14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/64


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

Regolament Nru 98 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali ta’ quddiem ta’ vetturi awtomotivi mgħammra b’sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 4 għas-serje 01 tal-emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: il-15 ta’ Lulju 2013

WERREJ

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.

Definizzjonijiet

2.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ fanal ta’ quddiem

3.

Immarkar

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Illuminazzjoni

7.

Qies tal-iskumdità u/jew diżabbiltà

8.

Modifika tat-tip ta’ fanal ta’ quddiem u estenzjoni tal-approvazzjoni

9.

Konformità tal-produzzjoni

10.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

11.

Produzzjoni mwaqqfa definittivament

12.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

13.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

1.

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta’ tip ta’ unità tal-fanal ta’ quddiem jew sistema ta’ illuminazzjoni distribwita skont ir-Regolament Nru 98

2.

Eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni

3.

Sistema tal-kejl tal-koordinati sferiċi u l-postijiet tal-punti tat-test

4.

Testijiet tal-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika ta’ fanali ta’ quddiem waqt li qed jitħaddmu

5.

Rekwiżiti għall-fanali li jinkorporaw lentijiet ta’ materjal tal-plastik – Ittestjar ta’ lentijiet jew kampjuni tal-materjal u ta’ fanali kompluti

6.

Ċentru ta’ referenza

7.

Marki tal-vultaġġ

8.

Ir-rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

9.

Rekwiżiti minimi għal teħid ta’ kampjuni minn spettur

10.

Verifika strumentali tal-“punt tal-waqfien” għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx

11.

Rekwiżiti għal moduli LED u fanali ta’ quddiem li jinkludu moduli LED

A.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Kamp ta’ applikazzjoni (1)

Dan ir-Regolament japplika għal:

(a)

Fanali ta’ quddiem, u

(b)

Sistemi tal-illuminazzjoni distribwita,

li jużaw sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass, għall-vetturi tal-kategoriji M, N u L3.

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament,

1.1.

Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmiental-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.

1.2.

“Lenti” tfisser il-komponent ta’ barra nett tal-fanal ta’ quddiem (unità) li jittrażmetti d-dawl minn ġos-superfiċje li jdawwal;

1.3.

“Kisja” tfisser kwalunkwe prodott jew prodotti applikati f’saff wieħed jew iktar tal-wiċċ ta’ barra tal-lenti;

1.4.

“Par imqabbel” tfisser is-sett ta’ fanali bl-istess funzjoni fuq ix-xellug u l-lemin tal-vettura;

1.5.

Fanali ta’ quddiem ta’ “tipi” differenti huma fanali ta’ quddiem li huma differenti f’aspetti essenzjali bħal:

1.5.1.

L-isem jew il-marka tal-fabbrika;

1.5.2.

Il-karatteristiċi tas-sistema ottika;

1.5.3.

L-inklużjoni jew l-eliminazzjoni ta’ komponenti kapaċi li jibdlu l-effetti ottiċi permezz ta’ riflessjoni, rifrazzjoni, assorbiment u/jew deformazzjoni matul l-użu;

1.5.4.

Adattament għal sistemi ta’ traffiku fuq il-lemin jew fuq ix-xellug jew fuq iż-żewġ naħat;

1.5.5.

It-tip ta’ raġġ prodott (raġġ baxx jew raġġ għas-sewqan jew it-tnejn li huma);

1.5.6.

Madankollu, apparat maħsub biex jiġi nstallat fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura u l-apparat korrispondenti maħsub biex jiġi nstallat fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura għandu jiġu kkunsidrati tal-istess tip.

1.6.

Referenzi magħmula f’dan ir-Regolament għal fanali tal-filament standard (étalon) u sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għandhom jirreferu għar-Regolamenti Nru 37 u 99 rispettivament, u għas-serje ta’ emendi tagħhom fis-seħħ fil-waqt tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

2.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ FANAL TA’ QUDDIEM (2)

2.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-proprjetarju tal-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-fanal ta’ quddiem jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu. Din għandha tispeċifika:

2.1.1.

Jekk il-fanal ta’ quddiem tkunx maħsuba li tipprovdi raġġ baxx, raġġ għas-sewqan jew it-tnejn li huma;

2.1.2.

Jekk, ladarba l-fanal ta’ quddiem huwa intenzjonat li jipprovdi raġġ baxx, hux maħsub kemm għal traffiku li ġej min-naħa tax-xellug u kemm min-naħa tal-lemin jew biss għal traffiku li ġej min-naħa tax-xellug jew min-naħa tal-lemin;

2.1.3.

Jekk il-fanal ta’ quddiem huwa mgħammar b’riflettur li jista’ jiġi aġġustat, il-pożizzjoni(jiet) tal-immontar tal-fanal f’rabta mal-art u mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

2.1.4.

L-angoli massimi vertikali fuq u taħt il-pożizzjoni(jiet) nominali li l-apparat tal-aġġustament jista’ jikseb;

2.1.5.

Liema sorsi tad-dawl jiġu enerġizzati meta jintużaw id-diversi kombinazzjonijiet ta’ raġġi;

2.1.6.

Jekk tintużax sistema tal-illuminazzjoni distribwita u liema tip jew tipi ta’ raġġi huma maħsuba li jiġu provduti minn din is-sistema;

2.1.7.

Il-kategorija tas-sors tad-dawl kif imniżżel fir-Regolamenti Nru 37 jew 99 u s-serje ta’ emendi tagħhom fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

Għal sistema tal-illuminazzjoni distribwita li tuża sors tad-dawl mhux sostitwibbli li jitfa’ l-gass u li ma jkunx approvat skont ir-Regolament Nru 99, in-numru tal-parti assenjat mill-manifattur tal-ġeneratur tad-dawl lill-ġeneratur tad-dawl.

2.2.

Kull applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:

2.2.1.

Illustrazzjonijiet fi tliet kopji b’dettall suffiċjenti biex jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip (ara l-paragrafi 3.2 u 4.2 isfel). L-illustrazzjonijiet għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali f’rabta maċ-ċirku tal-marka tal- approvazzjoni, fil-każ ta’ modulu jew moduli LED anke l-ispazju riservat għall-kodiċi jew il-kodiċijiet speċifiċi tal-identifikazzjoni tal-modulu jew il-moduli, u għandhom juru l-fanal ta’ quddiem fis-sezzjoni vertikali (tal-assi) u f’elevazzjoni mnn quddiem, bid-dettalji ewlenin tad-disinn ottiku inkluż l-iskanalaturi, jekk applikabbli.

2.2.2.

Speċifikazzjoni teknika fil-qosor li tinkludi, fejn applikabbli, il-marka u t-tip tal-ballasts u, fil-każ fejn il-fanal ta’ quddiem jintuża biex jipproduċi dawl fil-liwjiet, il-pożizzjonijiet estremi skont il-paragrafu 6.2.7 isfel. Fil-każ ta’ modulu(i) LED dan għandu jinkludi:

(a)

Speċifikazzjoni teknika fil-qosor tal-modulu(moduli) LED;

(b)

Illustrazzjoni bid-dimensjonijiet u l-valuri elettriċi u fotometriċi bażiċi u l-fluss tal-luminożità oġġettiv.

Barra minn hekk, għal sistema tal-illuminazzjoni distribwita, speċifikazzjoni teknika fil-qosor li tinkludi l-lista tal-gwida(i) għad-dawl u komponenti ottiċi relatati u biżżejjed informazzjoni li tiddeskrivi l-ġeneratur(i) tad-dawl biex tippermetti l-identifikazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tinkludi n-numru tal-parti assenjat mill-manifattur tal-ġeneratur tad-dawl, illustrazzjoni bid-dimensjonijiet u bil-valuri bażiċi elettriċi u fotometriċi u rapport tat-test uffiċjali relatat mal-paragrafu 5.8 ta’ dan ir-Regolament.

2.2.3.

Kampjuni, kif ġej:

2.2.3.1.

Għall-approvazzjoni ta’ fanal ta’ quddiem, żewġ kampjuni ta’ kull tip ta’ fanal ta’ quddiem, kampjun wieħed maħsub biex jiġi nstallat fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura u l-ieħor maħsub biex jiġi installat fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura, b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard u ballast wieħed ta’ kull tip li għandu jintuża, fejn applikabbli;

Għall-approvazzjoni ta’ sistema tal-illuminazzjoni distribwita li tuża sors tad-dawl li jitfa’ l-gass mhux sostitwibbli u li ma jkunx approvat skont ir-Regolament Nru 99, żewġ kampjuni tas-sistema li tinkludi l-ġeneratur tad-dawl u ballast ta’ kull tip li għandu jintuża, fejn applikabbli.

2.2.4.

Għat-test tal-materjal tal-plastik li minnu jkunu magħmula l-lentijiet:

2.2.4.1.

Erbatax-il lenti;

2.2.4.1.1.

Għaxra minn dawn il-lentijiet jistgħu jitbiddlu b’10 kampjuni tal-materjal, ta’ mill-inqas 60 × 80 mm, li jkollhom superfiċje ta’ barra ċatta jew konvessa u żona sostanzjalment ċatta (raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 300 mm) fin-nofs ta’ mill-inqas 15 × 15 mm.

2.2.4.1.2.

Kull lenti jew kampjun ta’ materjal ta’ din ix-xorta għandha/għandu tiġi/jiġi prodott/a bil-metodu li jkun se jintuża fil-produzzjoni tal-massa;

2.2.4.2.

Riflettur li jistgħu jitwaħħlu miegħu l-lentijiet skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

2.2.5.

Għall-ittestjar tar-reżistenza ultravjola ta’ komponenti li jittrażmettu d-dawl magħmula minn materjal tal-plastik kontra r-radjazzjoni ultravjola ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass ġewwa l-fanal ta’ quddiem:

2.2.5.1.

Kampjun kull wieħed tal-materjal rilevanti bħal li jkun qed jintuża fil-fanal ta’ quddiem jew kampjun wieħed ta’ fanal ta’ quddiem li jkun fih dawn. Kull kampjun tal-materjal għandu jkollu l-istess dehra u trattament tas-superfiċje - jekk applikabbli - kif maħsub għall-użu fil-fanal ta’ quddiem li għandha tiġi approvata.

2.2.5.2.

L-ittestjar tar-reżistenza ultravjola ta’ materjali interni għar-radjazzjoni tas-sors tad-dawl mhuwiex meħtieġ:

2.2.5.2.1.

Jekk sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass, tat-tip ultravjola baxx, qed jiġu applikati kif speċifikat fir-Regolament Nru 99, jew;

2.2.5.2.2.

Jekk ikunu ttieħdu miżuri biex jipproteġu l-komponenti tal-fanal ta’ quddiem rilevanti minn radjazzjoni ultravjola, eż. permezz ta’ filtri tal-ħġieġ, jew;

2.2.5.2.3.

Jekk moduli LED, tat-tip ultravjola baxx, qed jiġu applikati kif speċifikat fl-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament.

2.3.

Għal sistema tal-illuminazzjoni distribwita 10 kampjuni tal-materjal(i) u l-kisja/lqugħ relatati protettivi, jekk applikabbli, li minnhom ikunu magħmula l-gwida tad-dawl u partijiet ottiċi oħrajn tas-sistema.

2.4.

Il-materjali li l-lentijiet ikunu magħmula minnhom u, fil-każ ta’ sistema tal-illuminazzjoni distribwita, il-materjali li l-partijiet ottiċi tas-sistema jkunu magħmula minnhom, u kisjiet/lqugħ relatati, jekk applikabbli, għandhom ikunu akkumpanjati mir-rapport tat-test tal-karatteristiċi ta’ dawn il-materjali u kisjiet jekk diġà jkunu ġew ittestjati.

3.   IMMARKAR

3.1.

Il-fanali ta’ quddiem jew is-sistemi tal-illuminazzjoni distribwita sottomessi għall-approvazzjoni għandu jkollhom l-isem kummerċjali jew trejdmark tal-applikant jinqara b’mod ċar u li ma jkunx jista’ jitħassar.

3.2.

Għandhom jinkludu, fuq il-lenti u fuq l-isruttura ewlenija (3), spazji ta’ daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali li jissemmew fil-paragrafu 4; dawn l-ispazji għandhom jiġu indikati fuq l-illustrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.2.1 imsemmi qabel.

3.3.

Fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ traffiku kemm fuq in-naħa tal-lemin kif ukoll fuq in-naħa tax-xellug għandu jkollhom il-marki li jindikaw iż-żewġ settings tal-unità ottika fuq il-vettura jew tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass fuq ir-riflettur; dawn il-marki għandhom jikkonsistu fl-ittri “R/D” għall-pożizzjoni ta’ traffiku fuq in-naħa tal-lemin u l-ittri “L/G” għall-pożizzjoni ta’ traffiku fuq in-naħa tax-xellug.

3.4.

Ir-raġġi kollha jista’ jkollhom fuq il-wiċċ tagħhom li jemetti d-dawl ċentru ta’ referenza kif muri fl-Anness 6.

3.5.

Fil-każ ta’ ġeneratur tad-dawl ta’ sistema tal-illuminazzjoni distribwita li tuża sors tad-dawl mhux sostitwibbli li jitfa’ l-gass u li ma jkunx approvat skont ir-Regolament Nru 99, il-ġeneratur tad-dawl għandu jkollu l-isem kummerċjali jew trejdmark tal-manifattur tiegħu u n-numru tal-parti msemmi fil-paragrafu 2.2.2 imsemmi qabel.

3.6.

Fil-każ ta’ fanali b’modulu(i) LED, il-fanal għandu jkollha l-marka tal-vultaġġ nominali u l-wattage nominali u l-kodiċi tal-identifikazzjoni speċifiku tal-modulu tas-sors tad-dawl.

3.7.

Modulu(i) LED sottomess(i) flimkien mal-approvazzjoni tal-fanal:

3.7.1.

Għandu jkollu(ikollhom) l-isem kummerċjali jew trejdmark tal-applikant. Din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar;

3.7.2.

Għandu jkollu(ikollhom) il-kodiċi tal-identifikazzjoni speċifiku tal-modulu. Din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

Dan il-kodiċi tal-identifikazzjoni speċifiku għandu jinkludi l-ittri tal-bidu “MD” għal “MODULU” segwiti mill-marka tal-approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.2.1 isfel u f’każ li jintużaw diversi moduli tas-sors tad-dawl mhux identiċi, segwiti minn simboli jew karattri addizzjonali. Dan il-kodiċi tal-identifikazzjoni speċifiku għandu jintwera fl-illustrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.2.1 imsemmi qabel. Il-marka tal-approvazzjoni m’għandhiex neċessarjament tkun l-istess bħal dik fuq il-fanal li fiha jintuża l-modulu, iżda ż-żewġ marki għandhom ikunu mill-istess applikant.

3.8.

Jek ger tal-kontroll ta’ sors tad-dawl elettroniku li ma jkunx parti minn modulu LED jintuża biex iħaddem modulu(i) LED, għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi(jiet) tal-identifikazzjoni speċifiku(speċifiċi) tiegħu, il-vultaġġ nominali u l-wattage nominali tad-dħul.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Ġenerali

4.1.1.

Jekk il-kampjuni kollha ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem sottomessi skont il-paragrafu 2 imsemmi qabel jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni.

4.1.2.

Fanali ta’ quddiem li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament ma’ kwalunkwe funzjoni(jiet) oħra tad-dawl jew tas-sinjalar bid-dawl bil-kundizzjoni li l-funzjonijiet tad-dawl rispettivi tagħhom ma jiġux ostakolati.

4.1.3.

Meta fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ iktar minn Regolament wieħed, marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda tista’ titwaħħal bil-kundizzjoni li kull wieħed mill-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jissodisfa d-dispożizzjonijiet applikabbli għalih.

4.1.4.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu għandhom jindikaw is-sensiela ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi importanti u reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien li fih inħarġet l-approvazzjoni (fil-preżent 01). L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanal ta’ quddiem kopert minn dan ir-Regolament. Madankollu, il-par imqabbel jiġi kkunsidrat tip wieħed.

4.1.5.

Notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estenzjoni jew ċaħda jew irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament għandhom jintbagħtu lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

4.1.6.

Minbarra l-marka preskritta fil-paragrafu 3.1, marka tal-approvazzjoni kif deskritta fil-paragrafi 4.2 u 4.3 isfel għandha titwaħħal fl-ispazji msemmija fil-paragrafu 3.2 imsemmi qabel, ma’ kull fanal ta’ quddiem li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament.

4.2.   Kompożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tikkonsisti f’:

4.2.1.

Marka tal-approvazzjoni internazzjonali, li tinkludi:

4.2.1.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (4);

4.2.1.2.

In-numru tal-approvazzjoni preskritt fil-paragrafu 4.1.4 hawn fuq;

4.2.2.

Is-simbolu (jew simboli) addizzjonali li ġejjin:

4.2.2.1.

Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ traffiku fuq in-naħa tax-xellug biss, vleġġa orizzontali li tipponta lejn il-lemin ta’ osservatur li jkun qiegħed faċċata tal-fanal ta’ quddiem, jiġifieri fuq in-naħa tat-triq li fiha jimxi t-traffiku;

4.2.2.2.

Fuq fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żewġ sistemi tat-traffiku permezz ta’ aġġustament adattat tas-setting tal-unità ottika jew tas-sors tad-dawl, vleġġa orizzontali b’ras fuq kull naħa, l-irjus jippuntaw rispettivament lejn ix-xellug u lejn il-lemin;

4.2.2.3.

Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ baxx biss, l-itttra “DC”;

4.2.2.4.

Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ għas-sewqan biss, l-ittra “DR”;

4.2.2.5.

Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kemm ir-raġġ baxx kif ukoll tar-raġġ għas-sewqan, l-ittri “DCR”;

4.2.2.6.

Fuq fanali ta’ quddiem li jinkorporaw lenti tal-materjal tal-plastik, l-ittri “PL” għandhom jitwaħħlu ħdejn is-simboli preskritti fil-paragrafi 4.2.2.3 sa 4.2.2.5 imsemmija qabel;

4.2.2.7.

Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ għas-sewqan, indikazzjoni tal-intensità luminuża massima espressa permezz ta’ marka ta’ referenza kif definit fil-paragrafu 6.3.2.2 isfel, imqiegħda ħdejn iċ-ċirku madwar l-ittra “E”;

Fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem inkorporati reċiprokament, indikazzjoni tal-intensità luminuża massima tar-raġġ għas-sewqan fit-totalità tiegħu għandha tiġi espressa kif jidher fuq.

4.2.2.8.

