18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/55


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

Ir-Regolament Nru 53 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija L3 fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 13 għas-serje 01 ta’ emendi - Id-data tad-dħul fis-seħħ: it-28 ta’ Ottubru 2011

Is-Suppliment 14 għas-serje 01 ta’ emendi - Id-data tad-dħul fis-seħħ: il-15 ta' Lulju 2013

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Speċifikazzjonijiet individwali

7.

Modifiki għat-tip ta’ vettura jew għall-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

12.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 —

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura tal-kategorija L3 fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, skont ir-Regolament Nru 53

Anness 2 —

Arranġament tal-marki tal-approvazzjoni

Anness 3 —

Superfiċji, assi u ċentru ta’ referenza, u angoli ta’ viżibilità ġeometrika tal-fanali

Anness 4 —

Viżibilità ’l quddiem tad-dwal ħomor u viżibilità lura tad-dwal bojod

Anness 5 —

Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

Anness 6 —

Spjegazzjoni dwar “l-inklinazzjoni orizzontali”, “l-angolu ta’ timjil” u l-angolu “δ”

1.   AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategorija L3  (1) fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

2.1.

“Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tan-numru u tal-mod tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl;

2.2.

“Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi li ma jvarjawx minn xulxin f’aspetti essenzjali bħal:

2.2.1.

id-dimensjonijiet u s-sura esterna tal-vettura;

2.2.2.

in-numru u l-pożizzjoni tal-apparati;

2.2.3.

dawn li ġejjin lanqas ma għandhom jitqiesu bħala “vetturi ta’ tip differenti”:

2.2.3.1.

vetturi li huma differenti skont it-tifsira tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 t’aktar ’il fuq imma mhux b’tali mod li jinvolvu bidla fit-tip, fin-numru, fil-pożizzjoni u fil-viżibilità ġeometrika tal-fanali preskritti għat-tip ta’ vettura kkonċernat; u

2.2.3.2.

vetturi li fuqhom fanali approvati skont wieħed mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim tal-1958, jew fanali permessi fil-pajjiż li fih ikunu rreġistrati l-vetturi, jitwaħħlu jew ikunu nieqsa jekk it-twaħħil tagħhom ikun fakultattiv;

2.3.

“Pjan trasversali” tfisser pjan vertikali perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

2.4.

“Vettura mhux mgħobbija” tfisser vettura mingħajr sewwieq jew passiġġier u mhux mgħobbija, imma bit-tank tal-fjuwil tagħha mimli u bl-għodod kollha li normalment jinġarru;

2.5.

“Fanal” tfisser apparat maħsub biex idawwal it-triq jew biex jitfa’ sinjal bid-dawl lil utenti oħra tat-triq. Il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara u r-retrorifletturi bl-istess mod għandhom jitqiesu bħala fanali;

2.5.1.

“Fanali ekwivalenti” tfisser fanali li jkollhom l-istess funzjoni u li jkunu awtorizzati fil-pajjiż fejn tkun irreġistrata l-vettura; fanali ta’ din ix-xorta jista’ jkollhom karatteristiċi differenti minn dawk tal-fanali li l-vettura tkun mgħammra bihom fi żmien tal-approvazzjoni, bil-kundizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

2.5.2.

“Fanali indipendenti” tfisser apparati li jkollhom superfiċji li jdawlu separati, sorsi tad-dawl separati u bodis tal-fanali separati;

2.5.3.

“Fanali ggruppati” tfisser apparati li jkollhom superfiċji li jdawlu separati u sorsi tad-dawl separati, imma li jkollhom bodi tal-fanal komuni;

2.5.4.

“Ikkombinati” tfisser apparati li jkollhom superfiċji li jdawlu separati, imma sors tad-dawl komuni u bodi tal-fanal komuni;

2.5.5.

“Reċiprokament inkorporati” tfisser apparati li jkollhom sorsi tad-dawl separati jew sors tad-dawl wieħed li jaħdem f’kundizzjonijiet differenti (pereżempju, differenzi ottiċi, mekkaniċi, elettriċi), superfiċji li jdawlu totalment jew parzjalment komuni u bodi tal-fanal komuni;

2.5.6.

“Fanal ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan (raġġ tas-sewqan)” tfisser il-fanal li jintuża biex idawwal it-triq tul distanza twila quddiem il-vettura;

2.5.7.

“Fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni (raġġ baxx)” tfisser il-fanal li jintuża biex idawwal it-triq quddiem il-vettura mingħajr ma jgħammex l-għajnejn jew jikkawża skumdità lis-sewwieqa li jkunu ġejjin minn faċċata u lill-utenti l-oħra tat-triq;

2.5.7.1.

“Raġġ għaddieni ewlieni (raġġ baxx ewlieni)” tfisser ir-raġġ baxx prodott mingħajr il-kontribut tal-emittenti tar-raġġi infraħomor (IR) u/jew sorsi addizzjonali tad-dawl għal dawl għal-liwi.

2.5.8.

“Fanal li jindika d-direzzjoni” tfisser il-fanal li jintuża biex jindika lill-utenti l-oħra tat-triq li s-sewwieq biħsiebu jbiddel id-direzzjoni lejn il-lemin jew lejn ix-xellug;

Fanal jew fanali li tindika(jindikaw) id-direzzjoni jistgħu jintużaw ukoll skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 97.

2.5.9.

“Fanal tal-waqfien” tfisser il-fanal użat biex jindika lill-utenti l-oħra tat-triq li qegħdin wara l-vettura li s-sewwieq tagħha qed japplika l-brejk ta’ servizz;

2.5.10.

“Apparat li jdawwal il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara” tfisser l-apparat li jintuża biex idawwal l-ispazju maħsub għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara; apparat ta’ din ix-xorta jista’ jikkonsisti f’diversi komponenti ottiċi;

2.5.11.

“Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem” tfisser il-fanal li jintuża biex jindika l-preżenza tal-vettura meta wieħed jaraha minn quddiem;

2.5.12.

“Fanal tal-pożizzjoni ta’ wara” tfisser il-fanal li jintuża biex jindika l-preżenza tal-vettura meta wieħed jaraha minn wara;

2.5.13.

“Retroriflettur” tfisser apparat li jintuża biex jindika l-preżenza ta’ vettura permezz tar-rifless tad-dawl li ġej minn sors tad-dawl li mhux konness mal-vettura, meta l-osservatur ikun jinsab qrib is-sors;

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, pjanċi tan-numri retroriflettenti ma jitqiesux bħala retrorifletturi;

2.5.14.

“Sinjal ta’ twissija f’każ ta’periklu” tfisser it-tħaddim fl-istess ħin tal-fanali kollha ta’ vettura li jindikaw id-direzzjoni biex juru li l-vettura temporanjament hija ta’ periklu partikolari għall-utenti l-oħra tat-triq;

2.5.15.

“Fanal kontra ċ-ċpar ta’ quddiem” tfisser il-fanal li jintuża biex tiddawwal aktar it-triq fil-każ ta’ ċpar, borra, maltempati b’xita qalila jew sħab tat-trab;

2.5.16.

“Fanal kontra ċ-ċpar ta’ wara” tfisser il-fanal li jintuża biex jagħmel il-vettura viżibbli aktar malajr min-naħa ta’ wara fi ċpar oħxon;

2.5.17.

“Fanal tas-sewqan binhar” tfisser fanal li jħares f’direzzjoni ’l quddiem li jintuża biex jagħmel il-vettura viżibbli b’mod aktar faċli waqt is-sewqan binhar.

2.6.

“Superfiċje li titfa’ d-dawl” ta’ “apparat għat-tidwil”, “apparat għas-sinjalar bid-dawl” jew retroriflettur tfisser is-superfiċje ta’ barra kollha jew parti minnha tal-materjal trasparenti kif iddikjarat fit-talba għall-approvazzjoni mill-manifattur tal-apparat fid-disinn, ara l-Anness 3;

2.7.

“Superfiċje li ddawwal” (ara l-Anness 3);

2.7.1.

“Superfiċje li ddawwal ta’ apparat għat-tidwil” (il-paragrafi 2.5.6, 2.5.7 u 2.5.15) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-fetħa kollha tar-riflettur, jew fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem b’riflettur ellissojdali tal-“lenti ta’ projezzjoni”, fuq pjan trasversali. Jekk l-apparat għat-tidwil ma jkollu l-ebda riflettur, għandha tiġi applikata d-definizzjoni tal-paragrafu 2.7.2. Jekk is-superfiċje li titfa’ d-dawl tal-fanal testendi fuq parti biss mill-fetħa kollha tar-riflettur, titqies biss il-projezzjoni ta’ dik il-parti.

Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni, is-superfiċje li ddawwal tkun limitata bit-traċċa apparenti tal-punt ta’ waqfien għal fuq il-lenti. Jekk ir-riflettur u l-lenti jkunu aġġustabbli b’mod relattiv għal xulxin, għandu jintuża l-aġġustament medju;

Fil-każ fejn kwalunkwe kombinazzjoni ta’ fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ għaddieni ewlieni u unitajiet tad-dawl addizzjonali jew sorsi tad-dawl maħsuba sabiex jipproduċu dawl għal-liwi jitħaddmu flimkien, is-superfiċji li jdawlu individwali, meqjusa flimkien, jikkostitwixxu s-superfiċje li ddawwal.

2.7.2.

“Superfiċje li ddawwal ta’ apparat għas-sinjalar bid-dawl li mhux retroriflettur” (il-paragrafi 2.5.8, 2.5.9, 2.5.11, 2.5.12, 2.5.14 u 2.5.16) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-fanal fi pjan perpendikulari għall-assi ta’ referenza tiegħu u f’kuntatt mas-superfiċje li titfa’ d-dawl ta’ barra tal-fanal, b’din il-projezzjoni tkun limitata mit-truf tal-iskrins li jinsabu f’dan il-pjan, b’kull wieħed jippermetti li biss 98 fil-mija tal-intensità luminuża totali tad-dawl tippersisti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza. Biex jiġu ddeterminati l-limiti t’isfel, ta’ fuq u dawk laterali tas-superfiċje li ddawwal, għandhom jintużaw biss skrins bi truf orizzontali jew vertikali;

2.7.3.

“Superfiċje li ddawwal ta’ retroriflettur” (il-paragrafu 2.5.13) tfisser il-projezzjoni ortogonali ta’ retroriflettur fi pjan perpendikulari għall-assi ta’ referenza tiegħu u limitat mill-pjani kontinwi għall-partijiet l-aktar ’il barra tas-sistema ottika tar-retroriflettur u parallela għal dak l-assi. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-truf t’isfel, ta’ fuq u dawk laterali tal-apparat, għandhom jitqiesu biss il-pjani orizzontali u vertikali;

2.8.

