30.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/16


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-24 ta’ Lulju 2013

li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali

(2013/407/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-Kroazja, is-Sinjura Vesna TOMLJENOVIĆ ġiet maħtura bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sal-31 ta' Awwissu 2019.

(2)

Is-Sinjura Vesna TOMLJENOVIĆ ġiet proposta bil-ħsieb li jiġu mġedda l-funzjonijiet tagħha ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali.

(3)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sinjura Vesna TOMLJENOVIĆ għall-qadi tal-funzjonijiet ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Vesna TOMLJENOVIĆ hija b'dan maħtura Mħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2013 sal-31 ta' Awwissu 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2013.

Il-President

R. KAROBLIS