Fuq sistemi tal-illuminazzjoni distribwita, l-ittri “DLS” għandhom jissostitwixxu l-ittra “D” meħtieġa skont il-paragrafi 4.2.2.3, 4.2.2.4 u 4.2.2.5 bl-applikazzjoni tal-istess kriterji.

4.2.3.

F’kull każ il-mod ta’ tħaddim rilevanti użat matul il-proċedura tat-test skont il-paragrafu 1.1.1.1 tal-Anness 4 u l-vultaġġ(i) awtorizzati skont il-paragrafu 1.1.1.2 tal-Anness 4 għandhom jiġu stipulati fuq il-formoli tal-approvazzjoni u fuq il-formoli tal-komunikazzjoni mibgħuta lill-pajjiżi li huma Partijiet Kontraenti tal-Ftehim u li japplikaw dan ir-Regolament.

Fil-każijiet korrispondenti l-apparat għandu jiġi mmarkat kif ġej:

4.2.3.1.

Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li jkunu ddisinjati b’tali mod li r-raġġ baxx m’għandux jinxtegħel simultanjament ma’ dak ta’ kwalunkwe funzjoni ta’ dawl ieħor li jista’ jkun inkorporat reċiprokament miegħu: simbolu dijagonali (/) għandu jitqiegħed wara s-simbolu li jindika l-fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ baxx fil-marka tal-approvazzjoni.

4.2.3.2.

Ir-rekwiżit fil-paragrafu 4.2.3.1 imsemmi qabel ma għandux japplika għall-fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li jkunu ddisinjati b’tali mod li r-raġġ baxx u r-raġġ għas-sewqan ikunu provduti mill-istess sors tad-dawl li jitfa’ l-gass.

4.2.4.

Iż-żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni li jindikaw is-serje ta’ emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar riċenti li saru fir-Regolament fil-waqt li nħarġet l-approvazzjoni u, jekk hemm bżonn, il-vleġġa meħtieġa, tista’ tiġi mmarkata viċin is-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq.

4.2.5.

Il-marki u s-simboli msemmija fil-paragrafi 4.2.1 sa 4.2.3 imsemmija qabel għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru. Dawn jistgħu jitqiegħdu fuq parti ta’ ġewwa jew ta’ barra (trasparenti jew le) tal-fanal ta’ quddiem, li ma tistax tiġi separata mill-parti trasparenti tal-fanal ta’ quddiem li titfa’ d-dawl. Fil-każ ta’ sistema tal-illuminazzjoni distribwita bil-lenti ta’ barra mibnija fil-gwida tad-dawl, din il-kundizzjoni tiġi kkunsidrata li ntlaħqet jekk il-marka tal-approvazzjoni titqiegħed mill-inqas fuq il-ġeneratur tad-dawl u fuq il-gwida tad-dawl, jew fuq l-ilqugħ protettiv tagħhom. Fi kwalunkwe każ, il-marka għandha tkun viżibbli meta l-fanal jew is-sistema titwaħħal fuq il-vettura jew meta parti li tiċċaqlaq bħall-bonnet jinfetaħ.

4.3.   Arranġament tal-marka tal-approvazzjoni

4.3.1.   Fanali indipendenti

L-Anness 2, Figuri 1 sa 9, ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni mas-simboli addizzjonali imsemmija fuq.

4.3.2.   Fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament

4.3.2.1.

Meta fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jinstabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti, marka tal- approvazzjoni internazzjonali waħda tista’ titwaħħal, li tikkonsisti minn ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni, u numru tal-approvazzjoni. Din il-marka tal- approvazzjoni tista’ tkun fi kwalunkwe post fuq il-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament bil-kundizzjoni li:

4.3.2.1.1.

tkun viżibbli skont il-paragrafu 4.2.5.

4.3.2.1.2.

L-ebda komponent li jittrażmetti d-dawl tal-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament ma jista’ jitneħħa mingħajr ma titneħħa simultanjament il-marka tal-approvazzjoni.

4.3.2.2.

Is-simbolu tal-identifikazzjoni għal kull fanal adattat għal kull Regolament skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje ta’ emendi korrispondenti li jinkorporaw l-emendi ewlenin tekniċi l-aktar riċenti fir-Regolamenti fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni u, jekk meħtieġ, il-vleġġa meħtieġa għandhom jiġu mmarkati:

4.3.2.2.1.

Kemm fuq il-wiċċ li jemetti d-dawl adattat;

4.3.2.2.2.

Jew fi grupp, b’tali mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jista’ jiġi identifikat b’mod ċar (ara erba’ eżempji possibbli fl-Anness 2, Fig. 10).

4.3.2.3.

Id-daqs tal-komponenti ta’ marka tal-approvazzjoni waħda għandu jkun mhux inqas mid-daqs minimu meħtieġ mir-Regolament skont liema tkun ngħatat l-approvazzjoni għall-iżgħar waħda mill-marki individwali.

4.3.2.4.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament koperti minn dan ir-Regolament.

4.3.2.5.

Il-Figura 10, fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni għall-fanali raggruppati, magħquda jew inkorporati reċiprokament bis-simboli addizzjonali kollha msemmija aktar ‘il fuq.

4.3.3.   Fanali, li l-lenti tagħhom tintuża għal tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem u li jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament jew raggruppati ma’ fanali oħrajn

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.3.2 imsemmi qabel huma applikabbli.

4.3.3.1.

Barra minn hekk, meta tintuża l-istess lenti, din tal-aħħar jista’ jkollha l-marki tal-approvazzjoni differenti relatati mat-tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jew ta’ unitajiet ta’ fanali, bil-kundizzjoni li l-istruttura ewlenija jew is-sistema tal-illuminazzjoni distribwita tal-fanal ta’ quddiem, anke jekk ma jistgħux jiġu separati mil-lenti, ikun jinkludi wkoll l-ispazju deskritt fil-paragrafu 3.2 imsemmi qabel, u jkollu l-marka tal-approvazzjoni tal-funzjonijiet attwali.

4.3.3.2.

L-Anness 2, il-Figura 11, ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni relatati mal-każ imsemmi qabel.

4.3.4.   Sistemi tal-illuminazzjoni distribwita

Għal sistemi tal-illuminazzjoni distribwita, għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafi 4.3.1 sa 4.3.3.2, flimkien mar-rekwiżiti tal-paragrafu 3.4.

B.   REKWIŻITI TEKNIĊI GĦALL-FANALI TA’ QUDDIEM (5)

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.   Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6 sa 8 isfel.

5.2.   Il-fanali ta’ quddiem għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jżommu l-karatteristiċi fotometriċi preskritti tagħhom u li jibqgħu jaħdmu sew meta jintużaw normalment, minkejja l-vibrazzjonijiet li jistgħu jkunu soġġetti għalihom.

5.2.1.   Il-fanali ta’ quddiem għandhom ikunu mgħammra b’apparat li jippermetti li dawn jiġu aġġustati fuq il-vettura b’tali mod li jikkonformaw mar-regoli applikabbli għalihom. Dan l-apparat m’għandux għalfejn jitwaħħal fuq unitajiet li fihom ir-riflettur u l-lenti tad-diffużjoni ma jistgħux jiġu separati, bil-kundizzjoni li l-użu ta’ dawn l-unitajiet ikun limitat għall-vetturi li s-setting tal-fanali ta’ quddiem tagħhom jista’ jiġi aġġustat b’mezzi oħra.

Meta fanal ta’ quddiem li jipprovdi raġġ baxx prinċipali u fanal ta’ quddiem li jipprovdi raġġ għas-sewqan, kull wieħed mgħammar bis-sors(i) tad-dawl tiegħu, jiġu mmuntati sabiex jiffurmaw unità komposta, l-apparat ta’ aġġustament għandu jippermetti li kull waħda mis-sistemi ottiċi li tiġi aġġustata individwalment. L-istess dispożizzjoni tapplika għall-fanali ta’ quddiem li jipprovdu raġġ ta’ fanal ta’ quddiem għaċ-ċpar u raġġ għas-sewqan, u għal fanali ta’ quddiem li jipprovdu raġġ baxx prinċipali u raġġ ta’ fanal għaċ-ċpar ta’ quddiem, u għall-fanali ta’ quddiem li jipprovdu dawn it-tliet raġġi.

5.2.2.   Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal assemblaġġi ta’ fanali ta’ quddiem li r-rifletturi tagħhom ma jistgħux jiġu diviżi. Għal dan it-tip ta’ assemblaġġ, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw.

5.3.   Fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ traffiku kemm fuq il-lemin kif ukoll fuq ix-xellug jistgħu jiġu adattati għal traffiku fuq naħa partikolari tat-triq jew permezz ta’ setting inizjali adattata meta jitwaħħlu mal-vettura jew permezz ta’ setting selettiv mill-utent. Dan is-setting inizjali jew selettiv jista’ jikkonsisti, pereżempju, fit-twaħħil jew tal-unità ottika f’angolu partikolari fuq il-vettura jew is-sors(i) tad-dawl f’angolu partikolari relatat mal-unità ottika. Fil-każijiet kollha, żewġ settings differenti u distinti b’mod ċar biss, wieħed għat-traffiku fuq in-naħa tal-lemin u wieħed għat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug, għandhom ikunu possibbli, u d-disinn għandu jipprekludi ċaqliq involontarju minn setting għall-ieħor jew setting f’pożizzjoni intermedja. Meta żewġ pożizzjonijiet differenti jiġu provduti gas-sors tad-dawl, il-komponenti għat-twaħħil tas-sors tad-dawl mar-riflettur għandhom ikunu ddisinjati u magħmula b’tali mod li, f’kull wieħed miż-żewġ settings, is-sors tad-dawl jinżamm fil-pożizzjoni bil-preċiżjoni meħtieġa għall-fanali ta’ quddiem iddisinjati għal traffiku fuq naħa waħda tat-triq biss. Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi verifikata permezz ta’ spezzjoni viżwali u, fejn meħtieġ, permezz ta’ test fitting.

5.4.   Konfigurazzjoni tal-illuminazzjoni għal kundizzjonijiet tat-traffiku differenti

5.4.1.   Fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ traffiku li jimxi fuq naħa waħda tat-triq (jew fuq il-lemin jew fuq ix-xellug) biss, għandhom jittieħdu miżuri adatti sabiex jimpedixxu l-iskumdità għal min juża tat-triq f’pajjiż fejn it-traffiku jimxi fuq in-naħa l-oħra tat-triq tal-pajjiż li għalih ikun ġie ddisinjat il-fanal ta’ quddiem (6). Dawn il-miżuri jistgħu jkunu:

(a)

Il-ħabi ta’ parti taż-żona tal-lenti tal-fanal ta’ quddiem ta’ barra;

(b)

Il-moviment ‘l isfel tar-raġġ. Il-moviment orizzontali huwa awtorizzat;

(c)

Kwalunkwe miżura oħra biex tneħħi jew tnaqqas il-parti asimetrika tar-raġġ.

5.4.2.   Wara l-applikazzjoni ta’ din (dawn) il-miżura (miżuri) għandhom jiġu sodisfatti dawn ir-rekwiżiti rigward l-intensità luminuża tal-fanal ta’ quddiem bl-aġġustament mhux mibdul meta mqabbel ma’ dak għad-direzzjoni tat-traffiku oriġinali

5.4.2.1.

Raġġ baxx ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u adattat għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug:

 

F’0,86D-1,72L talanqas 2 500 cd;

 

F’0,57U-3,43R mhux iktar minn 880 cd.

5.4.2.2.

Raġġ baxx ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug u adattat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin:

 

F’0,86D-1,72R talanqas 2 500 cd;

 

F’0,57U-3,43L mhux iktar minn 880 cd.

5.5.   Fuq fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jipprovdu alternattivament raġġ għas-sewqan u raġġ baxx jew raġġ baxx u/jew raġġ għas-sewqan iddisinjat biex isir dawl fil-liwjiet, kwalunkwe apparat mekkaniku, elettromekkaniku jew apparat ieħor inkorporat fil-fanal ta’ quddiem għal dawn l-iskopijiet (7) għandu jinbena b’tali mod li:

5.5.1.

L-apparat ikun b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ li jitħaddem għal 50 000 darba f’kundizzjonijiet normali tal-użu. Sabiex tiġi verifikata l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit, is-Servizz Tekniku responsabbi għat-testijiet tal-approvazzjoni jista’:

(a)

Jeħtieġ li l-applikant jipprovdi t-tagħmir neċessarju sabiex iwettwaq it-test;

(b)

Ma jagħmilx it-test jekk il-fanal ta’ quddiem ippreżentat mill-applikant ikun akkumpanjat minn rapport tat-test, maħruġ minn Servizz Tekniku responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni għall-fanali ta’ quddiem tal-istess kostruzzjoni (assemblaġġ), li jikkonferma l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit.

5.5.2.

Fil-każ ta’ falliment, l-intensità luminuża tal-fanal ta’ quddiem ‘il fuq mil-linja H-H m’għandhiex taqbeż il-valuri ta’ raġġ baxx skont il-paragrafu 6.2.6; Barra minn hekk, fuq fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jipprovdu raġġ baxx u/jew għas-sewqan sabiex issir dawl fil-liwjiet, intensità luminuża ta’ mill-inqas 2 500 cd għandha tinkiseb fil-punt tat-test 25 V (linja VV, 1,72 D).

5.5.3.

Jew ir-raġġ baxx prinċipali jew ir-raġġ għas-sewqan jista’ dejjem jinkiseb mingħajr ebda possibbiltà li l-mekkaniżmu jieqaf bejn iż-żewġ pożizzjonijiet;

5.5.4.

L-utent ma jistax, b’għodod ordinarji, jibdel il-forma jew il-pożizzjoni tal-partijiet li jiċċaqilqu.

5.6.   Testijiet kumplementari għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-Anness 4 sabiex jiżguraw li ma jkunx hemm tibdil eċċessiv fil-prestazzjoni fotometrika.

5.7.   Komponenti li jittrażmettu d-dawl magħmula minn materjal tal-plastik għandhom jiġu ttestjati skont ir-rekwiżiti tal-Anness 5.

5.8.   Sostitwibbiltà ta’ sorsi tad-dawl

5.8.1.   Is-sors(i) tad-dawl li jitfa’(jitfgħu) l-gass użat f’fanali ta’ quddiem li jitfgħu l-gass jew f’sistemi tal-illuminazzjoni distribwita għandhom ikunu sostitwibbli u approvati skont ir-Regolament Nru 99 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip. Madankollu, sors(i) tad-dawl li jitfa’/jitfgħu l-gass mhux approvat(i) skont ir-Regolament Nru 99 jista’/jistgħu jintuża(w) biss fil-każ fejn ikun(u) parti mhux sostitwibbli ta’ ġeneratur tad-dawl. Madankollu, fil-każ ta’ sistemi tal-illuminazzjoni distribwita, il-ġeneratur tad-dawl jista’ jkun sostitwibbli mingħajr l-użu ta’ għodod speċjali kif ukoll fil-każ fejn is-sors tad-dawl użat ma jkunx approvat.

5.8.2.   Fil-każ fejn sors tad-dawl wieħed jew iktar minn wieħed tal-filament (addizzjonali) jintużaw fil-fanal ta’ quddiem li jitfa’ l-gass, dawn is-sorsi tad-dawl tal-filament għandhom jiġu approvati skont ir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, bil-kundizzjoni li ma ssir ebda restrizzjoni fuq l-użu fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

5.8.3.   Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li l-fanal tal-filament, jekk applikabbli, ma jkun jista’ jitwaħħal f’ebda pożizzjoni ħlief dik korretta.

5.8.4.   Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass sostitwibbli u fil-każ ta’ sorsi tad-dawl tal-filament addizzjonali, it-tagħmir għaż-żamma tal-fanal għandu jikkonforma mal-karatteristiċi dimensjonali kif stabbiliti fil-karta tad-dejta tal-Pubblikazzjoni IEC 60061, rilevanti għall-kategorija tas-sors(i) tad-dawl użat(i). Is-sorsi(i) tad-dawl għandu(hom) jkun(ikunu) joqgħod(joqgħodu) faċilment fil-fanal ta’ quddiem.

5.9.   Sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass mhux sostitwibbli u mhux approvati skont ir-Regolament Nru 99 użati fis-sistemi tal-illuminazzjoni distribwita għandhom, barra minn hekk, ikunu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti (korrispondenti għal dawk speċifikati fir-Regolament Nru 99 għall-approvazzjoni ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass):

5.9.1.

Tqabbid, run-up u hot-restrike kif preskritt fil-paragrafu 3.6 tar-Regolament Nru 99;

5.9.2.

Kulur kif preskritt fil-paragrafu 3.9 tar-Regolament Nru 99. Il-kulur għandu jkun abjad;

5.9.3.

Radjazzjoni ultravjola kif preskritta fil-paragrafu 3.10 tar-Regolament Nru 99, jekk ikun indikat hekk fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni (il-paragrafu 2.2.2 imsemmi qabel).

5.10.   Il-fanal ta’ quddiem u sistema tal-ballast m’għandhomx jiġġeneraw disturbi radjati jew fil-linja elettrika li jikkawżaw difett fil-funzjoni ta’ sistemi oħra elettriċi/elettroniċi tal-vettura (8).

5.11.   Jekk ikun meħtieġ għall-proċedura tal-ittestjar, il-kumpanija tal-ittestjar tista’ teħtieġ mill-manifattur kampjuni tal-ittestjar addizzjonali, bankijiet tal-ittestjar (tagħmir taż-żamma) jew provvisti tal-elettriku speċjali.

5.12.   Il-proċedura tal-ittestjar għandha titwettaq skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-immuntar tal-manifattur.

5.13.   Il-fanal ta’ quddiem (jekk mgħammar b’moduli LED) u l-modulu(i) LED infushom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti speċifikati fl-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament. Il-konformità mar-rekwiżiti għandha tiġi ttestjata.

6.   ILLUMINAZZJONI

6.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

6.1.1.   Fanali ta’ quddiem jew sistemi tal-illuminazzjoni distribwita għandhom ikunu magħmula b’tali mod li b’sors tad-dawl adattat li jitfa’ l-gass jagħtu illuminazzjoni adegwata mingħajr ma jgħammxu meta jitfgħu r-raġġ baxx, u illuminazzjoni tajba meta jitfgħu r-raġġ għas-sewqan.

6.1.2.   L-intensità luminuża prodotta mill-fanal ta’ quddiem għandha titkejjel b’distanza ta’ 25 m permezz ta’ ċellola fotoelettrika li għandha tinkludi fiha erja meħtieġa fi ħdan kaxxa bi ġnub ta’ 65 mm. Il-punt HV huwa l-punt taċ-ċentru tas-sistema ta’ koordinament b’assi polari vertikali. Il-linja h hija orizzontali permezz ta’ HV (ara l-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament).

