirat il-fanal ta’ quddiem kollu kemm hu (pereżempju, permezz tal-gonjometru) fid-direzzjoni opposta korrispondenti, għandu jiġi vverifikat il-ħruġ tad-dawl fid-direzzjonijiet li ġejjin, u jibqa’ fil-limiti neċessarji:

ir-raġġ tal-passaġġ

:

il-punti HV u 75 R (75 L rispettivament);

ir-raġġ tas-sewqan

:

IM u l-punt HV (perċentwali ta’ IM).

6.4.4.

Jekk l-applikant ikun indika aktar minn pożizzjoni waħda għall-immuntar, il-proċedura tal-paragrafi 6.4.1 sa 6.4.3 għandha tiġi ripetuta għall-pożizzjonijiet l-oħra kollha;

6.4.5.

Jekk l-applikant ma jkunx talab għal pożizzjonijiet speċjali għall-immuntar, il-fanal ta’ quddiem għandu jiġi mmirat għall-kejl tal-paragrafi 6.2 u 6.3 bl-apparat li jaġġusta l-fanal ta’ quddiem fil-pożizzjoni intermedja tiegħu. It-test addizzjonali tal-paragrafu 6.4.3 għandu jsir bir-riflettur aġġustat fil-pożizzjonijiet estremi tiegħu (minflok ± 2°) permezz tal-apparat li jaġġusta l-fanal ta’ quddiem.

7.   KULUR

7.1.

Il-kulur tad-dawl mitfugħ għandu jkun abjad.

8.   IL-KEJL TAL-ISKUMDITÀ

Għandha titkejjel l-iskumdità kkawżata mir-raġġ tal-passaġġ tal-fanali ta’ quddiem (9).

C.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI OĦRA

9.   MODIFIKA U ESTENZJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ FANAL TA’ QUDDIEM

9.1.

Kull modifikazzjoni tat-tip tal-fanal ta’ quddiem għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Id-dipartiment imsemmi jista’ mbagħad jew:

9.1.1.

Iqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li jkollhom effett ħażin li jista’ jiġi nnotat u li jkun xi jkun il-każ il-fanal ta’ quddiem xorta għadu jikkonforma mar-rekwiżiti; jew

9.1.2.

Jitlob li jsir rapport ta’ test ulterjuri mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet.

9.2.

Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, bl-alterazzjonijiet speċifikati, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.1.4 ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

9.3.

L-Awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola tal-komunikazzjoni kkompilata għal tali estensjoni u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2) bir-rekwiżiti li ġejjin:

10.1.

Il-fanali ta’ quddiem approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati b’mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7.

10.2.

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konformità tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament.

10.3.

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur stabbiliti fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament.

10.4.

L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

10.5.

Il-fanali ta’ quddiem b’difetti evidenti ma jiġux ikkunsidrati.

10.6.

Il-marka ta’ referenza ma tiġix ikkunsidrata.

10.7.

Il-punti ta’ kejl 1 sa 8 mill-paragrafu 6.2.4 ta’ dan ir-Regolament ma jiġux ikkunsidrati.

11.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

11.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti ma jintlaħqux jew jekk il-fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ma jikkonformax mat-tip approvat.

11.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, minnufih għandha tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

12.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip ta’ fanal ta’ quddiem approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

13.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew tal-produzzjoni mwaqqfa għalkollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.

14.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

14.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 għal dan ir-Regolament l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

14.2.

Sa 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 għal dan ir-Regolament rigward il-bidliet introdotti mis-serje ta’ emendi 01 li jikkonċernaw il-proċeduri tal-ittestjar fotometriku li jinvolvu l-użu tas-sistema ta’ kejl b’koordinati sferiċi u l-ispeċifikazzjoni ta’ valuri tal-intensità luminuża, u sabiex is-Servizzi Tekniċi jkunu jistgħu jaġġornaw it-tagħmir tal-ittestjar tagħhom, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01 meta tagħmir tal-ittestjar eżistenti jintuża b’konverżjoni xierqa tal-valuri, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip.

14.3.

Minn 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk il-fanal ta’ quddiem jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

14.4.

Approvazzjonijiet eżistenti għal fanali ta’ quddiem li diġa’ ġew mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 għandhom jibqgħu validi indefinittivament.

14.5.

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estenzjonijiet ta’ approvazzjonijiet għas-serje preċedenti ta’ dan ir-Regolament.

(1)  Xejn f’dan ir-Regolament m’għandu jwaqqaf lil Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament milli tipprojbixxi li fanal ta’ quddiem li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik approvata skont dan ir-Regolament tintuża flimkien ma’ apparat mekkaniku għat-tindif tal-fanal ta’ quddiem (ma’ wajpers).

(2)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2.

(3)  Jekk il-lenti ma tkunx tista’ tinqala’ mill-parti prinċipali tal-fanal ta’ quddiem, marka unika kif speċifikat fil-paragrafu 4.2.5 għandha tkun biżżejjed.

(4)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.

(5)  Rekwiżiti tekniċi għall-bozoz tal-filament: ara r-Regolament Nru 37.

(6)  Fanal ta’ quddiem jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu jekk il-bozza tal-filament tista’ titwaħħal faċilment fil-fanal ta’ quddiem u l-mankijiet li jqiegħduha fil-pożizzjoni tagħha jistgħu jitwaħħlu b’mod korrett fix-xquq tagħhom anke fid-dlam.

(7)  Struzzjonijiet dwar l-installazzjoni ta’ fanali mgħammra bil-miżuri huma mogħtija fir-Regolament Nru 48.

(8)  Fanal ta’ quddiem b’“raġġ tal-passaġġ” ta’ dan it-tip hekk speċjali jista’ jinkorpora raġġ tas-sewqan mhux suġġett għal rekwiżiti.

(*1)  Il-valur attwali mkejjel fil-punti 50R/50L rispettivament

(*2)  Għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug, l-ittra R għandha tiġi sostitwita bl-ittra L u viċi versa.

(*3)  Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem b’moduli LED li jkunu qed jipproduċu raġġ tal-passaġġ flimkien ma’ apparat ta’ kontroll elettroniku tas-sors tad-dawl, il-valur imkejjel m’għandux ikun aktar minn 18 500 cd.

(9)  Dan ir-rekwiżit se jkun soġġett għal rakkomandazzjoni lill-amministrazzjonijiet.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

EŻEMPJI TAL-ARRANĠAMENT TA’ MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Figura 1

Image 4

Figura 2

Image 5

a ≥ 8 mm (fuq il-ħġieġ)

a ≥ 5 mm (fuq materjal tal-plastik)

Il-fanal ta’ quddiem li jkollu waħda mill-marki tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru. 112 bin-numru tal-approvazzjoni 243, billi jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 01. Ir-raġġ tal-passaġġ huwa ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin biss. L-ittri CR (il-Figura 1) jindikaw li dan huwa raġġ tal-passaġġ u tas-sewqan tal-Klassi A u l-ittri HCR (il-Figura 2) jindikaw li dan huwa raġġ tal-passaġġ u tas-sewqan tal-Klassi B.

Il-figura 30 tindika li l-intensità luminuża massima tar-raġġ tas-sewqan hija bejn 123 625 u 145 125 candelas.

Nota: In-numru tal-approvazzjoni u simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu viċin iċ-ċirku u jew ‘il fuq minn jew taħt l-ittra “E”, jew fuq in-naħa tal-lemin jew tax-xellug ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-ittra “E” u jkunu jħarsu lejn l-istess direzzjoni.

L-użu ta’ numri Rumani bħala numri tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex tiġi evitata konfużjoni ma’ simboli oħra.

Figura 3

Image 6

Figura 4 a

Image 7

Figura 4b

Image 8

Il-fanala ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward kemm tar-raġġ tal-passaġġ kif ukoll tar-raġġ tas-sewqan u huwa ddisinjat:

Figura 3: Il-Klassi A għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug biss.

Dijagrammi 4 a) u 4 b): Il-Klassi B għaż-żewġ sistemi tat-traffiku permezz ta’ aġġustament xieraq tal-modi kif tiġi rregolata l-unità ottika jew il-bozza tal-filament fuq il-vettura.

Figura 5

Image 9

Figura 6

Image 10

Il-fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq huwa fanal ta’ quddiem li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tal-passaġġ biss u huwa ddisinjat:

Figura 5: Il-Klassi A għaż-żewġ sistemi tat-traffiku.

Figura 6: Il-Klassi B għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin biss.

Figura 7

Image 11

Figura 8

Image 12

Il-fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq huwa fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament:

Figura 7: Il-Klassi B fir-rigward tar-raġġ tal-passaġġ biss u huwa ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug biss.

Figura 8: Il-Klassi B fir-rigward tar-raġġ tas-sewqan biss.

Figura 9

Image 13

Figura 10

Image 14

Identifikazzjoni ta’ fanal ta’ quddiem li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament:

Figura 9: Il-Klassi B fir-rigward kemm tar-raġġ tal-passaġġ kif ukoll tar-raġġ tas-sewqan u ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin biss.

Figura 10: Il-Klassi B fir-rigward tar-raġġ tal-passaġġ biss u ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin biss.

Ir-raġġ tal-passaġġ m’għandux jiġi użat fl-istess ħin mar-raġġ tas-sewqan u/jew ma’ fanal ta’ quddiem ieħor li jkun inkorporat reċiprokament.

Figura 11

Immarkar simplifikat għal fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament

(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-apparat tas-sinjalar bid-dawl. Dawn m’humiex parti mill-marka tal-approvazzjoni).

Mudell A

Image 15

Mudell B

Image 16

Mudell C

Image 17

Mudell D

Image 18

Nota: L-erba’ eżempji ta’ hawn fuq jikkorrispondu għal apparat li jdawwal li jkollu marka tal-approvazzjoni li tinkludi:

 

Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem approvat skont is-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru. 7,

 

Fanal ta’ quddiem, tal-Klassi B, b’raġġ tal-passaġġ iddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug u raġġ tas-sewqan b’intensità massima ta’ bejn 123 625 u145 125 candelas (kif indikat min-numru 30), approvat skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje ta’ emendi 01 u li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik,

 

Fanal taċ-ċpar ta’ quddiem approvat skont is-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament Nru 19 u li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik;

 

Fanal indikatur tad-direzzjoni ta’ quddiem tal-kategorija 1a approvat skont is-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament Nru 6.

Figura 12

Fanal inkorporat reċiprokament ma’ fanal ta’ quddiem

Eżempju 1

Image 19

L-eżempju ta’ hawn fuq jikkorrispondi mal-immarkar ta’ lenti ta’ materjal tal-plastik maħsuba biex tintuża f’tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem, jiġifieri:

Jew

Fanal ta’ quddiem, tal-Klassi B, b’raġġ tal-passaġġ iddisinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u raġġ tas-sewqan b’intensità luminuża massima ta’ bejn 123 625 u 145 125 candelas (kif indikat min-numru 30), approvat fil-Ġermanja (E1) skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje ta’ emendi 01,

Li huwa inkorporat reċiprokament ma’

Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem approvat skont is-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament Nru. 7;

jew

Fanal ta’ quddiem, tal-Klassi A, b’raġġ tal-passaġġ iddisinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u raġġ tas-sewqan b’intensità luminuża massima ta’ bejn 48 375 cd u 64 500 cd (kif indikat min-numru 12,5), approvat fil-Ġermanja (E1) skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje ta’ emendi 01,

Li huwa inkorporat reċiprokament ma’:

L-istess fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem bħal hawn fuq;

jew

Anke kwalunkwe wieħed mill-fanali msemmija hawn fuq approvat bħala fanal wieħed.

Il-bodi prinċipali tal-fanal ta’ quddiem għandu jkollu l-uniku numru tal-approvazzjoni validu, pereżempju:

Eżempju 2

Image 20

L-eżempju ta’ hawn fuq jikkorrispondi mal-immarkar ta’ lenti ta’ materjal tal-plastik użata f ‘unità ta’ żewġ fanali ta’ quddiem approvat fi Franza (E2) bin-numru tal-approvazzjoni 81151, li jikkonsisti minn:

 

Fanal ta’ quddiem, tal-Klassi B, li jitfa ’ raġġ tal-passaġġ u raġġ tas-sewqan b’intensità luminuża massima ta’ bejn x u y candelas, li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u

 

Fanal ta’ quddiem, tal-Klassi B, li jitfa ’ raġġ tas-sewqan maħsub għaż-żewġ sistemi tat-traffiku b’intesità luminuża massima ta’ bejn w u z candelas, li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, bl-intensitajiet luminużi massimi tar-raġġi tas-sewqan f ‘daqqa jkunu ta’ bejn 123 625 u 145 125 candelas.

