23.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/3 |
It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aktar verżjoni reċenti tad-dokument tal-istatus TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Regolament Nru 117 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tajers rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar u l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin u/jew ir-reżistenza għall-irrolljar
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
|
Is-serje 02 ta’ emendi — Id-data tad-dħul fis-seħħ: it-30 ta' Jannar 2011 |
|
Rettifika 1 tat-02 serje ta' emendi — Data tad-dħul fis-seħħ: it-30 ta' Jannar 2011 |
|
Rettifika 2 tat-02 serje ta' emendi — Data tad-dħul fis-seħħ: it-22 ta' Ġunju 2011 |
|
Rettifika 3 tat-02 serje ta' emendi — Data tad-dħul fis-seħħ: it-22 ta' Ġunju 2011 |
WERREJ
IR-REGOLAMENT
1. |
L-ambitu |
2. |
Id-definizzjonijiet |
3. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
L-immarkar |
5. |
L-approvazzjoni |
6. |
L-ispeċifikazzjonijiet |
7. |
Il-modifikazzjonijiet tat-tip ta’ tajer pnewmatiku u l-estensjoni tal-approvazzjoni |
8. |
Il-konformità tal-produzzjoni |
9. |
Il-pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
11. |
L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip |
12. |
Id-dispożizzjonijiet tranżitorji |
L-ANNESSI
Anness 1 — |
Komunikazzjoni |
Anness 2 — |
Eżempji ta’ Marki ta’ Approvazzjoni |
Appendiċi 1 — |
L-arranġament tal-Marki ta’ Approvazzjoni |
Appendiċi 2 — |
L-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 117 li tikkoniċidi mal-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 30 jew 54 |
Appendiċi 3 — |
L-estensjonijiet biex ikunu kkombinati l-approvazzjonijiet maħruġa skont ir-Regolament Nru 117, 30 jew 54 |
Appendiċi 4 — |
L-estensjonijiet biex ikunu kkombinati l-approvazzjonijiet maħruġa skont ir-Regolament Nru 117 |
Anness 3 — |
Il-metodu tat-test ta’ sewqan bil-magna mitfija għall-kejl tal-emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajers |
Appendiċi 1 — |
Ir-rapport tat-test |
Anness 4 — |
L-ispeċifikazzjonijiet għas-sit tat-test |
Anness 5 — |
Il-proċedura tat-test biex titkejjel il-qabda fuq l-imxarrab |
Appendiċi 1 — |
Ir-Rapport tat-Test (Adeżjoni fuq superfiċje mxarrba) |
Anness 6 — |
Il-Proċedura tat-Test biex Titkejjel ir-Reżistenza għall-Irrolljar |
Appendiċi 1 — |
It-Tolleranzi tat-Tagħmir tat-Test |
Appendiċi 2 — |
Il-Wisa’ tar-Rimm tal-Kejl |
Appendiċi 3 — |
Ir-Rapport tat-Test u d-Dejta tat-Test (Reżistenza għall-Irrolljar) |
Anness 7 — |
Il-Proċeduri għall-Ittestjar tal-Prestazzjoni fuq il-Borra |
Appendiċi 1 — |
Definizzjoni tal-Piktogramma tas-“Simbolu Alpin” |
Appendiċi 2 — |
Ir-Rapporti tat-Test u d-Dejta tat-Test |
1. L-AMBITU
1.1. |
Dan ir-Regolament japplika għal tajers pnewmatiċi ġodda tal-Klassijiet C1, C2 u C3 b’rigward l-emissjonijiet tal-ħoss u r-reżistenza għall-irrolljar tagħhom kif ukoll għal tajers pnewmatiċi ġodda tal-Klassi C1 b’rigward il-prestazzjoni tal-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin (adeżjoni mal-imxarrab). Madankollu, ma japplikax għal:
|
1.2. |
Il-Partijiet Kontraenti għandhom joħorġu jew jaċċettaw approvazzjonijiet għall-ħoss ta’ rrolljar u/jew għall-adeżjoni mal-imxarrab u/jew għar-reiżistenza għall-irrolljar. |
2. ID-DEFINIZZJONIJIET
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet inklużi fir-Regolamenti Nri 30 u 54, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin.
2.1. “Tip ta’ tajer” tfisser, b’rigward dan ir-Regolament, firxa ta’ tajers li tikkonsisti minn lista ta’ denominazzjonijiet ta’ daqsijiet, ismijiet ta’ marki u deskrizzjonjiet kummerċjali ta’ tajers, li ma jvarjawx f’tali karatteristiċi essenzjali bħal:
(a) |
Isem il-manifattur; |
(b) |
Il-klassi tat-tajer (ara l-paragrafu 2.4); |
(c) |
L-istruttura tat-tajer; |
(d) |
Il-kategorija tal-użu: tajer normali, tajer għall-borra u tajer għal użu speċjali; |
(e) |
Għat-tajers tal-Klassi C1:
|
(f) |
Għat-tajers tal-Klassijiet C2 u C3:
|
(g) |
Id-disinn fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art (ara l-paragrafu 3.2.1). |
2.2. L-“Isem tal-marka” jew id-“Deskrizzjoni kummerċjali” tfisser l-identifikazzjoni tat-tajer kif tingħata mill-manifattur tat-tajer. L-Isem tal-marka jista’ jkun l-istess bħal dak tal-manifattur u d-Deskrizzjoni kummerċjali tista’ tikkoniċidi mat-trejdmark.
2.3. “Emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar” tfisser il-ħoss tal-kuntatt bejn it-tajers f’moviment u l-wiċċ tat-triq.
2.4. Il-“Klassi tat-Tajer” tfisser wieħed mill-iggruppar li ġejjin:
2.4.1. |
Tajers tal-Klassi C1: Tajers li jkunu konformi mar-Regolament Nru 30; |
2.4.2. |
Tajers tal-Klassi C2: Tajers li jkunu konformi mar-Regolament Nru 54 u identifikati minn indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija f’formazzjoni waħda aktar baxx minn jew ta’ 121 u minn simbolu tal-kategorija tal-veloċità ogħla minn jew ugwali għal “N”; |
2.4.3. |
Tajers tal-Klassi C3: Tajers li jkunu konformi mar-Regolament Nru 54 u li jiġu identifikati minn:
|
2.5. “Daqs rappreżentattiv tat-tajer” tfisser id-daqs tat-tajer li jitressaq għat-test deskritt fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar, jew fl-Anness 5 għall-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin jew fl-Anness 6 għar-reżistenza għall-irrolljar, sabiex tkun evalwata l-konformità għall-approvazzjoni tat-tip tat-tip ta’ tajer, jew fl-Anness 7 għall-prestazzjoni fuq il-borra sabiex tkun evalwata l-kategorija tal-użu tal-“borra”.
2.6. “Stepni għal użu temporanju” tfisser tajer differenti minn tajer maħsub biex jitwaħħal fuq kwalunkwe vettura għal kundizzjonijiet normali ta’ sewqan; imma maħsub biss għal użu temporanju f’kundizzjonijiet ristretti ta’ sewqan.
2.7. “Tajers iddisinjati għall-kompetizzjoni” tfisser tajers maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi involuti f’kompetizzjoni sportiva motorizzata u mhux maħsuba għal użu mhux kompetittiv fit-toroq.
2.8. “Tajer normali” tfisser tajer maħsub għal użu normali, ta’ kuljum, fit-toroq.
2.9. “Tajer rinforzat” jew “tajer b’tagħbija żejda” tal-Klassi C1 tfisser struttura ta’ tajer pnewmatiku ddisinjata sabiex iġġorr aktar tagħbija fi pressjoni ogħla ta’ nefħa mit-tagħbija li tinġarr mit-tajer tal-verżjoni standard korrispondenti fil-pressjoni standard ta’ nefħa kif ġie speċifikat fl- ISO 4000-1:2010. (2)
2.10. “Tajer għal trazzjoni” tfisser tajer fil-Klassi C2 jew C3 li jkollu fuqu l-kitba TRACTION (trazzjoni) u li jkun maħsub biex jitwaħħal primarjament mal-fus(ien) tas-sewqan ta’ vettura sabiex tkun massimizzata t-trażmissjoni tal-forza f’diversi ċirkostanzi.
2.11. “Tajer għall-borra” tfisser tajer li d-disinn fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art, il-kompost fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art jew l-istruttura tiegħu huwa primarjament iddisinjat sabiex f’kundizzjonijiet ta’ borra jikseb prestazzjoni aħjar minn dik ta’ tajer normali rigward il-ħila tiegħu li jibda, iżomm jew iwaqqaf il-moviment tal-vettura.
2.12. “Tajer għal użu speċjali” tfisser tajer maħsub għal użu mħallat kemm fit-toroq kif ukoll fuq art imħarbta (off-road) jew għal użu speċjali ieħor. Dawn it-tajers huma primarjament iddisinjati sabiex jibdew u jżomm l-vettura miexja f’kundizzjonijiet ta’ art imħarbta (off-road).
2.13. “Tajer professjonali għal fuq art imħarbta (off-road)” huwa tajer għal użu speċjali primarjament użat għal servizz f’kundizzjonijiet kritiċi ta’ art imħarbta (off-road).
2.14. “Fond tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art” tfisser il-fond tal-kanali prinċipali.
2.14.1. “Kanali prinċipali” tfisser il-kanali wesgħin taċ-ċirkonferenza ppożizzjonati fiż-żona ċentrali tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art, li, fil-każ ta’ tajers ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ trakkijiet ħfief (kummerċjali), għandhom l-indikaturi tad-dannu fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art minħabba l-użu fil-bażi tagħhom.
2.15. “Proporzjon tal-ispazji għall-mimli” tfisser il-proporzjon bejn l-erja tal-ispazji f’superfiċje ta’ referenza u l-erja ta’ dan is-superfiċje ta’ referenza kkalkulata mid-disinn tal-forma.
2.16. “Tajer tat-test standard u ta’ referenza (SRTT)” tfisser tajer li jiġi prodott, ikkontrollat u maħżun skont l-istandard tal-ASTM (is-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u għall-Materjali) E1136–93 (2003) (daqs P195/75R14).
2.17. Il-kejl tal-Qabda fuq l-Imxarrab – Definizzjonijiet speċifiċi
2.17.1. “Adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin” tfisser il-prestazzjoni relattiva tal-ibbrejkjar, fuq superfiċje mxarrba, ta’ vettura tat-test mgħammra bit-tajer kandidat b’paragun ma’ dak tal-istess vettura tat-test mgħammra b’tajer ta’ referenza (SRTT).
2.17.2. “Tajer kandidat” tfisser tajer, rappreżentattiv tat-tip, li jitressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament.
2.17.3. “Tajer ta’ kontroll” tfisser tajer ta’ produzzjoni normali li jintuża sabiex jistabbilixxi l-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab tad-daqsijiet tat-tajers li ma jkunux jistgħu jitwaħħlu fuq l-istess vettura bħat-tajer tat-test standard u ta’ referenza – ara l-paragrafu 2.2.2.16 tal-Anness 5 għal dan ir-Regolament.
2.17.4. L-“indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (“G”)” tfisser il-proporzjon bejn il-prestazzjoni tat-tajer kandidat u l-prestazzjoni tat-tajer tat-test standard u ta’ referenza.
2.17.5 Il-“koeffiċjent tal-akbar forza tal-brejkjiet (“pbfc”)” tfisser il-valur massimu tal-proporzjon tal-forza tal-ibbrejkjar mat-tagħbija vertikali fuq it-tajer qabel ma tiġi llokkjata r-rota.
2.17.6. Id-“diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (“mfdd”)” tfisser id-diċelerazzjoni medja kkalkulata fuq il-bażi tad-distanza mkejla rreġistata meta vettura tiġi diċelerata bejn żewġ veloċitajiet speċifiċi.
