6.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/6


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-5 ta' Settembru 2012

li taħtar imħallef fil-Qorti Ġenerali

(2012/495/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sur Enzo MOAVERO MILANESI, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Enzo MOAVERO MILANESI, jiġifieri sal-31 ta' Awwissu 2013.

(2)

Ġie propost is-Sur Guido BERARDIS għall-post li sar vakanti.

(3)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Guido BERARDIS għall-qadi tal-funzjonijiet ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Guido BERARDIS huwa b'dan maħtur imħallef fil-Qorti Ġenerali, għall-perijodu mis-7 ta' Settembru 2012 sal-31 ta' Awwissu 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2012.

Il-President

K. KORNELIOU