Figura 13

Moduli LED

Image 21

Il-modulu LED bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl li jidher hawn fuq ġie approvat flimkien ma’ fanal ta’ quddiem inizjalment approvat fl-Italja (E3) bin-numru tal-approvazzjoni 17325.


ANNESS 3

SISTEMA TA’ KEJL B’KOORDINATI SFERIĊI U POŻIZZJONIJIET TAL-PUNT TAT-TEST

Figura A

Sistema ta’ kejl b’koordinati sferiċi

Image 22

Test ta 'immaġni

Figura B

Raġġ tal-passaġġ għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin

Image 23

Test ta 'immaġni

Il-pożizzjonijiet tal-punt tat-test għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug huma riflessi mal-linja V-V

Figura C

Punti tat-test tar-raġġ tas-sewqan

Image 24


ANNESS 4

TESTIJIET TAL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOMETRIKA TA’ FANALI TA’ QUDDIEM WAQT LI QED JINTUŻAW

Testijiet fuq fanali ta’ quddiem kompleti

Ladarba l-valuri fotometriċi jkunu tkejlu skont il-preskrizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, fil-punt għal Imax għar-raġġ tas-sewqan u fil-punti HV, 50 R, B 50 L għar-raġġ tal-passaġġ (jew HV, 50 L, B 50 R għall-fanali ta’ quddiem iddisinjati għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug) għandu jiġi ttestjat kampjun tal-fanal ta’ quddiem komplet għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika waqt l-użu. “Fanal ta’ quddiem komplet” għandu jinftiehem bħala l-fanal komplet innifsu, inkluż dawk il-partijiet tal-bodi ta’ madwaru u l-fanali li jistgħu jaffetwaw id-dispersjoni termali tiegħu.

It-testijiet għandhom jitwettqu:

(a)

F’atmosfera xotta u wieqfa f’temperatura ambjentali ta’ 23 °C ± 5 °C, bil-kampjun tal-ittestjar immuntat fuq bażi li tirrappreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura;

(b)

Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl sostitwibbli: billi jintużaw sorsi tad-dawl bil-filament prodotti fi kwantità kbira, li jkunu ntużaw għal mill-inqas siegħa, jew sorsi tad-dawl li jaħdmu bl-emissjoni tal-gass prodotti fi kwantità kbira, li jkunu ntużaw għal mill-inqas 15-il siegħa jew moduli LED prodotti fi kwantità kbira li jkunu ntużaw għal mill-inqas 48 siegħa u mkessħa għal temperatura ambjentali qabel ma jinbdew it-testijiet kif speċifikat f’dan ir-Regolament. Għandhom jintużaw il-moduli LED provduti mill-applikant.

It-tagħmir tal-kejl għandu jkun ekwivalenti għal dak użat fit-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-fanali ta’ quddiem.

Il-kampjun tal-ittestjar għandu jitħaddem mingħajr ma jiġi żmuntat mill-immuntar tal-ittestjar tiegħu jew aġġustat mill-ġdid fir-rigward ta’ dan l-immuntar. Is-sors tad-dawl użat għandu jkun sors tad-dawl tal-kategorija speċifikata għal dak il-fanal ta’ quddiem.

1.   Test għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika

1.1.   Fanal ta’ quddiem nadif

Il-fanal ta’ quddiem għandu jiġi użat għal 12-il siegħa kif deskritt fil-paragrafu 1.1.1 u jiġi ċċekkjat kif preskritt fil-paragrafu 1.1.2.

1.1.1.   Proċedura tat-test (1)

Il-fanal ta’ quddiem għandu jiġi użat għal perjodu skont il-ħin speċifikat, sabiex:

1.1.1.1.   

(a)

Fil-każ fejn ser tiġi approvata funzjoni tat-tidwil waħda biss (fanal b’raġġ tas-sewqan jew tal-passaġġ jew fanal taċ-ċpar ta’ quddiem), is-sors tad-dawl bil-filament u/jew il-modulu/i LED jinxtegħel(u) għall-ħin preskritt (2),

(b)

Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ tal-passaġġ u b’raġġ wieħed jew aktar tas-sewqan jew fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ tal-passaġġ u b’fanal taċ-ċpar ta’ quddiem:

(i)

Il-fanal ta’ quddiem għandu jkun soġġett għaċ-ċiklu li ġej sakemm jintlaħaq il-ħin speċifikat:

 

il-filament prinċipali tar-raġġ tal-passaġġ jew il-modulu/i LED prinċipali tar-raġġ tal-passaġġ jinxtegħlu għal 15-il minuta;

 

il-filamenti u/jew il-modulu/i LED kollha jinxtegħlu għal 5 minuti.

(ii)

Jekk l-applikant jiddikjara li l-fanal ta’ quddiem għandu jintuża bir-raġġ tal-passaġġ biss mixgħul jew bir-raġġ(i) tas-sewqan biss mixgħul(a) (3) f’ħin wieħed, it-test għandu jitwettaq b’din il-kundizzjoni, bl-attivazzjoni (2) suċċessiva tar-raġġ tal-passaġġ għal nofs il-ħin u r-raġġ(i) tas-sewqan (fl-istess ħin) għal nofs il-ħin speċifikat fil-paragrafu 1.1 ta’ hawn fuq.

(c)

Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem b’fanal taċ-ċpar ta’ quddiem u b’raġġ wieħed jew aktar tas-sewqan:

(i)

Il-fanal ta’ quddiem għandu jkun soġġett għaċ-ċiklu li ġej sakemm jintlaħaq il-ħin speċifikat:

 

15-il minuta, bil-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem mixgħul;

 

il-filamenti u/jew il-moduli LED kollha jinxtegħlu għal 5 minuti.

(ii)

Jekk l-applikant jiddikjara li l-fanal ta’ quddiem għandu jintuża bil-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem biss mixgħul jew bir-raġġ(i) tas-sewqan biss mixgħul(a) (3) f’ħin wieħed, it-test għandu jitwettaq b’din il-kundizzjoni, bl-attivazzjoni (2) suċċessiva tal-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem għal nofs il-ħin u r-raġġ(i) tas-sewqan (fl-istess ħin) għal nofs il-ħin speċifikat fil-paragrafu 1.1 ta’ hawn fuq.

(d)

Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ tal-passaġġ, raġġ tas-sewqan wieħed jew aktar u fanal taċ-ċpar ta’ quddiem:

(i)

Il-fanal ta’ quddiem għandu jkun soġġett għaċ-ċiklu li ġej sakemm jintlaħaq il-ħin speċifikat:

 

il-filament prinċipali tar-raġġ tal-passaġġ jew il-modulu/i LED prinċipali tar-raġġ tal-passaġġ jinxtegħlu għal 15-il minuta;

 

il-filamenti u/jew il-moduli LED kollha jinxtegħlu għal 5 minuti.

(ii)

Jekk l-applikant jiddikjara li l-fanal ta’ quddiem għandu jintuża bir-raġġ tal-passaġġ biss mixgħul jew bir-raġġ(i) tas-sewqan biss mixgħul(a) (3) f’ħin wieħed, it-test għandu jitwettaq b’din il-kundizzjoni, bl-attivazzjoni (2) suċċessiva tar-raġġ tal-passaġġ prinċipali għal nofs il-ħin u r-raġġ(i) tas-sewqan għal nofs il-ħin speċifikat fil-paragrafu 1.1 ta’ hawn fuq, filwaqt li l-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem huwa soġġett għal ċiklu ta’ 15-il minuta mitfi u 5 minuti mixgħul għal nofs il-ħin u għal kemm idum jitħaddem ir-raġġ tas-sewqan;

(iii)

Jekk l-applikant jiddikjara li l-fanal ta’ quddiem għandu jintuża bir-raġġ tal-passaġġ biss mixgħul jew bil-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem biss mixgħula f’ħin wieħed, it-test għandu jitwettaq b’din il-kundizzjoni, bl-attivazzjoni (2) suċċessiva tar-raġġ tal-passaġġ prinċipali għal nofs il-ħin u tal-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem għal nofs il-ħin speċifikat fil-paragrafu 1.1 ta’ hawn fuq, filwaqt li r-raġġ(i) tas-sewqan huwa(huma) suġġett(i) għal ċiklu ta’ 15-il minuta mitfi(ja) u 5 minuti mixgħul(a) għal nofs il-ħin u għal kemm idum jitħaddem ir-raġġ tal-passaġġ prinċipali;

(iv)

Jekk l-applikant jiddikjara li l-fanal ta’ quddiem għandu jintuża bir-raġġ tal-passaġġ biss mixgħul jew bir-raġġ(i) tas-sewqan biss (3) mixgħul(a) jew bil-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem biss mixgħul (3) f’ħin wieħed, it-test għandu jitwettaq b’din il-kundizzjoni, bl-attivazzjoni (2) suċċessiva tar-raġġ tal-passaġġ prinċipali għal nofs il-ħin u tal-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem għal terz tal-ħin, ir-raġġ(i) tas-sewqan għal terz tal-ħin u l-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem għal terz tal-ħin speċifikat fil-paragrafu 1.1 ta’ hawn fuq.

(e)

Fil-każ ta’ raġġ tal-passaġġ iddisinjat biex jipprovdi tidwil għal-liwi flimkien ma’ sors ta’ dawl bil-filament u/jew modulu/i LED wieħed jew aktar, dan is-sors tad-dawl u/jew modulu/i LED għandu jinxtegħel għal minuta, u jintefa għal disa’ minuti matul l-attivazzjoni tar-raġġ tal-passaġġ biss (ara l-Anness 4 – Appendiċi 1).

1.1.1.2.   Vultaġġ tat-test

Il-vultaġġ għandu jiġi applikat fuq it-terminali tal-kampjun tal-ittestjar kif ġej:

(a)

Fil-każ ta’ sors(i) tad-dawl bil-filament sostitwibbli mħaddma direttament fil-kundizzjonijiet tas-sistema tal-vultaġġ tal-vettura:

It-test għandu jitwettaq b’ 6,3 V, 13,2 V jew 28,0 V kif applikabbli ħlief jekk l-applikant jispeċifika li l-kampjun għall-ittestjar jista’ jintuża b’vultaġġ differenti. F’dan il-każ, it-test għandu jitwettaq bis-sors tad-dawl bil-filament imħaddem bl-ogħla vultaġġ li jista’ jintuża.

(b)

Fil-każ ta’ sors(i) tad-dawl sostitwibbli li jaħdmu bl-emissjoni tal-gass: It-tensjoni tat-test għall-apparat ta’ kontroll elettroniku tas-sors tad-dawl huwa ta’ 13,2 ± 0,1 V għal vettura li taħdem b’tensjoni ta’ 12 V, ħlief għal indikazzjoni kuntrarja fit-talba għall-approvazzjoni.

(c)

Fil-każ ta’ sors tad-dawl mhux sostitwibbli li jaħdem direttament fil-kundizzjonijiet tas-sistema tal-vultaġġ tal-vettura: Il-kejl kollu fuq unitajiet tat-tidwil mgħammra b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (sorsi tad-dawl tal-filament u/jew oħrajn) għandu jsir b’6,3 V, 13,2 V jew 28,0 V jew b’vultaġġi oħra skont is-sistema ta’ vultaġġ tal-vettura kif speċifikat mill-applikant rispettivament.

(d)

Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl, sostitwibbli jew mhux sostitwibbli, li jitħaddmu indipendentement mill-vultaġġ tal-provvista tal-vettura u kkontrollati totalment mis-sistema, jew, fil-każ ta’ sorsi tad-dawl provduti b’apparat tal-provvista u tat-tħaddim, il-vultaġġi tal-ittestjar kif speċifikati hawn fuq għandhom jiġu applikati fuq it-terminali tad-dħul ta’ dak l-apparat. Il-laboratorju tal-ittestjar jista’ jitlob mill-manifattur l-apparat tal-provvista u tat-tħaddim jew provvista tal-elettriku speċjali meħtieġa biex tipprovdi s-sors(i) tad-dawl.

(e)

Modulu/i LED għandu/għandhom jitkejjel/jitkejlu b’6,75 V, 13,2 V jew 28,0 V rispettivament, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament. Modulu/i LED imħaddem/imħaddma b’apparat ta’ kontroll elettroniku tas-sors tad-dawl għandu/għandhom jitkejjel/jitkejlu kif speċifikat mill-applikant.