6.1.3.   Il-fanal ta’ quddiem jew is-sistemi tal-illuminazzjoni distribwita għandhom jiġu kkunsidrati sodisfaċenti jekk ir-rekwiżiti fotometriċi stabbiliti f’dan il-paragrafu 6 jintlaħqu b’sors ta’ dawl wieħed, li jkun intuża mill-inqas matul 15-il ċiklu, skont l-Anness 4, il-paragrafu 4 tar-Regolament Nru 99.

Meta s-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass ikun approvat skont ir-Regolament Nru 99 għandu jkun sors tad-dawl standard (étalon) u l-fluss tal-luminożità tiegħu jista’ jkun differenti mill-fluss tal-luminożità oġġettiv speċifikat fir-Regolament Nru 99. F’dan il-każ, il-valuri tal-intensità luminuża jridu jiġu rranġati skont dan.

Il-korrezzjoni msemmija qabel ma tapplikax għal sistemi tal-illuminazzjoni distribwita li jużaw sors tad-dawl li jitfa’ l-gass mhux sostitwibbli jew għall-fanali ta’ quddiem bil-ballast(s) totalment jew parzjalment integrat(i).

Meta s-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass ma jkunx approvat skont ir-Regolament Nru 99 għandu jkun sors tad-dawl tal-produzzjoni mhux sostitwibbli.

6.1.4.   Id-dimensjonijiet li jiddeterminaw il-pożizzjoni tal-ark fis-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard jidhru fil-karta tad-dejta rilevanti tar-Regolament Nru 99.

6.1.5.   Il-konformità fotometrika għandha tiġi ċċekkjata skont il-paragrafu 6.2.6 jew 6.3 ta’ dan ir-Regolament. Dan huwa validu wkoll għaż-żona tal-punt tal-waqfien bejn 3°R u 3°L (metodu tal-kejl għall-kulur tal-punt tal-waqfien qed jiġi kkunsidrat).

6.1.6.   Il-kulur tad-dawl tar-raġġi mitfugħa mill-fanali ta’ quddiem li jużaw sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għandu jkun abjad.

6.1.7.   Erba’ sekondi wara t-tqabbid ta’ fanal tad-dawl, mgħammar b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass mal-ballast mhux integrat mas-sors tad-dawl, u li ma jkunx tħaddem għal 30 minuta jew iktar:

6.1.7.1.

Mill-inqas 37 500 cd għandu jinkiseb fil-punt HV, għall-fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ għas-sewqan biss.

6.1.7.2.

Mill-inqas 6 250 cd għandu jinkiseb fil-punt 50 V għall-fanali ta’ qudddiem li jipproduċu raġġ baxx biss jew funzjonijiet alternattivi ta’ raġġ baxx u raġġ għas-sewqan kif deskritt fil-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament.

6.1.7.3.

Fi kwalunkwe każ il-provvista tal-elettriku għandha tkun suffiċjenti sabiex tiżgura ż-żieda meħtieġa fl-impuls tal-kurrent għoli.

6.2.   Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-raġġi baxxi

6.2.1.   Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża tal-fanal ta’ quddiem tar-raġġ baxx għandha tinkorpora “punt tal-waqfien” (ara l-Figura 1 hawn taħt), li jippermetti li l-fanal ta’ quddiem jiġi aġġustat korrettament għall-qisien fotometriċi u għall-immirar fuq il-vettura.

Il- “punt tal-waqfien” għandu jipprovdi:

(a)

Għal raġġi tat-traffiku fuq in-naħa tal-lemin:

(i)

“Parti orizzontali” dritta lejn ix-xellug;

(ii)

Parti mgħollija “minkeb – spalla” lejn il-lemin.

(b)

Għal raġġi tat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug:

(i)

“Parti orizzontali” dritta lejn il-lemin;

(ii)

Parti mgħollija “minkeb – spalla” lejn ix-xellug.

F’kull każ il-parti “minkeb – spalla” għandu jkollha tarf ippuntat.

6.2.2.   Il-fanal ta’ quddiem għandu jkun immirat viżwalment permezz tal-“punt tal-waqfien” (ara l-Figura 1) kif ġej: L-aġġustament għandu jitwettaq bl-użu ta’ skrin vertikali ċatt imqiegħed f’distanza ta’ 10 m jew 25 m (kif indikat fit-Taqsima 9 tal-Anness 1) quddiem il-fanal ta’ quddiem u f’angoli retti mal-assi H-V kif jintwera fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament. L-iskrin għandu jkun wiesa’ biżżejjed biex jippermetti l-eżaminazzjoni u l-aġġustament tal-“punt tal-waqfien” tar-raġġ baxx fuq mill-inqas 5° fuq kull naħa tal-linja V-V.

6.2.2.1.   Għal aġġustament vertikali: il-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” titressaq ‘il fuq minn taħt il-linja B u tiġi aġġustata għall-pożizzjoni nominali tagħha wieħed fil-mija (0.57 gradi) taħt il-linja H-H;

Figura 1

Image

Test ta 'immaġni

Nota: L-iskali jkunu differenti għal-linji vertikali u orizzontali.

6.2.2.2.   Għal aġġustament orizzontali: il-parti “minkeb–spalla” tal-“punt tal-waqfien” għandha titressaq:

 

Għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin mil-lemin għax-xellug u għandha titqiegħed orizzontalment wara ċ-ċaqliq tagħha sabiex:

(a)

′Il fuq mil-linja 0,2° D l-“ispalla” tagħha m’għandhiex taqbeż il-linja A fuq ix-xellug u

(b)

Fuq il-linja 0,2° D jew taħt l-“ispalla” tagħha għandha taqsam il-linja A u

(c)

Il-liwja tal-“minkeb” bażikament tinsab fil-limiti ta’ +/– 0,5 gradi fuq ix-xellug jew lemin tal-linja V-V;

Jew

 

Għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug mix-xellug għal-lemin u għandha titqiegħed orizzontalment wara l-moviment tagħha sabiex:

(a)

′Il fuq mil-linja 0,2° D l-“ispalla” tagħha m’għandhiex taqbeż il-linja A fuq il-lemin u

(b)

Fuq il-linja 0,2° D jew taħt l-“ispalla” tagħha għandha taqsam il-linja A u

(c)

il-liwja tal-“minkeb” għandha primarjament tkun fuq il-linja V-V.

6.2.2.3.   Meta fanal ta’ quddiem immirat hekk ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6.2.5, 6.2.6 u 6.3, l-allinjament tiegħu jista’ jinbidel, bil-kundizzjoni li l-assi tar-raġġ ma jiġix imċaqlaq:

 

Orizzontalment mil-linja A b’iktar minn:

(a)

0,5° lejn ix-xellug jew 0,75° lejn il-lemin, għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin jew

(b)

0,5° lejn il-lemin jew 0,75° lejn ix-xellug, għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug u

 

Vertikalment mhux iktar minn 0,25° ‘il fuq jew ‘l isfel mil-linja B.

6.2.2.4.   Jekk, madankollu, aġġustament vertikali ma jistax jitwettaq ripetutament lill-pożizzjoni meħtieġa fi ħdan it-tolleranzi deskritti fil-paragrafu 6.2.2.3 imsemmi qabel, il-metodu strumentali tal-Anness 10, il-paragrafi 2 u 3. għandu jiġi applikat sabiex tiġi ttestjata l-konformità mal-kwalità minima meħtieġa tal-“punt tal-waqfien” u biex jitwettaq l-aġġustament vertikali u orizzontali tar-raġġ.

6.2.3.   Meta mmirat b’dan il-mod, il-fanal ta’ quddiem jeħtieġ, jekk l-approvazzjoni tiegħu tintalab biss għal raġġ baxx, li jikkonforma biss mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 6.2.4 u 6.2.5 isfel; ekk huwa maħsub li jiġu provduti kemm raġġ baxx kif ukoll raġġ għas-sewqan, għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6.2.4 sa 6.2.6.

6.2.4.   Sors ta’ dawl li jitfa’ l-gass wieħed biss huwa awtorizzat għal kull fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx. Massimu ta’ żewġ sorsi tad-dawl addizzjonali huma awtorizzati kif ġej:

6.2.4.1.   Sors tad-dawl wieħed addizzjonali skont ir-Regolament Nru37 jew modulu wieħed jew iktar minn wieħed addizzjonali LED jistgħu jintużaw fil-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx biex jikkontribwixxi għad-dawl fil-liwjiet.

6.2.4.2.   Sors tad-dawl addizzjonali wieħed skont ir-Regolament Nru 37, u/jew modulu(i) LED wieħed jew iktar minn wieħed fil-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx, jista’ jintuża għall-ġenerazzjoni ta’ radjazzjoni infraħamra. Huwa/huma għandu(għandhom) jiġi(jiġu) attivat(i) biss fl-istess ħin bħas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass. F’każ li s-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass ma jaħdimx, dan is-sors tad-dawl addizzjonali u/jew il-modulu(moduli) LED jintefa/jintfew awtomatikament.

6.2.4.3.   F’każ ta’ falliment ta’ sors tad-dawl addizzjonali jew modulu LED, il-fanal ta’ quddiem għandu jkompli jissodisfa r-rekwiżiti tar-raġġ baxx.

6.2.4.4.   Kundizzjonijiet ta’ kejl fir-rigward tas-sorsi tad-dawl

6.2.4.4.1.

Fil-każ ta’ sors tad-dawl li jaħdem bl-emissjoni ta’gass:

Il-vultaġġ applikat lit-terminali tal-ballast(s) ikun jew 13,2 V +/– 0,1 għal sistemi 12 V jew kif speċifikat mod ieħor (Ara l-Anness 7).

6.2.4.4.2.

Fil-każ ta’ sors ta’ dawl bil-filament skont ir-Regolament Nru. 37:

Il-fanal għandu jiġi kkontrollat permezz ta’ fanal tal-filament standard (étalon) mingħajr kulur maħsub għal vultaġġ nominali ta’ 12 V. Matul il-kontroll tal-fanal ta’ quddiem, il-vultaġġ fit-terminali tal-fanal tal-filament għandu jiġi rregolat sabiex jinkiseb il-fluss tal-luminożità ta’ referenza kif indikat fil-folja tad-dejta rilevanti tar-Regolament Nru. 37.

6.2.4.4.3.

Fil-każ ta’ modulu(moduli) LED:

Il-fanal għandu jitkejjel f’6,3 V, 13,2 V jew 28,0 V rispettivament, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament. Modulu(moduli) LED imħaddem(imħaddma) b’ger tal-kontroll ta’ sors tad-dawl elettroniku għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) kif speċifikat mill-applikant.

6.2.5.   Wara iktar minn 10 minuti wara t-tqabbid, l-intensitajiet luminużi fuq punti tat-test imsemmija fit-tabella hawn taħt u fl-Anness 3, Figura B (jew riflessi mal-linja VV għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

Punti jew segmenti

Deżinjazzjoni (**)

Intensità luminuża (cd)

Angolu orizzontali (gradi)

Angolu vertikali (gradi)

Mass.

Min.

Kwalunkwe punt fiż-żona A

(kkonfinat mill-koordinati li ġejjin fi gradi)

8L

8L

8R

8R

6R

1,5R

V-V

4L

1U

4U

4U

2U

1,5U

1,5U

H-H

H-H

625

 

 

 

2

B 50 L

350

 

3,43 L

0,57 u

3

75 R

 

12 500

1,15 R

0,57 D

4

50 L

18 480

 

3,43 L

0,86 D

5

25 L1

18 800

 

3,43 L

1,72 D

6

50 V.

 

7 500

0

0,86 D

7

50 R

 

12 500

1,72 R

0,86 D

8

25 L2

 

2 500

9 L

1,72 D

9

25 R1

 

2 500

9 R

1,72 D

10

25 L3

 

1 250

15 L

1,72 D

11

25 R2

 

1 250

15 R

1,72 D

12

15 L

 

625

20 L

2,86 D

13

15 R

 

625

20 R

2,86 D

14

 

 

 (*)

8 L

4 u

15

 

 

 (*)

0

4 u

16

 

 

 (*)

8 R

4 u

17

 

 

 (*)

4 L

2 u

18

 

 

 (*)

0

2 u

19

 

 

 (*)

4 R

2 u

20

 

 

65

8 R

0

21

 

 

125

4 L

0

Bidla mill-kategorija A għall-kategorija B

Segment I

 

3 750

5,15 L sa 5,15 R

0,86 D

C - D

 

1 750

 

2,5 R

1 u

E sa F

Segment III u taħt

12 500

 

9,37 L sa 8,53 R

4,29 D

 

E max R

43 800

 

Lemin tal-linja VV

Fuq

1,72 D

 

E max L

31 300

 

Xellug tal-linja VV

 

Nota: Fit-tabella:

 

L-ittra L tfisser li l-punt jew segment ikun fuq ix-xellug tal-linja VV.

 

L-ittra R tfisser li l-punt jew segment ikun uq il-lemin tal-linja VV.

 

L-ittra U tfisser li l-punt jew segment ikun ‘il fuq mil-linja HH.

 

L-ittra D tfisser li l-punt jew segment ikun taħt il-linja HH.

6.2.6.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.5 imsemmi qabel għandhom japplikaw ukoll għall-fanali ta’ quddiem iddisnjati biex jipprovdu dawl fil-liwjiet u/jew li jinkludu s-sors tad-dawl addizzjonali jew il-modulu(i) LED imsemmija fil-paragrafu 6.2.4.2. Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem iddisinjat biex jipprovdi dawl fil-liwjiet l-allinjament tiegħu jista’ jitbiddel, bil-kundizzjoni li l-assi tar-raġġ ma jiġix imċaqlaq vertikalment b’iktar minn 0,2°.

6.2.6.1.   Jekk dawl fil-liwjiet jinkiseb permezz ta’:

6.2.6.1.1.

Tidwir tar-raġġ baxx jew ċaqliq orizzontalment tal-liwja tal-minkeb tal-punt tal-waqfien, il-kejl għandu jitwettaq wara li l-assemblaġġ komplut tal-fanal ta’ quddiem ikun ġie mmirat mill-ġdid orizzontalment, eż. permezz ta’ gonjometru;

6.2.6.1.2.

Ċaqliq ta’ parti ottika waħda jew iktar minn waħda tal-fanal ta’ quddiem mingħajr ma tiġi mċaqalqa orizzontalment il-liwja tal-minkeb tal-punt tal-waqfien, għandu jitwettaq kejl b’dawn il-partijiet fil-pożizzjoni estrema tat-tħaddim tagħhom;

6.2.6.1.3.

Mezzi ta’ sors ta’ dawl wieħed addizzjonali jew modulu(i) LED wieħed jew iktar minn wieħed mingħajr ma tiġi mċaqilqa orizzontalment il-liwja tal-minkeb tal-punt tal-waqfien, għandu jitwettaq kejl b’dan is-sors tad-dawl jew modulu(i) LED attivati.

6.3.   Dispożizzonijiet dwar raġġi għas-sewqan

6.3.1.   Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem iddisinjat biex jipprovdi raġġ għas-sewqan u raġġ baxx, għandu jittieħed kejl tal-intensità luminuża tar-raġġ għas-sewqan bl-istess allinjament tal-fanal ta’ quddiem bħal dak għall-kejl skont il-paragrafu 6.2.5 imsemmi qabel; fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem li tipprovdi raġġ għas-sewqan biss, din għandha tiġi aġġustata b’tali mod biex l-erja tal-intensità luminuża massima tiġi ċċentrata fuq il-punt ta’ intersezzjoni tal-linji H-H u V-V; dan il-fanal ta’ quddiem għandu jissodisfa biss ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 6.3. Il-vultaġġi tal-ittestjar huma l-istess bħal fil-paragrafu 6.2.4.4.

6.3.2.   Huwa possibbli li jintużaw diversi sorsi tad-dawl għal raġġ għas-sewqan, dawn is-sorsi tad-dawl ikunu mniżżla fir-Regolament Nru 37 (f’dan il-każ il-fanali tal-filament għandhom jitħaddmu fil-fluss tal-luminożità ta’ referenza tagħhom), fir-Regolament Nru 99 u/jew jistgħu jkunu modulu(moduli) LED. Fejn jintuża aktar minn sors ta’ dawl wieħed biex jipprovdi r-raġġ għas-sewqan, dawn is-sorsi tad-dawl għandhom jitħaddmu flimkien biex ikun iddeterminat il-valur massimu tal-intensità luminuża (IM).

Huwa possibbli wkoll li parti mir-raġġ għas-sewqan prodott minn waħda minn dawn is-sorsi tad-dawl tintuża esklussivament għal sinjali tal-ħin qosra (flash to pass) kif dikjarat mill-applikant. Dan għandu jiġi indikat fl-illustrazzjoni rilevanti u għandha tiddaħħal nota fil-formola ta’ komunikazzjoni.

6.3.3.   B’referenza għall-Anness 3, Figura C, u t-tabella t’hawn taħt, id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża tar-raġġ għas-sewqan għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin.

Punt tat-Test

Koordinati angolari

Gradi

Intensità luminuża meħtieġa

cd

 

 

Min.

H-5L

0,0, 5,0 L

6 250

H-2.5L

0,0, 2,5 L

25 000

H-2.5R

0,0, 2,5 R

25 000

H-5R

0,0, 5,0 R

6 250

6.3.3.1.   Il-punt tal-intersezzjoni (HV) tal-linji HH u VV għandu jinstab fl-isolux li jirrappreżenta 80 fil-mija tal-intensità luminuża massima. Dan il-valur massimu (IM) ma għandux ikun inqas minn 43 800 cd.

6.3.3.2.   Il-valur massimu (IM) ma għandu, fl-ebda cirkostanza, jaqbeż il-215 000 cd;

6.3.4.   Il-marka ta’ referenza (IM) ta’ din l-intensità luminuża massima, li tissemma fil-paragrafu 6.3.3.2 aktar ‘il fuq, għandha tinkiseb permezz tal-proporzjon:

I′M = IM/4 300.

Dan il-valur għandu jitqarreb għall-valur 7,5 – 10 – 12,5 – 17,5 - 20 – 25 – 27,5 – 30 – 37,5 – 40 – 45 – 50.

6.4.   Dispożizzjonijiet dwar rifletturi mobbli

6.4.1.   Bil-fanal imwaħħal skont il-pożizzjonijiet kollha deskritti fil-paragrafu 2.1.4, il-fanal ta’ quddiem għandu jissodisfa r-rekwiżiti fotometriċi tal-paragrafu 6.2 jew 6.3, jew it-tnejn li huma.

