|
8.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122/1 |
It-testi oriġinali tal-UN/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istat u d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandu jiġi ċċekkjat fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 73 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’
|
I. |
Il-vetturi fir-rigward tat-tagħmir tal-protezzjoni laterali (TPL) tagħhom |
|
II. |
Tagħmir għall-protezzjoni laterali (TPL) |
|
III. |
Vetturi fir-rigward tal-istallazzjoni tat-TPL ta' tip approvat skont il-parti II ta' dan ir-Regolament |
Bl-inkorporazzjoni tat-test validu kollu sa:
Serje ta’ emendi 01 — Data tad-dħul fis-seħħ: id-9 ta' Diċembru 2010
WERREJ
REGOLAMENT
|
1. |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Kundizzjonijiet |
|
4. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
5. |
L-approvazzjoni |
|
6. |
Modifika u estensjoni ta' approvazzjoni ta' tip ta' vettura jew tagħmir għall-protezzjoni laterali |
|
7. |
Il-konformità tal-produzzjoni |
|
8. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Produzzjoni mwaqqfa definittivament |
|
10. |
Ismijiet u indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-dipartimenti amministrattivi |
|
11. |
Dispożizzjonijiet Tranżitorji |
PARTI I — APPROVAZZJONI TA' VETTURI FIR-RIGWARD TAT-TAGĦMIR GĦALL-PROTEZZJONI LATERALI TAGĦHOM (TPL)
|
12. |
Kundizzjonijiet |
|
13. |
Derogi |
PARTI II — APPROVAZZJONI TA' TAGĦMIR GĦALL-PROTEZZJONI LATERALI (TPL)
|
14. |
Kundizzjonijiet |
PARTI III — APPROVAZZJONI TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAL-ISTALLAZZJONI TA' TPL TA' TIP APPROVAT SKONT IL-PARTI II TA' DAN IR-REGOLAMENT
|
15. |
Kundizzjonijiet |
|
16. |
Derogi |
ANNESSI
|
Anness 1 — |
Appendiċi 1 — Komunikazzjoni (Parti I) Appendiċi 2 — Komunikazzjoni (Parti II) Appendiċi 3 — Komunikazzjoni (Parti III) |
|
Anness 2 — |
Arranġament tal-marki tal-approvazzjoni |
|
Anness 3 — |
Il-kundizzjonijiet tat-test |
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
1.1. Dan ir-Regolament japplika għal:
1.1.1. L-EWWEL PARTI: vetturi tal-kategoriji N2, N3, O3 u O4 (1) mgħammra b’tagħmir għall-protezzjoni laterali li ma ġiex approvat separatament skont il-Parti II ta’ dan ir-Regolament jew li hu mfassal u/jew mgħammar b’tali mod li l-parts tal-komponenti tiegħu jistgħu jitqiesu bħala li jissodisfaw kompletament jew parzjalment il-kompitu tat-tagħmir.
1.1.2. IT-TIENI PARTI: It-tagħmir għall-protezzjoni laterali li hu intenzjonat li jintrama fuq vetturi ta’ kategoriji N2, N3, O3 u O4 (1).
1.1.3. PARTI III: l-istallazzjoni fuq vetturi tal-kategoriji N2, N3, O3 and O4 (1) ta' tagħmir għall-protezzjoni laterali li jkun ġie approvat skont it-tip b'mod konformi mal-Parti II ta' dan ir-Regolament u mal-ikkompletar ta' vetturi approvati parzjalment b'mod konformi mal-Parti I u kompluti b'tagħmir għall-protezzjoni laterali li jkun ġie approvat skont it-tip b'mod konformi mal-Parti II ta' dan ir-Regolament;
1.2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
|
1.2.1. |
tratturi għal semikarrijiet; |
|
1.2.2. |
vetturi ddisinjati u mibnija għall-għanijiet speċjali fejn ma jkunx possibbi, għal raġunijiet prattiċi, li tiġi armata l-protezzjoni laterali. |
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
2.1. Definizzjonijiet komuni għall-Partijiet I, II u III
|
2.1.1. |
"Massa mingħajr tagħbija" tfisser il-massa tal-vettura taħdem, mhux okkupata u mhux mgħobbija iżda mimlija bil-karburant, bil-likwidu għat-tkessiħ tal-magna, bil-lubrikanti, bl-għodda u b'rota awżiljari (jekk mogħtija bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura); |
|
2.1.2. |
"Massa massima" tfisser il-massa ddikjarata mill-manifattur tal-vettura li hija teknikament permissibbli (din il-massa tista' tkun ogħla mill-"massa massima permissibbli" stipulata mill-amministrazzjoni nazzjonali); |
|
2.1.3. |
“Utenti tat-toroq mhux protetti” tfisser pedestrjani, ċiklisti jew sewwieqa tal-muturi li jużaw it-toroq b’tali mod li jistgħu jaqgħu taħt il-ġnub tal-vettura u jinqabdu taħt ir-roti; |
|
2.1.4. |
"Tagħmir għall-protezzjoni latera li (TPL)" Jikkonsisti f'membru/membri lonġitudinali u konnessjoni(jiet) (elementi tal-armar) mal-membri tal-ġemb tax-xasi jew partijiet strutturali oħra tal-vettura, imfassla biex joffru protezzjoni effettiva lill-utenti tat-toroq mhux protetti kontra r-riskju li jaqgħu taħt il-ġnub tal-vettura u jinqabdu taħt ir-roti. Partijiet mill-vettura jistgħu jintużaw ukoll bħala TPL. |
2.2. Definizzjonijiet speċifiċi għall-Parti I
|
2.2.1. |
“Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni kompluta, mhix kompluta jew imkomplija ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-protezzjoni laterali tagħha; |
|
2.2.2. |
“Tip tal-vettura” tfisser kategorija ta’ vettura li mhumiex differenti fir-rigward tal-punti essenzjali bħalma huma l-wisa’ tal-fus ta’ wara, il-wisa’ totali, id-dimensjonijiet, l-għamla u l-materjali tal-ġenb kollu tal-vettura (inkluża l-kabina jekk din tkun ġiet impoġġija) u l-karatteristiċi tas-sospensjoni sa fejn dawn għandhom influwenza fuq ir-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 12. |
2.3. Definizzjonijiet speċifiċi għall-Parti II
|
2.3.1. |
"Approvazzjoni ta’ TPL" tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ TPL fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 14; |
|
2.3.2. |
"Tip ta' TPL" tfisser TPL li ma għandux differenzi fir-rigward ral-karatteristiċi essenzjali bħalma huma l-għamla, id-dimensjonijiet, il-mod kif jintrabat, il-materjali, u l-marki msemmija fil-paragrafu 5.2.4. |
2.4. Definizzjonijiet speċifiċi għall-Parti III
|
2.4.1. |
"Approvazzjoni ta' vettura" tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-istallazzjoni ta' TPL ta' tip approvat skont il-Parti II ta' dan ir-Regolament, inkluż, jekk meħtieġ, l-ikkompletar ta' vettura approvata parzjalment skont il-Parti I; |
|
2.4.2. |
"Tip ta’ vettura" tfisser vetturi li mhumiex differenti fl-aspetti essenzjali bħal:
|
3. REKWIŻITI
3.1. ĠENERALI
|
3.1.1. |
Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala ssodisfati jekk:
|
3.2. IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST TAL-VETTURA
Il-konsistenza mar-rekwiżiti misjuba fil-Parti I u l-Parti III, għandha tiġi ddeterminata bil-vettura ppożizzjonata skont l-Anness 3.
4. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
4.1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni b'konformità mal-Parti I ta’ dan ir-Regolament
|
4.1.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura għall-Parti I ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu kif xieraq. |