 

Meta fanali tas-sinjalar ikunu raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament fil-kampjun tal-ittestjar u jaħdmu b’vultaġġi li ma jkunux il-vultaġġi nominali ta’ 6 V, 12 V jew 24 V rispettivament, il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif iddikjarat mill-manifattur għall-funzjonament fotometriku korrett ta’ dak il-fanal.

1.1.2.   Riżultati tal-ittestjar

1.1.2.1.   Spezzjoni viżwali

Ladarba l-fanal ta’ quddiem ikun ġie stabilizzat għat-temperatura ambjentali, il-lenti tal-fanal ta’ quddiem u l-lenti esterna, jekk applikabbli, għandhom jitnaddfu b’biċċa drapp tal-qoton nadifa u niedja. Dan il-fanal għandu mbagħad jiġi spezzjonat viżwalment; ebda tgħawwiġ, deformazzjoni, tixqiq jew bidla fil-kulur la tal-lenti tal-fanal ta’ quddiem u lanqas tal-lenti esterna, jekk applikabbli, m’għandhom ikunu jidhru.

1.1.2.2.   Test fotometriku

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-valuri fotometriċi għandhom jiġu verifikati għall-punti li ġejjin:

 

Ir-raġġ tal-passaġġ:

 

50 R - B 50 L – 25 L għall-fanali ta’ quddiem iddisinjati għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin,

 

50 L - B 50 R – 25 R għall-fanali ta’ quddiem iddisinjati għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug.

 

Ir-raġġ tas-sewqan: Punt Imax

Jista’ jitwettaq aġġustament tal-mira ieħor sabiex issir konċessjoni għal kwalunkwe deformazzjoni tal-bażi tal-fanal ta’ quddiem minħabba s-sħana (il-bidla fil-pożizzjoni tal-linja tal-“punt tal-qtugħ” hija koperta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness).

Għajr għall-punt B 50 L, diskrepanza ta’ 10 fil-mija bejn il-karatteristiċi fotometriċi u l-valuri mkejla qabel it-test hija permissibbli, inkluż it-tolleranzi tal-proċedura fotometrika. Il-valur imkejjel fil-punt B L m’għandux ikun ogħla mill-valur fotometriku mkejjel qabel it-test b’aktar minn 170 cd.

1.2.   Fanal ta’ quddiem maħmuġ

Wara l-ittestjar kif speċifikat fil-paragrafu 1.1 ta’ hawn fuq, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għal siegħa kif deskritt fil-paragrafu 1.1.1, wara li jiġi ppreparat kif preskritt fil-paragrafu 1.2.1, u jiġi ċċekkjat kif preskritt fil-paragrafu 1.1.2.

1.2.1.   Il-preparamenti tal-fanal ta’ quddiem

1.2.1.1.   Taħlita tal-ittestjar

1.2.1.1.1.

Għal fanal ta’ quddiem bil-lenti esterna tal-ħġieġ:

 

It-taħlita ta’ ilma u ta’ aġent li jniġġes li għandha tiġi applikata mal-fanal ta’ quddiem għandha tkun magħmula minn:

 

9 partijiet skont il-piż ta’ ramel tas-silika b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 μm,

 

parti waħda (1) skont il-piż ta’ trab tal-karbonju veġetali (tal-fagu) b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 μm,

 

0,2 partijiet skont il-piż ta’ NaCMC (4), u

 

ammont xieraq ta’ ilma distillat, b’konduttività ta’ ≤ 1 mS/m.

 

Ma jridux ikunu għaddew iktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita.

1.2.1.1.2.

Għal fanal ta’ quddiem bil-lenti esterna magħmula minn materjal tal-plastik:

 

It-taħlita ta’ ilma u ta’ aġent li jniġġes li għandha tiġi applikata fuq il-fanal ta’ quddiem għandha tkun magħmula minn:

 

9 partijiet skont il-piż ta’ ramel tas-silika b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 μm,

 

parti waħda (1) skont il-piż ta’ trab tal-karbonju veġetali (tal-fagu) b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 μm,

 

0,2 ta’ parti skont il-piż ta’ NaCMC (4),

 

13-il parti skont il-piż ta’ ilma distillat b’konduttività ta’ ≤ 1 mS/m, u

 

2 ± 1 partijiet skont il-piż ta’ surface-actant (5).

 

Ma jridux ikunu għaddew iktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita.

1.2.1.2.   L-applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar fuq il-fanal ta’ quddiem

It-taħlita tal-ittestjar għandha tiġi applikata b’mod uniformi fuq is-superfiċje kollu li jarmi d-dawl tal-fanal ta’ quddiem u mbagħad titħalla tinxef. Din il-proċedura għandha tiġi rripetuta sakemm il-valur tal-illuminazzjoni jkun naqas għal 15-20 fil-mija tal-valuri mkejla għal kull wieħed mill-punti li ġejjin taħt il-kundizzjonijiet deskritti f’dan l-Anness:

 

Il-punt ta’ Emax fir-raġġ tal-passaġġ/tas-sewqan u fir-raġġ tas-sewqan biss,

 

50 R u50 V (6) għal fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ tal-passaġġ biss, iddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin,

 

50 L u 50 V (6) għal fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ tal-passaġġ biss, iddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug.

2.   Test għal tibdil fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-“punt tal-qtugħ” bl-effett tas-sħana

Dan it-test jikkonsisti fil-verifika li l-ispostament vertikali tal-linja tal-punt tal-qtugħ bl-effett tas-sħana ma jaqbiżx valur speċifikat għal fanal ta’ quddiem li jkun qed jitħaddem u jipproduċi raġġ tal-passaġġ.

Il-fanal ta’ quddiem ittestjat skont il-paragrafu 1. għandu jkun soġġett għat-test deskritt fil-paragrafu 2.1, mingħajr ma jitneħħa mill-immuntar tal-ittestjar tiegħu jew jiġi aġġustat mill-ġdid fir-rigward ta’ dan l-immuntar.

2.1.   Test

It-test għandu jitwettaq f’atmosfera xotta u wieqfa u f’temperatura ambjentali ta’ 23 °C ± 5 °C.

Bl-użu ta’ fanal ta’ quddiem bil-filament jew modulu/i LED prodott(i) fi kwantità kbira li jkun(u) intuża(w) għal mill-inqas siegħa, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem bir-raġġ tal-passaġġ prinċipali mingħajr ma jiġi żarmat mill-immuntar tal-ittestjar tiegħu jew jiġi aġġustat mill-ġdid fir-rigward ta’ dan l-immuntar. (Għall-iskop ta’ dan it-test, il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2). Il-pożizzjoni tal-linja tal-qtugħ fil-parti orizzontali tagħha (bejn vv u l-linja vertikali li tgħaddi mill-punt B50 L għat-traffiku li jżomm fuq il-lemin jew B 50 R għat-traffiku li jżomm fuq ix-xellug) għandha tiġi verifikata 3 minuti (r3) u 60 minuta (r60) wara t-tħaddim rispettivament.

Il-kejl tal-varjazzjoni fil-pożizzjoni tal-linja tal-punt tal-qtugħ kif deskritt hawn fuq għandu jitwettaq permezz ta’ kwalunkwe metodu li jagħti preċiżjoni aċċettabbli u riżultati li jistgħu jistgħu riprodotti.

2.2.   Riżultati tal-ittestjar

2.2.1.

Ir-riżultat, espress f’milliradians (mrad) għandu jitqies aċċettabbli għal fanal ta’ quddiem b’raġġ tal-passaġġ meta l-valur assolut
Formula
irreġistrat fuq il-fanal ta’ quddiem ma jkunx ta’ aktar minn 1,0 mrad (Δ r1 ≤ 1,0 mrad) ‘il fuq u ta’ mhux aktar minn 2,0 mrad (Δ r1 ≤ 2,0 mrad) ‘l isfel.

2.2.2.

Madankollu, jekk dan il-valur ikun:

Iċ-ċaqliq

 

‘l fuq

aktar minn 1,0 mrad imma mhux aktar minn 1,5 mrad

(1,0 mrad < ΔrI ≤ 1,5 mrad)

‘l isfel

aktar minn 2,0 mrad imma mhux aktar minn 3,0 mrad

(2,0 mrad < ΔrI ≤ 3,0 mrad)

għandu jiġi ttestjat kampjun ieħor ta’ fanal ta’ quddiem ieħor kif deskritt fil-paragrafu 2.1 wara li jkun ġie soġġett għal tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu kif deskritt hawn taħt, sabiex tiġi stabbilizzata l-pożizzjoni tal-partijiet mekkaniċi tal-fanal ta’ quddiem fuq bażi rappreżentattiva tal-installazzjoni korretta fuq il-vettura:

 

It-tħaddim tar-raġġ tal-passaġġ għal siegħa, (il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2.),

 

Wara dan il-perjodu ta’ siegħa, it-tip tal-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk il-valur assolut Δr imkejjel fuq dan il-kampjun jissodisfa r-rekwiżiti fil-paragrafu 2.2.1. ta’ hawn fuq.


(1)  Għall-iskeda tat-testijiet ara l-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament.

(2)  Meta l-fanal ta’ quddiem ittestjat jinkludi fanali tas-sinjalar, dawn il-fanali. għandhom jinżammu mixgħula għal kemm idum it-test, ħlief għal fanal li jaħdem binhar. Fil-każ ta’ fanal indikatur tad-direzzjoni, il-fanal għandu jinxtegħel fil-modalità ta’ teptip, fejn ir-ritmu ta’ ħin mixgħul/mitfi jkun bejn wieħed u ieħor wieħed għal wieħed (1:1).

(3)  Jekk jinxtegħlu żewġ fanali bil-filament u/jew modulu/i jew aktar fl-istess ħin li jkun qed jintuża t-teptip tal-fanal ta’ quddiem, dan m’għandux jitqies użu normali tal-fanali bil-filament u/jew modulu/i LED.

(4)  NaCMC jirrappreżenta l-melħ tas-sodju tal-karbossimetilċelluloża, ġeneralment imsejjaħ CMC. Il-NaCMC użat fit-taħlita tal-ħmieġ għandu jkollu grad ta’ sostituzzjoni (DS) ta’ 0,6-0,7 u viskożità ta’ 200-300 cP għal soluzzjoni ta’ 2 fil-mija f’temperatura ta’ 20 °C.

(5)  It-tolleranza fuq il-kwantità hija minħabba l-ħtieġa li jinkiseb ħmieġ li jinfirex b’mod korrett fuq il-lenti kollha tal-plastik.

(6)  Il-punt 50 V jinstab 375 mm taħt HV fuq il-linja vertikali V-V fuq l-iskrin f’distanza ta’ 25 m.

Appendiċi 1

ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-PERJODI OPERATTIVI LI JIKKONĊERNAW IT-TEST GĦALL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOTMETRIKA

Taqsiriet

:

P: fanal b’raġġ tal-passaġġ

D: fanal b’raġġ tas-sewqan (D1 + D2 tfisser żewġ raġġi tas-sewqan)

F: fanal taċ-ċpar ta’ quddiem

Image 25

:

tfisser ċiklu ta’ 15 minuti mitfi u 5 minuta mixgħul

Image 26

:

tfisser ċiklu ta’ 9 minuti mitfi u minuta (1) mixgħul

Il-fanali ta’ quddiem raggruppati u l-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem kollha li ġejjin flimkien mas-simboli tal-immarkar miżjuda qed jingħataw bħala eżempji u mhumiex eżawrjenti.

1.

P jew D jew F (HC jew HR jew B)

P, D jew F

Sors tad-dawl addizzjonali jew modulu/i LED tad-dawl għal-liwi

Image 27

2.

P+F (HC B) jew P+D (HCR)

Sors tad-dawl addizzjonali jew modulu/i LED tad-dawl għal-liwi

D jew F

P

Image 28

3.

P+F (HC/B) jew HC/B jew P+D (HC/R)

D jew F

P

Sors tad-dawl addizzjonali jew modulu/i LED tad-dawl għal-liwi

Image 29


ANNESS 5

IR-REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROĊEDURI TA’ KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   Ġenerali

1.1.

Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jitqiesu ssodisfati mil-lat mekkaniku u ġeometriku, jekk id-differenzi ma jeċċedux id-devjazzjonijiet inevitabbli fil-manifattura skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Din il-kundizzjoni tapplika wkoll għall-kulur.

1.2.

Fir-rigward tal-prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tiġi kkontestata jekk, meta tiġi ttestjata l-prestazzjoni fotometrika ta’ kwalunkwe fanal ta’ quddiem magħżul b ‘mod aleatorju u mgħammar b’bozza tal-filament standard (étalon) u/jew modulu/i LED, kif preżenti fil-fanal:

1.2.1.

Ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’iktar minn 20 fil-mija mill-valur preskritt f’dan ir-Regolament. Għall-valuri B 50 L (jew R) (1) u ż-żona III, id-devjazzjoni mhux favorevoli massima tista’ tkun, rispettivament, ta’:

B 50 L (jew R):

170 cd ekwivalenti għal 20 fil-mija

255 cd ekwivalenti għal 30 fil-mija

Żona III

255 cd ekwivalenti għal 20 fil-mija

380 cd ekwivalenti għal 30 fil-mija

1.2.2.

Jew jekk

1.2.2.1.

Għar-raġġ tal-passaġġ, il-valuri preskritti f’dan ir-Regolament jintlaħqu fil-punt HV (b ‘tolleranza ta’ +170 cd) u relatat ma’ dik il-mira tal-inqas f’punt wieħed f’ċirku ta’ 0,35 gradi madwar il-punti B 50 L (jew R) (b ‘tolleranza ta’ 85 cd), 75 R (jew L), 50 V, 25 R, 25 L, u fl-erja kollha taż-żona IV li ma tkunx aktar minn 0,52 gradi ‘l fuq mil-linja 25 R u 25 L;

1.2.2.2.

U jekk, għar-raġġ tas-sewqan, HV tkun fl-isolux 0,75 Imax, tiġi osservata, għall-valuri fotometriċi fi kwalunkwe punt tal-kejl speċifikat fil-paragrafu 6.3.2 ta’ dan ir-Regolament, tolleranza ta’ +20 fil-mija għall-valuri massimi u ta’ -20 fil-mija għall-valuri minimi.

1.2.3.

Jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, jista’ jinbidel l-allinjament tal-fanal ta’ quddiem, sakemm l-assi tar-raġġ ma jiġix spostjat lateralment b’aktar minn 1° lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.

1.2.4.

Jekk, fil-każ ta’ fanal mgħammar b’sors tad-dawl tal-filament sostitwibbli, ir-riżultati tat-testijiet deskritti hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet għandhom jerġgħu jsiru billi tintuża/jintużaw bozza/bozoz oħra tal-filament standard (étalon).

1.3.

Fir-rigward tal-verifika tat-tibdil fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-qtugħ bl-effett tas-sħana, għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja:

 

Wieħed mill-fanali ta’ quddiem li jintużaw bħala kampjuni għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness 4 wara li jiġi soġġett għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 4 għal tliet darbiet konsekuttivi.

 

Il-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk ΔΔr ma jkunx aktar minn 1,5 mrad.

 

Jekk dan il-valur ikun ogħla minn 1,5 mrad iżda mhux ogħla minn 2 mrad, it-tieni kampjun jiġi soġġett għat-test, li warajh il-medja tal-valuri assoluti rreġistrati għaż-żewġ kampjuni ma għandiex tkun ogħla minn 1,5 mrad.

1.4.

Jekk, madankollu, l-aġġustament vertikali ma jkunx jista’ jitwettaq ripetutament fil-pożizzjoni meħtieġa fit-tolleranzi deskritti fil-paragrafu 6.2.2.3 ta’ dan ir-Regolament, kampjun wieħed għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafi 2. u 3. tal-Anness 9.

2.   Rekwiżiti minimi għall-verifika tal-konformità mill-manifattur

Għal kull tip ta’ fanal ta’ quddiem id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq mill-inqas dawn it-testijiet, f’intervalli xierqa. It-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Jekk xi kampjuni juru nuqqas ta’ konformità fir-rigward tat-tip ta’ test ikkonċernat, iridu jerġgħu jittieħdu kampjuni oħra biex jiġu ttestjati. Il-manifattur għandu jieħu passi biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni kkonċernata.

2.1.   Natura tat-testijiet

It-testijiet ta’ konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u l-verifika tat-tibdil fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-qtugħ bl-effett tas-sħana.

2.2.   Metodi użati fit-testijiet

2.2.1.

Ġeneralment, it-testijiet għandhom jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.2.2.

Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-Awtorità kompetenti responsabbli għal testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur huwa responsabbli biex jipprova li l-metodi applikati jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.2.3.

L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrar regolari tal-apparat tat-test u l-korrelazzjoni tiegħu mal-kejl magħmul minn Awtorità Kompetenti.

2.2.4.

Fil-każijiet kollha l-metodi ta’ referenza għandhom ikunu dawk ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-fini ta’ verifika amministrattiva u teħid ta’ kampjuni.

2.3.   Natura ta’ teħid ta’ kampjuni

Il-kampjuni ta’ fanali ta’ quddiem għandhom jingħażlu b ‘mod aleatorju mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi jfisser set ta’ fanali ta’ quddiem tal-istess tip, definit skont il-metodi tal-produzzjoni tal-manifattur.

L-evalwazzjoni għandha ġeneralment tkopri produzzjoni tas-serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista’ jiggruppa flimkien dokumenti li jikkonċernaw l-istess tip minn fabbriki differenti sakemm dawn joperaw taħt l-istess sistema ta’ kwalità u ta’ ġestjoni tal-kwalità.

2.4.   Karatteristiċi fotometriċi mkejlin u rreġistrati

Il-fanali ta’ quddiem li jintużaw bħala kampjuni għandhom jiġu soġġetti għal kejl fotometriku fil-punti msemmija fir-Regolament, u l-qari tal-kejl jiġi limitat għall-punti Imax, HV (2), HL, HR (3) fil-każ ta’ raġġ tas-sewqan, u għall-punti B 50 L (jew R), HV, 50 V, 75 R (jew L) u 25 L (jew R) fil-każ tar-raġġ tal-passaġġ (ara l-figura fl-Anness 3).

2.5.   Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità

Il-manifattur huwa responsabbli biex iwettaq studju statistiku tar-riżultati tat-test u biex jiddefinixxi, bi ftehim mal-Awtorità Kompetenti, il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu sabiex tiġi ssodisfata l-ispeċifikazzjoni stabbilita għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-paragrafu 10.1 ta’ dan ir-Regolament.

Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, il-probabbiltà minima li tgħaddi b’suċċess minn verifika ta’ kampjunar b’mod aleatorju skont l-Anness 7 (l-ewwel kampjunar) tkun ta’ 0,95.


(1)  L-ittri fil-parenteżi jirreferu għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li jżomm fuq il-lemin.

(2)  Meta r-raġġ tas-sewqan ikun inkorporat reċiprokament mar-raġġ tal-passaġġ, il-punt HV fil-każ tar-raġġ tas-sewqan għandu jkun l-istess punt tal-kejl bħal fil-każ tar-raġġ tal-passaġġ.

(3)  HL u HR: il-punti “hh” li jinsabu 2,5 gradi fuq ix-xellug u fuq il-lemin tal-punt HV rispettivament.


ANNESS 6

REKWIŻITI GĦALL-FANALI LI JINKORPORAW LENTIJIET TA’ MATERJAL TAL-PLASTIK – ITTESTJAR TA’ KAMPJUNI TA’ LENTIJIET JEW TA’ MATERJAL U TA’ FANALI KOMPLETI

1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

1.1.

Il-kampjuni pprovduti skont il-paragrafu 2.2.4 ta’ dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafi 2.1 sa 2.5 ta’ hawn taħt.

1.2.

Iż-żewġ kampjuni ta’ fanali kompleti pprovduti skont il-paragrafu 2.2.3 ta’ dan ir-Regolament u li jinkorporaw lentijiet ta’ materjal tal-plastik għandhom, fir-rigward tal-materjal tal-lenti, jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafu 2.6 ta’ hawn taħt.

1.3.

Il-kampjuni tal-lentijiet ta’ materjal tal-plastik jew kampjuni tal-materjal għandhom jiġu soġġetti, flimkien mar-riflettur li huma intenzjonati li jitwaħħlu miegħu (fejn applikabbli), għat-testijiet tal-approvazzjoni fl-ordni kronoloġika indikata fit-Tabella A riprodotta fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

1.4.

Madankollu, jekk il-manifattur tal-fanal jista’ jipprova li l-prodott ikun diġà għadda mit-testijiet preskritti fil-paragrafi 2.1 sa 2.5 ta’ hawn taħt, jew mit-testijiet ekwivalenti skont Regolament ieħor, dawk it-testijiet m’għandhomx għalfejn jiġu ripetuti; it-testijiet preskritti fl-Appendiċi 1, Tabella B biss, għandhom ikunu obbligatorji.

2.   Testijiet

2.1.   Reżistenza għat-tibdil fit-temperatura

2.1.1.   Testijiet

Tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandhom jiġu soġġetti għal ħames ċikli ta’ tibdil ta’ temperatura u ta’ umdità (RH = umdità relattiva) skont dan il-programm:

 

3 sigħat f’temperatura ta’ 40 °C ± 2 °C u f’RH ta’ 85-95 fil-mija;

 

siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u f’RH ta’ 60-75 fil-mija;

 

15-il siegħa f’temperatura ta’ – 30 °C ± 2 °C;

 

siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u f’RH ta’ 60-75 fil-mija;

 

3 siegħat f’temperatura ta’ 80 °C ± 2 °C;

 

siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u f’RH ta’ 60-75 fil-mija;

Qabel ma jsir dan it-test, il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u f’RH ta’ 60-75 fil-mija għal mill-inqas erba’ sigħat.

Nota: Il-perjodi ta’ siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C għandhom jinkludu l-perjodi ta’ tranżizzjoni minn temperatura għal oħra li huma meħtieġa biex jiġu evitati l-effetti ta’ xokk termali.

2.1.2   Kejl fotometriku

2.1.2.1.   Metodu

Għandu jitwettaq kejl fotometriku fuq il-kampjuni qabel u wara t-test.

Dan il-kejl għandu jitwettaq bl-użu ta’ bozza tal-filament standard (étalon) u/jew modulu/i LED, kif preżenti fil-fanal ta’ quddiem, fil-punti li ġejjin:

 

B 50 L u 50 R għar-raġġ tal-passaġġ (B 50 R u 50 L fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem maħsuba għal traffiku li jżomm fuq ix-xellug);

 

Imax għar-raġġ tal-passaġġ.

2.1.2.2.   Riżultati

Il-varjazzjoni bejn il-valuri fotometriċi mkejla fuq kull kampjun qabel u wara t-test m’għandhiex tkun ta’ aktar minn 10 fil-mija inklużi t-tolleranzi tal-proċedura fotometrika.

2.2.   Reżistenza għall-aġenti atmosferiċi u kimiċi

2.2.1.   Reżistenza għall-aġenti atmosferiċi

Tliet kampjuni ġodda (lentijiet jew kampjuni tal-materjal) għandhom jiġu esposti għal radjazzjoni minn sors li għandu firxa tal-enerġija spettrali simili għal dik ta’ korp iswed f’temperatura ta’ bejn 5 500 K u 6 000 K. Għandhom jitqiegħdu filtri xierqa bejn is-sors u l-kampjuni sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-radjazzjonijiet b’distanzi bejn il-punti korrispondenti f’mewġiet elettromanjetiċi iżgħar minn 295 nm u akbar minn 2 500 nm. Il-kampjuni għandhom jiġu esposti għal illuminazzjoni enerġetika ta’ 1 200 W/m2 ± 200 W/m2 għat-tul ta’ żmien meħtieġ biex jirċievu ammont ta’ enerġija luminuża ta’ 4 500 MJ/m2 ± 200 MJ/m2. Fil-kumpartiment, it-temperatura mkejla fuq il-pannell l-iswed imqiegħed f’livell mal-kampjuni għandha tkun 50 °C ± 5 °C. Sabiex jiġi żgurat esponiment regolari, il-kampjuni għandhom iduru madwar is-sors ta’ radjazzjoni b’veloċità ta’ bejn 1 u 5 min–1.

Il-kampjuni għandhom jiġu sprejjati b’ilma distillat b’konduttività ta’ inqas minn 1 mS/m f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C, skont iċ-ċiklu li ġej:

sprejjar: 5 minuti; tnixxif: 25 minuta.

2.2.2.   Reżistenza għall-aġenti kimiċi

Wara li jkunu saru t-test deskritt fil-paragrafu 2.2.1 ta’ hawn fuq u l-kejl deskritt fil-paragrafu 2.2.3.1 ta’ hawn taħt, il-wiċċ ta’ barra tat-tliet kampjuni msemmija għandu jiġi ttrattat kif deskritt fil-paragrafu 2.2.2.2 bit-taħlita definita fil-paragrafu 2.2.2.1 ta’ hawn taħt.