2.17.7. L-“għoli tal-igganċjar (ganċ)” tfisser l-għoli meta mkejjel b’mod perpendikulari miċ-ċentru tal-punt ta’ artikulazzjoni tal-igganċjar tal-irmonk tat-trejler jew tal-ganċ sa l-art, meta l-vettura tal-irmonk u t-trejler ikunu igganċjati flimkien. Il-vettura u t-trejler għandhom ikunu weqfin fuq wiċċ pavimentat invell fil-modalità tat-test tagħhom kompluti bit-tajer(s) xieraq(xierqa) li għandu(hom) jintuża(w) fit-test partikolari.
2.18. Il-kejl tar-reżistenza għall-irrolljar – Definizzjonijiet speċifiċi
2.18.1. Ir-reżistenza għall-irrolljar Fr
It-telf ta’ enerġija (jew l-enerġija kkonsmata) għal kull unità ta’ distanza vvjaġġata. (3)
2.18.2. Il-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar Cr
Il-proporzjon tar-reżistenza għall-irrolljar għat-tagħbija fuq it-tajer. (4)
2.18.3. Tajer ġdid tat-test
Tajer li ma ntużax qabel f’rolling deflected test li jgħolli t-temperatura tiegħu ’l fuq minn dik iġġenerata fit-testijiet tar-reżistenza għall-irrolljar, u li ma ġiex espost qabel għal temperatura ogħla minn 40 °C. (5) (6)
2.18.4. It-Tajer ta’ Kontroll tal-Laboratorju
Tajer użat minn laboratorju individwali sabiex jikkontrolla l-imġiba tal-magna bħala funzjoni tal-ħin. (7)
2.18.5. In-nefħa limitata (capped inflation)
Il-proċess li jintefaħ it-tajer u l-pressjoni ta’ nefħa titħalla tinbena, hekk kif it-tajer jiġi msaħħan waqt li qed jitħaddem.
2.18.6. It-telf parassitiku
It-telf tal-enerġija (jew l-enerġija kkonsmata) għal kull unità ta’ distanza eskluż it-telf intern tat-tajer, li jista’ jiġi attribwit lit-telf aerodinamiku tal-elementi differenti tat-tagħmir tat-test li qed iduru, lill-frizzjoni fil-berings u lil sorsi oħrajn ta’ telf sistematiku li jista’ jkun inerenti fil-kejl.
2.18.7. Il-qari tal-iskim test
Tip ta’ kejl tat-telf parassitiku, fejn it-tajer jinżamm jirrollja mingħajr ma jiżloq, filwaqt li t-tagħbija tat-tajer titnaqqas għal livell fejn it-telf tal-enerġija fit-tajer innifsu ikun għoddu żero.
2.18.8. L-Inerzja jew il-Moment tal-Inerzja.
Il-proporzjon tat-torque (kwalunkwe forza jew sistema ta’ forzi li tikkawża jew għandha t-tendenza li tikkawża rotazzjoni) applikat għal oġġett li qed idur għall-aċċelerazzjoni rotazzjonali ta’ dan l-oġġett. (8)
2.18.9. Il-kejl tar-riproduċibbiltà σm
Il-kapaċità ta’ magna li tkejjel ir-reżistenza għall-irrolljar. (9)
3. L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ tajer b’rigward dan ir-Regolament għandha titressaq mill-manifattur tat-tajer jew mir-rappreżentant akkreditat b’mod xieraq tiegħu. Din għandha tispeċifika:
|
3.2. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tkun akkumpanjata (tliet kopji) minn:
|
3.3. |
Fuq it-talba tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, l-applikant għandu jressaq kampjuni ta’ tajers għat-test jew kopji ta’ rapporti tat-test mis-servizzi tekniċi, ikkomunikati skont il-paragrafu 11 ta’ dan ir-Regolament. |
3.4. |
Rigward l-applikazzjoni l-ittestjar jista’ jkun limitat għal għażla tal-agħar każ, fid-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew tas-servizz tekniku magħżul. |
3.5. |
Il-laboratorji u l-faċilitajiet tat-testijiet ta’ manifattur tat-tajers jistgħu jingħażlu bħala laboratorju approvat u waqt kwalunkwe test, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandu jkollha l-possibbiltà li tkun irrappreżentata. |
4. L-IMMARKAR
4.1. |
It-tajers kollha li jikkostitwixxu t-tip ta’ tajer għandhom ikunu mmarkati kif ġie preskritt jew mir-Regolament Nru 30 jew 54, skont kif ikun applikabbli. |
4.2. |
B’mod partikolari, it-tajers għandu jkollhom fuqhom: (10)
|
4.3. |
It-tajers għandhom jipprovdu spazju adegwat għall-marka ta’ approvazzjoni kif jintwera fl-Anness 2 għal dan ir-Regolament. |
4.4. |
Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun ifformata fi jew fuq in-naħa tal-ġenb tat-tajer, għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandha tkun fin-naħa ta’ isfel tat-tajer fuq għall-inqas wieħed mill-ġnub. |
4.4.1. |
Madankollu, fil-każ ta’ tajers identifikati bis-simbolu tal-konfigurazzjoni tal-installazzjoni tat-tajer mar-rimm “A”, l-immarkar jista’ jkun fi kwalunkwe post fuq barra tal-ħajt tal-ġenb tat-tajer. |
5. L-APPROVAZZJONI
5.1. |
Jekk id-daqs rappreżentattiv tat-tajer tat-tip ta’ tajer imressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6 u 7 ta’ aktar ’l isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ tajer. |
5.2. |
Għandu jkun assenjat numru ta’ approvazzjoni lit-tip ta’ tajer approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ta’ tajer ieħor. |
5.3. |
L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni tal-approvazzjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun ikkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament. |
5.3.1. |
Il-manifatturi tat-tajers għandhom il-jedd li jibgħatu applikazzjoni għall-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip għar-rekwiżiti ta’ regolamenti oħrajn rilevanti għat-tip ta’ tajer. F’dak il-każ, kopja tal-komunikazzjoni(jiet) rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip, kif maħruġa mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip rilevanti, għandha tkun mehmuża mal-applikazzjoni għall-estensjoni tal-approvazzjoni. L-applikazzjonijiet kollha għall-estensjoni tal-approvazzjoni(jiet) għandhom jingħataw biss mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun ħarġet l-approvazzjoni oriġinali għat-tajer. |
5.3.1.1. |
Meta tingħata estensjoni tal-approvazzjoni sabiex tkun inkorporata fiċ-ċertifikazzjoni(jiet) tal-formola ta’ komunikazzjoni (ara l-Anness 1 għal dan ir-Regolament) ta’ konformità mar-regolamenti l-oħra, in-numru ta’ approvazzjoni fuq il-formola ta’ komunikazzjoni għandu jkun supplimentat minn suffiss(i) sabiex ikun(u) identifikat(i) r-regolament(i) partkolari u l-preskrizzjonijiet tekniċi li ġew inkorporati mill-estensjoni tal-approvazzjoni. Rigward kull suffiss partikolari, in-numru(i) tal-approvazzjoni tat-tip speċifiku(ċi) u r-Regolament innifsu għandhom jiġu miżjuda mal-paragrafu 9 tal-formola ta’ komunikazzjoni. |
5.3.1.2. |
Il-prefiss għandu jidentifika s-serje ta’ emendi tal-preskrizzjoni dwar il-prestazzjonijiet tat-tajers għar-Regolament rilevanti, eż. 02S2 biex tkun identifikata t-tieni serje ta’ emendi dwar l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer mat-triq fl-istadju 2 jew 02S1WR1 sabiex tkun identifikata t-tieni serje ta’ emendi dwar l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer mat-triq fl-istadju 1, l-adeżjoni tat-tajer fuq superfiċji mxarrbin u r-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 1 (ara l-paragrafu 6.1 għad-definizzjonijiet tal-istadju 1 u tal-istadju 2). Jekk ir-Regolament rilevanti jkun fil-forma oriġinali tiegħu, ma għandha tkun meħtieġa l-ebda identifikazzjoni tas-serje ta’ emendi. |
5.3.2. |
Is-suffissi li ġejjin diġà ġew riżervati sabiex jidentifikaw regolamenti speċifiċi dwar il-parametri tal-prestazzjoni tat-tajers:
Meta jitqies li għall-ispeċifikazzjonijiet tal-ħoss ta’ rrolljar u tar-reżistenza għall-irrolljar fil-paragrafi 6.1 u 6.3 qed jiġu ddefiniti żewġ stadji, S u R għandhom jiġu segwiti jew mis-suffiss “1” għal konformità mal-istadju 1 jew mis-suffiss “2” għal konformità mal-istadju 2. |
5.4. |
Fl-ispazju li jissemma fil-paragrafu 4.3 u skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4.4, ma’ kull daqs ta’ tajer, skont it-tip ta’ tajer approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal marka internazzjonali ta’ approvazzjoni li tikkonsisti minn:
|
5.5. |
Jekk it-tajer ikun konformi mal-approvazzjonijiet tat-tip skont Regolament wieħed jew aktar anness mal-Ftehim fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1 ma hemmx għalfejn jiġi ripetut. F’każ bħal dan, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont tagħhom ngħataw l-approvazzjonijiet fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu ħdejn is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1 ta’ aktar ’il fuq. |
5.6. |
L-Anness 2 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni. |
6. L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET
6.1. Il-limiti tal-emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar, kif imkejla bil-metodu deskritt fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament.
6.1.1. Għat-tajers tal-Klassi C1, il-valur tal-emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar ma għandux jaqbeż il-valuri rilevanti għall-istadju applikabbli mogħtija hawn taħt. Dawn il-valuri jirreferu għall-wisa’ nominali tas-sezzjoni kif tingħata fil-paragrafu 2.17.1.1 tar-Regolament Nru 30:
Stadju 1 |
|
Il-Wisa’ Nominali tas-Sezzjoni |
Il-Limitu dB(A) |
145 u aktar baxxa |
72 |
Aktar minn 145 sa 165 |
73 |
Aktar minn 165 sa 185 |
74 |
Aktar minn 185 sa 215 |
75 |
Aktar minn 215 |
76 |
Il-limiti ta’ hawn fuq għandhom jiġu miżjuda b’1 dB(A) għal tajers b’tagħbija żejda jew għal tajers rinforzati u b’2 dB(A) għal “tajers għal użu speċjali”. |
Stadju 2 |
|
Il-Wisa’ Nominali tas-Sezzjoni |
Il-Limitu dB(A) |
185 u aktar baxxa |
70 |
Aktar minn 185 sa 245 |
71 |
Aktar minn 245 sa 275 |
72 |
Aktar minn 275 |
74 |
Il-limiti ta’ hawn fuq għandhom jiġu miżjuda b’1 dB(A) għat-tajers għall-borra, għat-tajers b’tagħbija żejda jew għat-tajers rinforzati, jew għal kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet. |
6.1.2. Għat-tajers tal-Klassi C2, il-valur tal-emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar b’referenza għall-kategorija tal-użu tiegħu (ara l-paragrafu 2.1 aktar ’il fuq) ma għandux jaqbeż il-valuri rilevanti għall-istadju applikabbli mogħtija hawn taħt:
Stadju 1 |
|
Il-kategorija tal-użu |
Limitu dB(A) |
Normali |
75 |
Borra (*) |
77 |
Speċjali |
78 |
Stadju 2 |
|
Il-kategorija tal-użu |
Limitu dB(A) |
Normali |
72 |
Borra |
73 |
Speċjali |
74 |
Fil-każ ta’ tajers għal trazzjoni, il-limiti ta’ hawn fuq għandhom jiġu miżjuda b’1 dB(A) għall-kategoriji tal-użu normali u speċjali, u b’2 dB(A) għall-kategorija tal-użu għall-borra. |
6.1.3. Għat-tajers tal-Klassi C3, il-valur tal-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar b’referenza għall-kategorija tal-użu tagħhom (ara l-paragrafu 2.1 ta’ aktar ’il fuq) ma għandux jaqbeż il-valuri rilevanti għall-istadju applikabbli mogħtija hawn taħt:
Stadju 1 |
|
Il-kategorija tal-użu |
Limitu dB(A) |
Normali |
76 |
Borra (**) |
78 |
Speċjali |
79 |
Stadju 2 |
|
Il-kategorija tal-użu |
Limitu dB(A) |
Normali |
73 |
Borra |
74 |
Speċjali |
75 |
Fil-każ tat-tajers għal trazzjoni, il-limiti ta’ hawn fuq għandhom jiġu miżjuda b’2 dB(A). |
6.2. Il-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab se tkun ibbażata fuq proċedura li tipparaguna jew il-koeffiċjent tal-akbar forza tal-brejkijet (“pbfc”) jew id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (“mfdd”) mal-valuri miksuba minn tajer tat-test standard u ta’ referenza (SRTT). Il-prestazzjoni relattiva għandha tkun indikata minn indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G).