|
4.1.2. |
Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji kif ukoll id-dettalji li ġejjin:
|
|
4.1.3. |
Għandha tingħata vettura rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tal-verifiki tal-approvazzjoni tat-tip.
|
4.2. Applikazzjoni għall-approvazzjoni b'konformità mal-Parti II ta’ dan ir-Regolament
|
4.2.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni skont il-Parti II ta' dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-TPL jew mir-rappreżentant akkreditat b'mod xieraq tiegħu. |
|
4.2.2. |
Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji kif ukoll id-dettalji li ġejjin:
|
4.3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni b'konformità mal-Parti III ta’ dan ir-Regolament
|
4.3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni skont il-Parti III ta' dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat b'mod xieraq tiegħu. |
|
4.3.2. |
Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji kif ukoll id-dettalji li ġejjin:
|
|
4.3.3. |
Għandha tingħata vettura rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat u armata b’TPL approvat lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.
|
5. L-APPROVAZZJONI
5.1. Approvazzjoni b'konformità mal-Parti I ta’ dan ir-Regolament
|
5.1.1. |
Jekk il-vettura kompluta, mhux kompluta jew ikkomplutata li ġiet sottomessa għall-approvazzjoni skont din il-parti tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 12 ta' hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni ta' dik it-tip tal-vettura. |
|
5.1.2. |
Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-mument 01 li jikkorrispondi mas-serje ta’ emendi 01) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandiex tassenja l-istess numru lil tip ta' vettura ieħor kif iddefinit f'dan ir-Regolament. |
|
5.1.3. |
In-notifika dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont din il-parti għandha tintbagħat lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Appendiċi 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.1.4. |
Ma’ kull vettura li tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, f’post li jidher u li jkun faċilment aċċessibbli speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni li tikkonsisti minn:
|
|
5.1.5. |
Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolament l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu provdut fil-paragrafu 5.1.4.1 ma hemmx għalfejn ikun ripetut; f’dan il-każ in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni flimkien mas-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li taħthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.1.4.1. |
|
5.1.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara faċilment u tkun magħmula b’mod li ma tistax titħassar. |
|
5.1.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura li jwaħħal il-manifattur. |
|
5.1.8. |
L-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni. |
5.2. Approvazzjoni b'konformità mal-Parti II ta’ dan ir-Regolament
|
5.2.1. |
Jekk it-TPL imressaq għall-approvazzjoni skont din il-parti jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 14, l-approvazzjoni ta' dak it-tip ta' TPL għandha tingħata. |
|
5.2.2. |
Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-mument 01 li jikkorrispondi mas-serje ta’ emendi 01) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta' tgħamir. |
|
5.2.3. |
In-notifika dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ TPL skont din il-parti għandha tintbagħat lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, Appendiċi 2 ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.2.4. |
Għandha titwaħħal, b'mod li tispikka u f'post li huwa aċċessibbli bla diffikultà speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, mal-komponent ewlieni tat-TPL konformi ma' tip ta' TPL approvat permezz ta' dan ir-Regolament, marka ta' approvazzjoni skont dan ir-Regolament li tikkonsisti minn:
|
|
5.2.5. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara faċilment u tkun magħmula b’mod li ma tistax titħassar. |
|
5.2.6. |
L-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni. |
5.3. Approvazzjoni b'konformità mal-Parti III ta’ dan ir-Regolament
|
5.3.1. |
Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont din il-parti hija mgħammra b'TPL approvat u tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 15, l-approvazzjoni ta' dak it-tip ta’ vettura għandha tingħata. |
|
5.3.2. |
Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-mument 01 li jikkorrispondi mas-serje ta’ emendi 01) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura. |
|
5.3.3. |
In-notifika dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, Appendiċi 3, ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.3.4. |
Ma’ kull vettura li tkun konformi mat-tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament għandu jkun hemm imwaħħla, b’mod li tidher u f’post li jkun faċilment aċċessibbli u li jkun speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka tal-approvazzjoni li tkun tikkonsisti minn:
|
|
5.3.5. |
Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolament l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu provdut fil-paragrafu 5.3.4.1 ma hemmx għalfejn ikun ripetut; f’dan il-każ, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni flimkien mas-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li taħthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.3.4.1. |
|
5.3.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara faċilment u tkun magħmula b’mod li ma tistax titħassar. |
|
5.3.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura li jwaħħal il-manifattur. |
|
5.3.8. |
L-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni. |
6. MODIFIKAZZJONI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA JEW TPL
6.1. Kull modifika tat-tip ta’ vettura jew TPL għandha tkun mgħarrfa lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta’ vettura. Id-dipartiment jista’ imbagħad jew:
|
6.1.1. |
Jikkunsidra l-modifiki magħmula bħala li mhux probabbli li jkollhom effett ħażin li jista’ jkun innutat u li fi kwalunkwe każ il-vettura jew TPL għadu konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa; jew |
|
6.1.2. |
Jitlob rapport ieħor tat-testijiet mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet. |
6.2. Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-modifiki, għandha tkun ikkomunikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.1.3, 5.2.3 jew 5.3.3, skont kif ikun applikabbli, lill-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim li japplika dan ir-Regolament.