2.2.2.1.   Taħlita tal-ittestjar

It-taħlita tal-ittestjar għandha tkun magħmula minn 61,5 fil-mija n-ettan, 12,5 fil-mija toluwen, 7,5 fil-mija etil tetraklorur, 12,5 fil-mija trikloroetilen u 6 fil-mija ksilen (perċentwali tal-volum).

2.2.2.2.   Applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar

Xarrab biċċa drapp tal-qoton (kif speċifikat fl-ISO 105) sakemm ma tkunx tista’ tixrob aktar bit-taħlita definita fil-paragrafu 2.2.2.1 ta’ hawn fuq u, f’10 sekondi, applikaha għal 10 minuti mal-wiċċ ta’ barra tal-kampjun bi pressjoni ta’ 50 N/cm2, li tikkorrispondi għal forza ta’ 100 N applikata fuq superfiċje tal-ittestjar ta’ 14 x 14 mm.

Matul dan il-perjodu ta’ 10-minuti, il-biċċa drapp għandha tiġi mxarrba mill-ġdid bit-taħlita b’mod li l-kompożizzjoni tal-likwidu applikat tkun dejjem l-istess bħal dik tat-taħlita tal-ittestjar preskritta.

Matul il-perjodu tal-applikazzjoni, il-pressjoni applikata fuq il-kampjun tista’ tiġi kkompensata sabiex il-kampjun ma jitħalliex jixxaqqaq.

2.2.2.3.   Tindif

Fit-tmiem tal-applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar, il-kampjuni għandhom jitnixxfu fil-miftuħ u mbagħad jinħaslu bis-soluzzjoni deskritta fil-paragrafu 2.3.1 (Reżistenza għad-diterġenti) f’temperatura ta’ 23 ± 5 °C.

Wara, il-kampjuni għandhom jitlaħalħu b’attenzjoni b’ilma distillat li ma fihx aktar minn 0,2 fil-mija ta’ impuritajiet f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u mbagħad jintmesħu b’biċċa drapp ratba.

2.2.3.   Riżultati

2.2.3.1.

Wara t-test tar-reżistenza għall-aġenti atmosferiċi, il-wiċċ ta’ barra tal-kampjuni m’għandux ikollu xquq, brix, tixlif u deformazzjonijiet, u l-varjazzjoni intermedja fit-trażmissjoni
Formula
, imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness m’għandhiex tkun ta’ aktar minn 0,020 (Δtm ≤ 0,020).

2.2.3.2.

Wara t-test tar-reżistenza għall-aġenti kimiċi, il-kampjuni m’għandhomx ikollhom traċċi ta’ tbajja’ kimiċi li probabbli jikkawżaw varjazzjoni fid-diffużjoni tal-fluss, li l-varjazzjoni intermedja tagħha
Formula
, imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness m’għandhiex tkun ta’ aktar minn 0,020 (Δdm ≤ 0,020).

2.2.4.   Reżistenza għar-radjazzjonijiet minn sorsi tad-dawl

Għandu jitwettaq dan it-test:

 

Kampjuni ċatti ta’ kull komponent tal-plastik li jittrażmetti d-dawl tal-fanal ta’ quddiem jiġu esposti għad-dawl tal-modulu/i LED. Il-parametri bħall-angoli u d-distanzi ta’ dawn il-kampjuni għandhom ikunu l-istess bħal fil-fanal ta’ quddiem. Dawn il-kampjuni għandu jkollhom l-istess kulur u trattament tas-superfiċje, jekk applikabbli, bħall-partijiet tal-fanal ta’ quddiem.

 

Wara 1 500 siegħa ta’ tħaddim kontinwu, iridu jintlaħqu l-ispeċifikazzjonijiet kolorimetriċi tad-dawl trażmess, u l-uċuħ tal-kampjuni jridu jkunu ħielsa minn xquq, grif, laqxiet jew deformazzjoni.

2.3.   Reżistenza għad-deterġenti u idrokarburi

2.3.1.   Reżistenza għad-deterġenti

Il-wiċċ ta’ barra tat-tliet kampjuni (il-lentijiet jew il-kampjuni tal-materjal) għandu jissaħħan għal temperatura ta’ 50 °C ± 5 °C u wara jiġi mgħaddas għal ħames minuti f’taħlita miżmuma f’temperatura ta’ 23 C ± 5 °C u magħmula minn 99 parti ta’ ilma distillat li ma fihx aktar minn 0,02 fil-mija ta’ impuritajiet u parti ta’ sulfonat tal-alkilaril.

Fi tmiem it-test, il-kampjuni jitnixxfu f’temperatura ta’ 50 °C ± 5 °C. Il-wiċċ tal-kampjuni għandu jitnaddaf b’biċċa drapp niedja.

2.3.2.   Reżistenza għall-idrokarburi

Il-wiċċ ta’ barra ta’ dawn it-tliet kampjuni mbagħad jingħorok ħafif għal minuta waħda b’biċċa drapp tal-qoton imxarrba b’taħlita magħmula minn 70 % ta’ n-ettan u 30 % ta’ toluwen (perċentwali tal-volum), imbagħad imnixxef fil-miftuħ.

2.3.3.   Riżultati

Wara li ż-żewġ testijiet imsemmija hawn fuq ikunu twettqu suċċessivament, il-valur medju tal-varjazzjoni fit-trażmissjoni

Formula
, imkejla fuq it-tliet kampjuni skont

il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness m’għandhiex tkun ta’ aktar minn 0,010 (Δtm ≤ 0,010).

2.4.   Reżistenza għad-deterjorament mekkaniku

2.4.1.   Metodu għall-kejl tad-deterjorament mekkaniku

L-uċuħ ta’ barra tat-tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandhom jiġu soġġetti għat-test tad-deterjorament mekkaniku uniformi bil-metodu deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.

2.4.2.   Riżultati

Wara dan it-test, il-varjazzjonijiet:

fit-trażmissjoni

:

Formula
,

u fid-diffużjoni

:

Formula
,

għandhom jitkejlu skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2, fl-erja speċifikata fil-paragrafu 2.2.4.1.1 ta’ dan ir-Regolament. Il-valur intermedju tat-tliet kampjuni għandu jkun tali li:

 

Δtm ≤ 0,100;

 

Δdm ≤ 0,050.

2.5.   Test tal-adeżjoni tal-kisjiet, jekk applikabbli

2.5.1.   Preparazzjoni tal-kampjun

Superfiċje b’erja ta’20 mm × 20 mm tal-kisi ta’ lenti għandu jinqata’ b’xafra jew b’labra f’forma ta’ xibka ta’ kaxex b’daqs ta’ bejn wieħed u ieħor

2 mm × 2 mm. Il-pressjoni fuq ix-xafra jew fuq il-labra għandha tkun biżżejjed li tal-inqas taqtal-kisi.

2.5.2.   Deskrizzjoni tat-test

Irid jintuża tejp adeżiv li jkollu forza tal-adeżjoni ta’ 2 N/(cm wisa’) ± 20 fil-mija imkejla fil-kundizzjonijiet standard speċifikati fl-Appendiċi 4 ta’ dan l-Anness. Dan it-tejp adeżiv, li għandu jkollu wisa’ minima ta’ 25 mm, għandu jiġi ppressat fuq is-superfiċje ppreparat skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 2.5.1, għal mill-inqas ħames minuti.

Imbagħad it-tarf tat-tejp adeżiv għandu jitgħabba b’mod li l-forza tal-adeżjoni mas-superfiċje kkunsidrat tkun ibbilanċjata b’forza perpendikulari għal dak is-superfiċje. F’dan l-istadju, it-tejp għandu jitqatta’ b’veloċità kostanti ta’ 1,5 m/s ± 0,2 m/s.

2.5.3.   Riżultati

M’għandu jkun hemm ebda ħsara evidenti fiż-żona maqsuma f’kaxex. Ħsarat fl-intersezzjonijiet bejn il-kaxex jew fit-truf tal-qatgħat għandhom jiġu permessi, sakemm iż-żona tal-ħsara ma taqbiżx il-15 fil-mija tas-superfiċje maqsum f’kaxex.

2.6.   Testijiet tal-fanal ta’ quddiem komplet li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik

2.6.1.   Reżistenza għad-deterjorament mekkaniku tal-wiċċ tal-lenti

2.6.1.1.   Testijiet

Il-lenti tal-fanal kampjun Nru 1 għandha tiġi soġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.4.1, ta’ fuq.

2.6.1.2.   Riżultati

Wara t-test, ir-riżultati tal-kejl fotometriku mwettaq fuq il-fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament m’għandhomx jeċċedu:

(a)

B’aktar minn 30 fil-mija ogħla mill-valuri massimi preskritti fil-punti B 50 L u HV u b’aktar minn 10 fil-mija taħt il-valuri minimi preskritti fil-punt 75 R (fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem maħsuba għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug, il-punti li għandhom jiġu kkunsidrati huma B 50 R, HV u 75 L).

jew

(b)

B’iktar minn 10 fil-mija taħt il-valuri minimi preskritti fil-punt HV fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ tas-sewqan biss.

2.6.2.   Test tal-adeżjoni tal-kisjiet, jekk applikabbli

Il-lenti tal-fanal kampjun Nru 2 għandha tiġi soġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.5, ta’ hawn fuq.

3.   Verifika tal-konformità tal-produzzjoni

3.1.

Fir-rigward tal-materjali użati għall-manifattura tal-lentijiet, il-fanali ta’ serje għandhom jiġu rikonoxxuti bħala konformi ma’ dan ir-Regolament jekk:

3.1.1.

Wara test ta’ reżistenza għall-aġenti kimiċi u test ta’ reżistenza għad-deterġenti u għall-idrokarburi, il-wiċċ ta’ barra tal-kampjuni ma juri ebda xquq, brix, laqx jew deformazzjoni viżibbli għall-għajnejn (ara l-paragrafi 2.2.2, 2.3.1 u 2.3.2 ta’ hawn fuq);

3.1.2.

Wara t-test deskritt fil-paragrafu 2.6.1.1 ta’ hawn fuq, il-valuri fotometriċi fil-punti tal-kejl ikkunsidrati fil-paragrafu 2.6.1.2 ikunu fil-limiti preskritti għall-konformità tal-produzzjoni f’dan ir-Regolament.

3.2.

Jekk ir-riżultati tat-test ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet għandhom jerġgħu jsiru fuq kampjun ieħor ta’ fanali ta’ quddiem magħżula b’mod aleatorju.

Appendiċi 1

ORDNI KRONOLOĠIKA TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI

A.

Testijiet fuq il-materjali tal-plastik (lentijiet jew kampjuni ta’ materjal ipprovduti skont il-paragrafu 2.2.4 ta’ dan ir-Regolament).

Kampjuni

Lentijiet jew kampjuni tal-materjal

Lentijiet

Testijiet

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

1.1.

Fotometrija limitata (A.6, para. 2.1.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

1.1.1.

Tibdil fit-temperatura (A.6, para. 2.1.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

1.2.

Fotometrija limitata (A.6, para. 2.1.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

1.2.1

Kejl tat-trażmissjoni

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

 

 

1.2.2

Kejl tad-diffużjoni

X

X

X

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

1.3.

Aġenti atmosferiċi (A.6, para. 2.2.1)

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.3.1

Kejl tat-trażmissjoni

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.4.

Aġenti kimiċi (A.6, para. 2.2.2)

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.4.1.

Kejl tad-diffużjoni

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.5.

Deterġenti (A.6, para. 2.3.1)

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

1.6.

Idrokarburi (A.6, para. 2.3.2)

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

1.6.1.

Kejl tat-trażmissjoni

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

1.7.

Deterjorament (A.6, para. 2.4.1)

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

1.7.1.

Kejl tat-trażmissjoni

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

1.7.2.

Kejl tad-diffużjoni

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

1.8.

Adeżjoni (A.6, para. 2.5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

1.9.

Reżistenza għar-radjazzjonijiet minn sorsi tad-dawl (A.6, para. 2.2.4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

B.

Testijiet fuq fanali ta’ quddiem kompleti (provduti skont il-paragrafu 2.2.3 ta’ dan ir-Regolament)

Testijiet

Fanal ta’ quddiem komplet

Kampjun Nru

1

2

2.1.

Deterjorament (para. 2.6.1.1)

x

 

2.2.

Fotometrija (para. 2.6.1.2)

x

 

2.3.

