|
29.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/43 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.
Ir-Regolament Nru 128 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sorsi tad-dawl b’dajowds li jitfgħu d-dawl (LED) għall-użu f’unitajiet ta’ fanali approvati ta’ vetturi bil-magna u tal-karrijiet tagħhom
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-suppliment 2 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: 10 ta’ Ġunju 2014
WERREJ
IR-REGOLAMENT
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
2. |
Dispożizzjonijiet amministrattivi |
|
3. |
Rekwiżiti tekniċi |
|
4. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
5. |
Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
6. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
7. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
ANNESSI
|
1. |
Folji għal sorsi tad-dawl LED |
|
2. |
Komunikazzjoni |
|
3. |
Eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni |
|
4. |
Metodu tal-kejl tal-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi |
|
5. |
Rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kwalità mill-manifattur |
|
6. |
Teħid ta’ kampjuni u livelli ta’ konformità għar-rekords tat-testijiet tal-manifattur |
|
7. |
Rekwiżiti minimi għall-verifiki ta’ kampjunar b’mod aleatorju mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip |
|
8. |
Konformità approvata permezz ta’ verifika ta’ kampjunar b’mod aleatorju |
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għas-sorsi tad-dawl LED imsemmija fl-Anness 1, u li huma maħsuba għall-użu f’unitajiet ta’ fanali approvati ta’ vetturi bil-magna u tal-karrijiet tagħhom
2. DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI
2.1. Definizzjonijiet
2.1.1. Definizzjoni ta’ “kategorija”
It-terminu “ kategorija ” jintuża f’dan ir-Regolament biex jiddeskrivi d-disinn bażiku ta’ sorsi tad-dawl LED standardizzati. Kull kategorija għandha tismija speċifika, bħal per eżempju: “LW1”, “LY2”, “LR2”.
2.1.2. Definizzjoni ta’ “tip”
Sorsi tad-dawl LED ta’ “ tipi ” differenti huma sorsi tad-dawl LED fl-istess kategorija li jvarjaw f’xi aspetti essenzjali bħal:
|
2.1.2.1. |
L-isem il-marka kummerċjali; Sorsi tad-dawl LED li jkollhom l-istess isem jew marka kummerċjali jew iżda prodotti minn manifatturi differenti jitqiesu li huma ta’ tipi differenti. Sorsi tad-dawl LED prodotti mill-istess manifattur li jvarjaw biss fl-isem jew il-marka kummerċjali jistgħu jitqiesu li huma tal-istess tip; |
|
2.1.2.2. |
Id-disinn tas-sors tad-dawl, meta dawn id-differenzi jeffettwaw ir-riżultati ottiċi; |
|
2.1.2.3. |
Vultaġġ nominali. |
2.2. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
2.2.1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-proprjetarju tal-isem jew tal-marka kummerċjali, jew mir-rappreżentant akkreditat b’mod xieraq tiegħu.
2.2.2. Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tkun akkumpanjata (ara wkoll il-paragrafu 2.4.2) minn:
|
2.2.2.1. |
Tliet kopji tad-disinni, iddettaljati biżżejjed li jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip; |
|
2.2.2.2. |
Deskrizzjoni teknika qasira; |
|
2.2.2.3. |
Ħames kampjuni ta’ kull kulur li tkun saret applikazzjoni għalih. |
2.2.3. Fil-każ ta’ tip ta’ sorsi tad-dawl LED li jvarjaw biss fl-isem jew il-marka kummerċjali minn tip li jkun diġà ġie approvat għandu jkun biżżejjed li wieħed jissottometti:
|
2.2.3.1. |
Dikjarazzjoni mill-manifattur li t-tip sottomess
|
|
2.2.3.2. |
Żewġ kampjuni li jkollhom l-isem kummerċjali l-ġdid jew il-marka kummerċjali ġdida. |
2.2.4. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti li jiżguraw il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni għat-tip.
2.3. Skrizzjonijiet
2.3.1. Sorsi tad-dawl LED sottomessi għall-approvazzjoni għandu jkollhom, fuq il-kappa:
|
2.3.1.1. |
L-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant; |
|
2.3.1.2. |
Vultaġġ nominali; |
|
2.3.1.3. |
L-isem tal-kategorija rilevanti; |
|
2.3.1.4. |
Spazju ta’ daqs suffiċjenti li jesa’ l-marka tal-approvazzjoni. |
2.3.2. L-ispazju msemmi fil-paragrafu 2.3.1.4 ta’ hawn fuq għandu jiġi indikat fid-disinni li jakkumpanjaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni.
2.3.3. Skrizzjonijiet għajr dawk koperti mill-paragrafi 2.3.1 u 2.4.4 jistgħu jitwaħħlu, bil-kundizzjoni li ma jeffettwawx b’mod avvers il-karatteristiċi luminużi.
2.4. Approvazzjoni
2.4.1. Jekk il-kampjuni kollha ta’ tip ta’ sors tad-dawl LED li jiġu sottomessi skont il-paragrafi 2.2.2.3 jew 2.2.3.2 ta’ hawn fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata.
2.4.2. Għandu jiġi assenjat kodiċi tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel ċifra tiegħu għandha tindika s-serje ta’ emendi fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni.
Din għandha tkun segwita minn kodiċi tal-identifikazzjoni li tkun magħmula minn tliet karattri jew inqas. Għandhom jintużaw biss dawn in-numri Għarab u l-ittri kapitali:
“0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 A B C D E F G H J K L M N P R S T U V W X Y Z”.
L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess kodiċi lil tip ieħor ta’ sorsi tad-dawl LED.
2.4.3. In-notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ sorsi tad-dawl LED skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament u disinn, ipprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni f’format li ma jkunx akbar minn dak ta’ A4 (210 x 297 mm) u fuq skala ta’ mill-inqas 2:1.
2.4.4. Ma’ kull sors tad-dawl LED li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandha titwaħħal fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 2.3.1.4, minbarra l-iskrizzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 2.3.1, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:
|
2.4.4.1. |
ċirku maqtugħ li jdawwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (1); |
|
2.4.4.2. |
il-kodiċi tal-approvazzjoni, imqiegħed viċin iċ-ċirku maqtugħ. |
2.4.5. Jekk l-applikant ikun kiseb l-istess kodiċi tal-approvazzjoni għal diversi ismijiet jew marki kummerċjali, wieħed jew iktar minn wieħed minnhom ikun biżżejjed biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3.1.1.
2.4.6. Il-marki u l-iskrizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2.3.1 u 2.4.3 għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħux jitħassru.
2.4.7. L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju ta’ arranġament tal-marka tal-approvazzjoni.
3. REKWIŻITI TEKNIĊI
3.1. Definizzjonijiet
3.1.1. Vultaġġ nominali: vultaġġ (f’volts) immarkat fuq is-sors tad-dawl LED;
3.1.2. Vultaġġ(i) tat-test: vultaġġ(i) jew medda/meded tal-vultaġġ, fit-terminali tas-sorsi tad-dawl LED li għalihom huma maħsuba u għandhom jiġu ttestjati l-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi tas-sorsi tad-dawl LED.