Is-“superfiċje apparenti” għal direzzjoni definita ta’ osservazzjoni tfisser, fuq it-talba tal-manifattur jew tar-rappreżentant tiegħu li jkun ġie akkreditat b’mod xieraq, il-projezzjoni ortogonali ta’:

 

jew il-limitu tas-superfiċje li ddawwal ipprojettata fuq is-superfiċje ta’ barra tal-lenti (a-b),

 

jew is-superfiċje li titfa’ d-dawl (c-d),

 

fi pjan perpendikulari għad-direzzjoni tal-osservazzjoni u tanġenzjali għall-aktar punt estern tal-lenti (ara l-Anness 3 għal dan ir-Regolament);

2.9.

“Assi ta’ referenza” tfisser l-assi karatteristiku tal-fanal li ġie ddeterminat mill-manifattur (tal-fanal) biex jintuża bħala d-direzzjoni ta’ referenza (H = 0 °, V = 0 °) għal angoli ta’ kamp għal kejl fotometriku u biex jiġi installat il-fanal fuq il-vettura;

2.10.

“Ċentru ta’ referenza” tfisser l-intersezzjoni tal-assi ta’ referenza mas-superfiċje esterna li titfa’ d-dawl; dan jiġi speċifikat mill-manifattur tal-fanal;

2.11.

“Angoli ta’ viżibilità ġeometrika” tfisser l-angoli li jiddeterminaw il-kamp tal-angolu solidu minimu fejn is-superfiċje apparenti tal-fanal trid tkun viżibbli. Dak il-kamp tal-angolu solidu jiġi ddeterminat mis-segmenti tal-isfera li ċ-ċentru tagħha jikkoinċidi maċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal u l-ekwatur ikun parallel għall-art. Dawn is-segmenti jiġu ddeterminati b’relazzjoni għall-assi ta’ referenza. L-angoli orizzontali β jikkorrispondu għal-lonġitudini u l-angoli vertikali α għal-latitudni. Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu fuq ġewwa tal-angoli ta’ viżibilità ġeometrika għall-propagazzjoni tad-dawl minn kwalunkwe parti tas-superfiċje apparenti tal-fanal osservata mill-infinità. Jekk il-kejl jittieħed eqreb tal-fanal, id-direzzjoni tal-osservazzjoni trid tiġi mċaqilqa b’mod parallel sabiex tinkiseb l-istess preċiżjoni.

Fuq ġewwa tal-angoli ta’ viżibilità ġeometrika, l-ostakli ma jitqiesux, jekk dawn kienu diġà ppreżentati meta l-fanal kien approvat għat-tip.

Jekk, meta l-fanal jiġi installat, kwalunkwe parti mis-superfiċje apparenti tal-fanal tkun moħbija minn kwalunkwe parti oħra tal-vettura, għandhom jiġu ppreżentati provi li l-parti tal-fanal li mhijiex moħbija mill-ostakli għadha konformi mal-valuri fotometriċi preskritti għall-approvazzjoni tal-apparat bħala unità ottika (ara l-Anness 3 għal dan ir-Regolament). Minkejja dan, meta l-angolu vertikali ta’ viżibilità ġeometrika taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5 ° (fanal f’għoli ta’ inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art), il-kamp fotometriku tal-kejl tal-unità ottika installata jista’ jitnaqqas għal 5 ° taħt l-orizzontali;

2.12.

“Tarf estrem ta’ barra” fuq kull naħa tal-vettura tfisser il-pjan parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jmiss l-estremità laterali tal-vettura, mingħajr ma titqies il-projezzjoni jew il-projezzjonijiet:

2.12.1.

tal-mirja retroviżuri,

2.12.2.

tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni,

2.12.3.

tal-fanali tal-pożizzjoni u tar-retrorifletturi ta’ quddiem u ta’ wara;

2.13.

“Il-wisa’ totali” tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali li ġew iddefiniti fil-paragrafu 2.12 t’aktar ’il fuq;

2.14.

“Fanal singolu” tfisser:

(a)

apparat jew parti minn apparat li jkollu funzjoni waħda ta’ dawl jew ta’ sinjalar bid-dawl, sors tad-dawl wieħed jew aktar u superfiċje apparenti waħda fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza, li tista’ tkun superfiċje kontinwa jew magħmula minn żewġ partijiet distinti jew aktar; jew

(b)

kwalunkwe assemblaġġ ta’ żewġ fanali indipendenti, kemm jekk ikunu identiċi u kemm jekk le, li jkollhom l-istess funzjoni, bit-tnejn ikunu approvati bħala fanal tat-tip “D” u installati sabiex il-projezzjoni tas-superfiċji apparenti tagħhom fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tokkupa mhux inqas minn 60 fil-mija tal-iżgħar figura kwadrilaterali li tiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet tas-superfiċji apparenti msemmija fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza.

2.15.

“Distanza bejn żewġ fanali” li jiffaċċjaw fl-istess direzzjoni tfisser l-iqsar distanza bejn iż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza. Fejn id-distanza bejn il-fanali b’mod ċar tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament, m’hemmx għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti tas-superfiċji apparenti;

2.16.

“Tell-tale operattiv” tfisser sinjal viżiv jew akustiku (jew kwalunkwe sinjal ekwivalenti) li jindika li apparat inxtegħel u jekk ikunx qed jaħdem sew jew le;

2.17.

“Tell-tale b’ċirkwit magħluq” tfisser sinjal viżiv (jew kwalunkwe sinjal ekwivalenti) li jindika li apparat inxtegħel, imma li ma jindikax jekk huwiex qed jaħdem sew jew le;

2.18.

“Fanal fakultattiv” tfisser fanal, li l-installazzjoni tiegħu titħalla għad-diskrezzjoni tal-manifattur;

2.19.

“Art” tfisser is-superfiċje li fuqha tinsab wieqfa l-vettura li għandha tkun sostanzjalment orizzontali;

2.20.

“Apparat” tfisser komponent jew assoċjazzjoni ta’ komponenti użati sabiex iwettqu funzjoni waħda jew aktar.

2.21.

“Il-kulur tad-dawl mitfugħ mill-apparat”. Id-definizzjonijiet tal-kulur tad-dawl mitfugħ, mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu li kienu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.

2.22.

“Massa grossa tal-vettura” jew “massa massima” tfisser il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli kif ġiet iddikjarata mill-manifattur.

2.23.

“Mgħobbija” tfisser mgħobbija b’tali mod li tilħaq il-massa grossa tal-vettura kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.22.

2.24.

“Inklinazzjoni orizzontali” tfisser l-angolu maħluq bejn id-disinn tar-raġġ meta l-mutur jiġi ssettjat kif ġie speċifikat fil-paragrafu 5.4, u d-disinn tar-raġġ meta l-mutur jintlewa (ara d-disinn fl-Anness 6);

2.25.

“Sistema ta’ aġġustament tal-inklinazzjoni orizzontali (HIAS)” tfisser apparat li jaġġusta l-inklinazzjoni orizzontali tal-fanal ta’ quddiem lejn iż-żero;

2.26.

“Angolu ta’ timjil” tfisser: l-angolu magħmul mal-vertikali mill-pjan medjan lonġitudinali vertikali tal-mutur, meta l-mutur jiddawwar madwar l-assi lonġitudinali tiegħu (ara d-disinn fl-Anness 6);

2.27.

“Sinjal tal-HIAS” tfisser kwalunkwe sinjal ta’ kontroll jew kwalunkwe input ta’ kontroll addizzjonali fis-sistema, jew output ta’ kontroll mis-sistema lill-mutur;

2.28.

“Ġeneratur tas-sinjal tal-HIAS” tfisser apparat li jirriproduċi sinjal tal-HIAS wieħed jew aktar għal test tas-sistema;

2.29.

“Angolu tat-test tal-HIAS” tfisser l-angolu δ maħluq mil-linja tal-punt ta’ waqfien tal-fanal ta’ quddiem u mil-linja HH (fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ assimetriku, għandha tintuża l-parti orizzontali tal-punt ta’ waqfien), (ara d-disinn fl-Anness 6).

2.30.

“Dawl għal-liwi” tfisser funzjoni ta’ dawl biex tkun ipprovduta illuminazzjoni mtejba fil-liwi.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl tiegħu għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun ġie akkreditat b’mod xieraq.

3.2.

Hija għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li qed jissemmew aktar ’l isfel, fi tliet kopji, u mill-partikolaritajiet li ġejjin:

3.2.1.

deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-punti msemmija fil-paragrafi 2.2.1 sa 2.2.3 t’aktar ’il fuq; għandu jiġi speċifikat it-tip ta’ vettura identifikat b’mod xieraq;

3.2.2.

lista tal-apparati maħsuba mill-manifattur biex jiffurmaw l-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl; il-lista tista’ tinkludi diversi tipi ta’ apparat għal kull funzjoni; kull tip għandu jiġi identifikat b’mod xieraq (marka tal-approvazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, jekk approvat, isem il-manifattur, eċċ); minbarra dan fir-rigward ta’ kull funzjoni, il-lista tista’ tinkludi l-annotazzjoni addizzjonali “jew apparati ekwivalenti”;

3.2.3.

disinn ta’ kif inhi mqassma l-installazzjoni tal-apparati tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl kollha, fejn tintwera l-pożizzjoni tad-diversi apparati fuq il-vettura; u

3.2.4.

jekk ikun meħtieġ, sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-preskrizzjonijiet tar-Regolament preżenti, disinn jew disinji ta’ kif inhu mqassam kull fanal fejn tintwera s-superfiċje li ddawwal, kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.7.1 t’aktar ’il fuq, is-superfiċje li titfa’ d-dawl kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.6, l-assi ta’ referenza kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2.9 u ċ-ċentru ta’ referenza kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2.10. Din l-informazzjoni mhijiex meħtieġa fil-każ tal-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (il-paragrafu 2.5.10).

3.2.5.

L-applikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni tal-metodu li ntuża għad-definizzjoni tas-superfiċje apparenti (il-paragrafu 2.8).

3.3.

Vettura mhux mgħobbija mgħammra b’sett komplut ta’ apparat għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, kif ġie preskritt fil-paragrafu 3.2.2 t’aktar ’il fuq, u rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat għandha titressaq quddiem is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk it-tip ta’ vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament fir-rigward tal-apparati kollha li ġew speċifikati fil-lista, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

4.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri tiegħu (bħalissa 01 għar-Regolament fis-serje 01 ta’ emendi tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi maġġuri reċenti li jkunu saru fir-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni.

L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew lill-istess tip ta’ vettura mressqa b’apparat li mhux speċifikat fil-lista li tissemma fil-paragrafu 3.2.2 t’aktar ’il fuq, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament.

4.3.