6.4.2.   Testijiet addizzjonali jitwettqu wara li r-riflettur ikun ġie mmejjel vertikalment ‘il fuq bl-angolu msemmi fil-paragrafu 2.1.4 jew 2 gradi, skont liema jkun l-iżgħar, permezz tat-tagħmir għall-immirar tal-fanali ta’ quddiem. Il-fanal ta’ quddiem imbagħad jiġi mmirat mill-ġdid ‘l isfel (permezz tal-gonjometru), u l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi għandhom jintlaħqu fil-punti li ġejjin:

Raġġ baxx prinċipali

:

HV u 75 R (75 L rispettivament);

Raġġ għas-sewqan

:

IM u l-punt HV (perċentwal ta’ IM).

Jekk l-apparat tal-immirar ma jippermettux moviment kontinwu, tintgħażel il-pożizzjoni l-iktar viċin ta’ 2 gradi.

6.4.3.   Ir-riflettur jerġa jinġieb lura fil-pożizzjoni angolari nominali tiegħu kif definit fil-paragrafu 6.2.2, u l-gonjometru jitressaq lura fil-pożizzjoni oriġinali. Ir-riflettur jixxaqleb vertikalment ‘l isfel bl-angolu msemmi fil-paragrafu 2.1.4, jew 2 gradi, skont liema jkun l-iżgħar, permezz tal-apparat li jimmira l-fanal ta’ quddiem. Il-fanal ta’ quddiem mbagħad jiġi mmirat mill-ġdid ‘il fuq (permezz tal-gonjometru pereżempju) u jiġu verifikati l-punti bħal fil-paragrafu 6.5.2.

7.   QIES TAL-ISKUMDITÀ U/JEW DIŻABBILTÀ

L-iskumdità u/jew id-diżabbiltà kkawżati mir-raġġ baxx tal-fanali ta’ quddiem għandhom jitkejlu (9).

C.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI ADDIZZJONALI

8.   MODIFIKA TAT-TIP TA’ FANAL TA’ QUDDIEM U ESTENZJONI TAL-APPROVAZZJONI

8.1.

Kull modifika tat-tip ta’ fanal ta’ quddiem inkluż il-ballast għandha tiġi notifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ fanal ta’ quddiem. Id-dipartiment imsemmi jista’ mbagħad jew:

8.1.1.

Jikkunsidra li l-modifikazzjonijiet magħmula aktarx li ma jkollhomx effetti negattivi apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-fanal ta’ quddiem xorta jkun għadu konformi mar-rekwiżiti; jew

8.1.2.

Jitlob rapport ieħor tat-testijiet mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

8.2.

Konferma jew ċaħda jew approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdiliet, għandha tintbagħat permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.1.5 msemmi qabel lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

8.3.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estenzjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje li kull waħda mill-formoli ta’ komunikazzjoni mfassla għal din l-estenzjoni u tinforma dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

9.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

Il-fanali ta’ quddiem approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu mmanifatturati b’mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 6.

9.2.

Sabiex ikun ivverifikat li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-paragrafu 9.1. għandhom isiru kontrolli xierqa tal-produzzjoni.

9.3.

Id-detentur tal-approvazzjoni għandu, b’mod partikolari:

9.3.1.

Jiżgura l-eżistenza ta’ proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti:

9.3.2.

Ikollu aċċess għat-tagħmir ta’ kontroll meħtieġ għall-verifika tal-konformità ma’ kull tip approvat;

9.3.3.

Jiżgura li d-dettalji tar-riżultati tat-testijiet huma rreġistrati u li d-dokumenti relatati għandhom jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat bi ftehim mas-servizz amministrattiv;

9.3.4.

Janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test sabiex jivverfika u jassigura l-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-prodott, filwaqt li jagħmel konċessjoni għal varjazzjoni fil-produzzjoni industrijali;

9.3.5.

Jiżgura li għal kull tip ta’ prodott għall-inqas jitwettqu t-testijiet preskritti fl-anness 8 ta’ dan ir-Regolament;

9.3.6.

Jiżgura li kwalunkwe ġbir ta’ kampjuni li jagħtu evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità mat-tip ta’ test ikkunsidrat għandu jwassal għal teħid ta’ kampjuni ieħor u test ieħor. Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

9.4.

L-awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, meta jidhrilha, tivverifika l-metodi ta’ kontroll dwar il-konformità applikabbli għal kull unità ta’ produzzjoni.

9.4.1.

F’kull spezzjoni, il-kotba tat-test u r-reġistri tal-istħarriġ dwar il-produzzjoni għandhom jiġu preżentati lill-ispettur li jkun żar il-post.

9.4.2.

L-ispettur jista’ jieħu kampjuni kif ġie ġie biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat fid-dawl tar-riżultati tal-verifiki tal-manifattur stess.

9.4.3.

Meta l-livell tal-kwalità ma jidhirx sodisfaċenti jew jidher li hemm bżonn li tiġi vverifikata l-validità tat-testijiet li jkunu saru bl-applikazzjoni tal-paragrafu hawn fuq, l-ispettur għandu jagħżel il-kampjuni li għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun wettaq il-provi tal-approvazzjoni tat-tip bl-użu tal-kriterja tal-Anness 9.

9.4.4.

L-awtorità kompetenti tista’ twettaq kull test preskritt f’dan ir-Regolament. Dawn it-testijiet għandhom ikunu fuq kampjuni magħżulin kif ġie ġie mingħajr ma jikkawżaw disturbi fl-impenni ta’ kunsinna tal-manifattur u skont il-kriterji tal-Anness 9.

9.4.5.

L-awtorità kompetenti għandha taħdem biex tikseb frekwenza ta’ spezzjoni ta’ darba kull sentejn. Madankollu, dan huwa fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti u l-kunfidenza tagħhom fl-arranġamenti sabiex jiġi żgurat kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni. Fil-każ li jiġu reġistrati riżultati negattivi, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista’ jkun.

9.5.

Fanali ta’ quddiem b’difetti evidenti ma jiġux ikkunsidrati.

9.6.

Il-marka ta’ referenza ma tiġix ikkunsidrata.

9.7.

Il-punti ta’ kejl 14 sa 21 mill-paragrafu 6.2.6 ta’ dan ir-Regolament ma jiġux ikkunsidrati.

10.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

10.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti ma jiġux sodisfatti jew jekk fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ma jikkonformax mat-tip approvat.

10.2.

Fil-każ ta’ Parti kontraenti għall-Ftehim li japplika r-Regolament preżenti jirtira omologazzjoni li qabel kien ta, dan għandu jinforma b’dan minnufih lill-Partijiet l-oħrajn kontraenti li japplikaw ir-Regolament preżenti, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-eżempju tal-Anness 1 tar-Regolament preżenti.

11.   PRODUZZJONI MWAQQFA DEFINITTIVAMENT

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ fanal ta’ quddiem approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti, l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.

13.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

13.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 f’dan ir-Regolament l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

13.2.

Sa 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament rigward il-bidliet introdotti mis-serje 01 ta’ emendi li jirrigwardaw il-proċeduri tal-ittestjar fotometriku li jinvolvu l-użu tas-sistema ta’ koordinati sferiċi u l-ispeċifikazzjoni tal-valuri tal-intensità luminuża, u sabiex is-Servizzi Tekniċi (il-laboratorji tat-testijiet) ikunu jistgħu jaġġornaw it-tagħmir tal-ittestjar tagħhom, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi fejn jintuża tagħmir tal-ittestjar eżistenti b’konverżjoni xierqa tal-valuri, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

13.3.

Minn 60-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk il-fanal ta’ quddiem ikun jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi.

13.4.

Approvazzjonijiet eżistenti għal fanali ta’ quddiem li diġa’ ġew mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 għandhom jibqgħu validi indefinittivament.

13.5.

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estenzjonijiet ta’ approvazzjonijiet għas-serje preċedenti ta’ dan ir-Regolament.


(1)  Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jwaqqaf Parti Kontraenti ta’ dan il-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament milli tipprojbixxi li “PL” (Lenti tal-Plastik) approvata għal fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament tingħaqad ma’ apparat mekkaniku li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem (jiġifieri b’wajpers) fuq vetturi li tirreġistra.

(2)  Għal sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass ara r-Regolament Nru 99.

(3)  Jekk il-lenti ma tistax tinqala’ mill-isruttura ewlenija tal-fanal ta’ quddiem, marka unika skont il-paragrafu 4.2.5. għandha tkun suffiċjenti.

(4)  In-numri differenti tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.

(5)  Rekwiżiti tekniċi għal sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass: ara r-Regolament Nru 99.

(6)  L-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni ta’ fanali mgħammra b’dawn il-miżuri huma mogħtija fir-Regolament Nru 48.

(7)  7/Dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għall-iswiċċ tal-kontroll.

(8)  Il-konformità mar-rekwiżiti għall-kumpatibbiltà elettromanjetika hija rilevanti għat-tip ta’ vettura individwali.

(*)  L-intensitajiet tal-illuminazzjoni fil-punti 14 sa 19 għandhom ikunu tali li:

 

14 + 15 + 16 ≥ 190 cd u

 

17 + 18 + 19 ≥ 375 cd.

(**)  Għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug, l-ittra R għandha tiġi sostitwita permezz ta’ ittra L u viċe versa.

(9)  Dan ir-rekwiżit għandu jkun -suġġett ta’ rakkomandazzjoni għall-benefiċċju tal-amministrazzjonijiet.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

EŻEMPJI TA’ ARRANĠAMENTI TA’ MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Figura 1

Image

Il-fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq huwa fanal ta’ quddiem approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), bin-numru tal-approvazzjoni 2439, li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat bis-serje 01 ta’ emendi. Ir-raġġ baxx huwa maħsub għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin biss.

Il-Figura 30 tindika li l-intensità luminuża massima tar-raġġ baxx hija bejn 123 625 u 145 125 candela.

Nota: In-numru tal-approvazzjoni u simboli addizzjonali għandhom jitqegħdu viċin iċ-ċirku u jew ‘il fuq minn jew taħt l-ittra “E”, jew fuq in-naħa tal-lemin jew tax-xellug ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri li jiffurmaw in-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-ittra “E”, u jħarsu lejn l-istess direzzjoni.

L-użu tan-numri Rumani bħala numru tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra.

Figura 2

Image

Figura 3a

Image

Il-fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq huwa fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, fir-rigward kemm tar-raġġ baxx kif ukoll tar-raġġ għas-sewqan u ddisinjat:

Għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug biss

Għaż-żewġ sistemi tat-traffiku, permezz ta’ aġġustament kif meħtieġ tas-setting tal-unità ottika jew is-sors tad-dawl fuq il-vettura

Figura 3b

Image

Figura 4

Image

Figura 5

Image

Il-fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq huwa fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass għar-raġġ baxx biss u huwa mgħammar b’lenti ta’ materjal tal-plastik, u ddisinjat:

Għaż-żewġ sistemi tat-traffiku

Għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin biss

Figura 6

Image

Il-fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq huwa fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, b’sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għar-raġġ għas-sewqan, u huwa kkombinat jew raggruppat jew inkorporat reċiprokament ma’ fanal għaċ-ċpar fuq quddiem.

Figura 7 a

Image

Figura 7b

Image

Il-fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq huwa fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi:

B’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass fir-rigward tar-raġġ baxx biss u huwa ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug biss.

L-istess arranġament bħall-Figura 6, iżda l-fanal għaċ-ċpar fuq quddiem ma jistax jinxtegħel simultanjament mar-raġġ għas-sewqan.


Figura 8

Image

Figura 9

Image

Identifikazzjoni ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, u jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik,

u kkombinat jew raggruppat jew inkorporat reċiprokament ma’ raġġ għas-sewqan R 8 tal-aloġenu.

iddisinjata għaż-żewġ sistemi ta’ traffiku.

Ir-raġġ baxx m’għandux jinxtegħel simultanjament mar-raġġ għas-sewqan tal-aloġenu. Ir-raġġ baxx huwa maħsub għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin biss.

Ir-raġġ baxx m’għandux jinxtegħel simultanjament ma’ fanal ta’ quddiem ieħor inkorporat reċiprokament.

Figura 10

Image

Il-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq tidentifika sistema tal-illuminazzjoni distribwita li tuża sors tad-dawl li jitfa’ l-gass u tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, fir-rigward kemm tar-raġġ baxx kif ukoll tar-raġġ għas-sewqan għaż-żewġ sistemi tat-traffiku.

Eżempji ta’ mmarkar simplifikat possibbli għal fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament imwaħħla fuq quddiem tal-vettura

Figura 11

(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma u l-arranġament ġenerali tal-apparat li jagħti sinjali bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka tal-approvazzjoni)

Mudell A

Image

Mudell B

Image

Mudell C

Image

Mudell D

Image

Nota: L-erba’ kampjuni li jidhru fuq jikkorrispondu ma’ apparat tad-dawl li jkollhom marka tal-approvazzjoni relatata ma’:

 

Fanal li jitwaħħal fuq quddiem approvat skont is-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 7, għal installazzjoni fuq in-naħa tax-xellug;

 

Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx li jitfa’ l-gass iddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u fuq in-naħa tax-xellug u raġġ għas-sewqan li jitfa’ l-gass b’intensità massima inkluża bejn 123 625 u 145 125 (kif indikat min-numru 30), approvat skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u li jinkorpora lenti tal-materjal ta-plastik;

 

Fanal għaċ-ċpar fuq quddiem approvat skont is-serje 02 ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru 19 u li jinkorpora lenti tal-materjal tal-plastik;

 

Fanal tal-indikejter ta’ quddiem tal-kategorija 1a approvat skont is-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 6.

Figura 12

Fanal inkorporat reċiprokament jew raggruppat ma’ fanal ta’ quddiem

Eżempju 1

Image

L-eżempju ta’ hawn fuq fuq jikkorrispondi mal-marka ta’ lenti maħsuba biex tintuża f’tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jiġifieri:

Jew:

Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx iddisinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u raġġ għas-sewqan b’intensità luminuża massima inkluża bejn 80 625 u 96 750 candelas (kif indikat min-numru 20) approvata fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 8 kif emendat mis-serje 04 ta’ emendi 04, u

Fanal li jitwaħħal quddiem approvat skont is-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 7,

Jew

Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx li jitfa’ l-gass u raġġ għas-sewqan b’intensità luminuża massima inkluża bejn 123 625 u 145 125 candelas (kif indikat min-numru 30), iddisinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, li jkun inkorporat reċiprokament mal-istess fanal li jitwaħħal quddiem bħal fuq,

Jew

Anke kwalunkwe wieħed mill-fanali ta’ quddiem imsemmija qabel approvati bħala fanal wieħed.

L-isruttura ewlenija tal-fanal ta’ quddiem għandu jkollu l-uniku numru tal-approvazzjoni validu, pereżempju:

 

Image

jew

Image

jew

Image

jew

Image

Eżempju 2

Image

L-eżempju li jidher fuq jikkorrispondi mal-marki ta’ lenti tal-plastik u jintuża f’assemblaġġ ta’ żewġ fanali ta’ quddiem approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) bin-numru tal-approvazzjoni 81151, li jikkonsisti fi:

 

Fanal ta’ quddiem li jitfa’ raġġ baxx tal-aloġenu ddisinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u raġġ għas-sewqan tal-aloġenu b’intensità luminuża massima bejn x u y candelas, li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 8 u,

 

Fanal ta’ quddiem li jitfa’ raġġ għas-sewqan li jitfa’ l-gass b’intensità luminuża massima inkluża bejn w u z candelas, li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, l-intensitajiet luminużi massimi tal-kontributuri tar-raġġ għas-sewqan fit-totalità tagħhom inklużi bejn 123 625 u 145 125 candelas kif jidher bin-numru 30.

Figura 13

Moduli LED

Image

Il-modulu LED li jkollu l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl li jidher fuq ġie approvat flimkien ma’ fanal approvat fl-Italja (E3) bin-numru tal-approvazzjoni 17325.


ANNESS 3

SISTEMA TAL-KEJL TAL-KOORDINATI SFERIĊI U L-POSTIJIET TAL-PUNTI TAT-TEST

Figura A

Sistem għall-kejl tal-koordinati sferiċi

Image

Test ta 'immaġni

Figura B

Raġġ baxx għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin

Image

Il-postijiet tal-punt tat-test għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug huma riflessi fuq il-linja VV

Figura C

Punti tat-test tar-raġġ għas-sewqan

Image


ANNESS 4

TESTIJIET TAL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOMETRIKA TA’ FANALI TA’ QUDDIEM WAQT LI QED JITĦADDMU

Test fuq fanali ta’ quddiem kompluti

Ladarba l-valuri fotometriċi jkunu tkejlu skont il-preskrizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, fil-punt għal Imax għal raġġ għas-sewqan u fil-punti HV, 50 R u B 50 L għal raġġ baxx (jew HV, 50 L, B 50 R għal fanali ta’ quddiem iddisinjati għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug) kampjun ta’ fanal ta’ quddiem komplut għandu jiġi ttestjat għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika waqt it-tħaddim. “Fanal ta’ quddiem komplut” għandha tfisser il-fanal komplut innifsu inkluż(i) il-ballast(s) u dawk il-partijiet tal-istruttura u l-fanali ta’ madwaru li jistgħu jaffettwaw id-dissipazzjoni termali tiegħu.

It-testijiet għandhom jitwettqu:

(a)

F’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f’temperatura tal-ambjent ta’ 23 °C ± 5 °C, u l-kampjun tat-test ikun immuntat fuq bażi li tirrappreżenta l-installazzjoni korretta tal-vettura;

(b)

Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl sostitwibbli: billi jintużaw sorsi ta’ dawl tal-filament minn produzzjoni tal-massa, li jkunu ntużaw għal mill-inqas siegħa, jew sorsi ta’ dawl li jitfgħu l-gass minn produzzjoni tal-massa, li jkunu ntużaw għal mill-inqas 15-il siegħa jew moduli LED minn produzzjoni tal-massa li jkunu ntużaw għal mill-inqas 48 siegħa u mkessħa għal temperatura ambjentali qabel ma jinbdew it-testijiet kif speċifikat f’dan ir-Regolament. Il-moduli LED provduti mill-applikant għandhom jintużaw.

It-tagħmir tal-kejl għandu jkun ekwivalenti għal dak użat matul testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-fanali ta’ quddiem.