3.1.3. Valuri oġġettivi: Il-valur tad-disinn ta’ karatteristika elettrika jew fotometrika. Għandu jinkiseb, fit-tolleranzi speċifikati, meta s-sors tad-dawl LED jiġi enerġizzat bil-vultaġġ tat-test rilevanti.
3.1.4. Sors tad-dawl LED standard (étalon): Sors tad-dawl LED speċjali, li jintuża għall-ittestjar ta’ tidwil u ta’ apparati tas-sinjalar bid-dawl. Dan ikollu tolleranzi mnaqqsa għall-karatteristiċi dimensjonali, elettriċi u fotometriċi, kif speċifikat fid-dokument tad-dejta rilevanti. Is-sorsi tad-dawl LED standard huma speċifikati b’vultaġġ wieħed biss għal kull kategorija.
3.1.5. Assi ta’ referenza: l-assi definit b’referenza għall-kappa u li jirreferu għalih ċerti dimenzjonijiet tas-sorsi tad-dawl LED.
3.1.6. Pjan ta’ referenza: il-pjan definit b’referenza għall-kappa, perpendikulari għall-assi ta’ referenza u li jirreferu għalih ċerti dimenzjonijiet tas-sorsi tad-dawl LED.
3.1.7. Ċentru tad-dawl: il-punt fuq l-assi ta’ referenza f’distanza ddefinita mill-pjan ta’ referenza li jirrappreżenta l-oriġini nominali tar-radjazzjoni viżibbli mitfugħa.
3.1.8. Tul taċ-ċentru tad-dawl: id-distanza bejn il-pjan ta’ referenza u ċ-ċentru tad-dawl
3.1.9. Assi ta’ osservazzjoni fuq is-sors tad-dawl LED: l-assi li jgħaddi miċ-ċentru tad-dawl f’angolu polari u ażimutali definit li jintuża biex jikkaratterizza l-proprjetajiet fotometriċi tas-sors tad-dawl LED.
3.1.10. Żona ta’ emissjoni ta’ dawl apparenti: iż-żona li tinkludi l-element (apparenti) ta’ radjazzjoni viżibbli meta osservata minn ċerta assi ta’ osservazzjoni. Iż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl apparenti tiġi definita fi pjan li fih ikun hemm iċ-ċentru tad-dawl u li jkun perpendikulari għall-assi ta’ osservazzjoni korrispondenti.
3.1.11. Intensità luminuża normalizzata: il-valur tal-intensità luminuża diviż b’dak tal-fluss luminuż tas-sors tad-dawl sabiex jiġi kkaratterizzat id-disinn tar-radjazzjoni angolari tas-sors tad-dawl LED.
3.1.12. Fluss luminuż kumulattiv: il-fluss luminuż mormi mis-sors tad-dawl bil-kundizzjonijiet tat-tħaddim, f’kon li jikkomprendi l-angolu solidu speċifikat u li jkun iċċentrat fuq l-assi ta’ referenza (2).
3.1.13. Sors tad-dawl b’dajows li jitfgħu d-dawl (LED): sors tad-dawl, li fih, l-element ta’ radjazzjoni viżibbli jkun magħmul minn konnessjoni waħda jew aktar ta’ stat solidu (solid-state) li tipproduċi/jipproduċu luminexxenza bl-injezzjoni u/jew fluworexxenza.
3.2. Speċifikazzjonijiet ġenerali
|
3.2.1. |
Kull kampjun li jiġi sottomess għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.2.2. |
Is-sorsi tad-dawl LED għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkunu u jibqgħu jaħdmu sew waqt l-użu normali tagħhom. Barra minn hekk m’għandu jkollhom ebda difett tad-disinn jew tal-manifattura. |
|
3.2.3. |
Is-sorsi tad-dawl LED m’għandhu jkollhom l-ebda grif jew tikek fuq is-superfiċje ottiku tagħhom li jistgħu jnaqqsu mill-effiċjenza u l-prestazzjoni ottika tagħhom. |
|
3.2.4. |
Is-sorsi tad-dawl LED għandhom ikunu mgħammra b’kapep standard li jikkonformaw mal-folji tad-dejta tal-kapep tal-Pubblikazzjoni tal-IEC Nru 60061, kif speċifikat fuq il-folji tad-dejta individwali fl-Anness 1. |
|
3.2.5. |
Il-kappa għandha tkun mwaħħla sew u b’mod sod mal-bqija tas-sors tad-dawl LED. |
|
3.2.6. |
Sabiex ikun aċċertat jekk is-sorsi tad-dawl LED jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafi 3.2.3 sa 3.2.5 ta’ hawn fuq, għandhom jitwettqu spezzjoni viżwali, verifika tal-qisien u fejn meħtieġ, immuntar bi prova fil-ħowlder kif speċifikat fil-pubblikazzjoni tal-IEC Nru 60061. |
|
3.2.7. |
Il-konnessjoni(jiet) ta’ stat solidu għandhom ikunu l-uniku element(i) tas-sors tad-dawl LED li jiġġeneraw u jitfgħu d-dawl, jew direttament jew permezz ta’ konverżjoni abbażi tal-fluworexxenza, meta jiġi enerġizzat. |
3.3. Testijiet
|
3.3.1. |
L-ewwel, is-sorsi tad-dawl LED għandhom jitqaddmu bil-vultaġġ tat-test tagħhom għal tal-anqas tmienja u erbgħin siegħa. Għal sorsi tad-dawl LED multifunzjonali, kull funzjoni għandha titqaddem separatament. |
|
3.3.2. |
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-kejl elettriku u fototmetriku għandu jsir bil-vultaġġ(i) tat-test rilevanti. |
|
3.3.3. |
Il-kejl elettriku kif speċifikat fl-Anness 4 għandu jsir, mill-inqas, bi strumenti ta’ klassi 0,2 (0,2 fil-mija ta’ preċiżjoni fuq l-iskala kollha). |
3.4. Il-pożizzjoni u d-dimensjonijiet taż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl apparenti
|
3.4.1. |
Il-pożizzjoni u d-dimensjonijiet taż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl apparenti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kif stabbiliti fil-folja tad-dejta rilevanti tal-Anness 1. |
|
3.4.2. |
Il-kejl għandu jsir wara t-tiqdim tas-sors tad-dawl LED skont il-paragrafu 3.3.1. |
3.5. Fluss luminuż
|
3.5.1. |
Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, il-fluss luminuż għandu jkun fil-limiti stabbiliti fil-folja tad-dejta rilevanti tal-Anness 1. |
|
3.5.2. |
Il-kejl għandu jsir wara t-tiqdim tas-sors tad-dawl LED skont il-paragrafu 3.3.1. |
3.6. Distribuzzjoni tal-intensità luminuża normalizzata/distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv
|
3.6.1. |
Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet tal-ittestjar speċifikati fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament, id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża normalizzata u/jew id-distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv għandu jkun fil-limiti stabbiliti fil-folja tad-dejta rilevanti tal-Anness 1. |
|
3.6.2. |
Il-kejl għandu jsir wara t-tiqdim tas-sors tad-dawl LED skont il-paragrafu 3.3.1. |
3.7. Kulur
|
3.7.1. |
Il-kulur tad-dawl mitfugħ mis-sorsi tad-dawl LED għandu jiġi speċifikat fil-folja tad-dejta rilevanti. Id-definizzjonijiet tal-kulur tad-dawl mitfugħ, mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu jkunu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament. |
|
3.7.2. |
Il-kulur tad-dawl mitfugħ għandu jitkejjel bil-metodu speċifikat fl-Anness 4. Kull valur imkejjel għandu jkun fil-limiti ta’ tolleranza meħtieġa. |