6.2.1. Għat-tajers tal-Klassi C1, ittestjati skont kwalunkwe waħda mill-proċeduri mogħtija fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament, it-tajer għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
Il-kategorija tal-użu |
L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) |
Tajer għall-borra b’simbolu tal-veloċità (“Q” jew aktar baxx eskluż “H”) li jindika veloċità massima permessibbli mhux akbar minn 160 km/h |
≥ 0,9 |
Tajer għall-borra b’simbolu tal-veloċità (“R” u ogħla, inkluż “H”) li jindika veloċità massima permessibbli akbar minn 160 km/h |
≥ 1,0 |
Tajer normali (tip għat-triq) |
≥ 1,1 |
6.3. Il-limiti tal-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar, kif imkejjel bil-metodu deskritt fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament.
6.3.1. Il-valuri massimi għall-istadju 1 għall-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar ma għandhomx jaqbżu dawn li ġejjin (il-valur f’N/kN huwa ekwivalenti għall-valur f’kg/tunnellata):
Il-klassi tat-tajer |
Il-valur massimu (N/kN) |
C1 |
12,0 |
C2 |
10,5 |
C3 |
8,0 |
Għat-tajers għall-borra, il-limiti għandhom jiġu miżjuda b’1 N/kN. |
6.3.2. Il-valuri massimi għall-istadju 2 għall-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar ma għandhomx jaqbżu dawn li ġejjin (il-valur f’N/kN huwa ekwivalenti għall-valur f’kg/tunnellata):
Il-klassi tat-tajer |
Il-valur massimu (N/kN) |
C1 |
10,5 |
C2 |
9,0 |
C3 |
6,5 |
Għat-tajers għall-borra, il-limiti għandhom jiġu miżjuda b’1 N/kN. |
6.4. Sabiex ikun ikklassifikat fil-kategorija tal-użu “tajer għall-borra”, tajer għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni bbażati fuq metodu ta’ test li permezz tiegħu:
(a) |
id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (“mfdd”) f’test tal-ibbrejkjar, |
(b) |
jew alternattivament, forza ta’ trazzjoni massima jew medja f’test tat-trazzjoni, |
(c) |
jew alternattivament, l-aċċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ f’test tal-aċċelerazzjoni (13) ta’ tajer kandidat tiġi pparagunata ma’ dik ta’ tajer standard u ta’ referenza. |
Il-prestazzjoni relattiva għandha tkun indikata minn indiċi tal-borra.
6.4.1 Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tat-tajers fuq il-borra
6.4.1.1. It-tajers tal-Klassijiet C1 u C2
Il-valur minimu tal-indiċi tal-borra, kif ġie kkalkulat fil-proċedura deskritta fl-Anness 7 u pparagunat mal-SRTT għandu jkun kif ġej:
Il-klassi tat-tajer |
L-indiċi tal-prestazzjoni fuq il-borra (il-metodu tal-brejk fuq il-borra) (14) |
L-indiċi tal-prestazzjoni fuq il-borra (il-metodu tat-trazzjoni tat-tidwir (spin traction)) (15) |
C1 |
1,07 |
1,10 |
C2 |
M.A. |
1,10 |
6.5. Sabiex ikun ikklassifikat bħala “tajer għal trazzjoni”, tajer għandu jissodisfa mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet tal-paragrafu 6.5.1 ta’ hawn taħt.
6.5.1. It-tajer għandu jkollu disinn fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art b’mill-inqas żewġ strixxi maċ-ċirkonferenza, b’kull waħda jkun fiha minimu ta’ 30 element li jixbaħ lil blokka, separati minn kanali u/jew minn elementi ta’ kanali biex it-tajer jaqbad aktar li l-fond tagħhom (sipe) irid ikun mill-inqas nofs il-fond tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art. L-użu ta’ għażla alternattiva ta’ test fiżiku tapplika biss fi stadju ulterjuri wara emenda oħra tar-Regolament inkluża referenza għall-metodi ta’ ttestjar u valuri limitanti xierqa.
6.6. Sabiex ikun ikklassifikat bħala “tajer għal użu speċjali”, tajer għandu jkollu disinn fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art f’forma ta’ blokka fejn il-blokki jkunu akbar u spazjati b’mod aktar wiesa’ milli fit-tajers normali u jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
Għat-tajers tal-Klassi C1: fond tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art ≥ 11 mm u proporzjon tal-ispazji għall-mimli ≥ 35 % |
|
Għat-tajers tal-Klassi C2: fond tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art ≥ 11 mm u proporzjon tal-ispazji għall-mimli ≥ 35 % |
|
Għat-tajers tal-Klassi C3: fond tal-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art ≥ 16 mm u proporzjon tal-ispazji għall-mimli ≥ 35 % |
6.7. Sabiex ikun ikklassifikat bħala “tajer professjonali għal fuq art imħarbta (off-road)”, tajer għandu jkollu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a) |
Għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2:
|
(b) |
Għat-tajers tal-Klassi C3:
|
7. IL-MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA’ TAJER PNEWMATIKU U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
7.1. |
Kull modifikazzjoni tat-tip ta’ tajer li tista’ tinfluwenza l-karatteristiċi tal-prestazzjoni approvati skont dan ir-Regolament, għandha tkun innotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ tajer. L-awtorità tista’ jew:
|
8. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:
8.1. |
Kwalunkwe tajer approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun immanifatturat b’tali mod li jkun konformi mal-karatteristiċi tal-prestazzjoni tat-tip ta’ tajer approvat u jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta’ aktar ’il fuq; |
8.2. |
Sabiex tkun ivverifikata l-konformità kif ġie preskritt fil-paragrafu 8.1 ta’ aktar ’il fuq, mill-produzzjoni serjali għandu jittieħed kampjun mhux sistematiku ta’ tajers li jkollhom fuqhom il-marka ta’ approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament. Il-frekwenza normali ta’ verifika tal-konformità tal-produzzjoni għandha tkun mill-inqas ta’ darba kull sentejn;
|
8.3. |
Għandu jitqies li l-produzzjoni kienet konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jekk il-livelli mkejla jkunu konformi mal-limiti preskritti fil-paragrafu 6.1 ta’ aktar ’il fuq, b’konċessjoni addizzjonali ta’ + 1 dB(A) għall-varjazzjonijiet possibbli fil-produzzjoni tal-massa. |
8.4. |
Għandu jitqies li l-produzzjoni kienet konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jekk il-livelli mkejla jkunu konformi mal-limiti preskritti fil-paragrafu 6.3 ta’ aktar ’il fuq, b’konċessjoni addizzjonali ta’ + 0,3 N/kN għall-varjazzjonijiet possibbli fil-produzzjoni tal-massa. |
9. IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. |
L-approvazzjoni mogħtija rigward tip ta’ tajer skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8 ta’ aktar ’il fuq, jew jekk kwalunkwe tajer tat-tip ta’ tajer jaqbeż il-limiti mogħtija fil-paragrafu 8.3 jew 8.4 ta’ aktar ’il fuq. |
9.2. |
Jekk Parti għall-Ftehim, li tapplika dan ir-Regolament, tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, hija għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ approvazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament. |
10. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX
Jekk id-detentur ta’ aprovazzjoni jieqaf għalkollox mill-manifattura ta’ tip ta’ tajer pnewmatiku approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.
11. L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITÀ TAL-APPROVAZZJONI
Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti, l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi li jwettqu t-testijiet ta’ approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni ta’ approvazzjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni, li jkunu nħarġu f’pajjiżi oħra.
12. ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
12.1. |
Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni ECE għal tip ta’ tajer skont dan ir-Regolament jekk it-tajer ikun konformi mar-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi, inklużi r-rekwiżiti tal-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1 jew fl-istadju 2 stabbiliti fil-paragrafi 6.1.1 sa 6.1.3, ir-rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab stabbiliti fil-paragrafu 6.2.1, u r-rekwiżiti tar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 1 jew fl-istadju 2 stabbiliti fil-paragrafu 6.3.1 jew 6.3.2. |
12.2. |
Mill-1 ta’ Novembru 2012, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni ECE jekk it-tip ta’ tajer li għandu jiġi approvat ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02 ta’ emendi, u barra minn hekk, għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni ECE jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti tal-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2 stabbiliti fil-paragrafi 6.1.1 sa 6.1.3, mar-rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab stabbiliti fil-paragrafu 6.2.1, u mar-rekwiżiti tar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 1 stabbiliti fil-paragrafu 6.3.1. |
12.3. |
Mill-1 ta’ Novembru 2014, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jippermettu l-bejgħ jew id-dħul f’servizz ta’ tajer li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02, u li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02 ta’ emendi, inklużi r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab stabbiliti fil-paragrafu 6.2. |
12.4. |
Mill-1 ta’ Novembru 2016, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni ECE jekk it-tip ta’ tajer li għandu jiġi approvat ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02 ta’ emendi, inklużi r-rekwiżiti tar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 2 stabbiliti fil-paragrafu 6.3.2. |
12.5. |
Mill-1 ta’ Novembru 2016, kwalunkwe Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament tista’ tirrifjuta li tippermetti l-bejgħ jew id-dħul f’servizz ta’ tajer li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02, u li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2 stabbiliti fil-paragrafi 6.1.1 sa 6.1.3. |
12.6. |
Mid-dati mogħtija hawn taħt, kwalunkwe Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament tista’ tirrifjuta li tippermetti l-bejgħ jew id-dħul f’servizz ta’ tajer li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02, u li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 1 stabbiliti fil-paragrafu 6.3.1:
|
12.7. |
Mid-dati mogħtija hawn taħt, kwalunkwe Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament tista’ tirrifjuta li tippermetti l-bejgħ jew id-dħul f’servizz ta’ tajer li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif ġie emendat bis-serje 02, u li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 2 stabbiliti fil-paragrafu 6.3.2:
|
(1) Kif imfisser fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument TRANS/WP.29/78/Rev. 2, para 2.
(2) It-tajers tal-Klassi C1 jikkorrispondu għat-“tajers tal-karozzi tal-passiġġieri” fl-ISO 4000-1:2010.
(3) L-unità tas-Sistema Internazzjonali tal-Unitajiet (SI) użata b’mod konvenzjonali għar-reżistenza għall-irrolljar hija l-metru-newton għal kull metru (newton-meter per meter), li hija ekwivalenti għal forza ta’ ġbid fi newton.
(4) Ir-reżistenza għall-irrolljar hija espressa fi newton u t-tagħbija hija espressa f’kilo-newton. Il-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar ma għandux dimensjonijiet.
(5) Id-definizzjoni ta’ tajer ġdid tat-test hija meħtieġa sabiex titnaqqas il-varjazzjoni potenzjali fid-dejta u d-dispersjoni potenzjali minħabba l-effetti taż-żmien li jgħaddi minn fuq it-tajer.