Il-kampjun tal-ittestjat għandu jitħaddem mingħajr ma jiġi żmuntat minn jew aġġustat mill-ġdid fir-relazzjoni tal-immuntar tal-ittestjar tiegħu. Is-sors tad-dawl użat għandu jkun sors tad-dawl tal-kategorija speċifikata għal dak il-fanal ta’ quddiem.

1.   TEST GĦALL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOMETRIKA

It-testijiet għandhom jitwettqu f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f’temperatura ambjentali ta’ 23 ± 5 °C, bil-fanal ta’ quddiem kompluta mmuntata fuq bażi li tirrapreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura.

1.1.   Fanal ta’ quddiem nadif

Il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għal 12-il siegħa kif deskritt fis-sottoparagrafu 1.1.1 u jiġi kkontrollat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.1.2.

1.1.1.   Proċedura tat-test

Il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għal perjodu skont il-ħin speċifikat, sabiex:

(a)

Fil-każ fejn funzjoni waħda biss tad-dawl (raġġ għas-sewqan jew raġġ baxx) għandha tiġi approvata, is-sors tad-dawl korrispondenti għandu jinxtegħel għall-ħin preskritt (1);

(b)

Fil-każ ta’ fanal ta’ raġġ baxx u fanal ta’ raġġ għas-sewqan inkorporati reċiprokament jew fil-każ ta’ fanal għaċ-ċpar fuq quddiem u fanal ta’ quddiem b’raġġ għas-sewqan inkorporati reċiprokament:

 

Jekk l-applikant jiddikjara li l-fanal ta’ quddiem għandu jintuża ma’ sors tad-dawl wieħed mixgħul (2) fl-istess ħin, it-test għandu jitwettaq skont din il-kundizzjoni, bl-attivazzjoni (1) ta’ kull funzjoni speċifikata suċċessivament għal nofs il-ħin speċifikat fil-paragrafu 1.1,

 

Fil-każijiet l-oħra kollha (1), (2), il-fanal ta’ quddiem għandu jkun soġġett għaċ-ċiklu li ġej sakemm jintlaħaq il-ħin speċifikat:

 

15-il minuta, raġġ baxx mixgħul;

 

5 minuti, il-funzjonijiet kollha mixgħula;

 

Fil-każ ta’ raġġ baxx u raġġ għas-sewqan provduti mill-istess sors tad-dawl li jitfa’ l-gass, iċ-ċiklu għandu jkun:

 

15-il minuta, raġġ baxx mixgħul;

 

5 minuti, il-kontributuri kollha tar-raġġ għas-sewqan mixgħula.

(c)

Fil-każ ta’ funzjonijiet tad-dawl raggruppati, il-funzjonijiet individwali kollha għandhom jinxtegħlu simultanjament għall-ħin speċifikat għall-funzjonijiet tad-dawl individwali (a), b’kunsiderazzjoni wkoll tal-użu ta’ funzjonijiet tad-dawl inkorporati reċiprokament (b), skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.

(d)

Fil-każ ta’ raġġ baxx maħsub biex jipprovdi dawl fil-liwjiet flimkien ma’ sors tad-dawl, dan is-sors tad-dawl għandu jinxtegħel għal 1 m, u jintefa għal 9 minuti matul l-attivazzjoni tar-raġġ baxx biss (ara l-Appendiċi).

(e)

F’każ li r-raġġ għas-sewqan juża diversi sorsi tad-dawl skont il-paragrafu 6.3.2 u jekk l-applikant jiddikjara li parti mir-raġġ għas-sewqan (wieħed minn dawn is-sorsi tad-dawl addizzjonali) għandu jintuża esklussivament għal sinjali għal ħin qasir (flash to pass), it-test għandu jitwettaq mingħajr din il-parti tar-raġġ għas-sewqan.

1.1.1.2.   Vultaġġ tal-ittestjar

Il-vultaġġ għandu jiġi applikat għat-terminali tal-kampjun tal-ittesjtar kif ġej:

(a)

Fil-każ ta’ sors(i) tad-dawl tal-filament sostitwibbli mħaddma direttament fil-kundizzjonijiet tas-sistema tal-vultaġġ tal-vettura: it-test għandu jitwettaq b’6,3 V, 13,2 V jew 28,0 V kif applikabbli minbarra jekk l-applikant jispeċifika li l-kampjun għall-ittestjar jista’ jintuża b’vultaġġ differenti. F’dan il-każ, it-test għandu jitwettaq bis-sors tad-dawl tal-filament imħaddem bl-ogħla vultaġġ li jista’ jintuża.

(b)

Fil-każ ta’ sors(i) tad-dawl li jitfa’(jitfgħu) l-gass sostitwibbli: Il-vultaġġ tat-test tal-kontroll elettroniku tas-sors tad-dawl huwa ta’ 13,2 ± 0,1 V għal sistema tal-vultaġġ tal-vettura ta’ 12 V, ħlief jekk speċifikat mod ieħor fl-applikazzjoni tal-approvazzjoni.

(c)

Fil-każ ta’ sors tad-dawl mhux sostitwibbli mħaddem direttament fil-kundizzjonijiet tas-sistema tal-vultaġġ tal-vettura: Il-kejl kollu fuq unitajiet tad-dawl mgħammra b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (sorsi tad-dawl tal-filament u/jew oħrajn) għandu jsir b’6,3 V, 13,2 V jew 28,0 V jew b’vultaġġi oħra skont is-sistema tal-vultaġġ tal-vettura kif speċifikat mill-applikant rispettivament.

(d)

Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl, sostitwibbli jew mhux sostitwibbli, li jitħaddmu indipendentement mill-vultaġġ tal-provvista tal-vettura u kkontrollati totalment mis-sistema, jew, fil-każ ta’ sorsi tad-dawl provduti b’apparat tal-provvista u tat-tħaddim, il-vultaġġi tal-ittestjar kif speċifikati fuq għandhom jiġu applikati lit-terminali tad-dħul ta’ dak l-apparat. Il-laboratorju tal-ittestjar jista’ jitlob mill-manifattur l-apparat tal-provvista u tat-tħaddim jew provvista tal-elettriku speċjali meħtieġa biex tipprovdi s-sors(i) tad-dawl.

(e)

Modulu(i) LED għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) b’6,75 V, 13,2 V jew 28,0 V rispettivament, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament. Modulu(i) LED imħaddem(imħaddma) b’ger tal-kontroll ta’ sors tad-dawl elettroniku għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) kif speċifikat mill-applikant.

(f)

Meta fanali ta’ senjalazzjoni jkunu raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament f’kampjun għall-ittestjar u jaħdmu b’vultaġġi ma jkunux il-vultaġġi nominali ta’ 6 V, 12 V jew 24 V rispettivament, il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif iddikjarat mill-manifattur għall-funzjonament fotometriku korrett ta’ dak il-fanal.

1.1.2.   Riżultati tal-ittestjar

1.1.2.1.   Spezzjoni viżwali:

Ladarba l-fanal ta’ quddiem ikun ġie stabilizzat għat-temperatura ambjentali, il-lenti tal-fanal ta’ quddiem u l-lenti esterna, jekk applikabbli, għandhom jitnaddfu b’ċarruta tal-qoton nadifa u niedja. Din għandha mbagħad tiġi spezzjonata viżwalment; ebda tgħawwiġ, deformazzjoni, tixqiq jew bidla fil-kulur la tal-lenti tal-fanal ta’ quddiem u lanqas tal-lenti esterna, jekk applikabbli, ma għandu jidher.

1.1.2.2.   Test fotometriku:

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-valuri fotometriċi għandhom jiġu verifikati għall-punti li ġejjin:

 

Raġġ baxx:

 

50 R - B 50 L – 25 L għall-fanali ta’ quddiem iddisinjati għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin

 

50 L - B 50 R – 25 R għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug

 

Raġġ għas-sewqan: Punt Imax.

Immirar ieħor jista’ jitwettaq sabiex jippermetti kwalunkwe deformazzjoni tal-bażi tal-fanal ta’ quddiem minħabba s-sħana (il-bidla fil-pożizzjoni tal-linja tal-punt tal-waqfien hija koperta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness).

Ħlief għall-punt B50 L, diskrepanza ta’ 10 fil-mija bejn il-karatteristiċi fotometriċi u l-valuri mkejla qabel it-test hija permissibbli nkluż it-tolleranzi tal-proċedura fotometrika. Sal-punt B50 L, il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur fotometriċi mkejla qabel it-test b’iktar minn 170 cd.

1.2.   Fanal ta’ quddiem maħmuġ

Wara li tiġi ttestjata kif speċifikat fis-sottoparagrafu 1.1 imsemmi qabel, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għal siegħa kif deskritt fis-sottoparagrafu 1.1.1, wara li jkun ġie ppreparat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.2.1, u verifikat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.1.2.

1.2.1.   Preparazzjoni tal-fanal ta’ quddiem

1.2.1.1.   Taħlita tal-ittestjar

1.2.1.1.1.

Għal fanal ta’ quddiem bil-lenti ta’ barra tal-ħġieġ:

 

It-taħlita ta’ ilma u ta’ aġent li jniġġes li għandha tiġi applikata mal-fanal ta’ quddiem għandha tkun magħmula minn:

 

9 partijiet skont il-piż ta’ ramel tas-silika b’partikuli ta’ 0-100 μm,

 

1 parti skont il-piż ta’ trab tal-karbonju veġetali (tal-fagu) b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 μm,

 

0,2 partijiet skont il-piż ta’ NaCMC (3), u

 

ammont xieraq ta’ ilma distillat, b’konduttività ta’ ta’ ≤ 1 mS/m.

 

Ma jridux ikunu għaddew iktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita.

1.2.1.1.2.

Għal fanal ta’ quddiem bil-lenti ta’ barra tal-plastik:

 

It-taħlita ta’ ilma u ta’ aġent li jniġġes li għandha tiġi applikata fuq il-fanal ta’ quddiem għandha tkun magħmula minn:

 

9 partijiet skont il-piż ta’ ramel tas-silika b’partikuli ta’ 0-100 μm,

 

1 parti skont il-piż ta’ trab tal-karbonju veġetali (tal-fagu) b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 μm,

 

0,2 partijiet skont il-piż ta’ NaCMC (3), u

 

13-il parti skont il-piż ta’ ilma distillat b’konduttività ta’ ≤ 1 mS/m, u

 

2 ± 1 partijiet skont il-piż ta’ sustanza li taġixxi fuq is-superfiċe (4).

 

Ma jridux ikunu għaddew iktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita.

1.2.1.2.   Applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar fuq il-fanal ta’ quddiem:

It-taħlita tal-ittestjar għandha tiġi applikata b’mod uniformi fuq il-wiċċ kollu li jemetti d-dawl tal-fanal ta’ quddiem u mbagħad titħalla tinxef. Din il-proċedura għandha tiġi ripetuta sakemm il-valur ta’ dawl ikun naqas għal 15-20 fil-mija tal-valuri mkejla għal kull wieħed minn dawn il-punti fil-kundizzjonijiet deskritti f’dan l-Anness:

 

Il-punt ta’ Emax fir-raġġ baxx/fir-raġġ għas-sewqan u fir-raġġ għas-sewqan biss,

 

50 R u 50 V (5) għall-fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ baxx biss, iddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin,

 

50 L u 50 V (5) għall-fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ baxx biss, iddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin.

2.   TEST GĦALL-BIDLA FIL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-PUNT TAL-WAQFIEN TAĦT L-EFFETT TAS-SĦANA

Dan it-test jikkonsisti fil-verifika li t-tendenza vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana ma taqbiżx valur speċifikat għal fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx li jkun qed jitħaddem.

Il-fanal ta’ quddiem ittestjat skont il-paragrafu 1. għandu jiġi soġġett għat-test deskritt fil-paragrafu 2.1, mingħajr ma jitneħħa jew jiġi aġġustat mill-ġdid fir-rigward tal-immuntar tal-ittestjar tiegħu.

Jekk il-fanal ta’ quddiem ikollu riflettur jiċċaqlaq, il-pożizzjoni l-iktar viċin il-linja angolari vertikali medja biss għandha tintgħażel għal dan it-test.

2.1.   Test għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx

It-test għandu jitwettaq f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq b’temperatura ambjentali ta’ 23 ± 5 °C.

Permezz tal-użu ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gas minn produzzjoni tal-massa jkun intuża għal mill-inqas 15-il siegħa, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem b’funzjoni ta’ raġġ baxx mingħajr ma jiġi żmuntat jew aġġustat mill-ġdid fir-rigward tal-immuntar tal-ittestjar tiegħu. (Għall-iskop ta’ dan it-test, il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2). Il-pożizzjoni tal-linja ta’ waqfien fil-parti orizzontali tagħha (bejn VV u l-linja vertikali li tgħaddi mill-punt B 50 L għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin jew B 50 R għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug) għandha tkun ivverifikata 3 minuti (r3) u 60 minuta (r60) rispettivament wara li titħaddem.

Il-kejl tal-varjazzjoni fil-pożizzjoni tal-linja tal-punt tal-waqfien kif deskritt qabel għandu jitwettaq permezz ta’ kwalunkwe metodu li jagħti preċiżjoni aċċettabbli u riżultati li jistgħu jistgħu riprodotti.

2.2.   Riżultati tal-ittestjar

2.2.1.

Ir-riżultat f’milliradians (mrad) għandu jiġi kkunsidrat aċċettabbli għal bozza ta’ quddiem b’raġġ għaddieni meta l-valur assolut

Formula

irreġistrat fuq il-bozza ta’ quddiem ma jkunx aktar minn 1,0 mrad (Δ r1 ≤ 1,0 mrad) ‘il fuq u mhux iktar minn 2,0 mrad (Δ r1 ≤ 2,0 mrad) ‘l isfel.

2.2.2.

Madankollu, jekk dan il-valur ikun:

Iċ-ċaqliq

 

‘Il fuq

aktar minn 1,0 mrad imma mhux aktar minn 1,5 mrad

(1,0 mrad < ΔrI ≤ 1,5 mrad)

‘L isfel

aktar minn 2,0 mrad imma mhux aktar minn 3,0 mrad

(2,0 mrad < ΔrI ≤ 3,0 mrad)

Għandu jiġi ttestjat kampjun ta’ fanal ta’ quddiem ieħor kif deskritt fil-paragrafu 2.1 wara li jkun ġie suġġett tliet darbiet wara xulxin għaċ-ċiklu deskritt aktar ‘l isfel, sabiex tiġi stabbilizzata l-pożizzjoni tal-partijiet mekkaniċi tal-fanal ta’ quddiem fuq bażi li tirrappreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura:

 

It-tħaddim tar-raġġ baxx għal siegħa, (il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2),

 

Wara dan il-perjodu ta’ siegħa, it-tip tal-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk il-valur assolut Δr imkejjel fuq dan il-kampjun jissodisfa r-rekwiżiti fil-paragrafu 2.2.1 hawn fuq.


(1)  Meta l-fanal ta’ quddiem ittestjat huwa raggruppat u/jew reċiprokament inkorporat ma’ fanali li jagħtu s-sinjal, dawn tal-aħħar għandhom jinxtegħlu sakemm idum it-test. Fil-każ ta’ fanal tal-indikejter, għandu jinxtegħel billi jteptep, b’rata indaqs għal meta jkun mitfi u mixgħul.

(2)  Jekk jinxtegħlu żewġ sorsi tad-dawl jew aktar sinultanjament meta jintuża t-teptip tal-fanali ta’ quddiem, dan ma għandux jiġi kunsidrat użu normali tas-sorsi tad-dawl simultanjament.

(3)  3/NaCMC jirrappreżenta l-melħ tas-sodu tal-karbossimetilċelluloża, ġeneralment imsejjaħ CMC. L-NaCMC użat fit-taħlita tal-ħmieġ għandu jkollu grad ta’ sostituzzjoni (DS) ta’ 0,6-0,7 u viskożità ta’ 200-300 cP għal soluzzjoni ta’ 2 fil-mija f’temperatura ta’ 20 °C.

(4)  It-tolleranza fuq il-kwantità hija minħabba l-ħtieġa li jinkiseb ħmieġ li jinfirex b’mod korrett fuq il-lenti tal-plastik kollha.

(5)  50 V jinsab 375 mm ‘l isfel minn HV fuq il-linja vertikali VV fuq l-iskrin f’distanza ta’ 25 m.

Appendiċi

Ħarsa ġenerali lejn perjodi operattivi li jikkonċernaw it-test għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fototmetrika

Taqsiriet

:

P: Fanal b’raġġ baxx

D: Fanal tar-raġġ għas-sewqan (D1 + D2 tfisser żewġ raġġi għas-sewqan)

F: Fanal taċ-ċpar għal quddiem

Image

Tfisser ċiklu ta' 15-il minuta mitfi u 5 minuti mixgħul

Image

Tfisser ċiklu ta' 9 minuti mitfi u minuta mixgħul

Image

Tfisser ċiklu ta' 15-il minuta mixgħul u 5 minuti mitfi

Dawn il-fanali ta’ quddiem raggruppati u l-fanali għaċ-ċpar fuq quddiem kollha flimkien mas-simboli tal-immarkar miżjuda qed jingħataw bħala eżempji u mhumiex eżawrjenti.

Image

ANNESS 5

Rekwiżiti għall-fanali li jinkorporaw lentijiet magħmula minn materjal tal-plastik - l-ittestjar tal-lenti jew tal-kampjuni tal-materjal u tal-fanali kompleti

1.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

1.1.

Il-kampjuni provduti skont il-paragrafi 2.2.5 u 2.3 ta’ dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafi 2.1 sa 2.5 isfel.

1.2.

Iż-żewġ kampjuni ta’ fanali/sistemi kompluti provduti skont il-paragrafu 2.2.4 ta’ dan ir-Regolament u li jinkorporaw lentijiet tal-plastik, għandhom, fir-rigward tal-materjal tal-lenti, jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet isfel.

1.3.

Il-kampjuni ta’ lentijiet ta’ materjal tal-plastik jew kampjuni ta’ materjal għandhom jiġu suġġetti, mar-riflettur li huma maħsuba biex jitwaħħlu miegħu (fejn applikabbli), għal testijiet tal-approvazzjoni fl-ordni kronoloġika indikata fit-tabella A riprodotta fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

1.4.

Madankollu, jekk il-manifattur tal-fanal ikun jista’ jagħti evidenza li l-prodott diġà jkun għadda mit-testijiet preskritti fil-paragrafi 2.1 sa 2.5 isfel, jew it-testijiet ekwivalenti skont Regolament ieħor, dawk it-testijiet ma jkollhomx għalfejn jiġu ripetuti; it-testijiet biss preskritti fl-Appendiċi 1, tabella B, għandhom ikunu obbligatorji.