|
3.7.3. |
Barra minn hekk, fil-każ ta’ sorsi tad-dawl LED li jitfgħu dawl abjad, il-kontenut minimu ta’ aħmar tad-dawl għandu jkun tali li:
fejn:
Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw intervalli ta’ nanometru wieħed. |
3.8. Radjazzjoni UV
Ir-radjazzjoni UV tas-sors tad-dawl LED għandha tkun tali li s-sors tad-dawl LED ikun tat-tip b’radjazzjoni UV baxxa konformi ma’:
fejn:
|
S(λ)(unità: 1) |
hija l-funzjoni ta’ ponderazzjoni spettrali; |
|
km = 683 lm/W |
huwa l-valur massimu tal-effiċjenza luminuża tar-radjazzjoni. |
(Għal definizzjonijiet ta’ simboli oħra ara l-paragrafu 3.7.3 ta’ hawn fuq)
Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw intervalli ta’ nanometru wieħed. Ir-radjazzjoni UV għandha tiġi ponderata abbażi tal-valuri indikati fit-Tabella ta’ hawn taħt:
|
λ |
S(λ) |
|
250 |
0,430 |
|
255 |
0,520 |
|
260 |
0,650 |
|
265 |
0,810 |
|
270 |
1,000 |
|
275 |
0,960 |
|
280 |
0,880 |
|
285 |
0,770 |
|
290 |
0,640 |
|
295 |
0,540 |
|
300 |
0,300 |
|
305 |
0,060 |
|
310 |
0,015 |
|
315 |
0,003 |
|
320 |
0,001 |
|
325 |
0,00050 |
|
330 |
0,00041 |
|
335 |
0,00034 |
|
340 |
0,00028 |
|
345 |
0,00024 |
|
350 |
0,00020 |
|
|
|
|
355 |
0,00016 |
|
360 |
0,00013 |
|
365 |
0,00011 |
|
370 |
0,00009 |
|
375 |
0,000077 |
|
380 |
0,000064 |
|
385 |
0,000530 |
|
390 |
0,000044 |
|
395 |
0,000036 |
|
400 |
0,000030 |
|
|
|
Nota: Valuri skont il-“Linji Gwida IRPA/INIRC dwar il-limiti tal-esponiment għar-radjazzjoni ultravjola”. Il-wavelengths (f’nanometers) elettromanjetiċi magħżula huma rappreżentattivi; valuri oħra għandhom jiġu interpolati.
3.9. Sorsi tad-dawl LED standard
Rekwiżiti addizzjonali għal sorsi tad-dawl LED standard (étalon) jingħataw fil-folja tad-dejta rilevanti tal-Anness 1.
4. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
4.1. |
Is-sorsi tad-dawl LED approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw l-iskrizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ hawn fuq u fl-Annessi 1, 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.2. |
Sabiex jiġi verifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 4.1 jiġu ssodisfati, għandhom jitwettqu kontrolli xierqa tal-produzzjoni. |
|
4.3. |
Id-detentur tal-approvazzjoni għandu, b’mod partikolari:
|
|
4.4. |
L-awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, meta jidhrilha, tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità ta’ produzzjoni. |
|
4.4.1. |
F’kull spezzjoni, il-kotba tat-test u r-reġistri tal-istħarriġ dwar il-produzzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-ispettur li jkun żar il-post. |
|
4.4.2. |
L-ispettur jista’ jieħu kampjuni b’mod aleatorju li jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat skont ir-riżultati tal-verifika tal-manifattur stess. |
|
4.4.3. |
Meta l-livell tal-kwalità ma jidhirx sodisfaċenti jew jidher li hemm bżonn li tiġi ppruvata l-validità tat-testijiet li jkunu saru skont il-paragrafu 4.4.2 ta’ hawn fuq, l-ispettur għandu jagħżel il-kampjuni li għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
4.4.4. |
L-awtorità kompetenti tista’ twettaq kwalunkwe test preskritt f’dan ir-Regolament. Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li twettaq verifiki ta’ kampjunar b’mod aleatorju, il-kriterji tal-Annessi 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati. |
|
4.4.5. |
Il-frekwenza normali ta’ spezzjonijiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti għandha tkun ta’ darba kull sentejn. Fil-każ fejn jiġu rreġistrati riżultati negattivi waqt waħda minn dawn iż-żjarat, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista’ jkun. |
5. PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
5.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ sors tad-dawl LED skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti jew jekk is-sors tad-dawl LED li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ma jkunx konformi mat-tip approvat. |
|
5.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, minnufih għandha tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
6. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ sors tad-dawl LED approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.
7. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni maħruġa f’pajjiżi oħra.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2
(2) Abbażi tal-Vokabolarju elettroniku internazzjonali IEV 845-09-31 tas-CIE/IEC.
ANNESS 1
FOLJI (*1) GĦAL SORSI TAD-DAWL LED
Lista ta’ kategoriji ta’ sorsi tad-dawl LED u n-numri tal-folji tagħhom:
|
Kategorija |
|
Numru/i tal-folja |
|
LR1 |
|
LR1/1 sa 5 |
|
LW2 |
|
LW2/1 sa 5 |
Lista ta’ folji għal sorsi tad-dawl LED u s-sekwenza tagħhom f’dan l-anness:
Numru/i tal-folja
LR1/1 sa 5
LW2/1 sa 5
Kategorija LR1 - Folja LR1/1
Id-disinni huma maħsuba biss biex juru d-dimensjonijiet essenzjali (f’mm) tas-sors tad-dawl LED
Figura 1
Disinn prinċipali
Figura 2
Dettall tal-konnettur
Kategorija LR1 - Folja LR1/2
Tabella 1
Karatteristiċi Elettriċi u Fotometriċi essenzjali
|
Dimensjonijiet f’mm |
Tolleranza |
||||
|
Sorsi tad-dawl LED ta’ produzzjoni normali |
Sors tad-dawl LED standard |
||||
|
e (1) |
24,0 |
0,2 |
0,1 |
||
|
Kappa PGJ21t-1 b’konformità mal-Pubblikazzjoni tal-IEC Nru 60061 (folja 7004-165-1) |
|||||
|
Karatteristiċi elettriċi u fotometriċi (2) |
|||||
|
Valuri nominali |
|
Funzjoni minuri |
Funzjoni prinċipali |
Funzjoni minuri |
Funzjoni prinċipali |
|
Volts |
12 |
12 |
|||
|
Valuri oġġetivi (3) |
Watts. (bi 13,5 V DC) |
0,75 max. |
3,5 max. 1,4 min. |
0,75 max. |
3,5 max. 1,4 min. |
|
Fluss luminuż (f’lm bi 13,5 V DC) |
|
|
3,5 ± 10 % |
47 ± 10 % |
|
|
Fluss luminuż (f’lm b’ -16 V DC) |
3,5 ± 20 % |
47 ± 20 % |
|
|
|
Imġiba f’kundizzjoni ta’ avarija
F’każ ta’ avarija tas-sors tad-dawl LED (ebda emissjoni ta’ dawl) l-assorbiment massimu ta’ kurrent – meta s-sors tad-dawl jitħaddem fil-medda ta’ vultaġġ input fil-modalità “funzjoni prinċipali” – għandu jkun ta’ inqas minn 20 mA (f’kundizzjoni ta’ ċirkwit miftuħ).