Adeżjoni (para. 2.6.2)

 

x

Appendiċi 2

METODU TAL-KEJL TAD-DIFFUŻJONI U T-TRAŻMISSJONI TAD-DAWL

1.   Tagħmir (ara l-figura)

Ir-raġġ tal-kollimatur K b’nofs diverġenza β/2 = 17,4 x 10–4 rd huwa limitat b’dijaframma Dτ b’fetħa ta’ 6 mm li magħha sserraħ l-istruttura li fuqha hemm il-kampjun.

Lenti akromatika konverġenti L2, b’korrezzjoni għall-aberrazzjonijiet sferiċi tikkonnettja d-dijaframma Dτ mar-riċevitur R; id-dijametru tal-lenti L2 għandu jkun ta’ daqs tali li ma jwaqqax id-dawl diffuż mill-kampjun f’kon b’nofs angolu ta’ fuq nett ta’ β/2 = 14°.

Id-dijaframma annulari DD, bl-angoli αο/2 = 1° u αmax/2 = 12° titqiegħed fi pjan fokali tal-immaġini tal-lenti L2.

Il-parti ċentrali li mhix trasparenti tad-dijaframma tkun meħtieħa biex jiġi eliminat id-dawl li jkun ġej direttament mis-sors tad-dawl. Għandu jkun possibbli li l-parti ċentrali tad-dijaframma titneħħa mir-raġġ tad-dawl b’tali mod li din tmur lura eżatt għall-pożizzjoni oriġinali tagħha.

Id-distanza L2 Dτ u d-distanza fokali F2  (1) tal-lenti L2 għandhom jintgħażlu b’mod li l-immaġni ta’ Dτ tkopri b’mod sħiħ ir-riċevitur R.

Meta l-fluss inċidentali inizjali ssir referenza għalih bħala 1,000 unità, il-preċiżjoni assoluta ta’ kull qari għandha tkun aħjar minn ta’ unità waħda.

2.   Kejl

Għandu jittieħed il-qari li ġej:

Qari

Bil-kampjun

Bil-parti ċentrali ta’ DD

Kwantità rappreżentata

T1

Le

Le

Fluss inċidentali fil-qari inizjali

T2

Iva

(qabel it-test)

Le

Fluss trażmess mill-materjal il-ġdid f’medda ta’ 24°

T3

Iva

(wara t-test)

Le

Fluss trażmess mill-materjal ittestjat f’medda ta’ 24°

T4

Iva

(qabel it-test)

Iva

Fluss diffuż mill-materjal il-ġdid

T5

Iva

(wara t-test)

Iva

Fluss diffuż mill-materjal ittestjat

Image 30


(1)  Għal L2, huwa rrakkomandat li tintuża distanza fokali ta’ madwar 80 mm.

Appendiċi 3

METODU TAL-ITTESTJAR BL-ISPREJ

1.   Tagħmir tal-ittestjar

1.1.   L-apparat tal-isprejjar

Għandu jintuża apparat tal-isprejjar (spray gun) mgħammar b’żennuna b’dijametru ta’ 1,3 mm li tippermetti rata ta’ fluss tal-likwidu ta’ 0,24 ± 0,02 l/minuta bi pressjoni ta’ 6,0 bars – 0/+ 0,5 bar.

Taħt dawn il-kundizzjonijiet ta’ tħaddim, għandu jinkiseb merżuq b’dijametru ta’ 170 mm ± 50 mm fuq il-wiċċ espost għad-deterjorament, f’distanza ta’ 380 mm ± 10 mm miż-żennuna.

1.2.   Taħlita tal-ittestjar

It-taħlita tal-ittestjar għandha tkun magħmula minn:

(a)

Ramel tas-silika ta’ ebusija 7 fuq l-iskala Mohr u b’daqs ta’ granula ta’ bejn 0 u 0,2 mm b’distribuzzjoni prattikament normali, li jkollha fattur angulari ta’ 1,8 sa 2;

(b)

Ilma li l-ebusija tiegħu ma tkunx aktar minn 205 g/m3 għal taħlita magħmula minn 25 g ta’ ramel għal kull litru ta’ ilma.

2.   Test

Is-superfiċje ta’ barra tal-lentijiet tal-fanali għandu jiġi soġġett darba jew aktar għall-azzjoni tal-ġett tar-ramel prodott kif deskritt hawn fuq. Il-ġett għandu jiġi sprejjat kważi bf’angolu perpendikulari mas-superfiċje li għandu jiġi ttestjat.

Id-deterjorament għandu jiġi verifikat permezz ta’ kampjun wieħed jew aktar tal-ħġieġ imqiegħed bħala referenza ħdejn il-lentijiet li għandhom jiġu ttestjati. It-taħlita għandha tikompli tiġi sprejjata sakemm il-varjazzjoni tad-diffużjoni tad-dawl fuq il-kampjun jew kampjuni, mkejla permezz tal-metodu deskritt fl-Appendiċi 2, tkun tali li:

Formula

Diversi kampjuni ta’ referenza jistgħu jintużaw sabiex jiġi verifikat li s-superfiċje kollu li għandu jiġi ttestjat ikun iddeterjorat b’mod omoġenju.

Appendiċi 4

TEST TAL-ADEŻJONI TAT-TEJP ADEŻIV

1.   Skop

Dan il-metodu jippermetti li tiġi determinata l-forza lineari tal-adeżjoni f’kundizzjonijiet standard tat-tejp adeżiv ma’ plejt tal-ħġieġ.

2.   Prinċipju

Kejl tal-forza meħtieġa biex it-tejp adeżiv jinqala’ minn ma’ plejt tal-ħġieġ f’angolu ta’ 90°.

3.   Kundizzjonijiet atmosferiċi speċifikati

Il-kundizzjonijiet ambjentali għandhom ikunu ta’ temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u umdità relattiva (RH) ta’65 ± 15 fil-mija.

4.   Il-biċċiet tal-ittestjar

Qabel it-test, ir-romblu kampjun tat-tejp adeżiv għandu jiġi kkundizzjonat għal 24 siegħa fl-atmosfera speċifikata (ara l-para. 3 ta’ hawn fuq).

Minn kull romblu għandhom jiġu ttestjati ħames biċċiet ta’ 400 mm tul. Dawn il-biċċiet tal-ittestjar għandhom jittieħdu mir-romblu wara li minnu jintremew l-ewwel tliet dawriet.

5.   Proċedura

It-test għandu jitwettaq fil-kundizzjonijiet ambjentali speċifikati fil-paragrafu 3.

Il-ħames biċċiet tal-ittestjar iridu jittieħdu waqt li r-romblu tat-tejp jinħall radjalment b’veloċità ta’ madwar 300 mm/s, imbagħad iridu jiġu applikati fil-15-il sekonda ta’ wara b’dan il-mod:

 

It-tejp jitwaħħal mal-plejt tal-ħġieġ progressivament billi jingħorok ħafif bis-saba’ mat-tul kollu, mingħajr pressjoni eċċessiva, b’tali mod li ma titħalla ebda bużżieqa tal-arja bejn it-tejp u l-plejt tal-ħġieġ.

 

Kollox jitħalla jistrieħ għal 10 minuti fil-kundizzjonijiet atmosferiċi speċifikati.

 

Madwar 25 mm mill-biċċa tal-ittestjar tinqala’ minn mal-folja fi pjan perpendikulari għall-assi tal-biċċa tal-ittestjar.

 

Il-plejt jitwaħħal u t-tarf ħieles tat-tejp jiġi mitwi f’angolu ta’ 90°. Tiġi applikata forza b’tali mod li l-linja ta’ separazzjoni bejn it-tejp u l-plejt tkun perpendikulari ma’ din il-forza u perpendikulari mal-plejt.

 

It-tejp jinġibed biex jinqala’ b’veloċità ta’ 300 mm/sek ± 30 mm/sek u l-forza meħtieġa tiġi rreġistrata.

6.   Riżultati

Il-ħames valuri miksuba għandhom jiġu rranġati f’ordni u l-valur medjan jittieħed bħala riżultat ta’ dan il-kejl. Dan il-valur għandu jiġi espress f’Newtons għal kull ċentimetru ta’ wisa’ tat-tejp.


ANNESS 7

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR

1.   Ġenerali

1.1.

Ir-rekwiżiti ta’ konformità għandhom jitqiesu ssodisfati mil-lat mekkaniku u ġeometriku skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk applikabbli, jekk id-differenzi ma jeċċedux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura. Din il-kundizzjoni tapplika wkoll għall-kulur.

1.2.

Fir-rigward tal-prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tiġi kkontestata jekk, meta tiġi ttestjata l-prestazzjoni fotometrika ta’ kwalunkwe fanal ta’ quddiem magħżul b ‘mod aleatorju u mgħammar b’bozza tal-filament standard u/jew modulu/i LED preżenti fil-fanal ta’ quddiem:

1.2.1.

Ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’iktar minn 20 fil-mija mill-valur preskritt f’dan ir-Regolament. Għall-valuri B 50 L (jew R) (1) u ż-żona III, id-devjazzjoni mhux favorevoli massima tista’ tkun rispettivament ta’:

B 50 L (jew R):

170 cd ekwivalenti għal 20 fil-mija

255 cd ekwivalenti għal 30 fil-mija

Żona III

255 cd ekwivalenti għal 20 fil-mija

380 cd ekwivalenti għal 30 fil-mija

1.2.2.

Jew jekk

1.2.2.1.

Għar-raġġ tal-passaġġ, il-valuri preskritti f’dan ir-Regolament jintlaħqu fil-punt HV (b’tolleranza ta’ +170 cd) u relatat ma’ dik il-mira tal-inqas f’punt ta’ kull erja delimitata fuq l-iskrin tal-kejl (fi 25 m) b’ċirku b’raġġ ta’ 15 cm madwar il-punti B 50 L (jew R) (b’tolleranza ta’ 85 cd), 75 R (jew L), 50 V, 25 R, 25 L, u fl-erja kollha taż-żona IV li mhijiex aktar minn 22,5 cm ‘il fuq mil-linja 25 R u 25 L;

1.2.2.2.

U jekk, għar-raġġ tas-sewqan, il-punt HV ikun fl-isolux 0,75 Imax, tiġi osservata, għall-valuri fotometriċi fi kwalunkwe punt tal-kejl speċifikat fil-paragrafu 6.3.2 ta’ dan ir-Regolament, tolleranza ta’ +20 fil-mija għall-valuri massimi u ta’ -20 fil-mija għall-valuri minimi. Il-marka ta’ referenza ma tiġix ikkunsidrata.

1.2.3.

Jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, jista’ jinbidel l-allinjament tal-fanal ta’ quddiem, sakemm l-assi tar-raġġ ma jiġix spostjat lateralment b’aktar minn 1° lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.

1.2.4.

Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet għandhom jerġgħu jsiru u tintuża/jintużaw bozza/bozoz oħra tal-filament standard u/jew il-modulu/i LED preżenti fil-fanal ta’ quddiem.

1.2.5.

Il-fanali ta’ quddiem b’difetti evidenti ma jiġux ikkunsidrati.

1.2.6.

Il-marka ta’ referenza ma tiġix ikkunsidrata.

1.3.

Jekk, madankollu, l-aġġustament vertikali ma jkunx jista’ jitwettaq ripetutament fil-pożizzjoni meħtieġa fit-tolleranzi deskritti fil-paragrafu 6.2.2.3 ta’ dan ir-Regolament, kampjun wieħed għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafi 2. u 3. tal-Anness 9.

2.   L-ewwel teħid tal-kampjuni

Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni erba’ fanali ta’ quddiem jintgħażlu b’mod aleatorju. L-ewwel kampjun ta’ żewġ fanali jiġi mmarkat A, u t-tieni kampjun ta’ żewġ fanali jiġi mmarkat B.

2.1.   Il-konformità ma tiġix ikkontestata

2.1.1.

Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem fid-direzzjonijiet mhux favorevoli jkunu:

2.1.1.1.

Kampjun A

A1:

fanal ta’ quddiem wieħed

 

0 fil-mija

il-fanal ta’ quddiem l-ieħor

mhux aktar minn

20 fil-mija

A2:

iż-żewġ fanali ta’ quddiem

aktar minn

0 fil-mija

iżda

mhux aktar minn

20 fil-mija

ara l-kampjun B

 

 

2.1.1.2.

Kampjun B

B1:

iż-żewġ fanali ta’ quddiem

 

0 fil-mija

2.1.2.

Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A jiġu ssodisfati.

2.2.   Il-konformità tiġi kkontestata

2.2.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantitajiet kbar għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab jagħmel mezz li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:

2.2.1.1.