(6) Huwa permissibbli li tiġi ripetuta proċedura ta’ test aċċettata.
(7) Eżempju ta’ mġiba ta’ magna huwa d-drift (bidla bil-mod mhix ikkontrollata f’xi karatteristika operattiva ta’ biċċa tagħmir).
(8) L-oġġett li qed idur jista’ jkun, pereżempju, assemblaġġ ta’ tajer jew drum ta’ magna.
(9) Ir-reprodoċibbiltà tal-kejl σm għandha tiġi stimata billi jittkejlu n drabi (fejn n ≥ 3), fuq tajer wieħed, il-proċedura sħiħa hija mfissra fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 kif ġej:
Fejn:
j |
= |
l-għadd minn 1 sa n għan-numru ta' ripetizzjonijiet ta' kull kejl għal tajer partikolari |
n |
= |
in-numru ta' ripetizzjonijiet ta' kejl tat-tajer (n ≥ 3) |
(10) Uħud minn dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu speċifikati separatament fir-Regolament Nru 30 jew 54.
(11) L-għoli minimu tal-immarkar: irreferi għad-dimensjoni C fl-Anness 3 għar-Regolament Nru 54.
(12) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument TRANS/WP.29/78/Rev.2.
(*) il-valur ta’ limitu japplika wkoll għat-tajers immarkati M+S biss.
(**) Il-limitu japplika wkoll għat-tajers immarkati M+S biss.
(13) Din il-proċedura ta’ test qed tiġi żviluppata.
(14) Ara l-paragrafu 3 tal-Anness 7 għal dan ir-Regolament.
(15) Ara l-paragrafu 2 tal-Anness 7 għal dan ir-Regolament.
ANNESS 2
EŻEMPJI TA’ MARKI TA’ APPROVAZZJONI
Appendiċi 1
L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TA’ APPROVAZZJONI
(Ara l-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament)
Approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 117
Eżempju 1
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq, imwaħħla fuq tajer pnewmatiku, turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 (immarkat b’S2 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2) biss), bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.
Eżempju 2
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 (immarkat b’S1 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1), b’W (adeżjoni mal-imxarrab), u b’R1 (reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 1) bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għal S1WR1. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.
Appendiċi 2
L-APPROVAZZJONI SKONT IR-REGOLAMENT Nru 117 LI TIKKONIĊIDI MAL-APPROVAZZJONI SKONT IR-REGOLAMENT Nru 30 JEW 54 (1)
Eżempju 1
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 (immarkat b’S2 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2)), bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345 u skont ir-Regolament Nru 30, bin-numru ta’ approvazzjoni 0236378. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont is-serje 02 ta’ emendi u li r-Regolament Nru 30 kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi.
Eżempju 2
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 (immarkat b’S2WR2 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2, adeżjoni mal-imxarrab u reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 2)), bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345 u skont ir-Regolament Nru 30 bin-numru ta’ approvazzjoni 0236378. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont is-serje 02 ta’ emendi u li r-Regolament Nru 30 kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi.
Eżempju 3
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 u skont is-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345 (immarkat b’S2), u skont ir-Regolament Nru 54. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għall-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2 (S2). L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni tar-Regolament Nru 117 (02) flimkien mal-“S2” jindikaw li l-ewwel approvazzjoni ngħatat skont ir-Regolament Nru 117 li kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni tar-Regolament Nru 54 (00) jindikaw li dan ir-Regolament kien fil-forma oriġinali tiegħu.
Eżempju 4
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 u s-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345 (immarkat b’S2R2), u skont ir-Regolament Nru 54. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għall-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2 (S2) u għar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 2 (R2). L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni tar-Regolament Nru 117 (02) flimkien mal-“S2R2” jindikaw li l-ewwel approvazzjoni ngħatat skont ir-Regolament Nru 117 li kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni tar-Regolament Nru 54 (00) jindikaw li dan ir-Regolament kien fil-forma oriġinali tiegħu.
Appendiċi 3
L-ESTENSJONIJIET BIEX IKUNU KKOMBINATI L-APPROVAZZJONIJIET MAĦRUĠA SKONT IR-REGOLAMENT Nri 117, 30 JEW 54 (2)
Eżempju 1
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat, għall-ewwel, fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 30 u skont is-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0236378. It-tajer huwa mmarkat ukoll b’+ 02S1 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1) li tindika li l-approvazzjoni tiegħu ġiet estiża skont ir-Regolament Nru 117 (is-serje 02 ta’ emendi). L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-Regolament Nru 30 (is-serje 02 ta’ emendi). Is-sinjal ta’ żieda (+) jindika li l-ewwel approvazzjoni ngħatat skont ir-Regolament Nru 30 u kienet estiża biex tinkludi l-approvazzjoni(jiet) mogħtija skont ir-Regolament Nru 117 (is-serje 02 ta’ emendi) għall-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1.
Eżempju 2
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat, għall-ewwel, fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 30 u skont is-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0236378. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għal S1 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1), W (adeżjoni mal-imxarrab) u R2 (reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 2). L-S1WR2 ippreċeduta minn (02) tindika li l-approvazzjoni tat-tajer ġiet estiża skont ir-Regolament Nru 117 li kien jinkludi s-serje 02 ta’emendi. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni (02) jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-Regolament Nru 30 (is-serje 02 ta’ emendi). Is-sinjal ta’ żieda (+) jindika li l-ewwel approvazzjoni ngħatat skont ir-Regolament Nru 30 u ġiet estiża biex tinkludi l-approvazzjoni(jiet) skont ir-Regolament Nru 117 (is-serje 02 ta’ emendi).
Appendiċi 4
L-ESTENSJONIJIET BIEX IKUNU KKOMBINATI L-APPROVAZZJONIJIET MAĦRUĠA SKONT IR-REGOLAMENT Nru 117 (3)
Eżempju 1
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat, għall-ewwel, fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 u skont is-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għal W (qabda fuq l-imxarrab). L-S2R2 ippreċeduta minn + tindika li l-approvazzjoni tat-tajer ġiet estiża skont ir-Regolament Nru 117 għall-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 2 u għar-reżistenza għall-irrolljar fl-istadju 2 fuq il-bażi ta’ ċertifikat(i) separat(i).
Eżempju 2
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat, għall-ewwel, fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 u skont is-serje 02 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0212345. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għal S1 (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1) u għal W (qabda fuq l-imxarrab). L-R1 ippreċeduta minn + tindika li l-approvazzjoni tat-tajer ġiet estiża skont ir-Regolament Nru 117 għall-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1 fuq il-bażi ta’ ċertifikat(i) separat(i).
Eżempju 3
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq turi li t-tajer ikkonċernat kien approvat, għall-ewwel, fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 117 u skont is-serje 01 ta’ emendi bin-numru ta’ approvazzjoni 0167890. Dan jindika li l-approvazzjoni hija għal S (ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1) u għal W (qabda fuq l-imxarrab). L-02R1 ippreċeduta minn + tindika li l-approvazzjoni tat-tajer ġiet estiża skont ir-Regolament Nru 117 u skont is-serje 02 ta’ emendi għall-ħoss ta’ rrolljar fl-istadju 1 fuq il-bażi ta’ ċertifikat(i) separat(i).
(1) L-approvazzjonijiet skont ir-Regolament Nru 117 għat-tajers fl-ambitu tar-Regolament Nru 54 bħalissa ma jinkludux ir-rekwiżiti tal-adeżjoni mal-imxarrab.
(2) L-approvazzjonijiet skont ir-Regolament Nru 117 għat-tajers fl-ambitu tar-Regolament Nru 54 bħalissa ma jinkludux ir-rekwiżiti tal-adeżjoni mal-imxarrab.
(3) L-approvazzjonijiet skont ir-Regolament Nru 117 għat-tajers fl-ambitu tar-Regolament Nru 54 bħalissa ma jinkludux ir-rekwiżiti tal-adeżjoni mal-imxarrab.
ANNESS 3
IL-METODU TAT-TEST TA’ SEWQAN BIL-MAGNA MITFIJA (COAST-BY) BIEX TITKEJJEL L-EMISSJONI TA’ ĦOSS TA’ RROLLJAR TAT-TAJER
0. INTRODUZZJONI
Il-metodu ppreżentat jinkludi speċifikazzjonijiet dwar l-istrumenti tal-kejl, il-kundizzjonijiet tal-kejl u l-metodu tal-kejl, sabiex jintlaħaq il-livell ta’ ħoss ta’ sett ta’ tajers immuntati fuq vettura tat-test li jirrolljaw fuq superfiċje speċifikata tat-triq. Il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss għandu jiġi rrekordjat meta l-vettura tkun bil-magna mitfija, permezz ta’ mikrofoni mqiegħda ’l bogħod; ir-riżultat finali għal veloċità ta’ referenza jinkiseb minn analiżi ta’ rigressjoni lineari. Tali riżultati tat-test ma jistgħux ikunu relatati ma’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer imkejjel waqt aċċelerazzjoni b’saħħa jew waqt diċelerazzjoni bil-brejkijiet.
1. L-ISTRUMENTI TAL-KEJL
1.1. Il-kejl akustiku
Il-miter tal-livell ta’ ħoss jew is-sistema ekwivalenti ta’ kejl, inkluż il-windksrin rakkomandat mill-manifattur, għandu jissodisfa jew jkun aħjar mir-rekwiżiti ta’ strumenti tat-Tip 1 skont l-IEC 60651:1979/A1:1993, it-tieni edizzjoni.
Il-kejl għandu jittieħed billi tintuża d-differenzazzjoni tal-frekwenza A u d-differenzazzjoni tal-ħin F.
Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell ta’ ħoss differenzjat A, għandu jittieħed qari f’intervall ta’ ħin li ma jkunx akbar minn 30 ms.
1.1.1. Il-kalibrazzjoni
Fil-bidu u fi tmiem kull sessjoni ta’ kejl, is-sistema kollha tal-kejl għandha tiġi kkontrollata permezz ta’ kalibratur tal-ħoss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss ta’ preċiżjoni, mill-inqas, tal-Klassi 1 skont l-IEC 60942:1988. Bla ebda aġġustament ulterjuri, id-differenzi bejn il-qari ta’ żewġ kontrolli konsekuttivi għandha tkun inqas minn jew ta’ 0.5 dB. Jekk dan il-valur jinqabeż, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-kontroll sodisfaċenti preċedenti għandhom jitwarrbu.
1.1.2. Il-konformità mar-rekwiżiti
Il-konformità tal-apparat ta’ kalibrazzjoni tal-ħsejjes mar-rekwiżiti tal-IEC 60942:1988 għandha tkun ivverifikata darba fis-sena u l-konformità tas-sistema ta’ strumentazzjoni mar-rekwiżiti tal-IEC 60651:1979/A1:1993, it-tieni edizzjoni, għandha tkun ivverifikata mill-inqas kull sentejn, minn laboratorju li jkun awtorizzat iwettaq kalibrazzjonijiet traċċabbli għall-istandards xierqa.
1.1.3. Il-pożizzjonament tal-mikrofonu
Il-mikrofonu (jew il-mikrofoni) għandu(hom) ikun(u) qiegħed(qegħdin) f’distanza ta’ 7.5 ± 0.05 m mil-linja ta’ referenza tal-mogħdija CC' (Figura 1) u 1.2 ± 0.02 m ’il fuq mill-art. L-assi tas-sensittività massima tiegħu għandu jkun orizzontali u perpendikulari għall-mogħdija tal-vettura (linja CC').
1.2. Il-kejl tal-veloċità
Il-veloċità tal-vettura għandha titkejjel bi strumenti li jkollhom preċiżjoni ta’ ± 1 km/h jew aħjar meta t-tarf ta’ quddiem tal-vettura jkun laħaq il-linja PP (Figura 1).