Rekwiżiti għall-projezzjoni fuq skrin
It-test li ġej huwa maħsub biex jiddefinixxi r-rekwiżiti għaż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl apparenti tas-sors tad-dawl LED u biex jiddetermina jekk iż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl hijiex pożizzjonata korrettament fir-rigward tal-assi ta’ referenza u l-pjan ta’ referenza biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti.
Il-pożizzjoni taż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl għandha tiġi ċċekkjata permezz tas-sistema-kaxxa definita fil-Figura 3, li turi l-projezzjonijiet meta l-osservazzjoni ssir fid-direzzjoni g=90° fil-pjani C90 u C180 (C, g kif definit fil-Figura 4). Mill-inqas 95 fil-mija tal-fluss luminuż mitfugħ fid-direzzjoni ta’ osservazzjoni għandu jiġi miż-żona trapeżojdali definita mid-distanzi d1, d2 u c. Inqas minn 70 fil-mija tal-fluss luminuż għandu jkun jiġi miż-żona rettangolari definita mid-distanzi d3 u c.
Kategorija LR1 - Folja LR1/3
Figura 3
Definizzjoni taż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl permezz ta’ sistema-kaxxa
Tabella 2
Dimensjonijiet tas-sistema-kaxxa fil-Figura 3
|
Dimensjonijiet f’mm |
f |
c |
d1 |
d2 |
d3 |
|
Sorsi tad-dawl LED ta’ produzzjoni normali |
E + 0,2 |
3,6 |
21,0 |
15,0 |
7,0 |
|
Sorsi tad-dawl LED standard (étalon): |
E + 0,1 |
3,4 |
21,0 |
15,0 |
7,0 |
Distribuzzjoni tal-intensità luminuża normalizzata
It-test li ġej huwa maħsub biex jiddetermina d-distribuzzjoni tal-intensità luminuża normalizzata tas-sors tad-dawl fi pjan arbitrarju li jkun fih l-assi ta’ referenza. L-intersezzjoni tal-assi ta’ referenza mat-tarf ta’ fuq tal-kaxxa tintuża bħala l-punt tal-oriġini tas-sistema ta’ koordinati.
Is-sors tad-dawl jitwaħħal ma’ pjanċa ċatta bil-karatteristiċi tal-immuntar korrespondenti. Il-pjanċa tiġi mmuntata fuq il-mejda tal-gonjometru permezz ta’ brekit, b’mod li l-assi ta’ referenza tas-sors tad-dawl jiġi allinjat ma’ wieħed mill-assi rotanti tal-gonjometru. Il-konfigurazzjoni għall-kejl korrispondenti hija deskritta fil-Figura 4.
Kategorija LR1 - Folja LR1/4
Id-disinni huma maħsuba biss biex juru il-konfigurazzjoni essenzjali għall-kejl tas-sors tad-dawl LED
Figura 4
Il0-konfigrazzjoni għall-kejl tad-distribuzzjoni tal-intensità luminuża
Id-dejta dwar l-intensità luminuża tiġi reġistrata għall-funzjoni prinċipali permezz ta’ fotogonjometru standard. Id-distanza tal-kejl għandha tiġi magħżula kif meħtieġ, biex jiġi żgurat li d-ditekter ikun fil-parti mbiegħda tad-distribuzzjoni tad-dawl.
Il-kejl għandu jsir fi 3 pjani-C, li jkun fihom l-assi ta’ referenza tas-sors tad-dawl. It-3 pjani-C għandhom ikunu bejn C30 and C330 biex jiġu evitati d-dellijiet tal-konnekter u dawn il-pjanijiet għandhom ikunu mill-anqas 30° ‘il bogħod minn xulxin. Il-punti tal-ittestjar għal kull pjan għall-angoli polari multipli g huma speċifikati fit-Tabella 3.
Wara l-kejl, id-dejta għandha tiġi normalizzata għal 1 000 lm skont il-paragrafu 3.1.11, bl-użu tal-fluss luminuż tas-sors tad-dawl individwali suġġett għat-test. Id-dejta għandha tkun konformi mal-medda ta’ tolleranza tal-intensità kif definit fit-Tabella 3.
Pjani-C: ara l-pubblikazzjoni tas-CIE Nru 70-1987, “The measurement of absolute intensity distributions” (Il-kejl tad-distribuzzjonijiet tal-intensità assoluta).
Kategorija LR1 - Folja LR1/5
Tabella 3
Valuri tal-intensità normalizzata fil-punti tal-ittestjar għall-funzjoni prinċipali ta’ produzzjoni normali u għas-sorsi tad-dawl standard, rispettivament
|
|
Sors tad-dawl LED ta’ produzzjoni normali |
Sors tad-dawl LED standard |
||
|
γ |
Intensità massima f’ cd/1 000 lm |
Intensità massima f’ cd/1 000 lm |
Intensità massima f’ cd/1 000 lm |
Intensità massima f’ cd/1 000 lm |
|
0° |
0 |
30 |
0 |
20 |
|
15° |
0 |
30 |
0 |
20 |
|
30° |
0 |
70 |
0 |
40 |
|
45° |
20 |
100 |
20 |
60 |
|
60° |
35 |
120 |
35 |
80 |
|
75° |
50 |
140 |
50 |
100 |
|
90° |
70 |
160 |
70 |
120 |
|
105° |
90 |
180 |
90 |
140 |
|
120° |
110 |
200 |
110 |
160 |
|
135° |
110 |
200 |
110 |
160 |
|
150° |
90 |
180 |
90 |
140 |
Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża, kif deskritt fit-Tabella 3, għandha tkun sostanzjalment uniformi, jiġifieri bejn żewġ punti ħdejn xulxin tal-grilja r-rekwiżit tal-intensità luminuża relattiva jiġi kkalkulat permezz ta’ interpolazzjoni lineari bl-użu taż-żewġ punti ħdejn xulxin tal-ġrilja.