Kampjun A

A3:

fanal ta’ quddiem wieħed

mhux aktar minn

20 fil-mija

il-fanal ta’ quddiem l-ieħor

aktar minn

20 fil-mija

iżda

mhux aktar minn

30 fil-mija

2.2.1.2.

Kampjun B

B2:

fil-każ ta’ A2

 

 

fanal ta’ quddiem wieħed

aktar minn

0 fil-mija

iżda

mhux aktar minn

20 fil-mija

il-fanal ta’ quddiem l-ieħor

mhux aktar minn

20 fil-mija

B3:

fil-każ ta’ A2

 

 

fanal ta’ quddiem wieħed

 

0 fil-mija

il-fanal ta’ quddiem l-ieħor

aktar minn

20 fil-mija

iżda

mhux aktar minn

30 fil-mija

2.2.2.

Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjun A ma jiġux issodisfati.

2.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tiġi kkontestata u jiġi applikat il-paragrafu 11 jekk, wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:

2.3.1.

Kampjun A

A4:

fanal ta’ quddiem wieħed

mhux aktar minn

20 fil-mija

il-fanal ta’ quddiem l-ieħor

aktar minn

30 fil-mija

A5:

iż-żewġ fanali ta’ quddiem

aktar minn

20 fil-mija

2.3.2.

Kampjun B

B4:

fil-każ ta’ A2

 

 

il-fanal ta’ quddiem l-ieħor

aktar minn

0 fil-mija

iżda

mhux aktar minn

20 fil-mija

il-fanal ta’ quddiem l-ieħor

aktar minn

20 fil-mija

B5:

fil-każ ta’ A2

 

 

iż-żewġ fanali ta’ quddiem

aktar minn

20 fil-mija

B6:

fil-każ ta’ A2

 

 

fanal ta’ quddiem wieħed

 

0 fil-mija

il-fanal ta’ quddiem l-ieħor

aktar minn

30 fil-mija

2.3.3.

Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni A u B ma jiġux issodisfati.

3.   Teħid ripetut ta’ kampjuni

Fi żmien xahrejn wara n-notifika, fil-każ ta’ A3, B2, B3 huwa meħtieġ teħid ripetut ta’ kampjuni, it-tielet kampjun C ta’ żewġ fanali ta’ quddiem, magħżula mill-istokk immanifatturat wara l-allinjament.

3.1.   Il-konformità ma tiġix ikkontestata

3.1.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-miżuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:

3.1.1.1.

Kampjun C

C1:

fanal ta’ quddiem wieħed

 

0 fil-mija

il-fanal ta’ quddiem l-ieħor

mhux aktar minn

20 fil-mija

C2:

iż-żewġ fanali ta’ quddiem

aktar minn

0 fil-mija

iżda

mhux aktar minn

20 fil-mija

ara l-kampjun D

 

 

3.1.1.2.

Kampjun D

D1:

fil-każ ta’ C2

 

iż-żewġ fanali ta’ quddiem

0 fil-mija

3.1.2.

Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C jiġu ssodisfati.

3.2.   Il-konformità tiġi kkontestata

3.2.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantitajiet kbar għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab jagħmel mezz li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:

3.2.1.1.

Kampjun D

D2:

fil-każ ta’ C2

 

 

il-fanal ta’ quddiem l-ieħor

aktar minn

0 fil-mija

iżda

mhux aktar minn

20 fil-mija

fanal ta’ quddiem wieħed

mhux aktar minn

20 fil-mija

3.2.1.2.

Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C ma jiġux issodisfati.

3.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tiġi kkontestata u jiġi applikat il-paragrafu 11 jekk, wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:

3.3.1.

Kampjun C

C3:

fanal ta’ quddiem wieħed

mhux aktar minn

20 fil-mija

il-fanal ta’ quddiem l-ieħor

aktar minn

20 fil-mija

C4:

iż-żewġ fanali ta’ quddiem

aktar minn

20 fil-mija

3.3.2.

Kampjun D

D3:

fil-każ ta’ C2

 

 

fanal ta’ quddiem wieħed

0 jew aktar minn

0 fil-mija

il-fanal ta’ quddiem l-ieħor

aktar minn

20 fil-mija

3.3.3.

Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni C u D ma jiġux issodisfati.

4.   Tibdil fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-qtugħ

Fir-rigward tal-verifika tat-tibdil fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-qtugħ bl-effett tas-sħana, għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja:

 

Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, wieħed mill-fanali ta’ quddiem tal-kampjun A għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness4 wara li jiġi soġġett għal tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 4.

 

Il-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk Δr ma jkunx aktar minn 1,5 mrad.

 

Jekk dan il-valur ikun ogħla minn 1,5 mrad iżda mhux ogħla minn 2,0 mrad, it-tieni fanal ta’ quddiem tal-kampjun A għandu jiġi soġġett għat-test, li warajh il-medja tal-valuri assoluti rreġistrati għaż-żewġ kampjuni m’għandiex tkun ogħla minn 1,5 mrad.

 

Madankollu, jekk għall-kampjun A ma jkunx hemm konformità ma’ dan il-valur ta’ 1,5 mrad, iż-żewġ fanali ta’ quddiem tal-kampjun B għandhom jiġu soġġetti għall-istess proċedura u l-valur ta’ Δr għal kull wieħed minnhom m’għandux ikun ogħla minn 1,5 mrad.

Figura 1

Image 31

Riżultati possibbli fuq il-kampjun A

2 apparati

L-ewwel Teħid ta' Kampjuni

4 apparati magħżula b'mod aleatorju maqsuma f'kampjuni A&B

2 apparati

TMIEM

mur għall-kampjun B

TMIEM

Allinjament

Il-manufattur jiġi ordnat jagħmel il-prodotti tiegħu konformi mar-rekwiżiti

2 apparati

Kampjunar ripetut

4 apparati magħżula b'mod aleatorju maqsuma f'kampjuni C&D

2 apparati

TMIEM

mur għall-kampjun D

Riżultati poss. fuq il-kampjun D

Riżultati possibbli fuq il-kampjun B

Riżultati poss. fuq il-kamjun C

TMIEM

mur għall-allinjament

Approvazzjoni rtirata

Devjazzjoni massima [persentaġġ] fid-direzzjoni mhux favorevoli fir-rigward tal-valuri limitu


(1)  L-ittri fil-parenteżi jirreferu għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li jżomm fuq il-lemin.


ANNESS 8

ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-PERJODI OPERATTIVI LI JIKKONĊERNAW IT-TESTIJIET GĦALL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOTMETRIKA

Taqsiriet

:

P: fanal b’raġġ tal-passaġġ

D: fanal b’raġġ tas-sewqan (D1 + D2 tfisser żewġ raġġi tas-sewqan)

F: fanal taċ-ċpar ta’ quddiem

— — — — — —: tfisser ċiklu ta’ 15-il minuta mitfi u 5 minuti mixgħul.

Il-fanali ta’ quddiem raggruppati u l-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem kollha li ġejjin flimkien mas-simboli tal-immarkar tal-Klassi B miżjuda qed jingħataw bħala eżempji u mhumiex eżawrjenti.

1.

P jew D jew F (HC jew HR jew B)

Image 32

2.

P+D (HCR) jew P+D1+D2 (HCR HR)

Image 33

3.

P+D (HC/R) jew P+D1+D2 (HC/R HR)

Image 34

4.

P+F (HC B)

Image 35

5.

P+F (HC B/) jew HC/B

Image 36

6.

D+F (HR B) jew D1+D2+F (HR HR B)

Image 37

7.

D+F (HR B/) jew D1+D2+F (HR HR B/)

Image 38

8.

P+D+F (HCR B) jew P+D1+D2+F (HCR HR B)

Image 39

9.

P+D+F (HC/R B) jew P+D1+D2+F (HC/R HR B)

Image 40

10.

P+D+F (HCR B/) jew P+D1+D2+F (HCR HR B/)

Image 41

11.

P+D+F (HC/R B/) jew P+D1+D2+F (HC/R HR B/)

Image 42


ANNESS 9

VERIFIKA STRUMENTALI TAL-“PUNT TAL-QTUGĦ” GĦAL FANALI TA’ QUDDIEM B’RAĠĠ TAL-PASSAĠĠ

1.   Ġenerali

Fil-każ fejn japplika l-paragrafu 6.2.2.4 ta’ dan ir-Regolament, il-kwalità tal-“punt tal-qtugħ” għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2. ta’ hawn taħt u l-aġġustament strumentali vertikali u orizzontali tar-raġġ għandu jitwettaq skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ hawn taħt.

Qabel ma jitwettaq il-kejl tal-kwalità tal-“punt tal-qtugħ” u l-proċedura tal-immirar strumentali, tenħtieġ mira viżwali minn qabel skont il-paragrafi 6.2.2.1 u 6.2.2.2 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Kejl tal-kwalità tal-“punt tal-qtugħ”

Sabiex tiġi determinata l-akutezza minima, għandu jitwettaq kejl permezz ta’ skannjar vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-qtugħ” f’passi angolari ta’ 0,05 ° f’distanza tal-kejl ta’ jew:

(a)

10 m b’ditekter li jkollu dijametru ta’ madwar 10 mm jew ta’

(b)

25 m b’ditekter li jkollu dijametru ta’ madwar 30 mm.

Id-distanza tal-kejl li fiha jkun twettaq it-test għandha tiġi rreġistrata fil-punt 9. tal-formola ta’ komunikazzjoni (ara l-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament).

Sabiex tiġi determinata l-akutezza massima, għandu jitwettaq kejl permezz ta’ skannjar vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-qtugħ” f’passi angolari ta’ 0,05° esklussivament f’distanza tal-kejl ta’ 25 m u b’ditekter li jkollu dijametru ta’ madwar 30 mm.

Il-kwalità tal-“punt tal-qtugħ” għandha tiġi kkunsidrata aċċettabbli jekk ir-rekwiżiti tal-paragrafi 2.1 sa 2.3 ta’ hawn taħt ikunu konformi ma’ mill-inqas sett wieħed ta’ kejl.

2.1.   Ma jistax ikun hemm aktar minn linja tal-“punt tal-qtugħ” waħda viżibbli (1).

2.2.   Akutezza tal-“punt tal-qtugħ”:

Il-fattur tal-akutezza G jiġi determinat permezz ta’ skannjar vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-qtugħ” f’2,5° mill-linja V-V fejn:

Formula
fejn β = il-pożizzjoni vertikali fi gradi.

Il-valur ta’ G m’għandux ikun inqas minn 0,13 (akutezza minima) u mhux iktar minn 0,40 (akutezza massima).

2.3.   Linearità

Il-parti tal-“punt tal-qtugħ” orizzontali li sservi għall-aġġustament vertikali għandha tkun orizzontali bejn 1,5° u 3,5° mil-linja V-V (ara l-Figura 1).

Il-punti ta’ inflessjoni tal-gradjent tal-“punt tal-qtugħ” fil-linji vertikali f’1,5°, 2,5° u 3,5° għandhom jiġu determinati bl-ewkwazzjoni:

Formula
.

Id-distanza vertikali massima bejn il-punti ta’ inflezzjoni determinati m’għandhiex tkun aktar minn 0,2°.

3.   Aġġustament vertikali u orizzontali

Jekk il-“punt tal-qtugħ” ikun konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-paragrafu 2. ta’ dan l-Anness, l-aġġustament tar-raġġ jista’ jitwettaq strumentalment.

Figura 1

Kejl tal-kwalità tal-“punt tal-qtugħ”

Image 43

Nota: L-iskali għal-linji vertikali u orizzontali huma differenti.

3.1.   Aġġustament vertikali

Permezz ta’ moviment ‘il fuq minn taħt il-linja B (ara l-Figura 2 ta’ hawn taħt), jitwettaq skan vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-qtugħ” f’2,5° mill-linja V-V. Il-punt ta’ inflessjoni (fejn d2 (log E)/dv2 = 0) jiġi determinat u pożizzjonat fuq il-linja B li tkun wieħed fil-mija taħt il-linja H-H.

3.2.   Aġġustament orizzontali

L-applikant għandu jispeċifika wieħed minn dawn il-metodi tal-mira orizzontali:

(a)

Il-metodu tal-“linja 0,2 D” (ara l-Figura 2 ta’ hawn taħt).

Linja waħda orizzontali f’0,2° D għandha tiġi skenjata minn 5° fuq ix-xellug sa 5° fuq il-lemin wara li l-fanal ikun ġie mmirat vertikalment. Il-gradjent massimu “G” determinat permezz tal-formula

Formula
fejn β hija l-pożizzjoni orizzontali fi gradi, m’għandux ikun inqas minn 0,08.