6.3. L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni bħal din u tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
7. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:
7.1. Kull vettura jew TPL approvat skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b’tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi jintlaħqu r-rekwiżiti tal-partijiet rispettivi ta' hawn fuq;
7.2. L-awtorità ta' approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ tivverifika, fi kwalunkwe mument, il-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikabbli għal kull faċilità ta’ produzzjoni.
8. PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI
8.1. L-approvazzjoni maħruġa fir-rigward ta' tip vettura jew TPL skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 12, 14 jew 15, kif ikun applikabbli, ma jkunux imħarsa.
8.2. Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, minnufih għandha tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.
9. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox jimmanifattura tip ta’ vettura jew TPL approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Hekk kif tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontaenti l-oħrajn għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.
10. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI SABIEX IWETTQU T-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958, li japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi risponsabbli milli jwettqu t-testijiet ta' approvazzjoni, u tad-dipartimenti amminstrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.
11. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
11.1. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad milli tagħti l-approvazzjoni tal-ECE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 01.
11.2. Minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-01 serje ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura jew TPL li għandu jkun approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mill-01 serje ta’ emendi.
11.3. Anki wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01 ta' dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet maħruġa għas-serje 00 għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu l-estensjonijiet lill-approvazzjonijiet bħal dawn u għandhom ikomplu jaċċettawhom.
11.4. L-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali ta’ tip ta’ vettura approvata skont is-serje 00 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.
PARTI I — APPROVAZZJONI TA' VETTURI FIR-RIGWARD TAT-TAGĦMIR TA' PROTEZZJONI LATERALI (TPL) TAGĦHOM
12. REKWIŻITI
12.1. It-TPL m'għandux iżid il-wisa' globali tal-vettura u l-parti prinċipali tal-wiċċ ta' barra tagħhom m'għandux ikun aktar minn 150 mm 'il ġewwa mill-pjan l-aktar 'il barra (wisa' massima) tal-vettura. Il-parti ta’ quddiem tagħhom tista’ tkun imdawra ‘l ġewwa fuq xi vetturi skont il-paragrafi 12.4.3 u 12.4.4. It-tarf ta' wara tagħhom m'għandux ikun aktar minn 30 mm 'l ġewwa mill-aktar tarf il-barra tat-tyres ta' wara (ħlief għal xi nefħa rregolari 'l barra tat-tyres viċin l-art) matul tal-anqas l-aktar 250 mm lura.
12.2. Il-wiċċ ta' barra tat-TPL għandu jkun lixx, u mbiegħed kemm jista' jkun b'mod kontinwu minn quddiem għal wara; parijiet fejn xulxin jistgħu iżda jirbku, sakemm it-tarf li jikeb ikun iħares lejn wara jew l-isfel, jew xaqq ta' mhux aktar minn 25 mm imkejjel orizzontalment jista' jitħalla, b'dan illi l-parti ta' wara ma tkunx taqbeż 'il barra mill-parti ta' quddiem; irjus ittundjati ta' boldijiet jew rivits jistgħu jaqbżu l-barra mill-wiċċ sa distanza ta' 10 mm u l-partijiet l-oħra jistgħu jaqbżu 'l barra sa dak il-limitu sakemm dawn ikunu ċatti u similarment ittndjati; il-kantunieri u l-ixfra esterni kollha li jistgħu jiġu kkuntattjati minn sfera ta' dijametru ta' 100 mm għandhom jiġu rtundjati b'raġġ ta' mhux anqas minn 2,5 mm; dawk li jispuntaw anqas minn 5 mm għandu jkollhom xifer li jħares 'il barra li ma jaqtax.
12.3. It-TPL jista' jkun jikkonsisti f'wiċċ kontinwu lixx, jew rejl orizzontali waħda jew aktar, jew kombinazzjoni ta' wiċċ u rejls; meta jintużaw ir-rejls, dawn ma għandhomx ikun aktar minn 300 mm 'il hinn minn xulxin u mhux anqas minn:
|
(a) |
50 mm għoli fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji N2 u O3; |
|
(b) |
100 mm għoli u essenzjalment ċatti fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N3 u O4. |
Kombinazzjonijiet ta’ wċuħ u vireg ta’ gwida għandhom jiffurmaw TPL kontinwu prattiku, bla ħsara, iżda, għad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 12.2.