1.3. Il-kejl tat-temperatura
Il-kejl tal-arja kif ukoll tat-temperatura tas-superfiċje tat-test huwa mandatorju.
L-apparati tal-kejl tat-temperatura għandhom ikunu preċiż sa ± 1 °C.
1.3.1. It-temperatura tal-arja
Is-sensur tat-temperatura għandu jiġi ppożizzjonat f’post mhux ostakolat qrib il-mikrofonu b’tali mod li jkun espost għall-fluss tal-arja u protett mir-radjazzjoni solari diretta. Tal-aħħar jista’ jinkiseb bi kwalunkwe skrin li jitfa’ d-dell jew b’apparat simili. Is-sensur għandu jkun ippożizzjonat f’għoli ta’ 1.2 ± 0.1 ’il fuq mil-livell tas-superfiċje tat-test, sabiex tkun minimizzata l-influwenza tar-radjazzjoni termali tas-superfiċje tat-test fi flussi baxxi tal-arja.
1.3.2. It-temperatura tas-superfiċje tat-test
Is-sensur tat-temperatura għandu jiġi ppożizzjonat f’post fejn it-temperatura mkejla tkun rappreżentattiva tat-temperatura fil-mogħdijiet tar-roti, mingħajr ma jinterferixxi fil-kejl tal-ħsejjes.
Jekk jintuża strument b’sensur tat-temperatura ta’ kuntatt, bejn is-superfiċje u s-sensur għandu jiġi applikat pejst konduttiv għas-sħana sabiex ikun żgurat kuntatt termali adegwat.
Jekk jintuża termometru tar-radjazzjoni (pirometru), l-għoli għandu jintgħażel sabiex ikun żgurat li jkun kopert punt ta’ kejl b’dijametru ta’ ≥ 0.1 m.
1.4. Il-kejl tar-riħ
L-apparat għandu jkun kapaċi jkejjel il-veloċità tar-riħ b’tolleranza ta’ ± 1 m/s. Ir-riħ għandu jitkejjel fl-għoli tal-mikrofonu. Għandha tiġi rreġistrata d-direzzjoni tar-riħ b’referenza għad-direzzjoni tas-sewqan.
2. IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-KEJL
2.1. Is-sit tat-test
Is-sit tat-test għandu jikkonsisti f’sezzjoni ċentrali mdawra minn żona tat-test sostanzjalment ċatta. Is-sezzjoni tal-kejl għandha tkun invell; is-superfiċje tat-test għandha tkun niexfa u nadifa għall-kejl kollu. Is-superfiċje tat-test ma għandhiex titberred artifiċjalment matul jew qabel l-ittestjar.
Il-mogħdija tat-test għandha tkun tali li l-kundizzjonijiet ta’ kamp akustiku ħieles bejn is-sors tal-ħoss u l-mikrofonu tinkiseb sa 1 dB(A). Għandu jitqies li dawn il-kundizzjonijiet ġew sodisfatti jekk ma jkun hemm l-ebda oġġett kbir li jirrifletti l-ħsejjes, bħal xatbiet, ġebel, pontijiet jew bini f’50 m miċ-ċentru tas-sezzjoni tal-kejl. Is-superfiċje tal-mogħdija tat-test u d-dimensjonijiet tas-sit tat-test għandhom ikunu skont l-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.
Parti ċentrali b’radju ta’ mill-inqas 10 m għandha tkun ħielsa minn borra f’forma ta’ trab, ħaxix tawwali, ħamrija mhux magħquda, irmied jew simili. Ma għandu jikun hemm l-ebda ostaklu li jista’ jaffettwa l-kamp akustiku fil-viċinanzi tal-mikrofonu u l-ebda persuna ma għandha tkun wieqfa bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-operatur li jwettaq il-kejl u kwalunkwe osservatur li jieħu ħsieb il-kejl għandhom jippożizzjonaw lilhom infushom b’tali mod li ma jaffettwawx il-qari tal-istrumenti tal-kejl.
2.2. Il-kundizzjonijiet metereoloġiċi
Il-kejl ma għandux isir f’kundizzjonijiet atmosferiċi ħżiena. Għandu jkun żgurat li r-riżultati ma jiġux affettwati minn buffuri ta’ riħ. L-ittestjar ma għandux jitwettaq jekk il-veloċità tar-riħ fl-għoli tal-mikrofonu taqbeż il-5 m/s.
Il-kejl ma għandux isir jekk it-temperatura tal-arja tkun aktar baxxa minn 5 °C jew ogħla minn 40 °C jew jekk it-temperatura tas-superfiċje tat-test tkun aktar baxxa minn 5 °C jew ogħla minn 50 °C.
2.3. Il-ħoss ambjentali
2.3.1. Il-livell tal-ħsejjes fl-isfond (inkluż kwalunkwe ħoss mir-riħ) għandu jkun ta’ mill-inqas 10 dB(A) inqas mill-emissjoni ta’ ħoss ta’ rrolljar imkejjel tat-tajer. Mal-mikrofonu jista’ jitwaħħal windskrin adattat sakemm jitqies l-effett li jkollu fuq is-sensittiva u fuq il-karatteristiċi direzzjonali tal-mikrofonu.
2.3.2. Kwalunkwe kejl affettwat mill-ogħla livell ta’ ħoss li jidher li ma jkunx relatat mal-karatteristiċi tal-livell ġenerali tal-ħoss, għandu jiġi injorat.
2.4. Ir-rekwiżiti tal-vettura tat-test
2.4.1. Ġenerali
Il-vettura tat-test għandha tkun vettura bil-mutur u għandha tkun mgħammra b’erba’tajers waħdanija fuq żewġ fusien biss.
2.4.2. It-tagħbija tal-vettura
Il-vettura għandha tkun mgħobbija b’tali mod li tkun konformi mat-tagħbiji tat-tajer tat-test kif ġew speċifikati fil-paragrafu 2.5.2 ta’ aktar ’l isfel.
2.4.3. Id-distanza bejn il-fus tar-rota ta’ quddiem u dak ta’ wara (wheelbase)
Id-distanza bejn iż-żewġ fusien li fuqhom twaħħlu t-tajers tat-test għat-tajers tal-Klassi C1 għandha tkun ta’ inqas minn 3.50 m u għat-tajers tal-Klassi C2 u tal-Klassi C3 għandha tkun ta’ inqas minn 5 m.
2.4.4. Il-miżuri sabiex tkun minimizzata l-influwenza tal-vettura fuq il-kejl tal-livell tal-ħoss
Sabiex ikun żgurat li l-ħoss ta’ rrolljar tat-tajer ma jkunx affettwat b’mod sinifikanti mid-disinn tal-vettura tat-test, qed jingħataw ir-rekwiżiti u r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin.
2.4.4.1. |
Ir-rekwiżiti:
|
2.4.4.2. |
Ir-rakkomandazzjonijiet sabiex ikun evitat storbju parassitiku:
|
2.5. It-tajers
2.5.1. Ġenerali
Fuq il-vettura tat-test għandhom jitwaħħlu erba’ tajers identiċi. Fil-każ ta’ tajers b’indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija akbar minn 121 u bla ebda indikazzjoni ta’ twaħħil doppju, tnejn minn dawn it-tajers, tal-istess tip u firxa, għandhom jitwaħħlu fuq il-fus ta’ wara tal-vettura tat-test; il-fus ta’ quddiem għandhom jitwaħħlulu tajers ta’ daqs adattat għat-tagħbija fuq il-fus u mraqqa sal-fond minimu sabiex tkun minimizzata l-influwenza tal-istorbju ta’ kuntatt tat-tajer mat-triq filwaqt li jinżamm livell xieraq ta’ sikurezza. It-tajers xitwin, li f’ċerti Partijiet Kontraenti jistgħu jkunu mgħammra b’tappieri maħsuba sabiex ikabbru l-frizzjoni, għandhom ikunu ttestjati mingħajr dan it-tagħmir. It-tajers b’rekwiżiti speċjali għat-twaħħil għandhom ikunu ttestjati skont dawn ir-rekwiżiti (eż. id-direzzjoni tat-tidwir). It-tajers għandu jkollhom fond sħiħ fil-kompożizzjoni tal-parti tat-tajer li tmiss l-art qabel ma jibdew jitħaddmu.
It-tajers għandhom jiġu ttestjati fuq rimmijiet permessi mill-manifattur tat-tajers.
2.5.2. It-tagħbiji tat-tajers
It-tagħbija tat-test Qt għal kull tajer fuq il-vettura tat-test għandha tkun ta’ bejn 50 % u 90 % tat-tagħbija ta’ referenza Qr, imma t-tagħbija medja tat-test Qt,avr tat-tajers kollha għandha tkun ta’ 75 ± 5 % tat-tagħbija ta’ referenza Qr.
Għat-tajers kollha, it-tagħbija ta’ referenza Qr tikkorrispondi għall-massa massima assoċjata mal-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija tat-tajer. Fil-każ fejn l-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija jkun magħmul minn żewġ numri diviżi minn linja dijagonali (/), għandha ssir referenza għall-ewwel numru.
2.5.3. Il-pressjoni ta’ nefħa tat-tajer
Kull tajer imwaħħal fuq il-vettura tat-test għandu jkollu pressjoni tat-test Pt li ma tkunx ogħla mill-pressjoni ta’ referenza Pr u fl-intervall:
Għall-Klassi C2 u għall-Klassi C3, il-pressjoni ta’ referenza Pr hija l-pressjoni li tikkorrispondi għall-indiċi tal-pressjoni mmarkat fuq in-naħa tal-ġenb.
Għall-Klassi C1, il-pressjoni ta’ referenza hija Pr = 250 kPa għat-tajers “standard” u 290 kPa għat-tajers “rinforzati” jew “tagħbija żejda”; il-pressjoni minima tat-test għandha tkun ta’ Pt = 150 kPa.
2.5.4. It-tħejjijiet qabel l-ittestjar
It-tajers għandhom jitħaddmu (“run-in”) qabel l-ittestjar sabiex jitneħħew l-għeqiedi tal-komposti jew karatteristiċi oħrajn tad-disinn tat-tajer li jirriżultaw mill-proċess tal-għoti tal-forma. Normalment, dan jeħtieġ l-ekwivalenti ta’ madwar 100 km ta’ użu normali fit-triq.
It-tajers imwaħħla fuq il-vettura tat-test għandhom iduru fl-istess direzzjoni bħala meta jitħaddmu fil-bidu.
Qabel l-ittestjar, it-tajers għandhom jissaħħnu billi jitħaddmu f’kundizzjonijiet tat-test.
3. IL-METODU TAL-ITTESTJAR
3.1. Il-kundizzjonijiet ġenerali
Għall-kejl kollu, il-vettura għandha tinsaq f’linja dritt tul is-sezzjoni tal-kejl (AA' sa BB') b’tali mod li l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ikun mill-aktar qrib possibbli tal-linja CC'.
Meta t-tarf ta’ quddiem tal-vettura tat-test ikun laħaq il-linja AA', is-sewwieq tal-vettura għandu jkun qiegħed lis-selettur tal-gerijiet f’pożizzjoni newtrali u tefa’ l-magna. Jekk waqt il-kejl il-vettura tat-test tagħmel ħsejjes mhux normali (eż. ventilatur, self-ignixin), it-test għandu jiġi injorat.
3.2. In-natura u n-numru ta’ kejl
Il-livell massimu ta’ ħoss espress f’deċibels differenzjati A (dB(A)) għandu jitkejjel sa l-ewwel post deċimali hekk kif il-vettura tkun għaddejja bil-magna mitfija bejn il-linji AA' u BB' (Figura 1 – it-tarf ta’ quddiem tal-vettura fuq il-linja AA', it-tarf ta’ wara tal-vettura fuq il-linja BB'). Dan il-valur se jikkostitwixxi r-riżultat tal-kejl.