1.5.

Jekk il-fanali ta’ qudddiem ikunu ddisinjati għall-installazzjoni fuq in-naħa tal-lemin biss, jew għall-installazzjoni fuq in-naħa tax-xellug biss, testijiet skont dan l-Anness jistgħu jitwettqu fuq kampjun wieħed biss, skont l-għażla tal-applikant.

2.   IT-TESTIJIET

2.1.   Reżistenza għal tibdil fit-temperatura

2.1.1.   It-testijiet

Tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandhom jiġu soġġetti għal ħames ċikli ta’ tibdil fit-temperatura u fl-umdità (RH = umdità relattiva) skont dan il-programm:

(a)

3 sigħat f’40 ± 2 °C u 85-95 fil-mija RH;

(b)

siegħa f’ 23 ± 5 °C u 60-75 fil-mija RH;

(c)

15 sigħat f’– 30 ± 2 °C;

(d)

siegħa f’ 23 ± 5 °C u 60-75 fil-mija RH;

(e)

3 sigħat f’80 ± 2 °C;

(f)

1 siegħa f’ 23 ± 5 °C u 60-75 fil-mija RH.

Qabel dan it-test, il-kampjuni għandhom jinżammu f’23 ± 5 °C u 60-75 fil-mija RH għal mill-inqas erba’ sigħat.

Nota:

Il-perjodi ta’ siegħa f’23 ± 5 °C għandhom jinkludu l-perjodi ta’ tranżizzjoni minn temperatura għall-oħra li jkunu meħtieġa sabiex jiġu evitati l-effetti ta’ xokk termali.

2.1.2.   Pożizzjonijiet fotometriċi

2.1.2.1.   Il-metodu

Għandu jitwettaq kejl fotometriku fuq il-kampjuni qabel u wara t-test.

Dan il-kejl għandu jsir bl-użu ta’ fanal standard, fil-punti li ġejjin:

B 50 L u 50 R għar-raġġ baxx ta’ fanal b’raġġ baxx jew fanal b’raġġ baxx/għas-sewqan (B 50 R u 50 L fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem maħsuba għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug);

Imax għar-raġġ għas-sewqan.

2.1.2.2.   Riżultati

Il-varjazzjoni bejn il-valuri fotometriċi mkejla fuq kull kampjun qabel u wara t-test m’għandhiex taqbeż l-10 fil-mija inklużi t-tolleranzi tal-proċedura fotometrika.

2.2.   Reżistenza għal aġenti atmosferiċi u kimiċi

2.2.1.   Reżistenza għal aġenti atmosferiċi

Tliet kampjuni ġodda (lentijiet jew kampjuni tal-materjal) għandhom ikunu esposti għal radjazzjoni minn sors li għandu firxa tal-enerġija spettrali simili għal dik ta’ korp iswed f’temperatura ta’ bejn 5 500 K u 6 000 K. Il-filtri xierqa għandhom jitqiegħdu bejn is-sors u l-kampjuni sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-radjazzjonijiet b’distanzi bejn il-punti korrispondenti f’mewġiet elettromanjetiċi iżgħar minn 295 nm u akbar minn 2 500 nm. Il-kampjuni għandhom ikunu esposti għal illuminazzjoni enerġetika ta’ 1 200 W/m2 ± 200 W/m2 għal perjodu b’tali mod li l-enerġija luminuża li jirċievu tkun daqs 4 500 MJ/m2 ± 200 MJ/m2. Fil-kumpartiment, it-temperatura mkejla fuq il-pannell l-iswed imqiegħed fuq livell flimkien mal-kampjuni għandha tkun 50 ± 5 °C. Sabiex tiġi żgurata espożizzjoni regolari, il-kampjuni għandhom iduru madwar is-sors ta’ radjazzjoni b’veloċità ta’ bejn 1 u 5 min–1.

Il-kampjuni għandhom jiġu sprejjati b’ilma distillat b’konduttività ta’ inqas minn 1 mS/m f’temperatura ta’ 23 ± 5 °C, skont dan iċ-ċiklu:

Sprejjar

:

5 minuti;

6.12 Tnixxif

:

25 minuta

2.2.2.   Reżistenza għal aġenti kimiċi

Wara li jkunu twettqu t-test deskritt fil-paragrafu 2.2.1 imsemmi qabel u l-kejl deskritt fil-paragrafu 2.2.3.1 isfel, il-wiċċ ta’ barra tal-imsemmija tliet kampjuni għandu jiġi trattat kif deskritt fil-paragrafu 2.2.2.2 bit-taħlita definita fil-paragrafu 2.2.2.1 isfel.

2.2.2.1.   Taħlita tal-ittestjar

It-taħlita tal-ittestjar għandha tkun magħmula minn 61,5 fil-mija n-eptan, 12,5 fil-mija toluwen, 7,5 fil-mija etil tetraklorur, 12,5 fil-mija trikloroetilene u 6 fil-mija ksilene (volum fil-mija).

2.2.2.2.   Applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar

Xarrab biċċa ċarruta tal-qoton (skont ISO 105) sakemm ma tkunx tista’ tixrob aktar fit-taħlita ddefinita fil-paragrafu 2.2.2.1 ta’ aktar ‘il fuq u, f’10 sekondi, applikaha għal 10 minuti mal-wiċċ ta’ barra tal-kampjun bi pressjoni ta’ 50 N/cm2, li tikkorrispondi għal forza ta’ 100 N applikata fuq superfiċje tat-test kbira 14 × 14 mm.

Matul dan il-perjodu ta’ 10-minuti, iċ-ċarruta għandha tixxarrab għal darb’oħra bit-taħlita sabiex il-kompożizzjoni tal-likwidu applikat tkun kontinwament identika ma’ dik tat-taħlita tal-ittestjar preskritta.

Matul il-perjodu tal-applikazzjoni, huwa permissibbli li tkun ikkompensata l-pressa applikata fuq il-kampjun sabiex ma jitħalliex jixxaqqaq.

2.2.2.3.   Tindif

Fit-tmiem tal-applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar, il-kampjuni għandhom jitnixxfu fil-miftuħ u mbagħad jinħaslu bis-soluzzjoni deskritta fil-paragrafu 2.3 (Reżistenza għad-diterġenti) f’ 23 ± 5 °C.

Wara l-kampjuni għandhom jitlaħalħu b’attenzjoni bl-ilma distillat li jkun fih mhux iktar minn 0,2 fil-mija ta’ impuritajiet f’23 ± 5 °C u mbagħad jintmesħu b’ċarruta ratba.

2.2.3.   Riżultati

2.2.3.1.   Wara t-test tar-reżistenza għall-aġenti atmosferiċi, il-wiċċ ta’ barra tal-kampjuni m’għandux ikollu xquq, brix, tixlif u deformazzjonijiet, u l-varjazzjoni medja fit-trażmissjoni Formula, imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ma’ dan l-Anness m’għandhiex teċċedi 0,020 (Δtm < 0,020).

2.2.3.2.   Wara t-test tar-reżistenza għall-aġenti kimiċi, il-kampjuni m’għandhomx ikollhom traċċi ta’ tbajja’ kimiċi li probabbli jikkawżaw varjazzjoni fid-diffużjoni tal-fluss, li l-varjazzjoni medja tagħhom Formula, imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness m’għandhiex teċċedi 0,020 (Δdm < 0,020).

2.2.4.   Reżistenza għal radjazzjonijiet tas-sorsi tad-dawl

Għandu jitwettaq dan it-test:

 

Kampjuni ċatti ta’ kull komponent tal-plastik li jittrażmetti d-dawl tal-fanal ta’ quddiem jiġu esposti għad-dawl tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass. Il-parametri bħall-angoli u d-distanzi ta’ dawn il-kampjuni għandhom ikunu l-istess bħal fil-fanal ta’ quddiem. Dawn il-kampjuni għandu jkollhom l-istess kulur u trattament tas-superfiċje, jekk applikabbli, bħall-partijiet tal-fanal ta’ quddiem.

 

Wara 1 500 siegħa ta’ esponiment kontinwu, l-ispeċifikazzjonijiet kulurimetriċi tad-dawl trażmess għandhom ikunu jintlaħqu b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard ġdid, u s-superfiċji tal-kampjuni għandhom ikunu ħielsa minn xquq, grif, laqxiet jew deformazzjoni.

2.3.   Reżistenza għal diterġenti u idrokarburi

2.3.1.   Reżistenza għal diterġenti

Il-wiċċ ta’ barra ta’ tliet kampjuni (lentijiet jew kampjuni tal-materjal) għandu jissaħħan għal 50 ± 5 °C u mbagħad tiġi mgħaddsa għal ħames minuti f’taħlita miżmuma f’23 ± 5 °C u magħmula minn 99 parti ilma distillat li jkun fih mhux iktar minn 0,02 fil-mija impuritajiet u parti waħda alkjlaril sulfonat.

Fi tmiem it-test, il-kampjuni jitnixxfu fuq 50 ± 5 °C. Il-wiċċ tal-kampjuni għandu jitnaddaf b’ċarruta niedja.

2.3.2.   Reżistenza għal idrokarburi

Il-wiċċ ta’ barra ta’ dawn it-tliet kampjuni mbagħad jingħorok ħafif għal minuta waħda b’biċċa drapp tal-qoton mgħaddsa b’taħlita magħmula minn 70 % ta’ n-eptan u 30 % ta’ toluwen (perċentwal tal-volum), imbagħad imnixxef fl-arja beraħ.

2.3.3.   Riżultati

Wara li dawn iż-żewġ testijiet t’hawn fuq twettqu suċċessivament, il-valur medju tal-varjazzjoni fit-trażmissjoni Formula, imkejjel fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness m’għandux jeċċedi 0,010 (Δtm < 0,010).

2.4.   Reżistenza għal deterjorazzjoni mekkanika

2.4.1.   Metodu ta’ deterjorazzjoni mekkanika

Il-wiċċ ta’ barra tat-tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandu jiġi soġġett għat-test uniformi ta’ deterjorazzjoni mekkanika permezz tal-metodu deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.

2.4.2.   Riżultati

Wara dan it-test, il-varjazzjonijiet:

Fit-trażmissjoni

:

Formula

U fid-diffużjoni

:

Formula

Għandhom jitkejlu skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 fiż-żona speċifikata fil-paragrafu 2.2.4 imsemmi qabel. Il-valur medju tat-tliet kampjuni għandu jkun tali li:

 

Δtm ≤ 0,100;

 

Δdm ≤ 0,050.

2.5.   Test tat-twaħħil tal-kisjiet, jekk applikabbli

2.5.1.   Preparazzjoni tal-kampjun

Superfiċje b’erja ta’ 20 mm × 20 mm tal-kisi ta’ lenti għandha tinqata’ b’xafra jew b’labra f’xibka ta’ kwadri b’daqs bejn wieħed u ieħor ta’ 2 mm × 2 mm. Il-pressjoni fuq ix-xafra jew fuq il-labra għandha tkun biżżejjed li tal-inqas taqtal-kisi.

2.5.2.   Deskrizzjoni tat-test

Trid tintuża strixxa li teħel ta’ forza ta’ twaħħil ta’ 2 N/(cm ta’ wisa’) ± 20 % imkejla fil-kundizzjonijiet standard spjegati fl-Appendiċi 4 tal-Anness preżenti. Dan it-tejp li jwaħħal ta’ wisa’ minimu ta’ 25 mm, għandu jingħafas għal mill-inqas ħames minuti mal-wiċċ ippreparat skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.5.1.

Imbagħad it-tarf tat-tejp li jwaħħal għandu jitgħabba b’mod li l-forza tat-twaħħil mas-superfiċje kkunsidrata hija bbilanċjata b’forza perpendikulari għal dik is-superfiċje. F’dan l-istadju, it-tejp għandu jitqatta’ b’veloċità kostanti ta’ 1,5 m/s ± 0,2 m/s.

2.5.3.   Riżultati

M’għandu jkun hemm ebda ħsara evidenti fiż-żona maqsuma f’kaxex. Ħsarat fl-intersezzjonijiet bejn il-kaxex jew fit-truf tal-qatgħat għandhom jiġu permessi, bil-kundizzjoni li ż-żona tal-ħsara ma taqbiżx il-15 fil-mija tas-superfiċje maqsuma f’kaxex.

2.6.   Testijiet tal-fanal ta’ quddiem komplut li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik

2.6.1.   Reżistenza għal deterjorazzjoni mekkanika tas-superfiċje tal-lenti

2.6.1.1.   It-testijiet

Il-lenti tal-fanal kampjun Nru 1 għandha tiġi soġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.4.1 imsemmi qabel.

2.6.1.2.   Riżultati

Wara t-test, ir-riżultati tal-kejl fotometriku mwettaq fuq il-fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament ma għandhomx jaqbżu:

(a)

B’aktar minn 30 fil-mija l-valuri massimi preskritti fil-punti B50L u HV u b’aktar minn 10 fil-mija taħt il-valuri minimi preskritti fil-punt 75 R (fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug, il-punti li għandhom jiġu kkunsidrati huma B50R, HV u 75 L)

jew

(b)

B’aktar minn 10 fil-mija taħt il-valuri minimi preskritti għal HV fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ għas-sewqan biss.

2.6.2.   Test tat-twaħħil tal-kisjiet, jekk applikabbli

Il-lenti tal-fanal kampjun Nru 2 għandha tiġi soġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.5 imsemmi qabel.

Appendiċi 1

ORDNI KRONOLOGIKA TA’ TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI

A.   Testijiet fuq materjal plastiku (lentijiet jew kampjuni ta’ materjali provduti skont il-paragrafu 2.2.4 ta’ dan ir-Regolament)

Kampjuni

It-testijiet

Lentijiet jew kampjuni tal-materjal

Lentijiet

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

1.1.

Fotometrija limitata

(para. 2.1.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

1.1.1.

Bidla fit-temperatura

(para. 2.1.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

1.2.

Fotometrija limitata

(para. 2.1.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

1.2.1.

It-trażmissjoni kejl

x

x

x

x

x

x

x

x

x

 

 

 

 

 

1.2.2.

Id-diffiużjoni kejl

x

x

x

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

1.3.

Aġenti atmosferiċi

(para. 2.2.1)

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.3.1.

It-trażmissjoni kejl

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.4.

L-aġenti kimiċi

(para. 2.2.2)

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.4.1.

Kejl tad-diffużjoni

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.5.

Deterġenti

(para. 2.3.1)

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

1.6.

Idrokarburi

(para. 2.3.2)

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

1.6.1.

It-trażmissjoni kejl

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

1.7.

Id-deterjorazzjoni

(para. 2.4.1)

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

1.7.1.

It-trażmissjoni kejl

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

1.7.2.

Kejl kejl

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

1.8.

It-twaħħil

(para. 2.5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

1.9.

Reżistenza għal radjazzjonijiet tas-sorsi tad-dawl

(para. 2.2.4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 


B.   Testijiet fuq fanali ta’ quddiem kompluti (provduti skont il-paragrafu 2.2.3 ta’ dan ir-Regolament)

It-testijiet

Fanal ta’ quddiem komplut

Kampjun Nru

1

2

2.1.

Id-deterjorazzjoni

(para. 2.6.1.1.1)

x

 

2.2.

Fotometrija

(para. 2.6.1.2)

x

 

2.3.

It-twaħħil

(para. 2.6.2)

 

x

Appendiċi 2

Metodu tal-kejl tad-diffużjoni u t-trażmissjoni tad-dawl

1.   TAGĦMIR (ARA L-FIGURA)

Ir-raġġ ta’ kollimatur K b’nofs diverġenza β/2 = 17,4 × 10–4 rd huwa limitat b’dijaframma DT b’fetħa ta’ 6 mm li magħha titqiegħed l-istand tal-kampjun.

Lenti akromatika konverġenti L2, korretta għall-aberrazzjonijiet sferiċi tgħaqqad id-dijaframma DT mar-riċevitur R; id-dijametru tal-lenti L2 għandu jkun tali li ma tinħoloqx dijaframma bid-dawl imxerred mill-kampjun f’kon b’nofs angolu ta’ fuq ta’ β/2 = 14°.

Dijaframma annulari DD bl-angoli α/2 = 1° u αmax/2 = 12° titqiegħed fil-pjan fokali tal-immaġni tal-lenti L2.

Il-parti ċentrali li mhix trasparenti tad-dijaframma tkun meħtieħa biex jiġi eliminat id-dawl li jkun ġej direttament mis-sors tad-dawl. Għandu jkun possibbli li titneħħa l-parti ċentrali tad-dijaframma mir-raġġ tad-dawl b’tali mod li din tmur lura eżatt għall-pożizzjoni oriġinali tagħha.

Id-distanza L2 DT u t-tul fokali F2  (1) tal-lenti L2 għandhom jintgħażlu b’mod li l-immaġni ta’ DT tkopri kompletament ir-riċevitur R.

Meta l-fluss inizjali li jolqot is-superfiċje jissemma bħala 1 000 unità, il-preċiżjoni assoluta ta’ kull qari għandha tkun aħjar minn unità waħda.

2.   IL-KEJL

Għandu jittieħed il-qari li ġej:

Qari

Bil-kampjun

Bil-parti ċentrali ta’ DD

Kwantità rappreżentata

T1

le

le

Fluss li jolqot is-superfiċje fil-qari inizjali

T2

Iva

(qabel it-test)

le

Il-fluss trażmess mill-materjal il-ġdid f’medda ta’ 24°

T3

Iva

(wara t-test)

le

Il-fluss trażmess mill-materjal ttestjat f’medda ta’ 24°

T4

Iva

(qabel it-test)

Iva

Fluss imxerred mill-materjal il-ġdid

T5

Iva

(wara t-test)

Iva

Fluss imxerred mill-materjal ittestjat

Figura 1

L-arranġament ottiku għall-kejl tal-varjazzjonijiet fid-diffużjoni u t-trażmissjoni

Image


(1)  Għal L2 huwa rrakkomandat li tintuża distanza fokali ta’ madwar 80 mm.

Appendiċi 3

METODU TAL-ITTESTJAR BL-ISPREJ

1.   TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR

1.1.   L-apparat tal-isprejjar

Għandu jintuża spray gun mgħammar b’żennuna b’dijametru ta’ 1,3 mm li tippermetti ġiri tal-likwidu ta’ 0,24 ± 0,02 l/minuta fi pressjoni ta’ 6,0 bar – 0,+ 0,5 bar.