12.4. Ix-xifer ta’ quddiem tat-TPL għandha tinbena kif ġej:
|
12.4.1. |
Il-pożizzjoni tagħhom għandha tkun:
|
|
12.4.2. |
Meta x-xifer ta' quddiem ikun jinsab fi spazju miftuħ ta' aktar minn 25 mm, ix-xifer għandu jkun jikkonsisti f'membru vertikali kontinwu li jestendi tul l-għoli kollu tat-tagħmir; l-uċuħ ta' barra u ta' quddiem ta' dan il-membru għandhom ikunu talanqas 50 mm lura u mdawra 100 mm 'il ġewwa jew ikollhom raġġ ta' 50 mm fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N2 u O3 u talanqas 100 mm lura u mdawra 100 mm 'il ġewwa jew ikollhom raġġ minimu ta' 100 mm fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N3 u O4. |
|
12.4.3. |
Fuq vettura tal-kategorija N2 jew N3 fejn id-dimensjoni ta’ 300 mm imsemmija fil-paragrafu 12.4.1.1 taqa’ ġewwa l-kabina, it-tagħmir għandu jinbena b’tali mod li x-xaqq bejn ix-xifer ta’ quddiem tagħha u l-panewwijiet tal-kabina ma jaqbiżx il-100 mm u, jekk ikun meħtieġ, għandha tiddawwar f’angolu li ma jaqbiżx il-45°. F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 12.4.2. ma japplikawx. |
|
12.4.4. |
Skont l-għażla tal-manifattur, fuq vettura tal-kategorija N2 jew N3 fejn id-dimensjoni ta' 300 mm imsemmija fil-paragrafu 12.4.1.1 taqa’ wara l-kabina u t-tagħmir jestendi 'l quddiem sa 100 mm tal-kabina, id-dispożizzjoni tal-paragrafu 12.4.3 jistgħu jiġu ssodisfati. |
12.5. Ix-xifer ta' wara tat-TPL ma għandux ikun aktar minn 300 mm 'l quddiem mill-pjan vertikali b’mod perpendikulari mal-pjan lonġitudinali tal-vettura u tanġenzjali mal-wiċċ estern tat-tajer fuq ir-rota eżatt lura; membru vertikali kontinwu mhux meħtieġ fuq ix-xifer ta' wara.
12.6. Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 12.4 u 12.5 huma indipendenti u ma jistgħux jiġu kkombinati. Madankollu, fil-każ ta' vettura li għandha żewġ fusijiet direzzjonati, TPL ma jistax ikun meħtieġ bejn dawk iż-żewġ fusijiet jekk id-distanza lonġitudinali bejn il-linji taċ-ċentru tagħhom ma taqbiżx 2 100 mm.
12.7. L-overhang ta' quddiem u ta' wara tat-TPL ma għandhiex taqbeż id-distanza bejn il-konnessjonijiet u ċ-ċentru tar-ram imkejla matul it-test preskritt fil-paragrafu 12.10. Fil-każ ta' għadd ta' distanzi ta' dan it-tip, l-akbar distanza tat-test ma għandhiex tinqabeż.
12.8. Ix-xifer t’isfel tat-TPL ma għandu fl-ebda punt ikun aktar minn 550 mm maqtugħ mill-art.
12.9. Ix-xifer ta’ fuq tat-TPL għandu jkun mhux aktar minn 350 mm taħt il-parti tal-istruttura tal-vettura, maqtugħ jew imiss ma’ pjan vertikali tanġentali mal-wiċċ ta’ barra tat-tajers, eskluża kull nefħa viċin l-art, ħlief fil-każi li ġejjin:
|
12.9.1. |
Fejn il-pjan fil-paragrafu 12.9 ma jaqtax l-istruttura tal-vettura, ix-xifer ta’ fuq għandu jkun livell max-xifer tal-pjattaforma li ġġorr it-tagħbija, jew 950 mm mill-art, skont liema jkun l-anqas; |
|
12.9.2. |
Fejn il-pjan fil-paragrafu 12.9 jaqtal-istruttura tal-vettura f’livell ta’ aktar minn 1,3 m il-fuq mill-art, ix-xifer ta’ fuq tat-tagħmir tal-ġenb għandu jkun mhux anqas minn 950 mm maqtugħ mill-art; |
|
12.9.3. |
Fuq vettura speċjalment disinjata u mibnija, u mhux sempliċiment adattata, għall-ġarr ta’ kontejner jew demountable body, ix-xifer ta’ fuq tat-tagħmir għandu jiġi stabbilit skont il-paragrafi 12.9.1 u 12.9.2, bil-kontejner jew korp jiġi meqjus bħala parti mill-vettura; |
|
12.9.4. |
Fuq vettura mgħammra bi krejn għat-tagħbija, il-ħatt jew operazzjonijiet oħra, li jkollha stazzjon tax-xogħol għall-operatur irmuntat b'mod permanenti jew pjattaforma għat-tħaddim li minnha jkun jista' jiġi kkontrollat il-krejn, ix-xifer ta' fuq tat-TPL jista' jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 12.9.1 u 12.9.2, bl-istazzjon tax-xogħol jew il-pjattaforma tat-tħaddim meqjusa daqslikieku kienu l-pjattaforma li ġġorr il-piż. |
12.10. It-TPL għandhom ikunu essenzjalment riġidi, imwaħħla sew (m’għandhomx ikunu suġġetti li jinħallu minħabba l-vibrazzjoni fl-użu normali tal-vettura) u, ħlief fir-rigward tal-partijiet elenkati fil-paragrafu 12.11, magħmula mill-metall jew minn xi materjal adattat ieħor. It-TPL għandhom jitqiesu adatti jekk ikun kapaċi li jifilħu saħħa orizzontali statika ta’ 1 kN applikata perpendikolarment għal xi parti tal-wiċċ estern tagħhom miċ-ċentru ta' ponta li l-wiċċ tagħha jkun tond u ċatt, b’dijametru ta’ 220 mm ± 10 mm, u jekk id-diflessjoni tat-tagħmir taħt piż imkejla fiċ-ċentru tal-ponta tkun anqas minn:
|
(a) |
30 mm fuq l-aktar 250 mm lura tat-tagħmir; kif ukoll |
|
(b) |
150 mm fuq il-bqija tat-tagħmir. |
Fuq talba tal-manifattur, il-konformità ma' dan ir-rekwiżit tista' tintwera permezz ta' kalkolu. Il-validità tal-metodu tal-kalkolu għandha tiġi stabbilita għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku.