Il-kejl għandu jsir mill-inqas erba’ darbiet fuq kull naħa tal-vettura tat-test b’veloċitajiet tat-test aktar baxxi mill-veloċità ta’ referenza speċifikata fil-paragrafu 4.1 u għandu jsir kejl għal mill-inqas erba’ darbiet b’veloċitajiet tat-test ogħla mill-veloċità ta’ referenza. Bejn wieħed u ieħor, il-veloċitajiet għandhom ikunu spazjati ndaqs tul il-firxa tal-veloċitajiet speċifikata fil-paragrafu 3.3.
3.3. Il-firxa tal-veloċitajiet tat-test
Il-veloċitajiet tal-vettura tat-test għandhom ikunu fil-firxa:
(a) |
Minn 70 sa 90 km/h għat-tajers tal-Klassi C1 u tal-Klassi C2; |
(b) |
Minn 60 sa 80 km/h għat-tajers tal-Klassi C3. |
4. L-INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI
Il-kejl ma għandux ikun validu jekk tkun irreġistrata diskrepanza mhux normali bejn il-valuri (ara l-paragrafu 2.3.2 ta’ dan l-anness).
4.1. Id-determinazzjoni tar-riżultat tat-test
Il-veloċità ta’ referenza Vref li tintuża sabiex ikun iddeterminat ir-riżultat finali se tkun ta’:
(a) |
80 km/h għat-tajers tal-Klassi C1 u tal-Klassi C2; |
(b) |
70 km/h għat-tajers tal-Klassi C3. |
4.2. L-analiżi ta’ rigressjoni għall-kejl ta’ ħoss ta’ rrolljar
Il-livell ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer mat-triq LR f’dB(A) jiġi ddeterminat b’analiżi ta’ rigressjoni skont:
fejn:
|
hija l-valur intermedju tal-livelli ta’ ħoss ta’ rrolljar Li, imkejla f’db(A): n hija n-numru ta’ kejl (n ≥ 16), |
|
hija l-valur intermedju tal-logaritmi tal-veloċitajiet Vi: ma’ νi = lg(Vi / Vref) |
a |
hija n-niżla tal-linja ta’ rigressjoni f’dB(A): |
4.3. Il-korrezzjoni tat-temperatura
Għat-tajers tal-Klassi C1 u tal-Klassi C2, ir-riżultat finali għandu jiġi normalizzat għal temperatura ta’ referenza tas-superfiċje tat-test θref billi tiġi applikata korrezzjoni tat-temperatura, skont dan li ġej:
LR(θref) = LR(θ) + K(θref – θ)
fejn:
θ |
= |
it-temperatura mkejla tas-superfiċje tat-test, |
θref |
= |
20 °C, |
Għat-tajers tal-Klassi C1, il-koeffiċjent K huwa – 0,03 dB(A)/°C, fejn θ > θref
u: – 0,06 dB(A)/°C meta θ < θref.
Għat-tajers tal-Klassi C2, il-koeffiċjent K huwa – 0,02 dB(A)/°C
Jekk it-temperatura mkejla tas-superfiċje tat-test ma tinbidilx b’aktar minn 5 °C fil-kejl kollu meħtieġ sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta’ ħoss ta’ sett wieħed ta’ tajers, il-korrezzjoni tat-temperatura tista’ ssir biss fuq il-livell irrapportat u finali ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer kif ġie indikat aktar ’il fuq, billi jintuża l-valur aritmetiku intermedju tat-temperaturi mkejla. Inkella, kull livell ta’ ħoss imkejjel Li għandu jiġi korrett, billi tintuża t-temperatura fi żmien ir-rekording tal-ħoss.
Mhu se jkun hemm l-ebda korrezzjoni tat-temperatura għat-tajers tal-Klassi C3.
4.4. Sabiex jitqies kwalunkwe nuqqas ta’ preċiżjoni tal-istrumenti tal-kejl, skont il-paragrafu 4.3, ir-riżultati għandhom jitnaqqsu b’1 dB(A).
4.5. Ir-riżultat finali, il-livell ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajer bit-temperatura korretta LR (θref) f’dB(A), għandu jitqarreb ’l isfel għall-eqreb valur sħiħ li jkun aktar baxx.
Figura 1
Il-pożizzjonijiet tal-mikrofoni għall-kejl
Appendiċi 1
IR-RAPPORT TAT-TEST
Parti 1 – Ir-rapport
1. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku: …
2. L-isem u l-indirizz tal-applikant: …
3. In-Nru tar-Rapport tat-Test: …
4. Il-Manifattur u l-Isem tal-Marka jew id-Deskrizzjoni Kummerċjali: …
5. Il-Klassi tat-Tajer (C1, C2 jew C3): …
6. Il-kategorija tal-użu:…
7. Il-livell ta’ ħoss skont il-paragrafi 4.4 u 4.5 tal-Anness 3 … dB(A)
b’veloċità ta’ referenza ta’ 70/80 km/h (1) …
8. Kummenti (jekk ikun hemm): …
9. Data: …
10. Firma: …
Parti 2 – Id-dejta tat-test
1. Id-data tat-test: …
2. Il-vettura tat-test (il-marka, il-mudell, is-sena, il-modifiki, eċċ.): …
2.1. Id-distanza bejn il-fus tar-rota ta’ quddiem u dak ta’ wara tal-vettura tat-test: mm …
3. Fejn tinsab il-mogħdija tat-test: …
3.1. Id-data taċ-ċertifikazzjoni tal-mogħdija skont l-ISO 10844:1994: …
3.2. Maħruġa minn: …
3.3. Il-metodu ta’ ċertifikazzjoni: …
4. Id-dettalji tat-tajer tat-test: …
4.1. Id-denominazzjoni tad-daqsijiet tat-tajers: …
4.2. Id-deskrizzjoni tas-servizz tat-tajers: …
4.3. Il-pressjoni ta’ nefħa ta’ referenza: kPa …
4.4. Id-dejta tat-test: …
|
Quddiem fuq ix-xellug |
Quddiem fuq il-lemin |
Wara fuq ix-xellug |
Wara fuq il-lemin |
Il-massa tat-test (kg) |
|
|
|
|
L-indiċi tat-tagħbija tat-tajer (%) |
|
|
|
|
Il-pressjoni ta’ nefħa (kiesħa) (kPa) |
|
|
|
|
4.5. Il-kodiċi tal-wisa’ tar-rimm tat-test: …
4.6. It-tip ta’ sensur għall-kejl tat-temperatura: …
5. Ir-riżultati validi tat-test: …
Ġirja Nru |
Il-Veloċità tat-Test km/h |
Id-direzzjoni tal-ġirja |
Il-livell imkejjel tal-ħoss fuq ix-xellug (*) dB(A) |
Il-livell imkejjel tal-ħoss fuq il-lemin (*) dB(A) |
It-temperatura tal-arja °C |
It-temperatura tal-mogħdija °C |
Il-livell tal-ħoss fuq ix-xellug (*) bit-temperatura korretta dB(A) |
Il-livell tal-ħoss fuq il-lemin (*) bit-temperatura korretta dB(A) |
Kummenti |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
8 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5.1. In-niżla tal-linja ta’ rigressjoni: …
5.2. Il-livell tal-ħoss wara l-korrezzjoni tat-temperatura skont il-paragrafu 4.3 tal-Anness 3: …
… dB(A)
(1) Aqta’ barra dak li ma japplikax.
(*) B'rabta mal-vettura.
ANNESS 4
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAS-SIT TAT-TEST
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Anness jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-karatteristiċi fiżiċi u mat-tqegħid tal-mogħdija tat-test. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet, ibbażati fuq standard speċjali (1), jiddeskrivu l-karatteristiċi fiżiċi meħtieġa kif ukoll il-metodi tat-test għal dawn il-karatteristiċi.
2. IL-KARATTERISTIĊI MEĦTIEĠA TAS-SUPERFIĊJE
Jitqies li superfiċje tkun konformi ma’ dan l-istandard sakemm l-istruttura u l-kontenut tal-ispazji jew il-koeffiċjent tal-assorbiment tal-ħoss jkunu tkejlu u jinsab li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-paragrafi 2.1 sa 2.4 ta’ aktar ’l isfel u sakemm ir-rekwiżiti tad-disinn (il-paragrafu 3.2) ikunu ġew sodisfatti.
2.1. Il-kontenut tal-ispazji residwali
Il-kontenut tal-ispazji residwali (VC) tat-taħlita għall-pavimentar tal-mogħdija tat-test ma għandux jaqbeż it-8 %. Għall-proċedura tal-kejl, ara l-paragrafu 4.1.
2.2. Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss
Jekk is-superfiċje tonqos milli tkun konformi mar-rekwiżit tal-kontenut tal-ispazji residwali, is-superfiċje tkun aċċettabbli biss jekk il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss tagħha α ≤ 0,10. Għall-proċedura tal-kejl, ara l-paragrafu 4.2. Ir-rekwiżit tal-paragrafi 2.1 u 2.2 jiġi sodisfatt ukoll jekk tkejjel l-assorbiment tal-ħoss biss u nstab li huwa α ≤ 0,10.
Nota: |
Il-karatteristika l-aktar rilevanti hija l-assorbiment tal-ħoss, għalkemm il-kontenut tal-ispazji residwali huwa aktar familjari fost il-bennejja tat-toroq. Madanakollu, l-assorbiment tal-ħoss jeħtieġ li jitkejjel biss jekk is-superfiċje tonqos milli tkun konformi mar-rekwiżit tal-ispazji. Dan huwa motivat minħabba li tal-aħħar huwa konness ma’ inċertezzi relattivament kbar f’termini kemm ta’ kejl kif ukoll ta’ rilevanza u wħud mis-superfiċji għalhekk jistgħu jiġu rifjutati, b’mod żbaljat, fuq il-bażi biss tal-kejl tal-ispazji. |
2.3. Il-fond tal-istruttura
Il-fond tal-istruttura (TD) imkejjel skont il-metodu volumetriku (ara l-paragrafu 4.3 ta’ aktar ’l isfel) għandu jkun:
TD ≥ 0,4 mm
2.4. L-omoġeneità tas-superfiċje
Għandu jsir kull sforz prattiku biex ikun żgurat li, fiż-żona tat-test, is-superfiċje ssir kemm jista’ jkun omoġenja. Dan jinkludi l-istruttura u l-kontenut tal-ispazji, imma għandu jkun osservat ukoll li jekk il-proċess ta’ rrolljar jirriżulta fi rrolljar aktar effettiv f’uħud mill-bnadi milli f’oħrajn, l-istruttura tista’ tkun differenti u n-nuqqas ta’ uniformità jista’ jagħti lok għal ħotob.