Għandu jiġi kkomunikat avviż ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut jew ta’ rtirar ta’ approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

4.4.

Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli li ġie speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

4.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2)/;

4.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.

Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, m’hemmx għalfejn jiġi ripetut is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1; f’każ ta’ din ix-xorta, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont tagħhom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandha tkun indelibbli.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.

L-Anness 2 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġament tal-marki tal-approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.   L-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għandhom ikunu mwaħħla b’tali mod li f’kundizzjonijiet normali ta’ użu, u minkejja l-vibrazzjonijiet li jistgħu jiġu soġġetti għalihom, iżommu l-karatteristiċi preskritti f’dan ir-Regolament u jippermettu li l-vettura tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

B’mod partikolari, ma għandux ikun possibbli li l-fanali jiġu aġġustati ħażin b’mod involontarju.

5.2.   Il-fanali li jdawlu għandhom jiġu installati b’tali mod li l-aġġustament korrett tal-orjentazzjoni tagħhom jista’ jitwettaq faċilment.

5.3.   Għall-apparati għas-sinjalar bid-dawl kollha l-assi ta’ referenza tal-fanal meta mwaħħal fuq il-vettura għandu jkun parallel għall-pjan ta’ appoġġ tal-vettura fit-triq; barra minn hekk, għandu jkun perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura fil-każ tar-retrorifletturi tal-ġenb u parallel għal dak il-pjan fil-każ tal-apparati għas-sinjalar bid-dawl kollha. F’kull direzzjoni, għandha titħalla tolleranza ta’ ± 3 °. Barra minn hekk, jekk il-manifattur jipprovdi speċifikazzjonijiet għat-twaħħil, għandu jkun hemm konformità magħhom.

5.4.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-għoli u l-orjentazzjoni tal-fanali għandhom jiġu vverifikati meta l-vettura ma tkunx mgħobbija u meta titqiegħed fuq superfiċje ċatta u orizzontali, bil-pjan medjan lonġitudinali tagħha jkun vertikali u bil-manubriji jkunu fil-pożizzjoni li tikkorrispondi għal moviment dritt ’il quddiem. Il-pressjonijiet tat-tajers għandhom ikunu dawk preskritti mill-manifattur għall-kundizzjonijiet partikolari tat-tagħbija meħtieġa f’dan ir-Regolament.

5.5.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi:

5.5.1.

il-fanali jew ir-rifletturi singoli għandhom jiġu mmuntati b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħhom ikun qiegħed fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

5.5.2.

il-fanali li jikkostitwixxu par u li jkollhom l-istess funzjoni għandhom:

5.5.2.1.

jiġu mmuntati b’mod simetriku b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali;

5.5.2.2.

ikunu simetriċi wieħed għall-ieħor b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali;

5.5.2.3.

jissodisfaw l-istess rekwiżiti kolorimetriċi; u

5.5.2.4.

ikollhom karatteristiċi fotometriċi nominali identiċi;

5.5.2.5.

jinxtegħlu u jintfew fl-istess ħin.

5.6.   Fanali ggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati

5.6.1.

Il-fanali jistgħu jkunu ggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati wieħed mal-ieħor sakemm ir-rekwiżiti kollha fir-rigward tal-kulur, tal-pożizzjoni, tal-orjentazzjoni, tal-viżibilità ġeometrika, tal-konnessjonijiet elettriċi u tar-rekwiżiti l-oħra, jekk ikun hemm, jiġu sodisfatti.

5.6.1.1.

Ir-rekwiżiti fotometriċi u kolorimetriċi ta’ fanal għandhom jiġu sodisfatti meta l-funzjonijiet l-oħra kollha li magħhom dan il-fanal ikun iggruppat, ikkombinat jew reċiprokament inkorporat ikunu MITFIJA.

Madankollu, meta fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem jew ta’ wara jkun reċiprokament inkorporat ma’ funzjoni waħda oħra jew iktar li tista’ tiġi attivata flimkien miegħu, ir-rekwiżiti dwar il-kulur ta’ kull waħda minn dawn il-funzjonijiet l-oħra għandhom jiġu sodisfatti meta l-funzjoni(jiet) reċiprokament inkorporata(i) u l-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem jew ta’ wara jkunu MIXGĦULA.

5.6.1.2.

Il-fanali tal-waqfien u l-fanali li jindikaw id-direzzjoni ma jistgħux ikunu reċiprokament inkorporati.

5.6.1.3.

Madankollu, meta l-fanali tal-waqfien u l-fanali li jindikaw id-direzzjoni jkunu ggruppati, kwalunkwe linja dritta orizzontali jew vertikali li tgħaddi mill-projezzjonjiet tas-superfiċji apparenti ta’ dawn il-funzjonijiet fuq pjan perpendikulari għall-assi ta’ referenza, ma għandhiex taqsam aktar minn żewġ linji ta’ demarkazzjoni li jisseparaw żoni biswit xulxin ta’ kulur differenti.

5.6.2.

Fejn is-superfiċje apparenti ta’ fanal singolu tkun magħmula minn żewġ partijiet distinti jew aktar, din għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

5.6.2.1.

Jew l-erja totali tal-projezzjoni tal-partijiet distinti fuq pjan tanġenzjali għas-superfiċje esterna tal-materjal trasparenti u perpendikulari għall-assi ta’ referenza għandha tokkupa mhux inqas minn 60 fil-mija tal-iżgħar figura kwadrilaterali li tiċċirkoskrivi l-projezzjoni msemmija, jew id-distanza bejn żewġ partijiet distinti biswit xulxin/tanġenzjali ma għandhiex teċċedi l-15 mm meta mkejla b’mod perpendikulari għall-assi ta’ referenza.

5.7.   L-għoli massimu ’l fuq mill-art għandu jitkejjel mill-ogħla punt u l-għoli minimu mill-aktar punt baxx tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza. Għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ għaddieni, l-għoli minimu mill-art għandu jitkejjel mill-aktar punt baxx tal-iżbokk effettiv tas-sistema ottika (pereżempju, riflettur, lenti, lenti ta’ projezzjoni) indipendentement mill-użu tiegħu.

Fejn l-għoli (massimu u minimu) ’il fuq mill-art b’mod ċar jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament, m’hemmx għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta’ kwalunkwe superfiċje.

Meta ssir referenza għad-distanza bejn il-fanali, il-pożizzjoni, fir-rigward tal-wisa’, għandha tiġi ddeterminata mit-truf ta’ ġewwa tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza.

Fejn il-pożizzjoni, fir-rigward tal-wisa’, b’mod ċar tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament, m’hemmx għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta’ kwalunkwe superfiċje.

5.8.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-ebda fanal għajr il-fanali li jindikaw id-direzzjoni u s-sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu mill-vettura ma għandhom ikunu fanali li jixgħelu u jitfu malajr.

5.9.   Fuq in-naħa ta’ quddiem ma għandu jkun viżibbli l-ebda dawl aħmar, u fuq in-naħa ta’ wara ma għandu jkun viżibbli l-ebda dawl abjad. Il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit għandha tiġi vverifikata kif jintwera iktar ’l isfel (ara d-disinn fl-Anness 4):

5.9.1.

il-viżibilità tad-dawl aħmar fuq in-naħa ta’ quddiem: fanal aħmar ma jridx ikun direttament viżibbli għal osservatur li jkun qed jiċċaqlaq fiż-żona 1 ta’ pjan trasversali li jkun qiegħed 25 m ’il quddiem mill-punt li jinsab quddiem nett tal-vettura;

5.9.2.

il-viżibilità tad-dawl abjad fuq in-naħa ta’ wara: fanal abjad ma jridx ikun direttament viżibbli għal osservatur li jkun qed jiċċaqlaq fiż-żona 2 ta’ pjan trasversali li jkun qiegħed 25 m lura mill-punt li jinsab wara nett tal-vettura;

5.9.3.

fil-pjani rispettivi tagħhom, iż-żoni 1 u 2 esplorati minn għajn l-osservatur huma limitati:

5.9.3.1.

fl-għoli, minn żewġ pjani orizzontali rispettivament 1 m u 2,2 m’il fuq mill-art;

5.9.3.2.

fil-wisa’, minn żewġ pjani vertikali li, ’il quddiem u lura rispettivament jiffurmaw angolu ta’ 15 ° ’il barra mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jgħaddu mill-punt jew mill-punti ta’ kuntatt ta’ pjani vertikali paralleli għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u jillimitaw il-wisa’ totali tal-vettura; jekk ikun hemm diversi punti ta’ kuntatt, dak li qiegħed quddiem nett għandu jikkorrispondi għall-pjan ’il quddiem u dak li qiegħed wara nett għall-pjan lura.

5.10.   Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li l-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem jew il-fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni, jekk ma jkun hemm l-ebda fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem, il-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara u l-apparat li jdawwal il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara ma jistgħux JINXTEGĦLU jew JINTFEW b’mod ieħor għajr fl-istess ħin, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

5.11.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, il-konnessjoni elettrika għandha tkun tali li l-fanal ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan, il-fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni u l-fanal kontra ċ-ċpar ma jistgħux jinxtegħlu ħlief jekk il-fanali li jissemmew fil-paragrafu 5.10 t’aktar ’il fuq ma jinxtegħlux ukoll. Dan ir-rekwiżit, madanakollu, m’hemmx għalfejn jiġi sodisfatt fil-każ tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan u tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni fejn it-twissijiet luminużi tagħhom jikkonsistu f’dawl intermittenti f’intervalli qosra mill-fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni jew f’dawl intermittenti mill-fanal ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan jew f’dawl alternat f’intervalli qosra mill-fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni u mill-fanal ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan.

5.11.1.

Jekk ikun ġie installat, il-fanal tas-sewqan binhar għandu awtomatikament IKUN MIXGĦUL meta l-magna tkun qed taħdem. Jekk jinxtegħel il-fanal ta’ quddiem, il-fanal tas-sewqan binhar ma għandux jixgħel meta l-magna tkun qed taħdem.

Jekk ma jkun ġie installat l-ebda fanal tas-sewqan binhar, il-fanal ta’ quddiem għandu awtomatikament ikun mixgħul meta l-magna tkun qed taħdem.

5.12.   Il-fanali tell-tale

5.12.1.

Kull fanal tell-tale għandu jkun viżibbli mill-ewwel għal sewwieq f’pożizzjoni normali ta’ sewqan.

5.12.2.

Fejn dan ir-Regolament jipprovdi għal tell-tale “b’ċirkwit magħluq”, dan jista’ jiġi sostitwit minn tell-tale “operattiv”.