12.11. Komponenti permanentement inwaħħla mal-vettura, eż. roti żejda, kaxxa tal-batterija, tankijiet tal-arja, tankijiet tal-karburant, lampi, rifletturi u kaxxi tal-għodda, jistgħu jiġi inkorporati fit-tagħmir, sakemm ikunu jikkonformaw mal-ħtiġijiet dimensjonali ta’ din il-parti. Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 12.2 għandhom japplikaw fir-rigward ta’ xquq bejn l-attrezzaturi protettivi u l-komponenti mwaħħla b’mod permanenti.
12.12. It-tagħmir m’għandux jintuża biex jitwaħħlu miegħu pajpijiet tal-brejk, arja jew idrawliku.
12.13. It-TPL jistgħu jitfasslu b’tali mod li jkollhom bosta pożizzjonijiet fil-ġemb tal-vettura. F’dan il-każ, għandu jkun hemm metodu garantit biex jiġu marbuta fil-pożizzjoni normali tagħhom sabiex b’hekk tiġi eskluża kwalunkwe bidla mhux intenzjonata ta’ pożizzjoni. Il-forza applikata mill-operatur sabiex ivarja l-pożizzjoni tat-tagħmir ma tistax taqbeż l-40 daN.
13. DEROGI
13.1. B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, vetturi tat-tipi li ġejjin huma meħtieġa li jikkonformaw biss kif indikat f’kull każ:
|
13.1.1. |
Trejler estendibbli għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 12 meta jkun magħluq fit-tul minimu tiegħu; Meta t-trejler jiġi estiż, madankollu, it-TPL għandu jikkonforma biss mal-paragrafi 12.8, 12.9, u 12.10, u jew mal-paragrafu 12.4 jew 12.5, iżda mhux bilfors mat-tnejn li huma; estensjoni ta' trejler ma għandhiex tipproduċi distakki ma' tul it-TPL; |
|
13.1.2. |
Vettura tank, li hija vettura unikament iddisinjata għall-ġarr ta’ sustanza likwida f’tank magħluq permanentement imwaħħal mal-vettura u provdut b’konnessjonijiet ta’ manki jew pajpijiet għat-tagħbija jew ħatt, għandha tkun iffittjata b'TPL li jikkonformaw sa fejn hu prattiku mal-ħtiġijiet tal-paragrafu 12; konformità stretta tista titneħħa biss fejn il-ħtiġijiet ta’ operazzjoni jagħmlu dan meħtieġ; |
|
13.1.3. |
Fuq vettura fittjata b’saqajn li joħorġu biex jipprovdu stabbilità matul it-tagħbija, ħatt jew operazzjonijiet oħra li għalihom il-vettura hija disinjata, it-TPL għandhom ikunu rranġati bi xquq addizzjonali fejn dawn huma meħtieġa biex jippermettu li joħorġu s-saqajn; |
|
13.1.4. |
Fuq vettura mgħammra b'lashings u punti ta' sigurezza skont ISO 9367-1:1989 jew ISO 9367-2:1994 għal trasportazzjoni fuq l-ilma permezz ta' bastimenti Ro/Ro, għandhom jiġu permessi distakki fi ħdan it-TPL li jaċċettaw li jintiehmeż tagħmir ta' trażżin. |
|
13.1.5. |
Fuq vettura mgħammra bi krejn għat-tagħbija, il-ħatt jew operazzjonijiet oħra li għalihom tkun iddisinjata il-vettura, li jagħmilha imprattikabbli li tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 12, it-TPL jista' jiġi rranġat distakki addizzjonali fejn dawn ikunu meħtieġa biex jippermettu l-moviment jew l-għeluq tal-krejn. |
13.2. Jekk il-ġnub tal-vettura jkunu hekk disinjati u/jew mgħammra illi bil-forma u karatteristiċi tagħhom il-partijiet komponenti flimkien jilħqu l-ħtiġijiet tal-paragrafu 12, jistgħu jitqiesu li jkun qegħdin jieħdu post it-TPL.
PARTI II — APPROVAZZJONI TAT-TAGĦMIR GĦALL-PROTEZZJONI LATERALI (TPL)
14. REKWIŻITI
14.1. Il-wiċċ ta' barra tat-TPL għandu jkun lixx, u mbiegħed kemm jista' jkun b'mod kontinwu minn quddiem għal wara; parijiet fejn xulxin jistgħu iżda jirbku, sakemm it-tarf li jikeb ikun iħares lejn wara jew l-isfel, jew xaqq ta' mhux aktar minn 25 mm imkejjel orizzontalment jista' jitħalla, b'dan illi l-parti ta' wara ma tkunx taqbeż 'il barra mill-parti ta' quddiem; irjus ittundjati ta' boldijiet jew rivits jistgħu jaqbżu l-barra mill-wiċċ sa distanza ta' 10 mm u l-partijiet l-oħra jistgħu jaqbżu 'l barra sa dak il-limitu sakemm dawn ikunu ċatti u similarment ittndjati; il-kantunieri u l-ixfra esterni kollha li jistgħu jiġu kkuntattjati minn sfera ta' dijametru ta' 100 mm għandhom jiġu rtundjati b'raġġ ta' mhux anqas minn 2,5 mm; dawk li jispuntaw anqas minn 5 mm għandu jkollhom xifer li jħares 'il barra li ma jaqtax.