Kategorija LW2 - Folja LW2/1
Id-disinni huma maħsuba biss biex juru d-dimensjonijiet essenzjali (f’mm) tas-sors tad-dawl LED
Figura 1
Disinn prinċipali – elevazzjoni frontali u laterali
Figura 2
Dettall tal-konnekter
Tabella 1
Karatteristiċi elettriċi u fotometriċi essenzjali
|
Dimensjonijiet f’mm |
Tolleranzi |
||||
|
Sorsi tad-dawl LED ta’ produzzjoni normali |
Sorsi tad-dawl LED standard |
||||
|
e |
26,4 |
0,2 |
0,1 |
||
|
[Kappa PGJY50] b’konformità mal-Pubblikazzjoni tal-IEC Nru 60061 (folja 7004-[....]-1) |
|||||
|
Karatteristiċi elettriċi u fotometriċi (4) |
|||||
|
Valuri nominali |
|
Funzjoni minuri |
Funzjoni prinċipali |
Funzjoni minuri |
Funzjoni prinċipali |
|
Volts |
12 |
12 |
|||
|
Watts. (bi 13,5 V DC) |
1 max. |
12 max. 4 min. |
1 max. |
12 max. 4 min. |
|
|
Fluss luminuż (f’lm bi 13,5 V DC) |
|
|
50 ± 10 % |
725 ± 10 % |
|
|
Fluss luminuż (f’lm b’ -16 V DC) |
50 ± 15 % |
725 ± 15 % |
|
|
|
|
Temperatura bażi Tb korrispondenti, f’ °C |
30 ± 2 |
55 ± 2 |
30 ± 0,5 |
55 ± 0,5 |
|
Kategorija LW2 - Folja LW2/2
Rekwiżiti għall-projezzjoni fuq skrin
Dan it-test huwa maħsub biex jiddetermina jekk iż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl hijiex imqiegħda korrettament fir-rigward tal-assi ta’ referenza u l-pjan ta’ referenza.
Il-konformità tal-pożizzjoni u d-dimensjoni kif definit fit-Tabella 2 hija kkontrollata mis-sistema-kaxxa murija fil-Figura 3. Id-disinn ta’ fuq ix-xellug juri l-projezzjoni meta l-osservazzjoni ssir fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza b’angolu ta’ aċċettazzjoni (ta’ apertura) ta’ ± 40° filwaqt li d-disinn fuq l-lemin jiddefinixxi l-pożizzjoni tal-pjan u l-assi ta’ referenza.
Id-determinazzjoni tad-daqs għandha ssir b’mezz xieraq.
Figura 3
Definizzjoni taż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl permezz ta’ sistema-kaxxa
Tabella 2
Dimensjonijiet taż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl fil-Figura 3
|
Dimensjonijiet f’mm |
e |
a |
b |
c |
|
Sorsi tad-dawl LED ta’ produzzjoni normali |
26,4 ± 0,2 |
14,5 + 0/-2,5 |
10,1 + 0/-1,5 |
Ø 50,00 + 0,10/-0 |
|
Sorsi tad-dawl LED standard (étalon): |
26,4 ± 0,1 |
14,5 + 0/-2,5 |
10,1 + 0/-1,5 |
Ø 50,05 + 0,05/-0 |
Kategorija LW2 - Folja LW2/3
Distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv
Il-konfigurazzjoni għall-kejl
Dan it-test huwa maħsub biex jiddetermina l-fluss luminuż kumulattiv f’angoli solidi definiti tad-distribuzzjoni tal-intensità luminuża.
Jistgħu jintużaw fotogonjometri tat-Tip I jew II skont il-pubblikazzjoni tas-CIE Nru 70-1987 li jkollhom il-kapaċità li jdawru s-sors tad-dawl madwar żewġ assi perpendikulari mal-assi ta’ emissjoni ta’ dawl. L-intersezzjoni tal-assi ta’ referenza mal-pjan parallel għall-pjan ta’ referenza f’distanza e tintuża bħala l-punt tal-oriġini tas-sistema ta’ koordinati.
Figura 4
Il-konfigurazzjoni għall-kejl tad-distribuzzjoni tal-intensità luminuża bl-użu ta’ fotogonjometru tat-tip I
Is-sors tad-dawl jitwaħħal ma’ pjanċa ċatta bil-karatteristiċi tal-immuntar korrespondenti. Il-pjanċa tiġi mmuntata fuq il-mejda tal-gonjometru permezz ta’ brekit, b’mod li l-assi ta’ referenza tas-sors tad-dawl jiġi allinjat mal-assi tal-kejl tal-gonjometru. Il-konfigurazzjoni għall-kejl korrispondenti hija deskritta fil-Figura 4.
Kategorija LW2 - Folja LW2/4
Distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv
Proċedura għall-kejl u l-kalkolu
Id-dejta għandha tiġi reġistrata għat-temperatura bażi Tb speċifikata mit-Tabella 1 fil-pożizzjoni indikata fil-Figura 5.
Id-dejta dwar id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża għandha tiġi reġistrata f’angolu solidu ta’ -40° < α < +40° u -40° < β +40°. Id-distanza tal-kejl għandha tiġi magħżula b’tali mod li d-ditekter ikun fil-parti mbiegħda tad-distribuzzjoni tad-dawl. Huwa meħtieġ daqs tal-intervalli angulari ta’ 1° jew inqas.
Wara l-kejl, id-distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv għandha tiġi kkalkulata mid-dejta reġistrata għal diversi angoli solidi kif speċifikat fit-Tabella 3 skont il-pubblikazzjoni tas-CIE Nru 84-1989, Taqsima 4.3. Sussegwentement, id-distribuzzjoni għandha tiġi normalizzata għall-fluss luminuż totali determinat għal -40° < α < +40° u -40° < β < +40. Id-dejta għandha tkun konformi mal-medda ta’ tolleranza tal-intensità kif definit fit-Tabella 3.
Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni simetrika f’kull angolu solidu tat-Tabella 3, il-fluss luminuż għandu jiġi determinat b’mod indipendenti għall-4 kwadranti kollha u l-valuri tal-fluss m’għandhomx ivarjaw b’aktar minn 15 %.
Tabella 3
Valuri tal-fluss luminuż kumulattiv normalizzat fil-punti tal-ittestjar kemm għall-fanali ta’ produzzjoni normali kif ukoll għall-fanali standard
|
Angolu α, β |
Fluss normalizzat minimu f’% |
Fluss normalizzat massimu f’% |
|
– 5° < α, β < +5° |
8 |
14 |
|
– 10 ° < α, β < +10 ° |
31 |
37 |
|
– 15° < α, β < +15° |
54 |
59 |
|
– 20° < α, β < +20° |
75 |
81 |
|
– 25° < α, β < +25° |
91 |
95 |
|
– 30° < α, β < +30° |
97 |
100 |
|
– 35° < α, β < +35° |
98 |
100 |
|
– 40° < α, β < +40° |
100 (mid-definizzjoni) |
|
Id-distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv tal-funzjoni minuri tista’ tiġi verifikata billi jitkejjel il-proporzjon tal-funzjoni prinċipali u dik minuri b’angolu fiss, u l-multiplikazzjoni ta’ dan il-fattur bil-valur tal-fluss luminuż tal-funzjoni prinċipali.
F’każ ta’ dubju li d-distribuzzjonijiet tal-fluss luminuż kumulattiv tal-funzjonijiet prinċipali u minuri jkunu differenti, il-proċedura deskritta hawn fuq għall-funzjoni prinċipali għandha tiġi ripetuta għall-funzjoni minuri.