5.13.   Il-kuluri tad-dwal

Il-kuluri tad-dwal imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom ikunu kif ġej:

Fanal ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan

:

abjad

Fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni

:

abjad

Fanal li jindika d-direzzjoni

:

ambra

Fanal tal-waqfien

:

aħmar

Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

:

abjad

Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem

:

abjad jew ambra

Fanal tal-pożizzjoni ta’ wara

:

aħmar

Retroriflettur ta’ wara, mhux trijangulari

:

aħmar

Retroriflettur tal-ġenb, mhux trijangulari

:

ambra fuq quddiem

ambra jew aħmar fuq wara

Sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu mill-vettura

:

ambra

Fanal kontra ċ-ċpar ta’ quddiem

:

abjad jew isfar selettiv

Fanal kontra ċ-ċpar ta’ wara

:

aħmar

5.14.   Kull vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tkun mgħammra bl-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl li ġejjin:

5.14.1.

fanal ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan (il-paragrafu 6.1);

5.14.2.

fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni (il-paragrafu 6.2);

5.14.3.

fanali li jindikaw id-direzzjoni (il-paragrafu 6.3);

5.14.4.

fanal tal-waqfien (il-paragrafu 6.4);

5.14.5.

apparat li jdawwal il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (il-paragrafu 6.5);

5.14.6.

fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem (il-paragrafu 6.6);

5.14.7.

fanal tal-pożizzjoni ta’ wara (il-paragrafu 6.7);

5.14.8.

retroriflettur ta’ wara, mhux trijangulari (il-paragrafu 6.8);

5.14.9.

retrorifletturi tal-ġnub, mhux trijangulari (il-paragrafu 6.12);

5.15.   Din tista’, barra minn hekk, tkun mgħammra bl-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl li ġejjin:

5.15.1.

sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu mill-vettura (il-paragrafu 6.9);

5.15.2.

fanali kontra ċ-ċpar;

5.15.2.1.

quddiem (il-paragrafu 6.10);

5.15.2.2.

wara (il-paragrafu 6.11);

5.15.3.

fanal tas-sewqan binhar (il-paragrafu 6.13).

5.16.   It-twaħħil ta’ kull wieħed mill-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl imsemmija fil-paragrafi 5.14 u 5.15 t’aktar ’il fuq għandu jsir f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti fil-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament.

5.17.   It-twaħħil ta’ kwalunkwe apparat għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 5.14 u 5.15. huwa pprojbit għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

5.18.   L-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl approvati għat-tip għal vetturi b’erba’ roti tal-kategoriji M1 u N1 u li jissemmew fil-paragrafi 5.14 u 5.15 t’aktar ’il fuq jistgħu wkoll jitwaħħlu fuq il-muturi.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET INDIVIDWALI

6.1.   IL-FANAL TA’ QUDDIEM B’RAĠĠ TAS-SEWQAN

6.1.1.   Numru:

6.1.1.1.   Għal muturi li jkollhom ċilindrata ta’ ≤ 125 cm3

Wieħed jew tnejn ta’ tip approvat skont:

(a)

il-Klassi B, C, D jew E tar-Regolament Nru 113;

(b)

ir-Regolament Nru 112;

(c)

ir-Regolament Nru 1;

(d)

ir-Regolament Nru 8;

(e)

ir-Regolament Nru 20;

(f)

ir-Regolament Nru 57;

(g)

ir-Regolament Nru 72;

(h)

ir-Regolament Nru 98.

6.1.1.2.   Għall-muturi li jkollhom ċilindrata ta’ > 125 cm3

Wieħed jew tnejn ta’ tip approvat skont:

(a)

il-Klassi B, D jew E tar-Regolament Nru 113;

(b)

ir-Regolament Nru 112;

(c)

ir-Regolament Nru 1;

(d)

ir-Regolament Nru 8;

(e)

ir-Regolament Nru 20;

(f)

ir-Regolament Nru 72;

(g)

ir-Regolament Nru 98.

Tnejn ta’ tip approvat skont:

(h)

il-Klassi C tar-Regolament Nru 113.

6.1.2.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.1.3.   Il-pożizzjoni

6.1.3.1.   Il-wisa’

6.1.3.1.1.

Fanal tas-sewqan indipendenti jista’ jitwaħħal fuq jew taħt jew maġenb fanal ieħor ta’ quddiem: jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin wieħed fuq l-ieħor, iċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal tas-sewqan irid ikun fil-pjan medju lonġitudinali tal-vettura; jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin maġenb xulxin, iċ-ċentru ta’ referenza tagħhom irid ikun simetriku b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.1.3.1.2.

Fanal ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan, li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal ieħor ta’ quddiem irid jitwaħħal b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tiegħu jkun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’fanal ta’ quddiem indipendenti b’raġġ għaddieni ewlieni jew b’fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni ewlieni li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem maġenb il-fanal ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.1.3.1.3.

Żewġ fanali tas-sewqan, li jew wieħed minnhom jew it-tnejn ikunu reċiprokament inkorporati ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.1.3.2.   It-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit jitqies bħala li jkun ġie sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-mirja retroviżuri u/jew ta’ superfiċji riflettenti fuq il-vettura.

6.1.3.3.   Fi kwalunkwe każ, id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċje li ddawwal ta’ kwalunkwe fanal tas-sewqan indipendenti u t-tarf ta’ dik tal-fanal li jipproduċi r-raġġ għaddieni ewlieni ma tridx teċċedi l-200 mm. Id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċje li ddawwal ta’ kwalunkwe fanal tas-sewqan indipendenti u l-art trid tkun minn 500 mm sa 1 300 mm.

6.1.3.4.   Fil-każ ta’ żewġ fanali tas-sewqan: id-distanza li tissepara s-superfiċji li jdawlu ta’ żewġ fanali tas-sewqan ma tridx teċċedi l-200 mm.

6.1.4.   Il-viżibilità ġeometrika

Il-viżibilità tas-superfiċje li ddawwal, inkluża l-viżibilità tagħha f’żoni li ma jidhirx li jkunu mdawla fid-direzzjoni tal-osservazzjoni meqjusa, għandha tiġi żgurata fi ħdan spazju diverġenti ddefinit minn linji li jiġġeneraw ibbażati fuq il-perimetru tas-superfiċje li ddawwal u li jiffurmaw angolu ta’ mhux inqas minn 5 ° mal-assi ta’ referenza tal-fanal ta’ quddiem.

6.1.5.   L-orjentazzjoni

6.1.5.1.   ’Il quddiem. Il-fanal(i) jista’(jistgħu) jimxi(u) mal-angolu tal-istering.

6.1.5.2.   Għar-raġġ tas-sewqan jista’ jiġi installat HIAS.

6.1.6.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Ir-raġġ(i) għaddieni(ja) jista’(jistgħu) jibqa’(jibqgħu) mixgħul(a) mar-raġġ(i) tas-sewqan.

6.1.7.   It-tell-tales

6.1.7.1.   Tell-tale “b’ċirkwit magħluq”.

Mandatorju, fanal b’sinjal blù li ma jixgħelx u jitfi malajr.

6.1.7.2.   Tell-tale għal “ħsara fl-HIAS”

Mandatorju, fanal b’sinjal ambra li jixgħel u jitfi malajr, li jista’ jiġi kkombinat mat-tell-tale msemmi fil-paragrafu 6.2.8.2. Dan għandu jiġi attivat kull meta tiġi skoperta ħsara fis-sinjali tal-HIAS. Huwa għandu jibqa’ attivat sakemm ikun hemm il-ħsara.

6.1.8.   Rekwiżiti oħra

6.1.8.1.   L-intensità aggregata massima tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan li jistgħu jinxtegħlu fl-istess ħin ma għandhiex teċċedi l-430 000 cd, li jikkorrispondi għal valur ta’ referenza ta’ 100. (Il-valur tal-approvazzjoni).

6.1.8.2.   Fil-każ ta’ ħsara fl-HIAS tar-raġġ tas-sewqan, mingħajr ma tintuża xi għodda speċjali, għandu jkun possibbli li:

(a)

L-HIAS jiġi diżattivat sakemm jiġi ssettjat mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; u

(b)

Ir-raġġ tas-sewqan jiġi ppożizzjonat mill-ġdid b’tali mod li l-allinjamenti orizzontali u vertikali tiegħu jkunu l-istess bħal fanal ta’ quddiem li ma jkunx mgħammar b’HIAS.

Il-manifattur għandu jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura biex l-HIAS jiġi ssettjat mill-ġdid.

Alternattivament, il-manifattur jista’ jagħżel li jinstalla sistema awtomatika li jew twettaq iż-żewġ kompiti speċifikati aktar ’il fuq jew tissettja mill-ġdid l-HIAS. F’dan il-każ, il-manifattur għandu jipprovdi lill-kumpanija tal-ittestjar b’deskrizzjoni tas-sistema awtomatika u, sakemm jiġu żviluppati rekwiżiti armonizzati, għandu juri l-mod kif jiġi vverifikat li s-sistema awtomatika taħdem kif ġie deskritt.

6.2.   IL-FANAL TA’ QUDDIEM B’RAĠĠ GĦADDIENI

6.2.1.   Numru:

6.2.1.1.   Għall-muturi li jkollhom ċilindrata ta’ ≤ 125 cm3

Wieħed jew tnejn ta’ tip approvat skont:

(a)

il-Klassi B, C, D jew E tar-Regolament Nru 113;

(b)

ir-Regolament Nru 112;

(c)

ir-Regolament Nru 1;

(d)

ir-Regolament Nru 8;

(e)

ir-Regolament Nru 20;

(f)

ir-Regolament Nru 57;

(g)

ir-Regolament Nru 72;

(h)

ir-Regolament Nru 98.

6.2.1.2.   Għall-muturi li jkollhom ċilindrata ta’ > 125 cm3

Wieħed jew tnejn ta’ tip approvat skont:

(a)

il-Klassi B, D jew E tar-Regolament Nru 113;

(b)

ir-Regolament Nru 112;

(c)

ir-Regolament Nru 1;

(d)

ir-Regolament Nru 8;

(e)

ir-Regolament Nru 20;

(f)

ir- Regolament Nru 72;

(g)

ir-Regolament Nru 98.

Tnejn ta’ tip approvat skont:

(a)

il-Klassi C tal-abbozz tar-Regolament Nru 113.

6.2.2.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.2.3.   Il-pożizzjoni

6.2.3.1.   Il-wisa’

6.2.3.1.1.

Fanal għaddieni indipendenti jista’ jiġi installat fuq, taħt jew maġenb fanal ieħor ta’ quddiem: jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin wieħed fuq l-ieħor, iċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal li jipproduċi r-raġġ għaddieni ewlieni jrid ikun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin maġenb xulxin, iċ-ċentru ta’ referenza tagħhom irid ikun simetriku b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.2.3.1.2.

Fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ għaddieni ewlieni, li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, irid jitwaħħal b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tiegħu jkun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’fanal ta’ quddiem indipendenti b’raġġ tas-sewqan jew b’fanal ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem maġenb il-fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ għaddieni ewlieni, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.2.3.1.3.

Żewġ fanali ta’ quddiem li jipproduċu r-raġġ għaddieni ewlieni, li jew wieħed minnhom jew it-tnejn ikunu reċiprokament inkorporati ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, iridu jiġu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.2.3.1.4.

Jekk tkun(ikunu) ġiet(ġew) installata(i), unità(unitajiet) tad-dawl addizzjonali li jipprovdu dawl għal-liwi, approvata(i) għat-tip bħala parti mir-raġġ għaddieni skont ir-Regolament Nru 113, għandhom jiġu installati fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

Fil-każ ta’ par(i) ta’ unitajiet tad-dawl addizzjonali, huma għandhom jiġu installati b’tali mod li ċ-ċentru(i) ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

 

Fil-każ ta’ unità tad-dawl addizzjonali waħda, iċ-ċentru ta’ referenza tagħha għandu jikkoinċidi mal-pjan medju lonġitudinali tal-vettura.

6.2.3.2.   L-għoli: minimu ta’ 500 mm u massimu ta’ 1 200 mm ’il fuq mill-art.

6.2.3.3.   It-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit jitqies bħala li jkun ġie sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-mirja retroviżuri u/jew tas-superfiċji riflettenti tal-vettura.

6.2.3.4.   Fil-każ ta’ żewġ fanali ta’ quddiem li jipproduċu r-raġġ għaddieni ewlieni, id-distanza li tissepara s-superfiċji li jdawlu ma tridx teċċedi l-200 mm.

6.2.4.   Il-viżibilità ġeometrika

Iddefinita mill-angoli α u β kif ġie speċifikat fil-paragrafu 2.11:

α

=

15 ° ’il fuq u 10 ° ’l isfel;

β

=

45 ° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal fanal singolu;

β

=

45 ° ’il barra u 10 ° ’il ġewwa għal kull par fanali.

Il-preżenza ta’ taqsimiet jew ta’ elementi oħrajn ta’ apparat qrib il-fanal ta’ quddiem ma għandhiex tagħti lok għal effetti sekondarji li jikkawżaw skumdità lill-utenti l-oħra tat-triq.

6.2.5.   L-orjentazzjoni

6.2.5.1.   ’Il quddiem. Il-fanal(i) jista’(jistgħu) jimxi(u) f’konformità mal-angolu tal-istering.

6.2.5.2.   L-inklinazzjoni vertikali tal-fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ għaddieni ewlieni trid tibqa’ bejn - 0,5 fil-mija u - 2,5 fil-mija, ħlief fil-każ fejn ikun preżenti apparat ta’ aġġustament estern.

6.2.5.3.   Għal fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ għaddieni ewlieni b’sors tad-dawl li jkollu fluss ta’ luminożità oġġettiv li jeċċedi l-2 000 lumen, l-inklinazzjoni vertikali tal-fanal ta’ quddiem għandha tibqa’ bejn - 0,5 fil-mija u - 2,5 fil-mija. Jista’ jintuża apparat għal-livellar tal-fanali ta’ quddiem sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu imma dan għandu jaħdem b’mod awtomatiku (3).

6.2.5.4.   Ir-rekwiżit fil-paragrafu 6.2.5.3 għandu jiġi ttestjat fuq il-vettura fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

Kundizzjoni A (rikkieb waħdu):

Fuq il-vettura għandha titqiegħed massa ta’ 75 kg ± 1 kg, li tissimula lir-rikkieb, b’tali mod li tirriproduċi t-tagħbijiet fuq il-fusien iddikjarati mill-manifattur għal din il-kundizzjoni ta’ tagħbija.

L-inklinazzjoni vertikali (mira inizjali) tal-fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ għaddieni ewlieni għandha tiġi ssettjata, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, bejn - 1,0 fil-mija u - 1,5 fil-mija.

Kundizzjoni B (mutur mgħobbi kompletament):

Fuq il-vettura għandhom jitqiegħdu mases li jissimulaw il-massa totali massima tal-manifattur, b’tali mod li jirriproduċu t-tagħbijiet fuq il-fusien iddikjarati mill-manifattur għal din il-kundizzjoni ta’ tagħbija.

Qabel ma jsir il-kejl, il-vettura għandha tiġi mbandla għal tliet (3) darbiet ’il fuq u ’l isfel u mbagħad għandha tiċi mċaqilqa lura u ’l quddiem għal mill-inqas tidwira kompluta ta’ rota.

6.2.5.5.   Għar-raġġ għaddieni jista’ jiġi installat HIAS. L-HIAS ma għandux jaġġusta l-inklinazzjoni orizzontali b’iktar mill-angolu ta’ timjil tal-vettura.

6.2.5.6.   Ir-rekwiżit fil-paragrafu 6.2.5.5 għandu jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

Il-vettura tat-test għandha tiġi ssettjata kif ġie speċifikat fil-paragrafu 5.4. Inklina l-vettura u kejjel l-angolu tat-test tal-HIAS.

Il-vettura għandha tiġi ttesjatata fiż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin

(a)

L-angolu massimu ta’ aġġustament tal-inklinazzjoni orizzontali speċifikat mill-manifattur (lejn ix-xellug u lejn il-lemin);

(b)

Nofs l-angolu massimu ta’ aġġustament tal-inklinazzjoni orizzontali mill-manifattur (lejn ix-xellug u lejn il-lemin).

U meta l-vettura tat-test titreġġa’ lura għall-pożizzjoni kif ġie speċifikat fil-paragrafu 5.4, l-angolu tat-test tal-HIAS malajr għandu jerġa’ lura għaż-żero.

Il-manubriju jista’ jiġi iffissat fil-pożizzjoni dritt ’il quddiem sabiex ma jiċċaqlaqx matul l-inklinazzjoni tal-vettura.

Għat-test, l-HIAS għandu jiġi attivat permezz ta’ ġeneratur tas-sinjal tal-HIAS.

Għandu jiġi kkunsidrat li s-sistema tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.5.5, jekk l-angoli tat-test tal-HIAS kollha mkejla ma jkunux inqas minn żero. Dan jista’ jintwera mill-manifattur billi juża mezzi oħrajn aċċettati mill-awtorità responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip.

6.2.5.7.   Sors(i) tad-dawl addizzjonali jew unità(ajiet) tad-dawl addizzjonali jista’(jistgħu) jiġi(u) attivat(i) biss flimkien mar-raġġ għaddieni ewlieni sabiex jiġi prodott dawl għal-liwi. L-illuminazzjoni pprovduta mid-dawl għal-liwi ma għandhiex testendi ’l fuq mill-pjan orizzontali, li jkun parallel għall-art u li jkun fih l-assi ta’ referenza tal-fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ għaddieni ewlieni għall-angoli ta’ timjil kollha kif ġie speċifikat mill-manifattur waqt l-approvazzjoni tat-tip tal-apparat skont ir-Regolament Nru 113.

6.2.5.8.   Ir-rekwiżit fil-paragrafu 6.2.5.7 għandu jiġi ttestjat kif ġej:

Il-vettura tat-test għandha tiġi ssettjata kif ġie speċifikat fil-paragrafu 5.4.

Kejjel l-angoli ta’ timjil fuq iż-żewġ naħat tal-vettura f’kull kundizzjoni fejn jiġi attivat id-dawl għal-liwi. L-angoli ta’ timjil li għandhom jitkejlu huma l-angoli ta’ timjil speċifikati mill-manifattur waqt l-approvazzjoni tat-tip tal-apparat skont ir-Regolament Nru 113.

Il-manubriju jista’ jiġi ffissat fil-pożizzjoni dritt ’il quddiem sabiex ma jiċċaqlaqx waqt l-inklinazzjoni tal-vettura.

Għat-test, id-dawl għal-liwi jista’ jiġi attiviat permezz ta’ ġeneratur tas-sinjali ipprovdut mill-manifattur.

Jiġi kkunsidrat li s-sistema tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.5.7, jekk l-angoli ta’ timjil kollha mkejla fuq iż-żewġ naħat tal-vettura jkunu ikbar minn jew daqs l-angoli ta’ timjil minimi mogħtija fil-formola ta’ komunikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat skont ir-Regolament Nru 113.

Il-konformità mal-paragrafu 6.2.5.7 tista’ tintwera mill-manifattur billi juża mezzi oħrajn aċċettati mill-awtorità responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip.

6.2.6.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Il-kontroll għall-bidla għal raġġ(i) għaddieni(ja) għandu jitfi r-raġġ(i) tas-sewqan fl-istess ħin.

Il-fanali ta’ quddiem b’raġġ għaddieni b’sors tad-dawl approvat skont ir-Regolament Nru 99 għandhom jibqgħu mixgħula meta jinxtegħel ir-raġġ tas-sewqan.

6.2.6.1.   Is-sors(i) tad-dawl addizzjonali jew l-unità(ajiet) tad-dawl addizzjonali użat(i) sabiex jiġi prodott dawl għal-liwi għandu(hom) ikun(u) konness(i) b’tali mod li ma jistax(jistgħux) jiġi(u) attivat(i) sakemm il-fanal(i) ta’ quddiem li jipproduċi(u) r-raġġ għaddieni ewlieni ma jkunx(ikunux) attivat(i) ukoll.

Is-sors(i) tad-dawl addizzjonali jew l-unità(ajiet) tad-dawl addizzjonali użat(i) sabiex jiġi prodott dawl għal-liwi fuq kull naħa tal-vettura jista’(jistgħu) jiġi(u) attivat(i) b’mod awtomatiku biss meta l-angolu(i) ta’ timjil ikun(u) ikbar minn jew daqs l-angolu(i) minimu(i) ta’ timjil mogħti(ja) fil-formola ta’ komunikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat skont ir-Regolament Nru 113.

Madankollu, is-sors(i) tad-dawl addizzjonali jew l-unità(ajiet) tad-dawl addizzjonali ma għandux(homx) jiġi(u) attivat(i) meta l-angolu ta’ timjil ikun ta’ inqas minn 3 gradi.

Is-sors(i) tad-dawl addizzjonali jew l-unità(ajiet) tad-dawl addizzjonali għandu(hom) jiġi(u) diżattivat(i) meta l-angolu(i) ta’ timjil ikun(u) inqas mill-angolu(i) minimu(i) ta’ timjil mogħti(ja) fil-formola ta’ komunikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat skont ir-Regolament Nru 113.

6.2.7.   It-tell-tales

6.2.7.1.   Tell-tale “b’ċirkwit magħluq”.

Fakultattiv; fanal b’sinjal aħdar li ma jixgħelx u jitfi malajr.