14.2. It-TPL jista' jkun jikkonsisti f'wiċċ kontinwu lixx, jew rejl orizzontali waħda jew aktar, jew kombinazzjoni ta' wiċċ u rejls; meta jintużaw ir-rejls, dawn ma għandhomx ikun aktar minn 300 mm 'il hinn minn xulxin u mhux anqas minn:
|
(a) |
50 mm għoli fil-każ ta’ TPL għal vetturi tal-kategoriji N2 and O3; jew |
|
(b) |
100 mm għoli u essenzjalment ċatti fil-każ ta' TPL għall-vetturi tal-kategoriji N3 u O4. |
Kombinazzjonijiet ta’ wċuħ u vireg ta’ gwida għandhom jiffurmaw TPL kontinwu prattiku, bla ħsara, iżda, għad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 14.1.
14.3. Ix-xifer ta' quddiem għandu jikkonsisti minn membru vertikali kontinwu li jestendi tul l-għoli kollha tad-tagħmir; l-uċuħ ta' barra u ta' quddiem ta' dan il-membru għandhom ikunu talanqas 50 mm lura u mdawra 100 mm 'il ġewwa jew ikollhom raġġ ta' 50 mm fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N2 u O3 u talanqas 100 mm lura u mdawra 100 mm 'il ġewwa jew ikollhom raġġ minimu ta' 100 mm fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N3 u O4.
14.4. It-TPL għandhom ikunu essenzjalment riġidi u, għajr fir-rigward tal-partijiet elenkati fil-paragrafu 14.5, għandhom ikunu tal-metall jew ta' xi materjal xieraq ieħor. It-TPL għandhom jitqiesu adatti jekk ikun kapaċi li jifilħu saħħa orizzontali statika ta’ 1 kN applikata perpendikolarment għal xi parti tal-wiċċ estern tagħhom miċ-ċentru ta' ponta li l-wiċċ tagħha jkun tond u ċatt, b’dijametru ta’ 220 mm ± 10 mm, u jekk id-diflessjoni tat-tagħmir taħt piż imkejla fiċ-ċentru tal-ponta tkun anqas minn:
|
(a) |
30 mm fuq l-aktar 250 mm lura tat-tagħmir; kif ukoll |
|
(b) |
150 mm fuq il-bqija tat-tagħmir. |
Fuq talba tal-manifattur, il-konformità ma' dan ir-rekwiżit tista' tintwera permezz ta' kalkolu. Il-validità tal-metodu tal-kalkolu għandha tiġi stabbilita għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku.
14.5. Komponenti permanentement inwaħħla mal-vettura, eż. roti żejda, kaxxa tal-batterija, tankijiet tal-arja, tankijiet tal-karburant, lampi, rifletturi u kaxxi tal-għodda, jistgħu jiġi inkorporati fit-tagħmir, sakemm ikunu jikkonformaw mal-ħtiġijiet dimensjonali ta’ din il-parti.
14.6. It-TPL jista’ jitfassal b’tali mod li jkollu bosta pożizzjonijiet fil-ġemb tal-vettura. F’dan il-każ, għandu jkun hemm metodu garantit biex jiġu marbuta fil-pożizzjoni normali tagħhom sabiex b’hekk tiġi eskluża kwalunkwe bidla mhux intenzjonata ta’ pożizzjoni. Il-forza applikata mill-operatur sabiex ivarja l-pożizzjoni tat-tagħmir ma tistax taqbeż l-40 daN.
PARTI III — APPROVAZZJONI TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAL-ISTALLAZZJONI TA' TAGĦMIR GĦALL-PROTEZZJONI LATERALI (TPL) TA' TIP APPROVAT SKONT IL-PARTI II TA' DAN IR-REGOLAMENT
15. REKWIŻITI
15.1. It-TPL m'għandux iżid il-wisa' globali tal-vettura u l-parti prinċipali tal-wiċċ ta' barra tiegħu m'għandux ikun aktar minn 150 mm 'il ġewwa mill-pjan l-aktar 'il barra (wisa' massima) tal-vettura. Il-parti ta’ quddiem tagħhom tista’ tkun imdawra ‘l ġewwa fuq xi vetturi skont il-paragrafi 15.2.3 u 15.2.4. It-tarf ta' wara tagħhom m'għandux ikun aktar minn 30 mm 'l ġewwa mill-aktar tarf il-barra tat-tyres ta' wara (ħlief għal xi nefħa rregolari 'l barra tat-tyres viċin l-art) matul tal-anqas l-aktar 250 mm lura.