Ġeometrija tal-interfaċċa termika
L-interfaċċa termika LW2 tinsab fil-pjan ta’ referenza (iż-żona skura fil-Figura 5) u hija deskritta fid-dettall fil-pubblikazzjoni tal-IEC Nru 60061 kif indikat fit-Tabella 1 fuq il-folja LW2/1. Din għandha titwaħħal ma’ heat sink jew ma’ sistema ta’ ġestjoni termika xierqa.
Il-fluss luminuż indikat fit-Tabella 1 għandu jinkiseb hekk kif it-temperatura bażi Tb imkejla fil-pożizzjoni indikata fil-Figura 5 tiġi stabbilizzata.
Kategorija LW2 - Folja LW2/5
Figura 5
Dehra min wara: iż-żona ta’ kuntatt termiku u l-pożizzjoni tal-punt-Tb fuq l-assi ta’ simetrija vertikali, f’distanza f miċ-ċentru
|
Dimensjonijiet f’mm |
|
|
c |
50,0 |
|
d |
34,5 |
|
f |
13,0 |
|
g |
10,0 |
Imġiba f’kundizzjoni ta’ avarija
F’każ ta’ avarija tas-sors tad-dawl LED (ebda emissjoni ta’ dawl) l-assorbiment massimu ta’ kurrent – meta s-sors tad-dawl jitħaddem fil-medda ta’ vultaġġ input fil-modalità “funzjoni prinċipali” – għandu jkun ta’ inqas minn 20 mA (f’kundizzjoni ta’ ċirkwit miftuħ).
(*1) Tabelli, karatteristiċi Elettriċi u Fotometriċi:
|
|
Il-vultaġġ jiġi espress f’V; |
|
|
Il-wattage jiġi espress f’W; |
|
|
Il-fluss luminuż jiġi espress f’lm; |
|
|
L-intensità luminuża normalizzata tiġi espressa f’cd/1 000 lm; |
|
|
Il-fluss luminuż kumulattiv normalizzat jiġi espress f’%. |
(1) Iż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl: għandha tiġi ċċekkjata permezz tas-sistema-kaxxa (box system) li tidher fil-Figura 3.
(2) Id-dawl mitfugħ għandu jkun aħmar.
(3) Mixgħul kontinwament għal 30 minuta b’temperatura ta’ 23 ± 2,5 °C.
(4) Iż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl: għandha tiġi ċċekkjata permezz tas-sistema-kaxxa (box system) li tidher fil-Figura 3.
(5) Mixgħul kontinwament għal 30 minuti b’temperatura bażi Tb stabbilizzata kif speċifikat hawn fuq.
(6) Il-fluss luminuż miż-żona ta’ emissjoni ta’ dawl għandu jiġi ddeterminat f’angolu solidu ta’ 40° < α < + 40° u 40° < β < +40° bl-użu ta’ metodi integrali jew tal-proċedura deskritta fil-folji LW2/3 u LW2/4.
ANNESS 3
EŻEMPJU TAL-ARRANĠAMENT TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI
(ara l-paragrafu 2.4.4)
a = 2,5 mm min.
Din il-marka tal-approvazzjoni mwaħħla ma’ sors tad-dawl LED tindika li s-sors tad-dawl ġie approvat fir-Renju Unit (E11) bil-kodiċi tal-approvazzjoni 0A01. L-ewwel ċifra tal-kodiċi tal-approvazzjoni tindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 128 (*1) fil-forma oriġinali tiegħu.
(*1) Mhux meħtieġa bidliet fin-numru tal-approvazzjoni.
ANNESS 4
METODU TAL-KEJL TAL-KARATTERISTIĊI ELETTRIĊI U FOTOMETRIĊI
Is-sorsi tad-dawl tal-kategoriji kollha li jkollhom heatsink integrat għandhom jiġu mkejla f’temperatura ambjentali ta’ (23 ± 2) °Ċ f’arja wieqfa. Għal dan il-kejl, għandu jinżamm l-ispazju liberu minimu kif definit fil-folji tad-dejta.
Is-sorsi tad-dawl tal-kategoriji kollha li jkollhom temperatura bażi Tb definita għandhom jiġu mkejla billi l-punt Tb jiġi stabbilizzat fit-temperatura speċifika definita fuq il-folja tad-dejta tal-kategorija.
1. Fluss luminuż
|
1.1. |
Għandu jsir kejl tal-fluss luminuż bl-użu ta’ metodu ta’ integrazzjoni
|
|
1.2. |
Il-valuri tal-fluss luminuż, kif imkejla wara
Dawn il-valuri għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi u massimi. Fil-każ ta’ (a) dan il-valur għandu jkun bejn 100 fil-mija u 80 fil-mija tal-valur imkejjel wara minuta waħda. |
|
1.3. |
Il-kejl irid jitwettaq bil-vultaġġ tat-test rilevanti u bil-valuri minimi u massimi tal-medda ta’ vultaġġ rilevanti. Sakemm ma jkunx speċifikat b’mod aktar rigoruż fil-folja tad-dejta, id-devjazzjoni tal-fluss luminuż ma għandhiex tkun akbar minn dawn il-limiti tal-intervall ta’ tolleranza
|
2. Intensità luminuża normalizzata/fluss luminuż kumulattiv
|
2.1. |
Il-kejl tal-intensità luminuża għandu jinbeda wara
|
|
2.2. |
Il-kejl irid jitwettaq bil-vultaġġ tat-test rilevanti. |
|
2.3. |
L-intensità luminuża normalizzata ta’ kampjun tat-test tiġi kkalkulata billi l-valur tad-distribuzzjoni tal-intensità luminuża kif imkejla skont il-paragrafu 2.1 ta’ dan l-anness jiġi diviż bil-valur tal-fluss luminuż kif iddeterminat wara 30 minuta skont il-paragrafu 1.2 ta’ dan l-anness. |
|
2.4. |
Il-fluss luminuż kumulattiv ta’ kampjun tat-test jiġi kkalkulat skont il-pubblikazzjoni tas-CIE Nru 84-1989, Taqsima 4.3 bl-integrazzjoni tal-intensità luminuża f’kon li jikkomprendi angolu solidu. |
3. Kulur
Il-kulur tad-dawl mitfugħ kif imkejjel bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk deskritti fil-paragrafu 1.1 ta’ dan l-Anness għandu jkun fil-limiti tal-kulur meħtieġa.
4. Konsum tal-enerġija
|
4.1. |
Il-kejl tal-konsum tal-enerġija għandu jsir bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk deskritti fil-paragrafu 1.1 ta’ dan l-Anness bl-użu tar-rekwiżiti tal-paragrafu 3.3.3 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.2. |
Il-kejl tal-konsum tal-enerġija għandu jsir bil-vultaġġ tat-test rilevanti. |
|
4.3. |
Il-valuri ottenuti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi u massimi tal-folja tad-dejta rilevanti. |
(*1) Id-devjazzjoni massima tal-fluss luminuż fil-limiti ta’ tolleranza tiġi kkalkulata permezz tal-fluss imkejjel bil-vultaġġ tat-test bħala referenza. Bejn il-vultaġġ tat-test u l-limiti tal-medda ta’ vultaġġ, l-imġiba tal-fluss luminuż għandha tkun sostanzjalment uniformi.