Il-punt ta’ inflessjoni li jinstab fuq il-linja 0,2 D għandu jiġi pożizzjonat fuq il-linja A.

Figura 2

Aġġustament strumentali vertikali u orizzontali - metodu ta’ skannjar tal-linja orizzontali

Image 44

Nota: L-iskali għal-linji vertikali u orizzontali huma differenti.

(b)

Il-metodu tat-“3 linji” (ara l-Figura 3)

Tliet linji vertikali għandhom jiġu skenjati minn 2° D sa 2° U f’1° R, 2° R, u 3° R wara li l-fanal ikun ġie mmirat vertikalment. Il-gradjenti massimi rispettivi “G” determinati permezz tal-formola:

Formula

fejn β hija l-pożizzjoni vertikali fi gradi, m’għandhomx ikunu inqas minn 0.08. Il-punti ta’ inflezzjoni li jinsabu fuq it-tliet linji għandhom jintużaw biex tinkiseb linja dritta. L-intersezzjoni ta’ din il-linja u l-linja B li tinsab waqt it-twettiq tal-mira vertikali għandha tkun fuq il-linja V.

Figura 3

Aġġustament strumentali vertikali u orizzontali - Metodu ta’ skannjar tat-tliet linji

Image 45

Nota: L-iskali għal-linji vertikali u orizzontali huma differenti.


(1)  Dan il-paragrafu għandu jiġi emendat f’każ li jsir disponibbli xi metodu tal-ittestjar oġġettiv.


ANNESS 10

REKWIŻITI GĦAL MODULI LED U FANALI TA’ QUDDIEM LI JINKLUDU MODULI LED

1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

1.1.

Kull kampjun ta’ modulu LED sottomess għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament meta ttestjat bl-apparat(i) ta’ kontroll elettroniku tas-sors tad-dawl provdut(i), jekk applikabbli.

1.2.

Il-modulu/i LED għandu/għandhom ikun(u) ddisinjat/i b’tali mod li jkun(u) u jibqa’/jibqgħu jaħdem/jaħdmu sew waqt l-użu normali. Barra minn hekk m’għandu jkollhom ebda difett fid-disinn jew il-manifattura. Modulu LED għandu jitqies li ma għaddiex mit-test jekk ma tgħaddix xi waħda mil-LEDs tiegħu.

1.3.

Il-modulu/i LED għandhom ikunu tat-tip li ma jistax/jistgħux jiġi/u mbagħbsa.

1.4.

Id-disinn tal-modulu/i LED li jista’/jistgħu jitneħħa/jitneħħew għandu jkun tali li:

1.4.1.

Meta l-modulu LED jitneħħa u jiġi sostitwit b’modulu ieħor provdut mill-applikant u li jkollu l-istess kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl, l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi tal-fanal ta’ quddiem għandhom jintlaħqu;

1.4.2.

Il-moduli LED b’kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl differenti fl-istess kisi protettiv tal-fanal, m’għandhomx ikunu intersostitwibbli.

2.   Manifattura

2.1.

L-LED(s) fuq il-modulu LED għandhom ikunu mgħammra b’elementi tat-twaħħil adattati.

2.2.

L-elementi tat-twaħħil għandhom ikunu mwaħħla b’mod sod u b’saħħtu mal-LED(s) u l-modulu LED.

3.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

3.1.   Applikazzjoni

3.1.1.   Il-kampjuni kollha għandhom jiġu ttestjati kif speċifikat fil-paragrafu 4. ta’ hawn taħt.

3.1.2.   It-tip ta’ sorsi tad-dawl fuq Modulu LED għandhom ikunu dajowds li jitfgħu d-dawl (LEDs) kif definit fir-Regolament Nru 48, paragrafu 2.7.1, b’mod partikolari fir-rigward tal-element ta’ radjazzjoni viżibbli. Tipi oħra ta’ sorsi tad-dawl ma jiġux awtorizzati.

3.2.   Kundizzjonijiet tat-tħaddim

3.2.1.   Kundizzjonijiet tat-tħaddim ta’ moduli LED

Il-kampjuni kollha għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjonijiet kif speċifikati fil-paragrafi 6.1.4 u 6.1.5 ta’ dan ir-Regolament. Jekk ma jiġix speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness, il-moduli LED għandhom jiġu ttestjati fil-fanal ta’ quddiem kif sottomessi mill-manifattur.

3.2.2.   Temperatura ambjentali

Għall-kejl tal-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem f’atmosfera xotta u wieqfa f’temperatura ambjentali ta’ 23 °C ± 5 °C.

3.3.   Tiqdim

Fuq talba tal-applikant il-modulu LED għandu jitħaddem għal 15-il siegħa u jitberred għal temperatura ambjentali qabel ma jinbdew it-testijiet kif speċifikat f’dan ir-Regolament.

4.   Rekwiżiti u testijiet speċifiċi

4.1.   L-apparenza tal-kulur

4.1.1.   Kontenut ta’ aħmar

Minbarra l-kejl deskritt fil-paragrafu 7. ta’ dan ir-Regolament:

Il-kontenut minimu ta’ aħmar tad-dawl ta’ modulu LED jew fanal ta’ quddiem li jinkorpora modulu/i LED ittestjat f’50 V għandha tkun tali li:

Formula

fejn:

Ee(λ) (unità: W)

hija d-distribuzzjoni spettrali tal-irradjanza;

V(λ) (unità: 1)

hija l-effiċjenza luminuża spettrali;

(λ) (unità: nm)

hija t-tul ta’ mewġa (wavelength).

Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw intervalli ta’ nanometru.

4.2.   Radjazzjoni UV

Ir-radjazzjoni UV ta’ modulu LED tat-tip b’UV baxx għandha tkun tali li:

Formula

fejn:

 

S(λ) (unità: 1) hija l-funzjoni ta’ ponderazzjoni spettrali;

 

km = 683 lm/W huwa l-valur massimu tal-effiċjenza luminuża tar-radjazzjoni.

(Għal definizzjonijiet ta’ simboli oħra ara l-paragrafu 4.1.1. ta’ hawn fuq).

Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw intervalli ta’ nanometru. Ir-radjazzjoni-UV għandha tiġi pponderata skont il-valuri kif indikat fit-Tabella UV ta’ hawn taħt:

Tabella UV:

Valuri skont l-“IRPA/INIRC Guidelines on limits of exposure to ultraviolet radiation”. Il-wavelengths (f’nanometri) magħżula huma rappreżentattivi; valuri oħra għandhom jiġu interpolati.

λ

S(λ)

250

0,430

255

0,520

260

0,650

265

0,810

270

1,000

275

0,960

280

0,880

285

0,770

290

0,640

295

0,540

300

0,300

305

0,060

310

0,015

315

0,003

320

0,001

325

0,00050

330

0,00041

335

0,00034

340

0,00028

345

0,00024

350

0,00020

 

 

355

0,00016

360

0,00013

365

0,00011

370

0,00009

375

0,000077

380

0,000064

385

0,000053

390

0,000044

395

0,000036

400

0,000030

 

 

4.3.   L-istabbiltà tat-temperatura

4.3.1.   Illuminanza

4.3.1.1.

Għandu jsir kejl fotometriku tal-fanal quddiem wara minuta ta’ tħaddim għall-funzjoni speċifika fil-punt tat-test speċifikat hawn taħt. Għal dan il-kejl, il-mira tista’ tkun approssimattiva iżda trid tinżamm għal qabel u wara l-kejl tal-proporzjon.

Punti tat-test li jridu jitkejlu:

 

Raġġ tal-passaġġ, il-punt 25 R

 

Raġġ tas-sewqan, il-punt HV

4.3.1.2.

Il-fanal għandu jkompli jitħaddem sakemm ikun hemm stabbiltà fotometrika. Il-mument li fih il-fotometrija tkun stabbli huwa definit bħala l-punt meta l-varjazzjoni tal-valur fotometriku tkun inqas minn 3 fil-mija matul kwalunkwe perjodu ta’ 15-ilminuta. Wara li jkun hemm stabbiltà, għandha tipprova ssir fotometrija kompleta b’konformità mar-rekwiżiti tal-apparat speċifiku. Għandha ssir fotometrija tal-fanal fil-punti tat-test kollha għall-apparat speċifiku.

4.3.1.3.

Jiġi kkalkulat il-proporzjon bejn il-valur tal-punt tat-test fotometriku stabbilit fil-paragrafu 4.3.1.1 u l-valur tal-punt stabbilit fil-paragrafu 4.3.1.2 ta’ hawn fuq.

4.3.1.4.

Ladarba tinkiseb l-istabbiltà fotometrika, il-proporzjon ikkalkulat hawn fuq jiġi applikat għal kull wieħed mill-punti tat-test li jifdal biex tinħoloq tabella fotometrika ġdida li tiddeskrivi l-fotometrija kompleta bbażata fuq minuta ta’ tħaddim.

4.3.1.5.

Il-valuri tal-intensità luminuża mkejla wara minuta u wara li tkun intlaħqet l-istabbiltà fotometrika għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi u massimi.

4.3.2.   Kulur

Il-kulur tad-dawl li joħroġ imkejjel wara minuta waħda u dak mkejjel wara li tkun inkisbet l-istabbiltà fototmetrika, kif deskritt fil-paragrafu 4.3.1.2 ta’ dan l-Anness, għandhom it-tnejn ikunu fil-limiti tal-kulur meħtieġa.

5.   Il-kejl tal-fluss luminuż oġġettiv tal-modulu/i LED li jipproduċi r-raġġ tal-passaġġ prinċipali għandu jsir kif ġej:

5.1.

Il-modulu/i LED għandu/għandhom ikunu fil-konfigurazzjoni kif deskritt fl-ispeċifikazzjoni teknika kif definit fil-paragrafu 2.2.2 ta’ dan ir-Regolament. L-elementi ottiċi (l-elementi ottiċi sekondarji) għandhom jitneħħew mis-Servizz Tekniku fuq talba tal-applikant permezz ta’ għodda. Din il-proċedura u l-kundizzjonijiet waqt il-kejl kif deskritt hawn taħt għandhom ikunu deskritti fir-rapport tat-test.

5.2.

Tliet moduli LED ta’ kull tip għandhom jiġu sottomessi mill-applikant bl-apparat ta’ kontroll tas-sors tad-dawl, jekk applikabbli, u bi struzzjonijiet suffiċjenti.

Tista’ tiġi pprovduta ġestjoni xierqa tas-sħana (eż. heat sink), sabiex jiġu ssimulati kundizzjonijiet termali simili bħal dawk fl-applikazzjoni tal-fanal ta’ quddiem korrispondenti.

Qabel it-test, kull modulu LED għandu jintuża għal mill-anqas tnejn u sebgħin siegħa fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk fl-applikazzjoni tal-fanal ta’ quddiem korrispondenti.

Fil-każ tal-użu ta’ sfera ta’ integrazzjoni, l-isfera għandu jkollha dijametru minimu ta’ metru, u mill-anqas għaxar darbiet il-qies massimu tal-modulu LED, liema jkun l-akbar. Il-kejl tal-fluss jista’ jsir ukoll permezz ta’ integrazzjoni bl-użu ta’ gonjofotometru. Il-preskrizzjonijiet fil-Pubblikazzjoni tas-CIE - Nru 84 - 1989, dwar it-temperatura tal-kamra, il-pożizzjoni, eċċ., għandhom jitqiesu.

Il-modulu LED għandu jinħaraq għal madwar siegħa fl-isfera magħluqa jew fil-gonjofotometru.

Il-fluss għandu jitkejjel wara li tkun inkisbet l-istabbiltà, kif spjegat fil-paragrafu 4.3.1.2 ta’ dan l-Anness ta’ dan ir-regolament.

Il-medja tal-kejl tat-tliet kampjuni ta’ kull tip ta’ modulu LED għandha titqies li tkun il-fluss luminuż oġġettiv tiegħu.


ANNESS 11

ILLUSTRAZZJONI ĠENERALI GĦAR-RAĠĠ TAL-PASSAĠĠ PRINĊIPALI U L-KONTRIBUTURI TAR-RAĠĠI U L-GĦAŻLIET KORRELATI TAS-SORSI TAD-DAWL

Image 46

Raġġ tal-passaġġ prinċipali: Regolament Nru. 37 fanal jew modulu/i LED

Tidwil għal-liwi: Regolament Nru. 37 fanal jew modulu/i LED

Emittur IR: Regolament Nru. 37 fanal jew modulu/i LED