Taħt dawn il-kundizzjonijiet ta’ tħaddim, għandu jinkiseb merżuq b’dijametru ta’ 170 mm ± 50 mm fuq il-wiċċ espost għad-deterjorament, f’distanza ta’ 380 mm ± 10 mm miż-żennuna.

1.2.   Taħlita tal-ittestjar

It-taħlita tal-ittestjar għandha tkun magħmula minn:

(a)

Ramel siliċiku ta’ ebusija 7 fuq l-iskala ta’ Mohr u b’daqs ta’ granula ta’ bejn 0 u 0,2 mm b’distribuzzjoni prattikament normali, li għandha fattur angulari ta’ minn 1,8 sa 2;

(b)

Ilma li l-ebusija tiegħu ma jkunx aktar minn 205 g/m3 għal 25 g ta’ ramel għal kull litru ta’ ilma.

2.   IT-TEST

Is-superfiċje ta’ barra tal-lentijiet tal-fanal għandha tiġi soġġetta darba jew iktar minn darba għall-azzjoni tal-ġett tar-ramel prodott kif deskritt fuq. Il-ġett għandu jiġi sprejjat kważi b’mod perpendikulari mas-superfiċje li għandu jiġi ttestjat.

Id-deterjorazzjoni għandha tiġi verifikata permezz ta’ kampjun wieħed jew iktar minn wieħed tal-ħġieġ imqiegħed bħala referenza ħdejn il-lentijiet li għandhom jiġu ttestjati. It-taħlita għandha tiġi sprejjata sakemm il-varjazzjoni fid-diffużjoni tad-dawl fuq il-kampjun jew kampjuni mkejla permezz tal-metodu deskritt fl-Appendiċi 2, ikun tali li:

Formula

Diversi kampjuni ta’ referenza jistgħu jintużaw sabiex jiġi verifikat li s-superfiċje kollha li għandha tiġi ttestjata tkun iddeterjorat b’mod omoġenju.

Appendiċi 4

TEST TAT-TWAĦĦIL TAT-TEJP ADEŻIV

1.   L-GĦAN

Dan il-metofu jippermetti li tiġi determinata l-forza lineari tat-twaħħil f’kundizzjonijiet standard tat-tejp adeżiv ma’ plejt tal-ħġieġ.

2.   IL-PRINĊIPJU

Kejl tal-forza meħtieġa biex jinqala’ tejp adeżiv minn ma’ plejt tal-ħġieġ f’angolu ta’ 90°.

3.   KUNDIZZJONIJIET ATMOSFERIĊI SPEĊIFIKATI

Il-kundizzjonijiet tal-ambjent għandhom ikunu b’temperatura ta’ 23 ± 5 °C u 65 ± 15 fil-mija umdità relattiva (RH).

4.   IL-BIĊĊIET TAT-TEST

Qabel it-test, ir-romblu tal-kampjun tat-tejp li jwaħħal għandu jiġi kundizzjonat għaal 24 siegħa fl-atmosfera speċifikata (ara l-para. 3 imsemmi qabel).

Ħames biċċiet tat-test, kull waħda twila 400 mm, għandhom jiġu ttestjati minn kull romblu. Dawn il-biċċiet tal-ittestjar għandhom jittieħdu mir-romblu wara li l-ewwel tliet dawriet jkunu ntremew.

5.   PROĊEDURA

It-test għandu jitwettaq fil-kundizzjonijiet ambjentali speċifikati fil-paragrafu 3.

Ħu l-ħames biċċiet tat-test filwaqt li tħoll it-tejp b’mod radjali b’veloċità ta’ madwar 300 mm/sek, imbagħad applikahom fi 15-il sekonda bil-mod kif ġej:

 

Waħħal it-tejp mal-plejt tal-ħġieġ progressivament billi togħrok b’mod ħafif bis-saba’ mat-tul kollu, mingħajr pressa eċċessiva, b’tali mod li ma titħalla ebda bużżieqa tal-arja bejn it-tejp u l-plejt tal-ħġieġ.

 

Ħalli l-assemblaġġ fil-kundizzjonijiet atmosferiċi speċifikati għal 10 minuti.

 

Aqla’ madwar 25 mm mill-biċċa tat-test minn mal-folja fi pjan perpendikulari għall-assi tal-biċċa tat-test.

 

Waħħal il-plejt u itwi lura t-tarf ħieles tat-tejp f’angolu ta’ 90°. Applika forza b’tali mod li l-linja ta’ separazzjoni bejn it-tejp u l-plejt tkun perpendikulari ma’ din il-forza u perpendikulari mal-plejt.

 

Iġbed biex taqla’ b’veloċità ta’ 300 mm/s ± 30 mm/s u ħu nota tas-saħħa meħtieġa.

6.   RIŻULTATI

Il-ħames valur miksuba għandhom jitqegħdu fl-ordni u għandu jittieħed il-valur medju bħala r-riżultat tal-kejl. Dan il-valur għandu jiġi espress f’Newtons għal kull ċentimetru ta’ wisa’ tat-tejp.


ANNESS 6

ĊENTRU TA’ REFERENZA

Image

Din il-marka mhux obbligatorja taċ-ċentru ta’ referenza għandha titqiegħed fuq il-lenti fl-intersezzjoni tagħha mal-assi ta’ referenza tar-raġġ baxx, u wkoll fuq il-lentijet tar-raġġi għas-sewqan meta ma jkunu la raggruppati la kkombinati u lanqas inkorporati reċiprokament ma’ raġġ baxx.

L-illustrazzjoni li tidher fuq tirrappreżenta l-marka taċ-ċentru ta’ referenza kif proġettata fuq pjan sostanzjalment tanġenti għal-lenti madwar iċ-ċentru taċ-ċirku. Il-linji li jikkostitwixxu din il-marka jistgħu jkunu jew solidi jew bit-tikek.


ANNESS 7

MARKI TAL-VULTAĠĠ

Image

Din il-marka għandha titqiegħed fuq l-isruttura ewlenija ta’ kull fanal ta’ quddiem li jinkludi biss sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass u ballast, u fuq kull parti esterna tal-ballast.

 

Din il-marka għandha titqiegħed fuq l-isruttura ewlenija ta’ kull fanal ta’ quddiem li jinkludi mill-inqas sors ta’ dawl li jitfa’ l-gass wieħed u ballast.

Is-ballasts huma ddisinjati għal sistema ta’ netwerk ta’ ** volts.

 

Is-ballasts huma ddisinjati għal sistema ta’ netwerk ta’ ** volts.

 

 

Ebda wieħed mill-fanali tal-filament u/jew il-modulu(i) LED li fih il-fanal ta’ quddiem ma huwa ddisinjat għal sistema ta’ netwerk ta’ 24 volts.


ANNESS 8

IR-REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROĊEDURI TA’ KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   ĠENERALI

1.1.

Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati milħuqa minn perspettiva mekkanika u ġeometrika, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet fil-manifattura inevitabbli skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

1.2.

Fir-rigward tal-prestazzjoni fotometrika, il-konformità tal-fanali ta’ quddiem minn produzzjoni tal-massa m’għandhiex tiġi kkontestata jekk, fl-ittestjar tal-prestazzjoni fotometrika ta’ kwalunkwe fanal ta’ quddiem magħżula kif ġie ġie u mkejla f’13,2 V ± 0,1 V jew kif speċifikat mod ieħor u:

 

jew

Mgħammra b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard li jista’ jiġi sostitwit skont il-paragrafu 6.1.3. Il-fluss tal-luminożità ta’ dan is-sors illuminanti li jiddisċarġja jista’ jkun differenti mill-valur tal-fluss tal-luminożità oġġettiv speċifikat fir-Regolament Nru 99. Għalhekk, f’dan il-każ, il-valuri ta’ illuminazzjoni għandhom jiġu korretti.

 

jew

Mgħammra b’sors ta’ dawl li jitfa’ l-gass prodott f’serje u l-ballast tas-serje, jekk ikun il-każ. Il-fluss tal-luminożità ta’ dan is-sors tad-dawl jista’ jiddevja mill-fluss tal-luminożità oġġettiv minħabba tolleranzi tas-sors tad-dawl u tal-ballast kif speċifikat fir-Regolament Nru 99; għalhekk il-valuri ta’ illuminazzjoni mkejla jistgħu jiġu korretti b’20 fil-mija fid-direzzjoni favorevoli.

1.2.1.

Ebda valur ta’ dawl, jekk imkejjel u korrett skont il-paragrafu 1.2 imsemmi qabel, ma jiddevja b’mod sfavorevoli b’iktar minn 20 fil-mijia mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament. Għall-valuri B 50 L (jew R) u fiż-żona A, id-devjazzjoni mhux favorevoli massima tista’ tkun rispettivament ta’:

B 50 L (jew R) (1):

170 cd ekwivalenti għal 20 fil-mija

255 cd ekwivalenti għal 30 fil-mija

Żona A

255 cd ekwivalenti għal 20 fil-mija.

380 cd ekwivalenti għal 30 fil-mija.

1.2.2.

Jew jekk

1.2.2.1.

Għar-raġġ baxx, il-valuri preskritti f’dan ir-Regolament jintlaħqu f’HV (b’tolleranza ta’ + 170 cd) u relatati ma’ dak l-immirar f’punt wieħed ġo b’ċirku ta’ 0,35 grad madwar il-punti B 50 L (jew R) (1) (b’tolleranza ta’ 85 cd), 75 R (jew L), 50 V, 25 R1, 25 L2, u fuq segment I;

1.2.2.2.

U jekk, għar-raġġ baxx, bl-HV fil-linja tal-isolux 0,75 Imax, tolleranza ta’ + 20 fil-mija għall-valuri massimi u – 20 fil-mija għall-valuri minimi tiġi osservata għall-valuri fotometriċi fi kwalunkwe punt tal-kejl speċifikat fil-paragrafu 6.3 ta’ dan ir-Regolament.

1.2.3.

Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, l-allinjament tal-fanal ta’ quddiem jista’ jitbiddel, bil-kundizzjoni li l-assi tar-raġġ ma jiġix imċaqlaq lateralment b’iktar minn 0,5° lejn il-lemin jew ix-xellug u mhux iktar minn 0,2° ‘il fuq jew ‘l isfel.

1.2.4.

Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, testijiet fuq il-fanal ta’ quddiem għandhom jiġu ripetuti billi jintuża sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard jew sors tad-dawl li jitfa’ l-gass u ballast ieħor, skont liema jkun applikabbli skont il-paragrafu 1.2 imsemmi qabel.

1.3.

Fir-rigward tal-verifika tal-bidla fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana, din il-proċedura għandha tiġi applikata:

 

Wieħd mill-fanali ta’ quddiem parti mill-kampjun għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness 4 wara li jiġi soġġett tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 4.

 

Il-fanal ta’ quddiem għandu jitqies aċċettabbli jekk Δr (kif definit fil-paragrafi 2.1 u 2.2 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament) ma jaqbiżx il-1,5 mrad.

 

Jekk dan il-valur jeċċedi 1,5 mrad imma ma jkunx ta’ aktar minn 2.0 mrad, fanal ta’ quddiem ieħor għandu jiġi soġġett għat-test biex b’hekk il-medja intermedja tal-valuri assoluti rreġistrati fuq iż-żewġ kampjuni ma teċċedix l-1,5 mrad.

1.4.

Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità.

1.5.

Jekk, madankollu, aġġustament vertikali ma jkunx jista’ jitwettaq ripetutament fil-pożizzjoni meħtieġa fi ħdan it-tolleranzi deskritti fil-paragrafu 6.2.2.3 ta’ dan ir-Regolament, kampjun wieħed għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafi 2 u 3 tal-Anness 10.

2.   REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

Għal kull tip ta’ fanal ta’ quddiem id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq mill-inqas dawn it-testijiet, f’intervalli xierqa. It-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Jekk kwalunkwe teħid ta’ kampjuni juri nuqqas ta’ konformità fir-rigward tat-tip ta’ test ikkonċernat, kampjuni addizzjonali għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati. Il-manifattur għandu jieħu passi biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni kkonċernata.

2.1.   Natura tat-testijiet

Testijiet ta’ konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u l-verifika tal-bidla fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana.

2.2.   Metodi użati fit-testijiet

2.2.1.

It-testijiet għandhom ġeneralment jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.2.2.

Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, metodi ekwivalenti jistgħu jintużaw bil-kunsens tal-awtorità kompetenti responsabbli għal testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur huwa responsabbli biex jipprova li l-metodi applikati jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.2.3.

L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrazzjonijiet regolari tal-apparat tal-ittestjar u l-korrelazzjoni tiegħu mal-kejl imwettaq minn awtorità kompetenti.

2.2.4.

Fil-każijiet kollha l-metodi ta’ referenza għandhom ikunu dawk ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-iskop ta’ verifika amministrattiva u teħid ta’ kampjuni.

2.3.   Natura ta’ teħid ta’ kampjuni

Kampjuni ta’ fanali ta’ quddiem għandhom jingħażlu kif ġie ġie mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi ifisser set ta’ fanali ta’ quddiem tal-istess tip, definit skont il-metodi tal-produzzjoni tal-manifattur.

L-evalwazzjoni għandha ġeneralment tkopri produzzjoni tas-serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista’ jiġbor flimkien rekords dwar l-istess tip minn diversi fabbriki, bil-kundizzjoni li dawn jaħdmu taħt l-istess sistema ta’ kwalità u ġestjoni tal-kwalità.

2.4.   Karatteristiċi fotometriċi mkejlin u rreġistrati

Il-fanali ta’ quddiem parti mill-kampjun għandhom jiġu soġġetti għall-kejl fotometriku fil-punti stabbiliti fir-Regolament, bil-qari limitat għall-punti Imax, HV (2), HL, HR (3) fil-każ ta’ raġġ għas-sewqan, u għall-punti B 50 L (jew R) (1), HV, 50 V, 75 R (jew L) u 25 L2 (jew R2) fil-każ tar-raġġ baxx (ara l-figura fl-Anness 3).

2.5.   Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità

Il-manifattur huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tat-test u sabiex jiddefinixxi, bi qbil mal-awtorità kompetenti, kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu sabiex jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-Paragrafu 9.1 ta’ dan ir-Regolament.

Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ affidabilità ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta’ suċċess f’kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 9 (l-ewwel teħid tal-kampjuni) tkun ta’ 0,95.


(1)  L-ittri fil-parenteżi jirreferu għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug.

(2)  Meta r-raġġ għas-sewqan ikun inkorporat reċiprokament mar-raġġ baxx, HV fil-każ tar-raġġ għas-sewqan għandu jkun l-istess punt tal-kejl bħal fil-każ tar-raġġ baxx.

(3)  HL u HR: punti fuq “hh” fi 2,5 gradi fuq ix-xellug u fuq il-lemin tal-punt HV rispettivament.


ANNESS 9

REKWIŻITI MINIMI GĦAL TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR

1.   ĠENERALI

1.1.

Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati li ntlaħqu minn perspettiva mekkanika u ġeometrika, skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk applikabbli, jekk id-differenzi ma jaqbżux deviazzjonijiet inevitabbli fil-manifattura.

1.2.

Fir-rigward tal-prestazzjoni fotometrika, il-konformità tal-fanali ta’ quddiem minn produzzjoni tal-massa m’għandhiex tiġi kkontestata jekk, fl-ittestjar tal-prestazzjoni fotometrika ta’ kwalunkwe fanal ta’ quddiem magħżula kif ġie ġie u mkejla f’13,2 V ± 0,1 V jew kif speċifikat mod ieħor u:

 

Either

Mgħammra b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard li jista’ jitneħħa skont il-paragrafu 6.1.3. Il-fluss tal-luminożità ta’ dan is-sors ta’ dawl li jitfa’ l-gass jista’ jkun differenti mill-fluss tal-luminożità ta’ referenza speċifikat fir-Regolament Nru 99. Għalhekk, f’dan il-każ, il-valuri ta’ illuminazzjoni għandhom jiġu korretti.

 

Jew

Mgħammra b’sors ta’ dawl li jitfa’ l-gass prodott f’serje u l-ballast tas-serje. Il-fluss tal-luminożità ta’ dan is-sors tad-dawl jista’ jiddevja mill-fluss tal-luminożità nominali minħabba t-tolleranzi tas-sors tad-dawl u tal-ballast kif speċifikat fir-Regolament Nru 99, għalhekk il-valuri ta’ illuminazzjoni mkejla jistgħu jiġu korretti b’20 fil-mija fid-direzzjoni favorevoli.

1.2.1.

L-ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

Fiż-żona tal-leħħa d-devjazzjoni massima tista’ tkun rispettivament:

B 50 L (jew R) (1):

170 cd ekwivalenti għal 20 fil-mija.

255 cd ekwivalenti għal 30 fil-mija.

Żona A

255 cd ekwivalenti għal 20 fil-mija.

380 cd ekwivalenti għal 30 fil-mija.

1.2.2.

Jew jekk

1.2.2.1.

Għar-raġġ baxx, il-valuri preskritti f’dan ir-Regolament jintlaħqu f’HV (b’tolleranza ta’ + 170 cd) u relatati ma’ dak l-immirar f’punt wieħed ġo b’ċirku ta’ 0,35 grad madwar il-punti B 50 L (jew R) (1) (b’tolleranza ta’ 85 cd), 75 R (jew L), 50 V, 25 R1, 25 L2, u fuq segment I;

1.2.2.2.

U jekk, għar-raġġ baxx, bl-HV fil-linja tal-isolux 0,75, tolleranza ta’ + 20 fil-mija għall-valuri massimi u – 20 fil-mija għall-valuri minimi tiġi osservata għall-valuri fotometriċi fi kwalunkwe punt tal-kejl speċifikat fil-paragrafu 6.3 ta’ dan ir-Regolament. Il-marka ta’ referenza ma tiġix ikkunsidrata.

1.2.3.

Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, l-allinjament tal-fanal ta’ quddiem jista’ jitbiddel, bil-kundizzjoni li l-assi tar-raġġ ma jiġix imċaqlaq lateralment b’iktar minn 0,5° lejn il-lemin jew ix-xellug u mhux iktar minn 0,2° ‘il fuq jew ‘l isfel.

1.2.4.

Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, testijiet fuq il-fanal ta’ quddiem għandhom jiġu ripetuti billi jintuża sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard jew sors tad-dawl li jitfa’ l-gass u ballast ieħor, skont liema jkun applikabbli skont il-paragrafu 1.2 imsemmi qabel.

1.3.

Fir-rigward tal-verifika tal-bidla fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana, din il-proċedura għandha tiġi applikata:

 

Wieħd mill-fanali ta’ quddiem parti mill-kampjun għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness 4 wara li jiġi soġġett tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 4.