ANNESS 5
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROĊEDURI TAL-KONTROLL TAL-KWALITÀ MILL-MANIFATTUR
1. Ġenerali
Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati ssodisfati mil-lat fotometriku, ġeometriku, viżwali u elettriku jekk jiġu rrispettati t-tolleranzi speċifikati għal sorsi tad-dawl LED tal-produzzjoni fil-folja tad-dejta rilevanti tal-Anness 1 u l-folja tad-dejta rilevanti għall-kapap.
2. Rekwiżiti minimi għall-verifika tal-konformità mill-manifattur
Għal kull tip ta’ sors tad-dawl LED il-manifattur jew id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq it-testijiet, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, f’intervalli adattati.
2.1. In-natura tat-testijiet
It-testijiet tal-konformità ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi, ġeometriċi u ottiċi tagħhom.
2.2. Metodi użati fit-testijiet
|
2.2.1. |
It-testijiet ġeneralment isiru skont il-metodi stipulati f’dan ir-Regolament. |
|
2.2.2. |
L-applikazzjoni tal-paragrafu 2.2.1 ta’ dan l-Anness teħtieġ kalibrazzjoni regolari tal-apparat għat-testijiet u l-korrelazzjoni tiegħu mal-kejl li jsir minn awtorità kompetenti. |
2.3. Kif jittieħdu l-kampjuni
Il-kampjuni ta’ sorsi tad-dawl LED għandhom jintgħażlu b’mod aleatorju mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi jfisser sett ta’ sorsi tad-dawl LED tal-istess tip, definit skont il-metodi tal-produzzjoni tal-manifattur.
2.4. Karatteristiċi spezzjonati u rreġistrati
Is-sorsi tad-dawl LED għandhom jiġu spezzjonati u r-riżultati tat-test irreġistrati wara l-iggruppar tal-karatteristiċi kif jidher fl-Anness 6, Tabella 1.
2.5. Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità
Il-manifattur jew id-detentur tal-approvazzjoni huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tat-test sabiex jintlħaqu l-ispeċifikazzjonijiet stipulati għall-verifikazzjoni tal-konformità tal-produzzjoni fil-paragrafu 4.1 ta’ dan ir-Regolament.
Il-konformità tiġi żgurata jekk ma jinqabiżx il-livell tan-nuqqas ta’ konformità aċċettabbli għall-grupp ta’ karatteristiċi mogħti fit-Tabella 1 tal-Anness 6. Dan ifisser li n-numru tas-sorsi tad-dawl LED li ma jikkonformawx mar-rekwiżit għal kwalunkwe ggruppar tal-karatteristiċi ta’ kwalunkwe tip ta’ sors tad-dawl LED ma jaqbiżx il-limiti ta’ kwalifika fit-Tabelli rilevanti Nru 2, 3 jew 4 tal-Anness 6.
Nota: Kull rekwiżit individwali tas-sors tad-dawl LED għandu jiġi kkunsidrat bħala karatteristika.
ANNESS 6
KAMPJUNAR U LIVELLI TA’ KONFORMITÀ GĦAR-REKORDS TAT-TEST TAL-MANIFATTUR
Tabella 1
Karatteristiċi
|
Gruppi ta’ karatteristiċi |
Gruppi (*1) ta’ rekords tat-testijiet skont it-tipi ta’ fanali |
Kampjun minimu ta’ 12-il xahar għal kull grupp (*1) |
Livell aċċettabbli ta’ nuqqas ta’ konformità għal kull grupp ta’ karatteristiċi (%) |
|
Immarkar, leġibbiltà u durabbiltà |
It-tipi kollha bl-istess dimensjonijiet esterni |
315 |
1 |
|
Dimensjonijiet esterni tal-fanal (mingħajr il-kappa/il-bażi) |
It-tipi kollha tal-istess kategorija |
200 |
1 |
|
Dimensjonijiet tal-kapep u tal-bażijiet |
It-tipi kollha tal-istess kategorija |
200 |
6,5 |
|
Dimensjonijiet relatati mas-superfiċje ta’ emissjoni ta’ dawl u ma’ elementi interni (*2) |
Il-fanali kollha ta’ tip wieħed |
200 |
6,5 |
|
Qari inizjali, enerġija, kulur u fluss luminuż (*2) |
Il-fanali kollha ta’ tip wieħed |
200 |
1 |
|
Distribuzzjoni tal-intensità luminuża normalizzata jew tal-fluss luminuż kumulattiv |
Il-fanali kollha ta’ tip wieħed |
20 |
6,5 |
Il-limiti kwalifikattivi għall-aċċettazzjoni bbażati fuq għadd differenti ta’ riżultati tat-testijiet għal kull grupp ta’ karatteristiċi huma elenkati fit-Tabella 2 bħala l-għadd massimu ta’ nuqqas ta’ konformità. Il-limiti huma bbażati fuq livell aċċettabbli ta’ 1 fil-mija ta’ nuqqas ta’ konformità, jekk wieħed jassumi probabbiltà ta’ aċċettazzjoni ta’ mill-inqas 0,95.
Tabella 2
|
Numru ta’ riżultati tal-ittestjar ta’ kull karatteristika |
Limiti tal-kwalifikazzjoni għall-aċċettazzjoni |
|
20 |
0 |
|
21 - 50 |
1 |
|
51 - 80 |
2 |
|
81 - 125 |
3 |
|
126 - 200 |
5 |
|
201 - 260 |
6 |
|
261 - 315 |
7 |
|
316 - 370 |
8 |
|
371 - 435 |
9 |
|
436 - 500 |
10 |
|
501 - 570 |
11 |
|
571 - 645 |
12 |
|
646 - 720 |
13 |
|
721 - 800 |
14 |
|
801 - 860 |
15 |
|
861 - 920 |
16 |
|
921 - 990 |
17 |
|
991 – 1 060 |
18 |
|
1 061 – 1 125 |
19 |
|
1 126 – 1 190 |
20 |
|
1 191 – 1 249 |
21 |
Il-limiti kwalifikattivi għall-aċċettazzjoni bbażati fuq għadd differenti ta’ riżultati tat-testijiet għal kull grupp ta’ karatteristiċi huma elenkati fit-Tabella 3 bħala għadd massimu ta’ nuqqas ta’ konformità. Il-limiti huma bbażati fuq livell aċċettabbli ta’ 6,5 fil-mija ta’ nuqqas ta’ konformità, jekk wieħed jassumi probabbiltà ta’ aċċettazzjoni ta’ mill-inqas 0,95.