2.5. Il-perjodu tal-ittestjar
Sabiex ikun ikkontrollat jekk is-superfiċje tkomplix tkun konformi mal-istruttura u mal-kontenut tal-ispazji jew mar-rekwiżiti tal-assorbiment tal-ħoss stipulati f’dan l-istandard, għandu jsir ittestjar perjodiku tas-superfiċje fl-intervalli li ġejjin:
(a) |
Għall-kontenut tal-ispazji residwali (VC) jew għall-assorbiment tal-ħoss (α): Meta s-superfiċje tkun ġdida; Jekk is-superfiċje tissodisfa r-rekwiżiti meta tkun ġdida, mhu meħtieġ l-ebda ttestjar perjodiku ieħor. Jekk ma tissodisfax ir-rekwiżit meta tkun ġdida, tista’ tissodisfah aktar tard għaliex is-superfiċji għandhom it-tendenza li jinstaddu u jsiru kompatti maż-żmien; |
(b) |
Għall-fond tal-istruttura (TD): Meta s-superfiċje tkun ġdida; Meta jibda l-ittestjar għall-ħsejjes (Nota: mhux qabel erba’ ġimgħat wara li titqiegħed is-superfiċje); Imbagħad kull 12-il xahar. |
3. ID-DISINN TAS-SUPERFIĊJE TAT-TEST
3.1. Iż-żona
Meta jiġi ddisinjat l-arranġament tal-mogħdija tat-test huwa importanti li jkun żgurat, li bħala rekwiżiti minimu, iż-żona misjuqa mill-vetturi li jgħaddu mill-istrixxa tat-test tkun miksija bil-materjal tat-test speċifikat b’marġnijiet xierqa għal sewqan sikur u prattiku. Dan se jeħtieġ li l-wisa’ tal-mogħdija tkun mill-inqas ta’ 3 m u t-tul tal-mogħdija jestendi ’lil hinn mil-linji AA u BB b’mill-inqas 10 m fuq kull tarf. Il-Figura 1 turi pjan ta’ sit tat-test xieraq u tindika ż-żona minima li għandha titqiegħed u tkun ikkompattata permezz tal-magni bil-materjal tas-superfiċje tat-test speċifikat. Skont il-paragrafu 3.2 tal-Anness 3, il-kejl għandu jittieħed fuq kull naħa tal-vettura. Dan jista’ jsir jew billi jsir kejl b’żewġ postijiet tal-mikrofonu (wieħed fuq kull naħa tal-mogħdija) u s-sewqan isir f’direzzjoni waħda, jew isir kejl b’mikrofonu biss fuq naħa waħda tal-mogħdija imma l-vettura tinsaq f’żewġ direzzjonijiet. Jekk jintuża l-metodu tal-aħħar, allura ma hemm l-ebda rekwiżit tas-superfiċje fuq dik in-naħa tal-mogħdija fejn ma jkun hemm l-ebda mikrofonu.
Figura 1
Ir-rekwiżiti minimi għaż-żona ta’ superfiċje tat-test. Il-parti skurata tissejjaħ iż-“Żona tat-Test”
Test ta 'immaġni
NOTA – |
Ma għandu jkun hemm l-ebda oġġett kbir li jirrifletti l-ħsejjes f’dan ir-radju |
3.2. Id-disinn u t-tħejjija tas-superfiċje
3.2.1. Ir-rekwiżiti bażiċi tad-disinn
Is-superfiċje tat-test għandha tissodisfa erba’ rekwiżiti tad-disinn:
3.2.1.1. |
Għandha tkun magħmula minn konkrit dens asfaltat. |
3.2.1.2. |
Id-daqs massimu taż-żrar għandu jkun ta’ 8 mm (it-tolleranzi jippermettu minn 6,3 mm sa 10 mm). |
3.2.1.3. |
Il-ħxuna tal-kisi għandha tkun ta’ ≥ 30 mm. |
3.2.1.4. |
Is-sustanza li tgħaqqad għandha tkun bitum mhux modifikat bi grad ta’ penetrazzjoni diretta. |
3.2.2. Il-linji ta’ gwida għad-disinn
Bħala gwida għall-kostruttur tas-superfiċje, fil-Figura 2 qed tintwera kurva għall-gradazzjoni aggregata li se tagħti l-karatteristiċi mixtieqa. Barra minn hekk, it-Tabella 1 tagħti wħud mil-linji ta’ gwida sabiex jinkisbu l-istruttura u d-durabilità mixtieqa. Il-kurva tal-gradazzjoni taqbel mal-formula li ġejja:
P (% ta’ passati) = 100 · (d/dmax) 1/2
fejn:
d |
= id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel, f’mm |
dmax |
= 8 mm għall-kurva intermedja = 10 mm għall-kurva tat-tolleranza ta’ taħt = 6,3 mm għall-kurva tat-tolleranza ta’ fuq |
Figura 2
Il-kurva tal-gradazzjoni tal-aggregat fit-taħlita asfaltata bit-tolleranzi
Minbarra dak li ntqal aktar ’il fuq, qed jingħataw ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
Il-frazzjoni tar-ramel (0,063 mm < id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel < 2 mm) għandha tinkludi mhux aktar minn 55 % ta’ ramel naturali u mill-inqas 45 % ta’ ramel mitħun; |
(b) |
Il-bażi u s-sottobażi għandhom jiżguraw stabbiltà u uniformità tajba, skont l-aħjar prattika fil-bini tat-toroq; |
(c) |
Iż-żrar għandu jitfarrak (100 % tal-uċuh imfarrka) u jkun ta’ materjal b’reżistenza għolja għat-tifrik; |
(d) |
Iż-żrar użat fit-taħlita għandu jinħasel; |
(e) |
L-ebda żrara żejda ma għandha tiġi miżjuda mas-superfiċje; |
(f) |
L-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad epressa bħala valur PEN għandha tkun 40 - 60, 60 - 80 jew saħansitra 80 - 100, jiddependi mill-kundizzjonijiet klimatiċi tal-pajjiż. Ir-regola hija li għandha tintuża sustanza li tgħaqqad li tkun iebsa kemm jista’ jkun, sakemm tkun konsistenti mal-prattika komuni; |
(g) |
It-temperatura tat-taħlita qabel l-irrolljar għandha tingħażel biex jinkiseb il-kontenut ta’ spazji meħtieġa b’passati tar-romblu sussegwenti. Biex tiżdied il-probabbiltà li jiġu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 2.1 sa 2.4 ta’ aktar ’il fuq, il-kompattezza għandha tiġi studjata mhux biss permezz ta’ għażla xierqa ta’ temperatura tat-taħlita, iżda wkoll pemezz ta’ numru xieraq ta’ passati u permezz tal-għażla tal-vettura li tikkompatta t-taħlita. |
Tabella 1
Il-linji ta’ gwida għad-disinn
|
Il-valuri fil-mira |
Tolleranzi |
|
Skont il-massa totali tat-taħlita |
Skont il-massa tal-aggregat |
||
Il-massa tal-ġebel, għarbiel b’toqob kwadri (SM) > 2 mm |
47,6 % |
50,5 % |
± 5 % |
Il-massa tar-ramel 0,063 < SM < 2 mm |
38,0 % |
40,2 % |
± 5 % |
Il-massa tas-sustanza li timla SM < 0,063 mm |
8,8 % |
9,3 % |
± 5 % |
Il-massa tas-sustanza li tgħaqqad (bitum) |
5,8 % |
M.A. |
± 0,5 % |
Id-daqs massimu taż-żrar |
8 mm |
6,3 - 10 mm |
|
L-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad |
(ara l-paragrafu 3.2.2 (f)) |
|
|
Il-valur tal-ġebel ippolixxjat (PSV) |
> 50 |
|
|
Il-kompatezza, relattiva għall-Kompatezza Marshall |
98 % |
|
4. IL-METODU TAT-TEST
4.1. Il-kejl tal-kontenut tal-ispazji residwali
Għall-fini ta’ dan il-kejl, għandhom jittieħdu kampjuni mill-mogħdija f’minn tal-inqas erba’ pożizzjonijiet differenti li jkunu mqassma b’mod ugwali fiż-żona tat-test bejn il-linji AA u BB (ara l-Figura 1). Biex jiġu evitati nuqqas ta’ omoġeneità u nuqqas ta’ uniformità fil-mogħdiji tar-roti, ma għandhomx jittieħdu kampjuni fil-mogħdiji tar-roti stess, imma qribhom. Żewġ kampjuni (bħala minimu) għandhom jittieħdu qrib il-mogħdija tar-roti, u kampjun ieħor (bħala minimu) għandu jittieħed bejn wieħed u ieħor fin-nofs bejn il-mogħdija tar-roti u l-pożizzjoni ta’ kull mikrofonu.
Jekk ikun hemm suspett li l-kundizzjoni ta’ omoġeneità mhix qed tiġi sodisfatta (ara l-paragrafu 2.4), għandhom jittieħdu kampjuni minn aktar inħawi fiż-żona tat-test.
Għal kull kampjun għandu jiġi ddeterminat il-kontenut ta’ spazji residwali, imbagħad il-valur medju mill-kampjuni kollha għandu jkun ikkalkulat u pparagunat mar-rekwiżit tal-paragrafu 2.1. Barra minn hekk, l-ebda kampjun waħdani ma għandu jkollu valur ta’ spazji ogħla minn 10 %.
Il-bennej tas-superfiċje tat-test għandu jżomm f’moħħu l-problema li tista’ tinqala’ meta ż-żona tat-test tkun imsaħħna b’pajpijiet jew b’wajers tal-elettriku, u għandhom jittieħdu kampjuni minn din iż-żona. Tali installazzjonijiet għandhom jiġu ppjanati sew fejn għandhom x’jaqsmu l-postijiet futuri għat-tħaffir tal-kampjuni. Huwa rrakkomandat li jitħallew ftit postijiet li jkunu bejn wieħed u ieħor 200 mm × 300 mm fejn ma jkun hemm l-ebda wajer/pajp jew fejn tal-aħħar jinsabu biżżejjed fil-fond biex ma tiġrilhomx ħsara minħabba l-kampjuni li ttieħdu mis-saff tas-superfiċje.
4.2. Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss
Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss (inċidenza normali) għandu jitkejjel bil-metodu tat-tubu tal-impedenza fejn tintuża l-proċedura li ġiet speċifikata fl-ISO 10534-1:1996 jew fl-ISO 10534-2:1998.
Rigward kampjuni tat-test, għandhom jiġu segwiti l-istess rekwiżiti kif sar rigward il-kontenut tal-ispazji residwali (ara l-paragrafu 4.1). L-assorbiment tal-ħoss għandu jitkejjel fil-firxa bejn 400 Hz u 800 Hz u fil-firxa bejn 800 Hz u 1 600 Hz (għall-inqas fil-frekwenzi ċentrali tal-faxxi ta’ terz ta’ ottava), u l-valuri massimi għandhom jiġu identifikati għal dawn iż-żewġ firxiet ta’ frekwenzi. Imbagħad, għall-kampjuni tat-test kollha, għanda tiġi kkalkulata l-medja ta’ dawn il-valuri biex jiġi kkostitwit ir-riżultat finali.
4.3. Il-kejl volumetriku tal-makrostruttura
Għall-fini ta’ dan l-istandard, il-kejl tal-fond tal-istruttura għandu jsir fuq mill-inqas għaxar pożizzjonijiet li jkunu spazjati b’mod uniformi tul il-mogħdijiet tar-roti tal-istrixxa tat-test, u għandu jittieħed il-valur medju biex jiġi pparagunat mal-fond minimu tal-istruttura li ġie speċifikat. Ara l-Istandard ISO 10844:1994 għal deskrizzjoni tal-proċedura.
5. L-ISTABBILTÀ MAŻ-ŻMIEN U L-MANUTENZJONI
5.1. L-influwenza taż-żmien
Bħal kwalunkwe superfiċje oħra, huwa mistenni li l-livell ta’ ħoss ta’ rrolljar tat-tajers imkejjel fuq is-superfiċje tat-test jista’ jiżdied bi ftit matul l-ewwel 6 - 12-il xahar wara l-kostruzzjoni.
Is-superfiċje se tikseb il-karatteristiċi meħtieġa minnha mhux qabel erba’ ġimgħat wara l-kostruzzjoni. L-influwenza taż-żmien fuq l-istorbju mit-trakkijiet ġeneralment tkun inqas minn dak mill-karozzi.
L-istabbilità maż-żmien tiġi ddeterminata prinċipalment bl-ippolixxjar u bil-kompattezza ikkawżati mill-vetturi li jinsaqu fuq is-superfiċje. Għandha tiġi kkontrollata perjodikament kif ġie ddikjarat fil-paragrafu 2.5.