6.2.7.2.   Tell-tale għal “ħsara fl-HIAS”.

Mandatorju, fanal b’sinjal ambra li jixgħel u jitfi malajr, li jista’ jiġi kkombinat mat-tell-tale msemmi fil-paragrafu 6.1.8.2. Dan għandu jiġi attivat kull meta tiġi skoperta ħsara fis-sinjali tal-HIAS. Huwa għandu jibqa’ attivat sakemm ikun hemm il-ħsara.

6.2.7.3.   Fil-każ ta’ ħsara fis-sistema ta’ kontroll, is-sors(i) tad-dawl addizzjonali jew l-unità(ajiet) tad-dawl addizzjonali li jipproduċi(u) dawl għal-liwi għandu(hom) JINTEFA(JINTFEW) awtomatikament.

6.2.8.   Rekwiżiti oħra

Fil-każ ta’ ħsara fl-HIAS tar-raġġ għaddieni, mingħajr ma tintuża xi għodda speċjali, għandu jkun possibbli li:

(a)

L-HIAS jiġi diżattivat sakemm jiġi ssettjat mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; u

(b)

Ir-raġġ għaddieni jiġi ppożizzjonat mill-ġdid b’tali mod li l-allinjamenti orizzontali u vertikali tiegħu jkunu l-istess bħal fanal ta’ quddiem li ma jkunx mgħammar b’HIAS.

Il-manifattur għandu jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura biex l-HIAS jiġi ssettjat mill-ġdid.

Alternattivament, il-manifattur jista’ jagħżel li jinstalla sistema awtomatika li jew twettaq iż-żewġ kompiti speċifikati aktar ’il fuq jew tissettja mill-ġdid l-HIAS. F’dan il-każ, il-manifattur għandu jipprovdi lill-kumpanija tal-ittestjar b’deskrizzjoni tas-sistema awtomatika u, sakemm jiġu żviluppati rekwiżiti armonizzati, għandu juri l-mod kif jiġi vverifikat li s-sistema awtomatika taħdem kif ġie deskritt.

6.3.   IL-FANAL LI JINDIKA D-DIREZZJONI

6.3.1.   Numru

Tnejn fuq kull naħa.

6.3.2.   L-arranġament

Żewġ indikaturi ta’ quddiem (il-kategorija 1 kif ġie speċifikat fir-Regolament Nru 6 jew il-kategorija 11 speċifikata fir-Regolament Nru 50).

Żewġ indikaturi ta’ wara (il-kategorija 2 kif ġie speċifikat fir-Regolament Nru 6 jew il-kategorija 12 speċifikata fir-Regolament Nru 50).

6.3.3.   Il-pożizzjoni

6.3.3.1.

Fil-wisa’: Għall-indikaturi ta’ quddiem, għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

Għandu jkun hemm distanza minima ta’ 240 mm bejn is-superfiċji li jdawlu,

(b)

L-indikaturi għandhom ikunu qegħdin barra mill-pjan vertikali lonġitudinali tanġenzjali għat-truf ta’ barra tas-superfiċje li ddawwal tar-raġġ(i) tas-sewqan u/jew tar-raġġ(i) għaddieni(ja) ewlieni(ewlenija),

(c)

Għandu jkun hemm distanza minima bejn is-superfiċje li ddawwal tal-indikaturi u l-fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ għaddieni ewlieni l-eqreb ta’ xulxin kif ġej:

Intensità minima tal-indikatur (cd)

Separazzjoni minima (mm)

90

75

175

40

250

20

400

≤ 20

Għall-indikaturi ta’ wara, l-ispazju bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ superfiċji li jdawlu għandu jkun mill-inqas ta’ 180 mm bil-kundizzjoni li l-preskrizzjonijiet tal-paragrafu 2.11 jiġu applikati anki meta tkun immuntata l-pjanċa tar-reġistrazzjoni;

6.3.3.2.

fl-għoli: mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 200 mm ’il fuq mill-art;

6.3.3.3.

fit-tul: id-distanza ’l quddiem bejn ir-referenza iċ-ċentru ta’ referenza tal-indikaturi ta’ wara u l-pjan trasversali li jikkostitwixxi l-limitu ta’ wara nett tat-tul totali tal-vettura ma għandhiex teċċedi t-300 mm.

6.3.4.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angoli orizzontali: 20 ° ’il ġewwa, 80 ° ’il barra

L-angoli vertikali: 15 ° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5 ° jekk l-għoli tal-fanali jkun inqas minn 750 mm.

6.3.5.   L-orjentazzjoni

L-indikaturi tad-direzzjoni ta’ quddiem jistgħu jimxu f’konformità mal-angolu tal-istering.

6.3.6.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Il-fanali li jindikaw id-direzzjoni għandhom jixegħlu b’mod indipendenti mill-fanali l-oħra. Il-fanali kollha li jindikaw id-direzzjoni fuq ġenb wieħed ta’ vettura għandhom jinxtegħlu u jintfew permezz ta’ kontroll wieħed.

6.3.7.   Huma ma jistgħu jkunu “reċiprokament innkorporati” mal-ebda fanal ieħor, ħlief għall-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem ambra.

6.3.8.   It-tell-tale “operattiv”

Mandatorju. Dan jista’ jkun ottiku jew akustiku jew it-tnejn. Jekk ikun ottiku għandu jkun fanal(i) aħdar(ħodor) li jixgħel(jixgħelu) u jitfi(u) malajr li, fil-każ li kwalunkwe wieħed mill-indikaturi tad-direzzjoni jaħdem b’mod difettuż, jintefa(jintfew), jibqa’(jibqgħu) mixgħul(a) mingħajr ma jixgħel(jixgħelu) u jitfi(jitfu) malajr, jew juri(u) bidla kbira fil-frekwenza.

6.3.9.   Rekwiżiti oħra

Il-karatteristiċi indikati iktar ’l isfel għandhom jitkejlu bl-ebda tagħbija oħra fuq is-sistema elettrika ħlief dik meħtieġa biex il-magna u l-apparati għat-tidwil ikunu jistgħu jaħdmu. Għall-vetturi kollha:

6.3.9.1.

il-frekwenza tad-dawl jitfi u jixgħel malajr għandha tkun ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta;

6.3.9.2.

id-dawl jixgħel u jitfi tal-indikaturi tad-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura jista’ jkun sinkronizzat jew alternat;

6.3.9.3.

it-tħaddim tal-kontroll tas-sinjali bid-dawl għandu jiġi segwit f’mhux aktar minn sekonda mid-dehra tad-dawl u f’mhux aktar minn sekonda u minn sekonda u nofs mill-ewwel tifi tad-dawl.

6.3.9.4.

Fil-każ ta’ ħsara ta’ fanal li jindika d-direzzjoni wieħed, għajr għal xort, il-fanal(i) li jindika(w) direzzjoni l-ieħor(oħra) li jkun(u) qed jindikaw(w) l-istess direzzjoni jrid(u) ikompli(u) jixgħel(u) u jitfi(u) malajr jew irid(u) jibqa’(jibqgħu) mixgħul(a), imma l-frekwenza f’din il-kundizzjoni tista’ tkun differenti minn dik preskritta.

6.4.   IL-FANAL TAL-WAQFIEN

6.4.1.   Numru

Wieħed jew tnejn.

6.4.2.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.4.3.   Il-pożizzjoni

6.4.3.1.

fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm ’il fuq mill-art;

6.4.3.2.

fit-tul: fuq wara tal-vettura.

6.4.4.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali

:

45 ° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal fanal singolu;

45 ° ’il barra u 10 ° ’il ġewwa għal kull par fanali;

L-angolu vertikali

:

15 ° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5 ° jekk l-għoli tal-fanal ikun inqas minn 750 mm.

6.4.5.   L-orjentazzjoni

Lejn wara tal-vettura.

6.4.6.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Għandu jixgħel kull darba li jiġi applikat il-brejk ta’ servizz.

6.4.7.   It-tell-tale

It-tell-tale huwa fakultattiv; fejn jitwaħħal, dan it-tell-tale għandu jkun tell-tale li jikkonsisti f’dawl ta’ twissija li ma jixgħelx u jitfi malajr li jixgħel fil-każ ta’ ħsara tal-fanali tal-waqfien.

6.4.8.   Rekwiżiti oħra

Xejn.

6.5.   L-APPARAT LI JDAWWAL IL-PJANĊA TAR-REĠISTRAZZJONI TA’ WARA

6.5.1.   Numru

Wieħed, approvat bħala apparat tal-kategorija 2 skont ir-Regolament Nru 50. L-apparat jista’ jikkonsisti f’diversi komponenti ottiċi intiżi biex idawlu l-ispazju maħsub għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

6.5.2.

L-arranġament

B’tali mod li li l-apparat idawwal l-ispazju maħsub għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni

6.5.3.

Il-pożizzjoni

6.5.3.1.

fil-wisa’:

6.5.3.2.

fl-għoli:

6.5.3.3.

fit-tul:

6.5.4.

Il-viżibilità ġeometrika

6.5.5.

L-orjentazzjoni

6.5.6.   It-tell-tale

Fakultattiv: Il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mit-tell-tale preskritt għall-fanal tal-pożizzjoni.

6.5.7.   Rekwiżiti oħra

Meta l-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jkun ikkombinat mal-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara, reċiprokament inkorporat fil-fanal tal-waqfien jew fil-fanal kontra ċ-ċpar ta’ wara, il-karatteristiċi fotometriċi tal-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jistgħu jiġu mmodifikati waqt l-illuminazzjoni tal-fanal tal-waqfien jew tal-fanal kontra ċ-ċpar ta’ wara.

6.6.   IL-FANAL TAL-POŻIZZJONI TA’ QUDDIEM

6.6.1.   Numru

Wieħed jew tnejn

jekk b’kulur abjad

jew

 

Tnejn (wieħed għal kull naħa)

jekk b’kulur ambra

6.6.2.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.6.3.   Il-pożizzjoni

6.6.3.1.

Il-wisa’:

 

fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem indipendenti jista’ jitwaħħal fuq jew taħt jew maġenb fanal ieħor ta’ quddiem: jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin wieħed fuq l-ieħor, iċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem irid ikun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin maġenb xulxin, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

 

fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem, li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, irid jiġi installat b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tiegħu jkun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’fanal ta’ quddiem ieħor maġenb il-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

Żewġ fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem, li wieħed minnhom jew it-tnejn ikunu reċiprokament inkorporati ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, iridu jiġu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.6.3.2.

fl-għoli: mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 200 mm ’il fuq mill-art.

6.6.3.3.

fit-tul: fuq quddiem tal-vettura.

