7.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/24


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

L-emendi tal-2010 għar-Regolament Nru 87 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali għal binhar għal vetturi bil-mutur

L-emendi għar-Regolament Nru 87 ippubblikat fil-ĠU L 164, 30.6.2010, p. 46.

Li jinkorporaw:

Is-suppliment 15 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: fid-9 ta’ Diċembru 2010.

Emendi għat-test ewlieni tar-Regolament

Jiddaħħal paragrafu 6.3.3 ġdid, li jgħid:

“6.3.3.

Modulu ta’ sors tad-dawl għandu jkun iddisinjat b’tali mod li irrispettivament mill-użu tal-għodda jew l-għodod, ma jista jiġi skambjat mekkanikament mal-ebda sors sostitwibbli tad-dawl li jkun approvat.”