15.2. Il-parti ta’ quddiem tat-TPL għandha tinbena kif ġej:
|
15.2.1. |
Il-pożizzjoni tagħhom għandha tkun:
|
|
15.2.2. |
Meta x-xifer ta' quddiem ikun jinsab fi spazju miftuħ ta' aktar minn 25 mm, ix-xifer għandu jkun jikkonsisti f'membru vertikali kontinwu li jestendi tul l-għoli kollu tat-tagħmir; l-uċuħ ta' barra u ta' quddiem ta' dan il-membru għandhom ikunu talanqas 50 mm lura u mdawra 100 mm 'il ġewwa jew ikollhom raġġ ta' 50 mm fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N2 u O3 u talanqas 100 mm lura u mdawra 100 mm 'il ġewwa jew ikollhom raġġ minimu ta' 100 mm fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji N3 u O4. |
|
15.2.3. |
Fuq vettura tal-kategorija N2 jew N3 fejn id-dimensjoni ta’ 300 mm imsemmija fil-paragrafu 15.2.1.1 taqa’ ġewwa l-kabina, it-tagħmir għandu jinbena b’tali mod li x-xaqq bejn ix-xifer ta’ quddiem tagħha u l-panewwijiet tal-kabina ma jaqbiżx il-100 mm u, jekk ikun meħtieġ, għandha tiddawwar f’angolu li ma jaqbiżx il-45o. F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 15.2.2. ma japplikawx. |
|
15.2.4. |
Skont l-għażla tal-manifattur, fuq vettura tal-kategorija N2 jew N3 fejn id-dimensjoni ta' 300 mm imsemmija fil-paragrafu 15.2.1.1 taqa’ wara l-kabina u t-tagħmir jestendi 'l quddiem sa 100 mm tal-kabina, id-dispożizzjoni tal-paragrafu 15.2.3 jistgħu jiġu ssodisfati. |
15.3. Ix-xifer ta' wara tat-TPL ma għandux ikun aktar minn 300 mm 'l quddiem mill-pjan vertikali b’mod perpendikulari mal-pjan lonġitudinali tal-vettura u tanġenzjali mal-wiċċ estern tat-tajer fuq ir-rota eżatt lura; membru vertikali kontinwu mhux meħtieġ fuq ix-xifer ta' wara.
15.4. Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 15.2 u 15.3 huma indipendenti u ma jistgħux jiġu kkombinati. Madankollu, fil-każ ta' vettura li għandha żewġ fusijiet direzzjonati, TPL ma jistax ikun meħtieġ bejn dawk iż-żewġ fusijiet jekk id-distanza lonġitudinali bejn il-linji taċ-ċentru tagħhom ma taqbiżx 2 100 mm.
15.5. L-overhang ta' quddiem u ta' wara tat-TPL ma għandhiex taqbeż id-distanza bejn il-konnessjonijiet u ċ-ċentru tar-ram imkejla matul it-test preskritt fil-paragrafu 14.4. Fil-każ ta' għadd ta' distanzi ta' dan it-tip, l-akbar distanza tat-test ma għandhiex tinqabeż.
15.6. Ix-xifer t’isfel tat-TPL ma għandu fl-ebda punt ikun aktar minn 550 mm maqtugħ mill-art.
15.7. Ix-xifer ta’ fuq tat-TPL għandu jkun mhux aktar minn 350 mm taħt il-parti tal-istruttura tal-vettura, maqtugħ jew imiss ma’ pjan vertikali tanġentali mal-wiċċ ta’ barra tat-tajers, eskluża kull nefħa viċin l-art, ħlief fil-każi li ġejjin:
|
15.7.1. |
Fejn il-pjan fil-paragrafu 15.7 ma jaqtax l-istruttura tal-vettura, ix-xifer ta’ fuq għandu jkun livell max-xifer tal-pjattaforma li ġġorr it-tagħbija, jew 950 mm mill-art, skont liema jkun l-anqas; |
|
15.7.2. |
Fejn il-pjan fil-paragrafu 15.7 jaqtal-istruttura tal-vettura f’livell ta’ aktar minn 1,3 m il-fuq mill-art, ix-xifer ta’ fuq tat-tgħamir tal-ġenb għandu jkun mhux anqas minn 950 mm maqtugħ mill-art; |
|
15.7.3. |
Fuq vettura speċjalment disinjata u mibnija, u mhux sempliċiment adattata, għall-ġarr ta’ kontejner jew demountable body, ix-xifer ta’ fuq tat-TPL għandu jiġi stabbilit skont il-paragrafi 15.7.1 u 15.7.2, bil-kontejner jew korp jiġi meqjus bħala parti mill-vettura; |
|
15.7.4. |
Fuq vettura mgħammra bi krejn għat-tagħbija, il-ħatt jew operazzjonijiet oħra, li jkollha stazzjon tax-xogħol għall-operatur irmuntat b'mod permanenti jew pjattaforma għat-tħaddim li minnha jkun jista' jiġi kkontrollat il-krejn, ix-xifer ta' fuq tat-TPL jista' jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 12.9.1 u 12.9.2, bl-istazzjon tax-xogħol jew il-pjattaforma tat-tħaddim meqjusa daqslikieku kienu l-pjattaforma li ġġorr il-piż. |
15.8. It-TPL għandhom jiġu rmuntati b'mod sikur; dawn ma għandhomx ikunu suġġetti għall-possibbilità li jinħallu permezz tal-vibrazzjoni fl-użu normali tal-vettura.
15.9. Il-komponenti mwaħħla b'mod permanenti mal-vettura, eż. tajers żejda, kaxxa tal-batterija, tankijiet tal-arja, tankijiet tal-fjuwil, lampi, rifletturi u kaxxi tal-għodda jistgħu jiġu inkorporati f'tagħmir, sakemm dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti dimensjonali ta' din il-parti jew ikunu approvati skont il-Parti I. Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 12.2 jew 14.1 għandhom japplikaw fir-rigward ta' distakki bejn tagħmir protettiv u komponenti mwaħħla b'mod permanenti.