6.6.4.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali:

:

80 grad lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal fanal singolu:

l-angolu orizzontali jista’ jkun 80 grad ’il barra u 20 grad ’il ġewwa għal kull par fanali.

L-angolu vertikali

:

15-il grad ’il fuq minn u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5 gradi jekk l-għoli tal-fanal ikun inqas minn 750 mm.

6.6.5.   L-orjentazzjoni

’Il quddiem. Il-fanal(i) jista’(jistgħu) jimxi(u) f’konformità mal-angolu tal-istering.

6.6.6.   Tell-tale “b’ċirkwit magħluq”

Mandatorju. Fanal b’sinjal aħdar li ma jixgħelx u jitfi malajr. Dan it-tell-tale ma għandux ikun meħtieġ jekk id-dawl li jdawwal l-istrument jista’ jinxtegħel jew jintefa biss fl-istess ħin mal-fanal(i) tal-pożizzjoni.

6.6.7.   Rekwiżiti oħra

Meta l-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem ikun reċiprokament inkorporat fil-fanal li jindika d-direzzjoni ta’ quddiem, il-konnessjoni elettrika għandha tkun tali li l-fanal tal-pożizzjoni fuq l-istess naħa tal-fanal li jindika d-direzzjoni jintefa’ meta l-fanal li jindika d-direzzjoni jkun qed jixgħel u jitfi malajr.

6.7.   IL-FANAL TAL-POŻIZZJONI TA’ WARA

6.7.1.   Numru

Wieħed jew tnejn.

6.7.2.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.7.3.   Il-pożizzjoni

6.7.3.1.

fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm ’il fuq mill-art;

6.7.3.2.

fit-tul: fuq wara tal-vettura.

6.7.4.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali

:

80 ° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal fanal singolu:

l-angolu orizzontali jista’ jkun 80 ° ’il barra u 45 ° ’il ġewwa għal kull par fanali.

L-angolu vertikali

:

15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5 ° jekk l-għoli tal-fanal ikun inqas minn 750 mm.

6.7.5.   L-orjentazzjoni

Lura.

6.7.6.   Tell-tale “b’ċirkwit magħluq”

Fakultattiv: Il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mill-apparat preskritt għall-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem.

6.7.7.   Rekwiżiti oħra

Jekk fanal tal-pożizzjoni ta’ wara ikun reċiprokament inkorporat ma’ indikatur tad-direzzjoni, il-konnessjoni elettrika tal-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara fuq in-naħa rilevanti tal-vettura jew il-parti reċiprokament inkorporata tagħha tista’ tkun tali li tkun MITFIJA waqt il-perjodu kollu (kemm iċ-ċiklu meta tkun MIXGĦULA kif ukoll meta tkun MITFIJA) tal-attivazzjoni tal-fanal li jindika d-direzzjoni.

6.8.   IR-RETRORIFLETTUR TA’ WARA, MHUX TRIJANGULARI

6.8.1.   Numru

Wieħed jew tnejn.

6.8.2.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.8.3.   Il-pożizzjoni

fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 900 mm ’il fuq mill-art;

6.8.4.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali

:

30 ° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal riflettur singolu;

30 ° ’il barra u 10 ° ’il ġewwa għal kull par rifletturi;

L-angolu vertikali

:

15 o ’il fuq minn u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5 ° jekk l-għoli tal-fanal ikun inqas minn 750 mm.

6.8.5.   L-orjentazzjoni

Lura.

6.9.   IS-SINJAL TA’ TWISSIJA F’KAŻ TA’ PERIKLU MILL-VETTURA

6.9.1.   Is-sinjal għandu jingħata minn tħaddim fl-istess ħin tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3 t’aktar ’il fuq.

6.9.2.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Is-sinjal għandu jingħata permezz ta’ kontroll separat li jippermetti li l-indikaturi tad-direzzjoni kollha jkollhom provvista ta’ kurrent fl-istess ħin.

6.9.3.   Tell-tale “b’ċirkwit magħluq”

Mandatorju. Fanal b’sinjal aħmar li jixgħel u jitfi malajr, jew fil-każ ta’ tell-tales separati, it-tħaddim fl-istess ħin tat-tell-tale preskritt fil-paragrafu 6.3.8.

6.9.4.   Rekwiżiti oħra

Dawl jitfi u jixgħel malajr b’rata ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta.

It-tħaddim tal-kontroll tas-sinjali bid-dawl għandu jiġi segwit f’mhux aktar minn sekonda mid-dehra tad-dawl u f’mhux aktar minn sekonda u minn sekonda u nofs mill-ewwel tifi tad-dawl.

6.10.   IL-FANAL KONTRA Ċ-ĊPAR TA’ QUDDIEM

6.10.1.   Numru

Wieħed jew tnejn.

6.10.2.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.10.3.   Il-pożizzjoni

6.10.3.1.

fil-wisa’: għal fanal singolu, iċ-ċentru ta’ referenza għandu jkun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; jew it-tarf tas-superfiċje li ddawwal li jkun l-eqreb ta’ dak il-pjan ma għandux ikun iktar minn 250 mm ’il bogħod minnu;

6.10.3.2.

fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm ’il fuq mill-art. L-ebda punt fuq is-superfiċje li ddawwal ma għandu jkun ogħla mill-ogħla punt fuq is-superfiċje li ddawwal tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni.

6.10.3.3.

fit-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala li jkun ġie sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-mirja retroviżuri u/jew ta’ superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.10.4.   Il-viżibilità ġeometrika

Iddefinita mill-angoli α u β kif ġie speċifikat fil-paragrafu 2.11:

α

=

5° ’il fuq u ’l isfel;

β

=

45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal fanal singolu, ħlief għal dawl li ma jkunx fiċ-ċentru, f’liema każ l-angolu ’l ġewwa β = 10°;

β

=

45° ’il barra u 10° ’il ġewwa għal kull par fanali

6.10.5.   L-orjentazzjoni

’Il quddiem. Il-fanal(i) jista’(jistgħu) jimxu f’konformità mal-angolu tal-istering.

6.10.6.   Ma jista’ jiġi kkombinat mal-ebda fanal ieħor ta’ quddiem.

6.10.7.   Tell-tale “b’ċirkwit magħluq”

Fakultattiv; sinjal aħdar li ma jixgħelx u jitfi malajr.

6.10.8.   Rekwiżiti oħra

Xejn.

6.10.9.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Għandu jkun possibbli li l-fanal(i) kontra ċ-ċpar jinxtegħel(jinxtegħlu) jew jintefa(jintfew) b’mod indipendenti mill-fanal(i) ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan u/jew mill-fanal(i) ta’ quddiem b’raġġ għaddieni.

6.11.   IL-FANAL KONTRA Ċ-ĊPAR TA’ WARA

6.11.1.   Numru

Wieħed jew tnejn.

6.11.2.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.11.3.   Il-pożizzjoni

6.11.3.1.

fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 900 mm ’il fuq mill-art;

6.11.3.2.

fit-tul fuq wara tal-vettura.

6.11.3.3.

id-distanza ta’ bejn is-superfiċje li ddawwal tal-fanal kontra ċ-ċpar ta’ wara u dik tal-fanal tal-waqfien ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 100 mm.

6.11.4.   Il-viżibilità ġeometrika

Iddefinita mill-angoli α u β kif ġie speċifikat fil-paragrafu 2.11:

α

=

5° ’il fuq u ’l isfel;

β

=

25° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal fanal singolu;

25° ’il barra u 10° ’il ġewwa għal kull par fanali.

6.11.5.   L-orjentazzjoni

Lura.

6.11.6.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Dawn għandhom ikunu tali li l-fanal kontra ċ-ċpar ta’ wara jista’ jixgħel biss meta jinxtegħel fanal wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin: fanal ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan, fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni, fanal kontra ċ-ċpar ta’ quddiem.

Jekk ikun hemm fanal kontra ċ-ċpar ta’ quddiem, il-fanal kontra ċ-ċpar ta’ wara għandu jkun jista’ jintefa’ b’mod indipendenti mill-fanal kontra ċ-ċpar ta’ quddiem.

Il-fanal(i) kontra ċ-ċpar ta’ wara jista’(jistgħu) ikompli(jkomplu) jaħdem(jaħdmu) sakemm il-fanali tal-pożizzjoni jinftew, u dan(dawn) għandu(għandhom) jibqa’(jibqgħu) mitfi(ja) sakemm jerġa’(jerġgħu) jinxtegħel(jinxtegħlu) b’mod deliberat.

6.11.7.   Tell-tale “b’ċirkwit magħluq”

Mandatorju. Fanal b’sinjal ambra li ma jixgħelx u jitfi malajr.

6.11.8.   Rekwiżiti oħra

Xejn.

6.12.   IR-RETRORIFLETTUR TAL-ĠENB, MHUX TRIJANGULARI

6.12.1.   Numru għal kull naħa

Wieħed jew tnejn.

6.12.2.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.12.3.   Il-pożizzjoni

6.12.3.1.

fuq il-ġenb tal-vettura.

6.12.3.2.

fl-għoli: mhux inqas minn 300 mm u mhux iktar minn 900 mm ’il fuq mill-art;

6.12.3.3.

fit-tul: għandu jitqiegħed f’tali pożizzjoni li f’kundizzjonijiet normali ma jistax jitgħatta bil-ħwejjeġ tas-sewwieq jew tal-passiġġier.

6.12.4.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angoli orizzontali β = 30 ° ’il quddiem u lura.

L-angoli vertikali α = 15 ° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5 °jekk l-għoli tar-retroriflettur ikun inqas minn 750 mm.

6.12.5.   L-orjentazzjoni

L-assi ta’ referenza tar-retrorifletturi jrid ikun perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u dirett ’il barra. Ir-retrorifletturi tal-ġenb ta’ quddiem jistgħu jimxu mal-angolu tal-istering.

6.13.   IL-FANAL TAS-SEWQAN BINHAR

6.13.1.   Il-preżenza

Fakultattiv għall-muturi.

6.13.2.   Numru

Wieħed jew tnejn ta’ tip approvat skont ir-Regolament Nru 87.

6.13.3.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.13.4.   Il-pożizzjoni

6.13.4.1.   Fil-wisa’:

6.13.4.1.1.

Fanal tas-sewqan binhar indipendenti jista’ jiġi installat fuq, taħt jew maġenb fanal ieħor ta’ quddiem: Jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin wieħed fuq l-ieħor, iċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal tas-sewqan binhar għandu jkun fil-pjan medju lonġitudinali tal-vettura; jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin maġenb xulxin, it-tarf tas-superfiċje li ddawwal ma għandux ikun iktar minn 250 mm ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.13.4.1.2.

Fanal tas-sewqan binhar, li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal ieħor ta’ quddiem (fanal ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan jew fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem), għandu jitwaħħal b’tali mod li t-tarf tas-superfiċje li ddawwal ikun mhux iktar minn 250 mm mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.13.4.1.3.