Tabella 3
|
Numru ta’ fanali fir-rekords |
Limitu tal-kwalifikazzjoni |
|
20 |
3 |
|
21 – 32 |
5 |
|
33 – 50 |
7 |
|
51 – 80 |
10 |
|
81 – 125 |
14 |
|
126 – 200 |
21 |
|
201 - 213 |
22 |
|
214 - 227 |
23 |
|
228 - 240 |
24 |
|
241 - 254 |
25 |
|
255 - 268 |
26 |
|
269 - 281 |
27 |
|
282 - 295 |
28 |
|
296 - 308 |
29 |
|
309 - 322 |
30 |
|
323 - 336 |
31 |
|
337 - 349 |
32 |
|
350 - 363 |
33 |
|
364 - 376 |
34 |
|
377 - 390 |
35 |
|
391 - 404 |
36 |
|
405 - 417 |
37 |
|
418 - 431 |
38 |
|
432 - 444 |
39 |
|
445 - 458 |
40 |
|
459 - 472 |
41 |
|
473 - 485 |
42 |
|
486 - 499 |
43 |
|
500 - 512 |
44 |
|
513 - 526 |
45 |
|
527 - 540 |
46 |
|
541 - 553 |
47 |
|
554 - 567 |
48 |
|
568 - 580 |
49 |
|
581 - 594 |
50 |
|
595 - 608 |
51 |
|
609 - 621 |
52 |
|
622 - 635 |
53 |
|
636 - 648 |
54 |
|
649 - 662 |
55 |
|
663 - 676 |
56 |
|
677 - 689 |
57 |
|
690 - 703 |
58 |
|
704 - 716 |
59 |
|
717 - 730 |
60 |
|
731 - 744 |
61 |
|
745 - 757 |
62 |
|
758 - 771 |
63 |
|
772 - 784 |
64 |
|
785 - 798 |
65 |
|
799 - 812 |
66 |
|
813 - 825 |
67 |
|
826 - 839 |
68 |
|
840 - 852 |
69 |
|
853 - 866 |
70 |
|
867 - 880 |
71 |
|
881 - 893 |
72 |
|
894 - 907 |
73 |
|
908 - 920 |
74 |
|
921 - 934 |
75 |
|
935 - 948 |
76 |
|
949 - 961 |
77 |
|
962 - 975 |
78 |
|
976 - 988 |
79 |
|
989 - 1 002 |
80 |
|
1 003 – 1 016 |
81 |
|
1 017 - 1 029 |
82 |
|
1 030 - 1 043 |
83 |
|
1 044 - 1 056 |
84 |
|
1 057 - 1 070 |
85 |
|
1 071 - 1 084 |
86 |
|
1 085 - 1 097 |
87 |
|
1 098 - 1 111 |
88 |
|
1 112 - 1 124 |
89 |
|
1 125 - 1 138 |
90 |
|
1 139 - 1 152 |
91 |
|
1 153 - 1 165 |
92 |
|
1 166 - 1 179 |
93 |
|
1 180 - 1 192 |
94 |
|
1 193 - 1 206 |
95 |
|
1 207 - 1 220 |
96 |
|
1 221 - 1 233 |
97 |
|
1 234 - 1 249 |
98 |
|
|
|
Il-limiti kwalifikattivi għall-aċċettazzjoni bbażati fuq għadd differenti ta’ riżultati tat-testijiet għal kull grupp ta’ karatteristiċi huma elenkati fit-Tabella 4 bħala persentaġġ tar-riżultati, meta wieħed jassumi probabbiltà ta’ aċċettazzjoni ta’ mill-inqas 0,95.
Tabella 4
|
Numru tar-riżultati tal-ittestjar ta’ kull karatteristika |
Limiti tal-kwalifikazzjoni mogħtija bħala persentaġġ tar-riżultati. Livell aċċettabbli ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ 1 % |
Limiti tal-kwalifikazzjoni mogħtija bħala persentaġġ tar-riżultati. Livell aċċettabbli ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ 6,5 % |
|
1 250 |
1,68 |
7,91 |
|
2 000 |
1,52 |
7,61 |
|
4 000 |
1,37 |
7,29 |
|
6 000 |
1,30 |
7,15 |
|
8 000 |
1,26 |
7,06 |
|
10 000 |
1,23 |
7,00 |
|
20 000 |
1,16 |
6,85 |
|
40 000 |
1,12 |
6,75 |
|
80 000 |
1,09 |
6,68 |
|
100 000 |
1,08 |
6,65 |
|
1 000 000 |
1,02 |
6,55 |
(*1) L-evalwazzjoni għandha, b’mod ġenerali, tkopri sorsi tad-dawl LED prodotti f’sensiela minn fabbriki individwali. Manifattur jista’ jgħaqqad flimkien rekords dwar l-istess tip minn bosta fabbriki, dejjem sakemm dawn joperaw bl-istess sistema ta’ kwalità u ġestjoni tal-kwalità.
(*2) F’każ li sors tad-dawl LED ikollu aktar minn funzjoni ta’ tidwil waħda, l-iggruppar tal-karatteristiċi (dimensjonijiet, qawwa, kulur u fluss luminuż) japplika għal kull element b’mod separat.
ANNESS 7
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKI TA’ KAMPJUNAR B’MOD ALEATORJU MILL-AWTORITÀ TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
1. Ġenerali
Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati ssodisfati mil-lat fotometriku, ġeometriku, viżwali u elettriku jekk jiġu rrispettati t-tolleranzi speċifikati għal sorsi tad-dawl LED tal-produzzjoni fil-folja tad-dejta rilevanti tal-Anness 1 u l-folja tad-dejta rilevanti għall-kapap.
2. Il-konformità tas-sorsi tad-dawl LED prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tiġi kkontestata jekk ir-riżultati jaqblu mal-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament.
3. Jekk ir-riżultati ma jaqblux mal-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament, il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-manifattur għandu jintalab iġib il-produzzjoni f’konformità mar-rekwiżiti.
4. Jekk il-paragrafu 3 ta’ dan l-Anness jiġi applikat, kampjun addizzjonali ta’ 250 sors tad-dawl LED, magħżula b’mod aleatorju minn produzzjoni riċenti, għandu jittieħed fi żmien xahrejn.
ANNESS 8
KONFORMITÀ APPROVATA PERMEZZ TA’ VERIFIKA TA’ KAMPJUNAR B’MOD ALEATORJU
Il-konformità approvata jew mhux approvata għandha tiġi deċiża abbażi tal-valuri murija fit-Tabella 1. Għal kull grupp ta’ karatteristiċi, is-sorsi tad-dawl LED għandhom ikunu jew aċċettati jew rifjutati abbażi tal-valuri fit-Tabella 1 (*).
Tabella 1
|
|
1 % (*1) |
6,5 % (*1) |
||||
|
Aċċetta |
Irrifjuta |
Aċċetta |
Irrifjuta |
|||
|
Id-daqs tal-ewwel kampjun: 125 |
2 |
5 |
11 |
16 |
||
|
Jekk in-numru ta’ unitajiet li ma jikkonformawx ikun ikbar minn 2 (11) u inqas minn 5 (16) ħu daqs ta’ kampjun ieħor ta’ 125 u evalwa l-250 kollha |
6 |
7 |
26 |
27 |
||
|
||||||
(*1) Is-sorsi tad-dawl LED għandhom jiġu spezzjonati u r-riżultati tat-test irreġistrati wara l-iggruppar tal-karatteristiċi kif jidher fl-Anness 6, Tabella 1.