 

Il-fanal ta’ quddiem għandha tiġi kkunsidrata aċċettabbli jekk Δr (kif definit fil-paragrafi 2.1 u 2.2 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament) ma jaqbiżx il-1,5 mrad.

 

Jekk dan il-valur jeċċedi 1,5 mrad imma ma jkunx ta’ aktar minn 2,0 mrad, fanal ta’ quddiem ieħor għandu jiġi soġġett għat-test biex b’hekk il-medja intermedja tal-valuri assoluti rreġistrati fuq iż-żewġ kampjuni ma teċċedix l-1,5 mrad.

1.4.

Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità.

1.5.

Jekk, madankollu, aġġustament vertikali ma jkunx jista’ jitwettaq ripetutament fil-pożizzjoni meħtieġa fi ħdan it-tolleranzi deskritti fil-paragrafu 6.2.2.3 ta’ dan ir-Regolament, kampjun wieħed għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafi 2 u 3 tal-Anness 10.

2.   L-EWWEL TEĦID TAL-KAMPJUNI

Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni erba’ fanali ta’ quddiem jintagħżlu kif ġie ġie. L-ewwel kampjun minn tnejn jiġi mmarkat A, it-tieni kampjun minn tnejn jiġi mmarkat B.

2.1.   Il-konformità ma tiġix ikkontestata:

2.1.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità tal-fanali ta’ quddiem minn produzzjoni tal-massa m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjoni tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem fid-direzzjonijiet sfavorevoli jkunu:

2.1.1.1.

Kampjun A

A1:

Fanal ta’ quddiem wieħed

0 fil-mija

Fanal ta’ quddiem wieħed mhux iktar minn

20 fil-mija

A2:

Iż-żewġ fanali ta’ quddiem iktar minn

0 fil-mija

Iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

Ara l-kampjun B

 

2.1.1.2.

Kampjun B

B1:

Iż-żewġ fanali ta’ quddiem

0 fil-mija

2.1.2.

Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A jiġu ssodisfati.

2.2.   Il-konformità tiġi kkontestata:

2.2.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ fanali ta’ quddiem minn produzzjoni tal-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur mitlub jagħmel mezz li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:

2.2.1.1.

Kampjun A

A3:

Fanal ta’ quddiem wieħed mhux iktar minn

20 fil-mija

Fanal ta’ quddiem wieħed iktar minn

20 fil-mija

Iżda mhux iktar minn

30 fil-mija

2.2.1.2.

Kampjun B

B2:

Fil-każ ta’ A2

 

Fanal ta’ quddiem wieħed iktar minn

0 fil-mija

Iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

Fanal ta’ quddiem wieħed mhux iktar minn

20 fil-mija

B3:

Fil-każ ta’ A2

 

Fanal ta’ quddiem wieħed

0 fil-mija

Fanal ta’ quddiem wieħed iktar minn

20 fil-mija

Iżda mhux iktar minn

30 fil-mija

2.2.2.

Jew jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A ma jkunux issodisfati.

2.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-paragrafu 10 applikat jekk, wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:

2.3.1.

Kampjun A

A4:

Fanal ta’ quddiem wieħed mhux iktar minn

20 fil-mija

Fanal ta’ quddiem wieħed iktar minn

30 fil-mija

A5:

Iż-żewġ fanali ta’ quddiem iktar minn

20 fil-mija

2.3.2.

Kampjun B

B4:

Fil-każ ta’ A2

 

Fanal ta’ quddiem wieħed iktar minn

0 fil-mija

Iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

Fanal ta’ quddiem wieħed iktar minn

20 fil-mija

B5:

Fil-każ ta’ A2

 

Iż-żewġ fanali ta’ quddiem iktar minn

20 fil-mija

B6:

Fil-każ ta’ A2

 

Fanal ta’ quddiem wieħed

0 fil-mija

Fanal ta’ quddiem wieħed iktar minn

30 fil-mija

2.3.3.

Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjuni A u B ma jkunux issodisfati.

3.   IT-TEĦID RIPETUT TAL-KAMPJUNI

Fil-każijiet ta’ A3, B2, B3 teħid ta’ kampjuni ripetut, it-tielet kampjun C ta’ żewġ fanali ta’ quddiem u u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ fanali ta’ quddiem, magħżula minn stokk manifatturat wara l-allinjament, ikun meħtieġ fi żmien xahrejn wara n-notifika.

3.1.   Il-konformità ma tiġix ikkontestata

3.1.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ fanali ta’ quddiem minn produzzjoni tal-massa m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-miżuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:

3.1.1.1.

Kampjun C

C1:

Fanal ta’ quddiem wieħed

0 fil-mija

Fanal ta’ quddiem wieħed mhux iktar minn

20 fil-mija

C2:

Iż-żewġ fanali ta’ quddiem iktar minn

0 fil-mija

Iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

Ara l-kampjun D

 

3.1.1.2.

Kampjun D

D1:

Fil-każ ta’ C2

 

Iż-żewġ fanali ta’ quddiem

0 fil-mija

3.1.2.

Jew jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C.

3.2.   Il-konformità tiġi kkontestata:

3.2.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ fanali ta’ quddiem minn produzzjoni tal-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur mitlub jagħmel mezz li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:

3.2.1.1.

Kampjun D

D2:

Fil-każ ta’ C2

 

Fanal ta’ quddiem wieħed iktar minn

0 fil-mija

Iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

Fanal ta’ quddiem wieħed mhux iktar minn

20 fil-mija

3.2.1.2.

Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C mhumiex sodisfatti.

3.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-paragrafu 11. applikat jekk, wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:

3.3.1.

Kampjun C

C3:

Fanal ta’ quddiem wieħed mhux iktar minn

20 fil-mija

Fanal ta’ quddiem wieħed iktar minn

20 fil-mija

C4:

Iż-żewġ fanali ta’ quddiem iktar minn

20 fil-mija

3.3.2.

Kampjun D

D3:

Fil-każ ta’ C2

 

Fanal ta’ quddiem wieħed 0 jew iktar minn

0 fil-mija

Fanal ta’ quddiem wieħed iktar minn

20 fil-mija

3.3.3.

Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni C u D ma jkunux issodisfati.

4.   BIDLA FIL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-LINJA TAL-PUNT TAL-WAQFIEN

Fir-rigward tal-verifika tal-bidla fil-pożizzjonijiet vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana, din il-proċedura għandha tiġi applikata:

 

Wieħed mill-fanali ta’ quddiem tal-kampjun A wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-anness għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness 4 wara li jiġi soġġett għal tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 4.

 

Il-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk Δr ma jeċċedix 1,5 mrad.

 

Jekk dan il-valur jeċċedi 1,5 mrad imma m’huwiex ta’ aktar minn 2,0 mrad, it-tieni fanal ta’ quddiem tal-kampjun A għandu jiġi suġġett għat-test li warajh il-valur medju (jiġifieri bejn iż-żewġ estremi) tal-valuri assoluti rreġistrati fuq iż-żewġ kampjuni ma għandux jeċċedi 1,5 mrad.

 

Madankollu, jekk ma jkunx hemm konformità ma’ dan il-valur ta’ 1,5 mrad fuq il-kampjun A, iż-żewġ fanali ta’ quddiem tal-kampjun B għandhom jiġu soġġetti għall-istess proċedura u l-valur ta’ Δr għal kull wieħed minnhom m’għandux jaqbeż il-1.5 mrad.

Figura 1

Image

(1)  L-ittri fil-parenteżi jirreferu għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug.


ANNESS 10

VERIFIKA STRUMENTALI TAL-“PUNT TAL-WAQFIEN” GĦALL-FANALI TA’ QUDDIEM B’RAĠĠ BAXX

1.   ĠENERALI

Fil-każ fejn japplika il-paragrafu 6.2.2.4 ta’ dan ir-Regolament, il-kwalità tal-“punt tal-waqfien” għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 isfel u l-aġġustament strumentali vertikali u orizzontali tar-raġġ għandu jitwettaq skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 isfel.

Qabel ma jitwettaq il-kejl tal-kwalità tal-“punt tal-waqfien” u l-proċedura tal-immirar strumentali, tinħtieġ mira viżwali minn qabel skont il-paragrafi 6.2.2.1 u 6.2.2.2 ta’ dan ir-Regolament.

2.   KEJL TAL-KWALITÀ TAL-“PUNT TAL-WAQFIEN”

Sabiex tiġi determinata l-aktuezza minima, għandu jitwettaq kejl permezz ta’ skannjar vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” f’passi angolari ta’ 0,05° f’distanza tal-kejl ta’ jew:

(a)

10 m b’ditekter li jkollu dijametru ta’ madwar 10 mm jew inkella ta’

(b)

25 m b’ditekter li jkollu dijametru ta’ madwar 30 mm.

Id-distanza tal-kejl li fiha jkun twettaq it-test għandha tkun reġsitrata fil-punt 9 tal-formola tal-komunikazzjoni (ara l-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament).

Sabiex tiġi determinata l-akutezza massima, għandu jitwettaq kejl permezz ta’ skannjar vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” f’passi angolari ta’ 0,05° esklussivament f’distanza tal-kejl ta’ 25 m u b’ditekter li jkollu dijametru ta’ madwar 30 mm.

Il-kwalità tal-“punt tal-waqfien” għandha tiġi kkunsidrata aċċettabbli jekk ir-rekwiżiti tal-paragrafi 2.1 sa 2.3 isfel ikunu konformi ma’ mill-inqas sett wieħed ta’ kejl.

2.1.   Ma għandux ikun viżibbli iktar minn “punt tal-waqfien” wieħed (1)

2.2.   Akutezza tal-“punt tal-waqfien”

Il-fattur tal-akutezza G jiġi determinat permezz ta’ skannjar vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” f’2,5° ‘il fuq mill-V-V fejn:

Formula fejn β = il-pożizzjoni vertikali fi gradi.

Il-valur ta’ G m’għandux ikun inqas minn 0,13 (akutezza minima) u mhux iktar minn 0,40 (akutezza massima).

2.3.   Linearità

Il-parti tal-“punt tal-waqfien” orizzontali li sservi għall-aġġustament vertikali għandha tkun orizzontali bejn 1,5° u 3,5° mil-linja V-V (ara figura 1 isfel).

(a)

Il-punti ta’ inflezzjoni tal-gradjent tal-“punt tal-waqfien” fil-linji vertikali f’1,5°, 2,5° u 3,5° għandhom jiġu determinati bl-ewkwazzjoni:

Formula.

(b)

Id-distanza vertikali massima bejn il-punti tal-inflezzjoni determinati m’għandhiex taqbeż 0,2 °.

3.   AĠĠUSTAMENT VERTIKALI U ORIZZONTALI

Jekk il-“punt tal-waqfien” ikun konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness, l-aġġustament tar-raġġ jista’ jitwettaq strumentalment.

Figura 1

Kejl tal-kwalità tal-“punt tal-waqfien”

Image

Nota:

L-iskali jkunu differenti għal-linji vertikali u orizzontali.

3.1.   Aġġustament vertikali

Permezz ta’ moviment ‘il fuq minn taħt il-linja B (ara l-figura 2 isfel), jitwettaq skan vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” f’2,5° mill-V-V. Il-punt tal-inflessjoni (fejn d2 (log E)/dv2 = 0) jiġi determinat u pożizzjonat fuq il-linja B li tinsab wieħed il-mija taħt H-H.

3.2.   Aġġustament orizzontali

L-applikant għandu jispeċifika wieħed minn dawn il-metodi tal-mira orizzontali:

(a)

Il-metodu tal-“linja 0,2 D” (ara l-figura 2 isfel).

Linja waħda orizzontali f’0,2° D għandha tiġi skannjata minn 5° fuq ix-xellug sa 5° fuq il-lemin wara li l-fanal ikun ġie mmirat vertikalment. Il-gradjent massimu “G” determinat permezz tal-formola Formula fejn β tkun il-pożizzjoni orizzontali fi gradi, m’għandux ikun inqas minn 0,08. Il-punt tal-inflezzjoni li jinstab fuq il-linja 0,2 D għandu jkun fuq il-linja A. “Punt tal-waqfien”

Il-punt tal-inflezzjoni li jinstab fuq il-linja 0,2 D għandu jkun fuq il-linja A.

Figura 2

Aġġustament strumentali vertikali u orizzontali – Metodu ta’ skannjar tal-linja orizzontali

Image

Nota:

L-iskali jkunu differenti għal-linji vertikali u orizzontali.

(b)

Il-metodu tat-“3 linji” (ara l-figura 3 isfel)

Tliet linji vertikali għandhom jiġu skannjati minn 2° D sa 2° U sa 1°R, 2°R, u 3°R wara li l-fanal ikun ġie mmirat vertikalment. Il-gradjenti massimi rispettivi “G” determinati permezz tal-formola:

Formula

Fejn β tkun il-pożizzjoni vertikali fi gradi, m’għandhomx ikunu inqas minn 0,08. Il-punti tal-inflezzjoni li jinsabu fuq it-tliet linji għandhom jintużaw biex tinkiseb linja dritta. L-intersezzjoni ta’ din il-linja u l-linja B li tinsab waqt it-twettiq tal-mira vertikali għandha titqiegħed fuq il-linja V. “Punt tal-waqfien” Linja għall-analiżi vertikali

Figura 3

Aġġustament strumentali vertikali u orizzontali – Metodu tal-iskannjar tat-tliet linji

Image

Nota:

L-iskali jkunu differenti għal-linji vertikali u orizzontali.


(1)  Dan il-paragrafu għandu jiġi emendat meta metodu tal-ittestjar oġġettiv ikun disponibbli.


ANNESS 11

REKWIŻITI GĦAL MODULI LED U FANALI TA’ QUDDIEM LI JINKLUDU MODULI LED

1.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

1.1.

Kull kampjun ta’ modulu LED sottomess għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament meta ttestjat bil-ger(ijiet) ta’ kontroll tas-sors tad-dawl elettroniċi provduti, jekk applikabbli.

1.2.

Il-modulu/i LED għandu (għandhom) jkun(ikunu) iddisinjat(ddisinjati) b’tali mod li jkun(u) u jibqa’(jibqgħu) jaħdem(jaħdmu) sew waqt l-użu normali. Barra minn hekk m’għandu jkollhom ebda difett fid-disinn jew il-manifattura.

1.3.

Il-modulu/i LED ma jistax(jistgħux) ikun(u) jista’(jistgħu) jitbagħbas(jitbagħbsu).

1.4.

Id-disinn tal-modulu/i LED li jista’(jistgħu) jinqala’(għu) għandu jkun tali li:

1.4.1.

Meta l-modulu LED jinqala’ u jitbiddel b’modulu ieħor provdut mill-applikant u li jkollu l-istess kodiċi tal-identifikazzjoni tas-sors tad-dawl, l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi tal-fanal ta’ quddiem għandhom jintlaħqu;

1.4.2.

Il-moduli LED b’kodiċi tal-identifikazzjoni tas-sors tad-dawl differenti fl-istess kisi protettiv tal-fanal, m’għandhomx ikunu jistgħu jitbiddlu bejniethom.

1.5.

Ger(ijiet) tal-kontroll tas-sors tad-dawl elettroniku(ċi) jista’(jistgħu) jkun(u) parti mill-modulu/i LED.

2.   MANIFATTURA

2.1.

L-LED(s) fuq il-modulu LED għandhom ikunu mgħammra b’elementi tat-twaħħil adattati.

2.2.

L-elementi ta’ twaħħil għandhom ikunu mwaħħla b’mod sod u b’saħħtu mal-LED(s) u l-modulu LED.

3.   KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR

3.1.   Applikazzjoni

3.1.1.

Il-kampjuni kollha għandhom jiġu ttestjati kif speċifikat fil-paragrafu 4 isfel;

3.1.2.

It-tip ta’ sorsi tad-dawl fuq MODULU LED għandhom ikunu dajowds li jitfgħu d-dawl (LEDs) kif definit fir-Regolament Nru 48 il-paragrafu 2.7.1 b’mod partikolari fir-rigward tal-element ta’ radjazzjoni viżibbli. Tipi oħra ta’ sorsi tad-dawl ma jiġux awtorizzati.

3.2.   Kundizzjonijiet tat-tħaddim

3.2.1.   Kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-modulu LED

Il-kampjuni kollha għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjonijiet kif speċifikat fil-paragrafi 6.2.4.4 ta’ dan ir-Regolament. Jekk ma jiġix speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness, il-moduli LED għandhom jiġu ttestjati fil-fanal ta’ quddiem kif sottomessi mill-manifattur.

3.2.2.   Temperatura ambjentali

Għall-kejl tal-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f’temperatura ambjentali ta’ 23 °C ± 5 °C.

3.3.   Użu minn qabel

Fuq talba tal-applikant il-modulu LED għandu jitħaddem għal 15-il siegħa u jitberred għal temperatura ambjentali qabel ma jinbdew it-testijiet kif speċifikat f’dan ir-Regolament.

4.   REKWIŻITI U TESTIJIET SPEĊIFIĊI

4.1.   Radjazzjoni ultravjola

Ir-radjazzjoni ultravjola ta’ modulu LED tat-tip b’ultravjola baxx għandha tkun tali li:

Formula

fejn:

 

S(λ)(unità: 1)tkun il-funzjoni ta’ peżazzjoni spettrali;

 

km = 683 lm/W ikun il-valur massimu tal-effiċjenza mudwala tar-radjazzjoni.

(Għad-definizzjonijiet tas-simboli l-oħra ara l-paragrafu 4.1.1 tal-Anness 9 tar-Regolament Nru 112).

Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw intervalli ta’ nanometru. Ir-radjazzjoni ultravjola għandha tiġi ddifferenzjata skont il-valuri kif indikat fit-Tabella UV isfel:

Tabella UV

Valuri skont il-“Linji Gwida IRPA/INIRC dwar il-limiti tal-esponiment għar-radjazzjoni ultravjola”. Mewġiet elettromanjetiċi (f’nanometri) magħżula huma rappreżentattivi; valuri oħra għandhom jiġu interpolati.

λ

S(λ)

250

0,430

255

0,520

260

0,650

265

0,810

270

1,000

275

0,960

280

0,880

285

0,770

290

0,640

295

0,540

300

0,300

305

0,060

310

0,015

315

0,003

320

0,001

325

0,00050

330

0,00041

335

0,00034

340

0,00028

345

0,00024

350

0,00020

 

 

355

0,00016

360

0,00013

365

0,00011

370

0,00009

375

0,000077

380

0,000064

385

0,000053

390

0,000044

395

0,000036

400

0,000030