Żewġ fanali tas-sewqan binhar, li jew wieħed minnhom jew it-tnejn ikunu reċiprokament inkorporati ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, għandhom jiġu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.13.4.1.4.

Fil-każ ta’ żewġ fanali tas-sewqan binhar, id-distanza li tissepara s-superfiċji li jdawlu ma għandhiex teċċedi l-420 mm.

6.13.4.1.5.

Id-distanza massima tas-separazzjoni mhijiex applikabbli meta l-fanali tas-sewqan binhar:

(a)

Ikunu ggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati ma’ fanal ta’ quddiem ieħor, jew

(b)

Ikunu fil-projezzjoni tas-siluwett ta’ quddiem tal-mutur fuq pjan ortoganali perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.13.4.2.   Fl-għoli:

’Il fuq mill-art mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm.

6.13.4.3.   Fit-tul:

Fuq quddiem tal-vettura.

6.13.5.   Il-viżibilità ġeometrika

Orizzontali

:

20 ° ’il barra u 20 ° ’il ġewwa.

Vertikali

:

10 ° ’il fuq u 10 ° ’l isfel.

6.13.6.   L-orjentazzjoni

’Il quddiem. Il-fanal(i) jista’(jistgħu) jimxi(u) f’konformità mal-angolu tal-istering.

6.13.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

6.13.7.1.   Il-fanal tas-sewqan bi nhar għandu JINTEFA awtomatikament meta JINXTEGĦLU l-fanali ta’ quddiem, ħlief meta dawn tal-aħħar jintużaw biex jagħtu twissijiet luminużi intermittenti f’intervalli qosra.

Il-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara għandu JINXTEGĦEL meta JINXTEGĦEL(JINXTEGĦLU) l-fanal(i) tas-sewqan binhar. Il-fanal(i) tal-pożizzjoni ta’ quddiem u l-apparat li jdawwal il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jistgħu JINXTEGĦLU individwalment jew flimkien, meta JINXTEGĦEL(JINXXTEGĦLU) l-fanal(i) tas-sewqan binhar.

6.13.7.2.   Jekk id-distanza bejn il-fanal li jindika d-direzzjoni ta’ quddiem u l-fanal tas-sewqan binhar tkun daqs jew inqas minn 40 mm, il-konnessjonijiet elettriċi tal-fanal tas-sewqan binhar fuq in-naħa rilevanti tal-vettura jistgħu jkunu tali li jew:

(a)

JINTEFA; jew

(b)

L-intensità luminuża tiegħu titnaqqas matul il-perjodu kollu (kemm fiċ-ċiklu meta jkun MIXGĦUL kif ukoll meta jkun MITFI) tal-attivazzjoni ta’ fanal li jindika d-direzzjoni ta’ quddiem.

6.13.7.3.   Jekk fanal li jindika d-direzzjoni jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal tas-sewqan binhar, il-konnessjonijiet elettriċi tal-fanal tas-sewqan binhar fuq in-naħa rilevanti tal-vettura għandhom ikunu tali li l-fanal tas-sewqan binhar ikun MITFI l-ħin kollu (kemm fiċ-ċiklu meta jkun MIXGĦUL kif ukoll meta jkun MITFI) tal-attivazzjoni tal-fanal li jindika d-direzzjoni.

6.13.8.   It-tell-tale

Tell-tale aħdar b’ċirkwit magħluq, fakultattiv.

6.13.9.   Rekwiżiti oħra

Is-simbolu tad-dwal tas-sewqan binhar (DRL – daylight running light) fl-ISO 2575:2004 - Road vehicles. Symbols for controls, indicators and tell-tales (Vetturi tat-triq. Simboli għal kontrolli, indikaturi u tell-tales), jista’ jintuża sabiex jinforma lis-sewwieq li l-fanal tas-sewqan binhar ikun mixgħul.

7.   MODIFIKI GĦAT-TIP TA’ VETTURA JEW GĦALL-INSTALLAZZJONI TAL-APPARATI GĦAT-TIDWIL U GĦAS-SINJALAR BID-DAWL TIEGĦU

7.1.

Kull modifika għat-tip ta’ vettura jew għall-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl tiegħu, jew għal-lista li tissemma fil-paragrafu 3.2.2 t’aktar ’il fuq, għandha tiġi nnotifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva dak it-tip ta’ vettura. Id-dipartiment imbagħad jista’ jew:

7.1.1.

iqis li l-modifika li saret mhux probabbli li se jkollha effetti avversi apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ, il-vettura xorta għadha konformi mar-rekwiżiti; jew

7.1.2.

jeħtieġ rapport tat-test ieħor mingħand is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

7.2.

Konferma jew rifjut ta’ approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fil-paragrafu 4.3 t’aktar ’il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.

L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal estensjoni ta’ din ix-xorta u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’dawk li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

Il-muturi approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġew stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 t’aktar ’il fuq.

8.2.

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament.

8.3.

L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba fis-sena.

9.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 8.1 t’aktar ’il fuq ma jiġix sodisfatt jew jekk il-vettura jew il-vettura ma tgħaddix mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 8 t’aktar ’il fuq.

9.2.

Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, minnufih għandha tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur ta’ approvazzjoni jieqaf kompletament li jimmanifattura tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

11.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 10 għas-serje 01 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-Suppliment 10 għas-serje 01 ta’ emendi.

11.2.

Minn 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 11.1 t’aktar ’il fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura fir-rigward tan-numru u tal-mod tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl jikkorrispondi għar-rekwiżiti tas-Suppliment 10 għas-serje 01 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

11.3.

L-approvazzjonijiet eżistenti mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-data msemmija fil-paragrafu 11.2 t’aktar ’il fuq għandhom jibqgħu validi. Fil-każ ta’ vetturi li ġew irreġistrati għall-ewwel darba iktar minn 84 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 11.1 t’aktar ’il fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw it-tip ta’ vettura fir-rigward tan-numru u tal-mod tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-Suppliment 10 għas-serje 01 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni, estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  / Kif ġiet iddefinita fl-Anness 7 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4).

(2)  / In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.

(3)  Madankollu, sa 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 10 għas-serje 01 ta’ emendi, din l-operazzjoni tista’ tkun waħda manwali mingħajr ma jintużaw għodod. F’każ ta’ din ix-xorta, fil-manwal tas-sidien tal-vetturi l-manifattur għandu jipprovdi struzzjonijiet dwar livellar manwali tal-fanali ta’ quddiem ta’ din ix-xorta.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENT TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ mutur turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4), skont ir-Regolament Nru 53, kif emendat bis-serje 01 ta’ emendi. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-RegolamentNru 53.

MUDELL B

(ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ mutur turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 53 u Nru 78 (1). In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 53 kien jinkludi s-serje 01 ta’ emendi u r-Regolament Nru 78 diġà kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi.


(1)  It-tieni numru qed jingħata sempliċement bħala eżempju.


ANNESS 3

SUPERFIĊJI, ASSI U ĊENTRU TA’ REFERENZA, U ANGOLI TA’ VIŻBILITÀ ĠEOMETRIKA TAL-FANALI

Image

SUPERFIĊJE LI DDAWWAL IMQABBLA MA’ SUPERFIĊJE LI TITFA’ D-DAWL

(Ara l-paragrafi 2.8 sa 2.9 ta’ dan ir-Regolament)

SKEĊĊ A

Image

 

Superfiċje li ddawwal

Superfiċje li titfa’ d-dawl

It-truf huma

a u b

c u d

SKEĊĊ B

Image

 

Superfiċje li ddawwal

Superfiċje li titfa’ d-dawl

It-truf huma

a u b

c u d


ANNESS 4

VIŻIBILITÀ ’L QUDDIEM TAD-DWAL ĦOMOR U VIŻIBILITÀ LURA TAD-DWAL BOJOD

(Ara l-paragrafu 5.9 ta’ dan ir-Regolament)

Figura 1

Viżibilità ’l quddiem ta’ dawl aħmar

Image

Figura 2

Viżibilità lura ta’ dawl abjad

Image


ANNESS 5

KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   TESTIJIET

1.1.   Il-pożizzjoni tal-fanali

Il-pożizzjoni tal-fanali kif speċifikata fil-paragrafu 6 għandha tiġi kkontrollata skont ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament. Il-valuri mkejla għad-distanzi għandhom ikunu tali li jiġu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal.

1.2.   Il-viżibilità tal-fanali

1.2.1.   L-angoli ta’ viżibilità ġeometrika għandhom jiġu kkontrollati skont il-paragrafu 2.11 ta’ dan ir-Regolament. Il-valuri mkejla għall-angoli għandhom ikunu tali li jiġu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal ħlief li l-limiti tal-angoli jista’ jkollhom konċessjoni li tikkorrispondi għall-varjazzjoni ta’ ± 3° permessa fil-paragrafu 5.3 għall-immuntar tal-apparati għas-sinjalar bid-dawl.

1.2.2.   Il-viżibilità tad-dawl aħmar fuq in-naħa ta’ quddiem u tad-dawl abjad fuq in-naħa ta’ wara għandhom jiġu kkontrollati skont il-paragrafu 5.9 ta’ dan ir-Regolament.

1.3.   L-allinjament tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ għaddieni fuq in-naħa ta’ quddiem

1.3.1.   L-inklinazzjoni inizjali ’l isfel

(L-inklinazzjoni inizjali ’l isfel tal-punt ta’ waqfien tar-raġġ għaddieni għandha tiġi kkontrollata skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.5).

1.4.   Il-konnessjonijiet elettriċi u t-tell-tales

Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom jiġu kkontrollati billi jinxtegħel kull fanal konness mas-sistema elettrika tal-mutur.

Il-fanali u t-tell-tales għandhom jaħdmu skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5.10 sa 5.12 ta’ dan ir-Regolament u skont l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal.

1.5.   L-intensitajiet tad-dawl

1.5.1.   Il-fanali ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan

L-intensità aggregata massima tal-fanal(i) ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan għandha tkun tali li jiġi sodisfatt ir-rekwiżit fil-paragrafu 6.1.9 ta’ dan ir-Regolament.

1.6.   Il-preżenza, in-numru, il-kulur, l-arranġament u, fejn ikun applikabbli, il-kategorija tal-fanali għandhom jiġu kkontrollati permezz ta’ spezzjoni viżwali tal-fanali u tal-immarkar tagħhom. Dawn għandhom ikunu tali li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.13 u l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal.


ANNESS 6

SPJEGAZZJONI DWAR “L-INKLINAZZJONI ORIZZONTALI”, “L-ANGOLU TA’ TIMJIL” U L-ANGOLU “δ”

Figura 3

Image