15.10. It-TPL ma għandhomx jintużaw biex jitwaħħlu magħhhom pajpijiet tal-brejk, arja jew idrawliku.
16. DEROGI
16.1. B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, vetturi tat-tipi li ġejjin huma meħtieġa li jikkonformaw biss kif indikat f’kull każ:
|
16.1.1. |
Trejler estendibbli għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 15 meta jkun magħluq fit-tul minimu tiegħu; meta t-trejler jiġi estiż, madankollu, it-TPL għandu jikkonforma biss mal-paragrafi 15.6, 15.7, u 15.8, u jew mal-paragrafu 15.2 jew 15.3, iżda mhux bilfors mat-tnejn li huma; estensjoni ta' trejler ma għandhiex tipproduċi distakki ma' tul it-TPL; |
|
16.1.2. |
Vettura tank, li hija vettura unikament iddisinjata għall-ġarr ta’ sustanza likwida f’tank magħluq permanentement imwaħħal mal-vettura u provdut b’konnessjonijiet ta’ manki jew pajpijiet għat-tagħbija jew ħatt, għandha tkun iffittjata b'tagħmir li jikkonforma sa fejn hu prattiku mal-ħtiġijiet tal-paragrafu 15; konformità stretta tista titneħħa biss fejn il-ħtiġijiet ta’ operazzjoni jagħmlu dan meħtieġ; |
|
16.1.3. |
Fuq vettura fittjata b’saqajn li joħorġu biex jipprovdu stabbilità matul it-tagħbija, ħatt jew operazzjonijiet oħra li għalihom il-vettura hija disinjata, it-TPL għandhom ikunu rranġati bi xquq addizzjonali fejn dawn huma meħtieġa biex jippermettu li joħorġu s-saqajn; |
|
16.1.4. |
Fuq vettura mgħammra b'lashings u punti ta' sigurezza skont ISO 9367-1:1989 jew ISO 9367-2:1994 għal trasportazzjoni fuq l-ilma permezz ta' bastimenti Ro/Ro, għandhom jiġu permessi distakki fi ħdan it-TPL li jaċċettaw li jintiehmeż tagħmir ta' trażżin; |
|
16.1.5. |
Vettura mgħammra bi krejn għat-tagħbija, il-ħatt jew operazzjonijiet oħra li għalihom tkun iddisinjata l-vettura, fejn il-moviment jew l-għeluq tal-krejn jagħmilha imprattikabbli li jitwaħħal TPL, għandha tiġi mgħammra b'TPL li jkun jikkonformi sa kemm ikun prattikabbli mar-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 12; konformità stretta tista titwarrab biss fejn il-ħtiġijiet ta’ operazzjoni jagħmlu dan meħtieġ. |
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Bini ta’ Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2.
(2) 1 għall-Ġermanja, 2 għall-Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi l-Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnja-Ħerzegovina, 32 għal- Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 għall-Kazakistan, 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għall-Azerbajġan, 40 għal Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Unjoni Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha bl-użu tas-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vojta), 56 għall-Montenegro, 57 (vojt) u 58 għat-Tuneżija. In-numri l-oħra għandhom jiġu assenjati lill-pajjiżi l-oħra fl-ordni kronoloġiku li fih jirratifikaw jew jaċċedu għall-Ftehim Dwar l-Adozzjoni tal-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Parts li jistgħu jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kondizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija Abbażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri li jiġu assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim
ANNESS 1
ANNESS 2
EŻEMPJI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
MUDELL A
(ara l-paragrafi 5.1.4 u 5.3.4 ta’ dan ir-Regolament)
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura jew ma’ TPL turi li t-tip tal-vettura, fir-rigward tal-protezzjoni laterali tagħha, ġiet approvata fil-Pajjiżi Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru 73 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 012439, bħala vettura kompluta. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 73 kif emendat mis-serje ta' emendi 01.
MUDELL B
(ara l-paragrafu 5.2.4 ta’ dan ir-Regolament)
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ TPL turi li t-tip ta’ TPL, fir-rigward tal-protezzjoni laterali tagħha, ġiet approvata fil-Pajjiżi Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru 73 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 012439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 73 kif emendat mis-serje ta' emendi 01.
MUDELL C
(ara l-paragrafi 5.1.5 u 5.3.5 ta’ dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernata ġiet approvata fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4), skont ir-Regolamenti Nru 73 u Nru 31 (1). L-ewwel żewġ ċifri tan-numri ta’ approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru. 73 inkluda s-serje ta’ emendi 01 u l-approvazzjoni ngħatat għal vettura kompluta, u r-Regolament Nru. 31 inkluda s-serje ta’ emendi 02.
(1) Dan in-numru tal-aħħar qed jingħata biss bħala eżempju.
ANNESS 3
KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST
1. KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST GĦAT-TPL
|
1.1. |
Fuq talba tal-manifattur it-test jista’ jitwettaq jew:
|
|
1.2. |
Fil-każ tal-paragrafi 1.1.2 u 1.1.3 l-partijiet użati biex jikkollegaw it-TPL ma’ parti mix-xasi jew il-bodi tal-vettura jew mal-bank riġidu tat-testijiet għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk li jintużaw biex jorbtu t-TPL meta jintrama fuq il-vettura. |
2. IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST GĦALL-VETTURI
|
2.1. |
Il-vettura għandha tiġi ppożizzjonata fuq wiċċ orizzontali, riġidu u lixx. |
|
2.2. |
Ir-roti ta’ direzzjoni għandhom jippuntaw dritt ’il quddiem. |
|
2.3. |
It-tajers għandhom jintefħu sal-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura. |
|
2.4. |
Il-vettura, jekk hu meħtieġ li jinkisbu l-forzi meħtieġa tat-test fil-paragrafi 2.8. u 14.4 hawn taħt, tista' titrażżan bi kwalunkwe metodu, dan il-metodu għandu jkun speċifikat mill-manifattur tal-vettura. |
|
2.5. |
Vetturi mgħammra b'sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew tagħmir għall-invellar awtomatiku skont it-tagħbija għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjoni tat-tħaddim normali mhux mgħobbija speċifikata mill-manifattur. |
|
2.6. |
Is-semikarrijiet għandhom jiġu ppożizzjonati b’tali mod li l-pjattaforma tat-tagħbija tkun essenzjalment orizzontali. |