5.2. Il-manutenzjoni tas-superfiċje
Fdalijiet mhux kompatti jew trabijiet, li jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti il-fond effettiv tal-istruttura, għandhom jitneħħew mis-superfiċje. F’pajjiżi bi klimi xitwin, xi drabi jintuża l-melħ biex iħoll il-borra. Il-melħ jista’ jimmodifika s-superfiċje b’mod temporanju jew saħansitra b’mod permanenti b’tali mod li jiżdied l-istorbju u għalhekk, il-melħ mhux irrakkomandat.
5.3. Il-pavimentar mill-ġdid taż-żona tat-test
Jekk ikun meħtieġ li l-mogħdija tat-test tiġi pavimentata mill-ġdid, normalment ikun meħtieġ li tiġi pavimentata mill-ġdid biss l-istrixxa tat-test (wiesgħa 3 m fil-Figura 1) fejn jinsaqu l-vetturi, sakemm iż-żona tat-test barra l-istrixxa tkun issodisfat ir-rekwiżit tal-kontenut tal-ispazji residwali jew tal-assorbiment tal-ħoss meta tkejlet.
6. ID-DOKUMENTAZZJONI TAS-SUPERFIĊJE TAT-TEST U TAT-TESTIJIET IMWETTQA FUQHA
6.1. Id-dokumentazzjoni tas-superfiċje tat-test
Id-dejta li ġejja għandha tingħata f’dokument li jiddeskrivi s-superfiċje tat-test:
6.1.1. |
Fejn tinsab il-mogħdija tat-test; |
6.1.2. |
It-tip ta’ sustanza li tgħaqqad, l-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad, it-tip ta’ aggregat, id-densità massima teoretika tal-konkrit (DR), il-ħxuna tal-kisi tas-superfiċje u l-kurva ta’ gradazzjoni li ġiet iddeterminata minn kampjuni mill-mogħdija tat-test; |
6.1.3. |
Il-metodu ta’ kompatezza (eż. it-tip ta’ romblu, il-massa tar-romblu, in-numru ta’ passati); |
6.1.4. |
It-temperatura tat-taħlita, it-temperatura tal-arja ambjentali u l-veloċità tar-riħ matul it-tqegħid tas-superfiċje; |
6.1.5. |
Id-data meta tqiegħdet is-superfiċje u l-kuntrattur; |
6.1.6. |
Ir-riżultati tat-test kollha jew għall-inqas l-aktar wieħed reċenti, inklużi:
|
6.2. Id-dokumentazzjoni tat-testijiet tal-istorbju tal-vetturi li twettqu fuq is-superfiċje
Fid-dokument li jiddeskrivi t-test(ijiet) tal-istorbju tal-vetturi, għandu jkun iddikjarat jekk ir-rekwiżiti kollha ta’ dan l-istandard ġewx sodisfatti jew le. Skont il-paragrafu 6.1, għandha ssir referenza għal dokument li jiddeskrivi r-riżultati li jivverifikaw dan.
(1) ISO 10844:1994.
ANNESS 5
IL-PROĊEDURA TAT-TEST BIEX TITKEJJEL IL-QABDA FUQ L-IMXARRAB
1. IL-KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI TAT-TEST
1.1. Il-karatteristiċi tal-mogħdija
Il-mogħdija għandha jkollha superfiċje b’asfalt dens bi grejdjint fi kwalunkwe direzzjoni li ma jaqbiżx it-2 %. Għandu jkollha età, kompożizzjoni u sinjali ta’ użu uniformi u għandha tkun ħielsa minn materjal mhux maqgħud jew minn depożiti barranin. Id-daqs massimu taż-żrar għandu jkun ta’ 10 mm (tolleranzi permessi minn 8 mm sa 13 mm) u l-fond tar-ramel imkejjel skont kif ġie speċifikat fl-istandard tal-ASTM E 965-96 (2006) għandu jkun ta’ 0,7 ± 0,3 mm.
Il-valur tal-frizzjoni tas-superfiċje għal mogħdija mxarrba għandu jkun stabbilit b’metodu wieħed jew l-ieħor mill-metodi li ġejjin:
1.1.1. Il-metodu tat-tajer tat-test standard u ta’ referenza (SRTT)
Meta ttestjat billi jintuża l-SRTT u l-metodu mogħti fil-paragrafu 2.1, il-koeffiċjent medju tal-akbar forza tal-brejkijiet (pbfc) għandu jkun bejn 0,6 u 0,8. Il-valuri mkejla għandhom jiġu korretti għall-effetti tat-temperatura kif ġej:
pbfc = pbfc (imkejjel) + 0,0035 (t – 20)
fejn “t” hija t-temperatura tas-superfiċje tal-mogħdija mxarrba fi gradi Celsius.
It-test għandu jitwettaq billi jintużaw il-lejnijiet u t-tul tal-mogħdija li għandha tintuża għat-test tal-qabda fuq l-imxarrab;
1.1.2. Il-metodu tan-numru tal-pendlu Brittaniku (BPN)
Il-medja kkalkulata tan-numru tal-pendlu Brittaniku (BPN) tal-mogħdija mxarrba, imkejla skont il-proċedura mogħtija fl-Istandard tal-ASTM E 303-93 (2008) u billi tintuża l-biċċa materjal kif ġie speċifikat fl-Istandard tal-ASTM E 501-08, għandha tkun ta’ bejn 40 u 60 wara l-korrezzjoni tat-temperatura. Sakemm il-manifattur tal-pendlu ma jindikax xi rakkomdazzjonijiet għall-korrezzjoni tat-temperatura, tista’ tintuża l-formula li ġejja:
BPN = BPN (valur imkejjel) + 0,34 · t – 0,0018 · t2 – 6,1
fejn “t” hija t-temperatura tas-superfiċje tal-mogħdija mxarrba fi gradi Celsius.
Fil-lejnijiet tal-mogħdija li għandha tintuża waqt it-testijiet tal-qabda fuq l-imxarrab, il-BPN għandu jitkejjel f’intervalli ta’ 10 m għal għonq it-tul tal-lejnijiet. Il-BPN għandu jitkejjel ħames darbiet f’kull punt u l-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-valuri medji tal-BPN ma għandux jaqbeż b’10 %.
1.1.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tkun sodisfatta rigward il-karatteristiċi tal-mogħdija fuq il-bażi tal-evidenza ppreżentata fir-rapporti tat-test.
1.2. Il-kundizzjonijiet tat-tixrib
Is-superfiċje tista’ tixxarrab mill-ġenb tal-mogħdija jew b’sistema ta’ tixrib inkorporata fil-vettura jew fit-trejler tat-test.
Jekk tintuża sistema mill-ġenb tal-mogħdija, is-superfiċje tal-mogħdija għandha tixxarrab mill-inqas nofs siegħa qabel l-ittestjar sabiex it-temperatura tas-superfiċje u t-temperatura tal-ilma jkunu ugwalizzati. Huwa rrakkomandat li t-tixrib mill-ġenb tal-mogħdija jiġi applikat kontinwament matul l-ittestjar kollu.
Il-fond tal-ilma għandu jkun ta’ bejn 0,5 u 1,5 mm.
1.3. Il-kundizzjonijiet tar-riħ ma għandhomx jinterferixxu mat-tixrib tas-superfiċje (l-irpar mir-riħ huwa permess).
It-temperatura tas-superfiċje mxarrba għandha tkun bejn 5 °C u 35 °C u matul it-test ma għandiex tvarja b’aktar minn 10 °C.
2. IL-PROĊEDURA TAT-TEST
Il-prestazzjoni komparattiva tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tiġi stabbilita jew billi jintuża:
(a) |
Trejler jew vettura għall-evalwazzjoni ta’ tajer b’fini speċjali; jew |
(b) |
Vettura li ġġorr il-passiġġieri ta’ produzzjoni standard (tal-kategorija M1 kif ġiet iddefinita fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.) inkluża fid-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. |
2.1. Il-proċedura tat-trejler jew tal-vettura għall-evalwazzjoni ta’ tajer b’fini speċjali
2.1.1. It-trejler, flimkien mal-vettura tal-irmonk, jew il-vettura għall-evalwazzjoni ta’ tajer għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
2.1.1.1. |
Għandhom ikunu kapaċi jaqbżu l-limitu ta’ fuq għall-veloċità tat-test ta’ 67 km/h u jżommu r-rekwiżit tal-veloċità tat-test ta’ 65 ± 2 km/h fil-livell massimu ta’ applikazzjoni tal-forzi tal-ibbrejkjar; |
2.1.1.2. |
Għandhom ikunu mgħammra b’fus li jipprovdi pożizzjoni waħda tat-test billi jkollhom brejk idrawliku u sistema ta’ attwazzjoni li jistgħu jitħaddmu mill-vettura tal-irmonk, jekk ikun applikabbli. Is-sistema tal-ibbrejkjar għandha tkun kapaċi tipprovdi biżżejjed torque tal-ibbrejkjar sabiex jinkiseb il-koeffiċjent tal-akbar forza tal-brejkijiet tul il-firxa ta’ daqsijiet ta’ tajers u ta’ tagħbiji ta’ tajers li għandhom jiġu ttestjati; |
2.1.1.3. |
Għandhom ikunu kapaċi jżommu l-allinjament lonġitudinali (toe) u l-kamber tal-assemblaġġ tar-rota u tat-tajer tat-test matul it-test kollu sa ± 0,5° tal-figuri statiċi miksuba fil-kundizzjoni mgħobbija tat-tajer tat-test; |
2.1.1.4. |
Fil-każ ta’ trejler, l-apparat tal-igganċjar mekkaniku bejn il-vettura tal-irmonk u t-terjler għandu jkun tali li, meta l-vettura tal-irmonk u t-trejler ikunu igganċjati flimkien, l-iżbarra jew parti mill-iżbarra tat-trejler li tinkorpora s-sensittività għall-kejl tal-forza tal-ibbrejkjar għandha, tkun orizzontali jew imżerżqa ’l isfel minn wara għal quddiem f’angolu massimu ta’ 5°. Id-distanza lonġitudinali mil-linja ċentrali tal-punt ta’ artikulazzjoni tal-igganċjar (ganċ) sal-linja ċentrali trasversali tal-fus tat-trejler għandha tkun mill-inqas għaxar darbiet daqs l-għoli tal-igganċjar (il-ganċ); |
2.1.1.5. |
Fil-każ ta’ vetturi li jinkorporaw sistema għat-tixrib tal-mogħdija, iż-żennuna(i) minfejn joħroġ l-ilma għandha(hom) tkun(ikunu) tali li s-saff tal-ilma li jirriżulta ikollu sezzjoni uniformi li testendi mill-inqas 25 mm lil hinn mill-wisa’ tar-roqgħa ta’ kuntatt tat-tajer. Iż-żennuna(i) għandha(hom) tkun(ikunu) diretta(i) ’l isfel f’angolu ta’ bejn 20° u 30° u għandha(hom) tidħol(jidħlu) f’kuntatt mas-superfiċje tal-mogħdija f’żona ta’ 250 mm u 450 mm quddiem iċ-ċentru tar-roqgħa ta’ kuntatt tat-tajer. L-għoli taż-żennuna(i) għandu jkun ta’ 25 mm jew l-għoli minimu biex ikun evitat kwalunkwe ostaklu fuq is-superfiċje tal-mogħdija mingħajr ma jinqabeż massimu ta’ 100 mm. Ir-rata li biha joħroġ l-ilma għandha tiżgura fond ta’ ilma ta’ bejn 0,5 mm u 1,5 mm u għandha tkun konsistenti matul it-test kollu sa ± 10 %. Innota li rata tipika għall-ittestjar f’veloċità ta’ 65 km/h se tkun ta’ 18 ls–1 għal kull metru ta’ wisa’ tas-superfiċje tal-mogħdija mxarrba. Is-sistema għandha tkun tista’ toħroġ l-ilma b’tali mod li t-tajer, u s-superfiċje tal-mogħdija quddiem it-tajer, ikunu mxarrbin qabel il-bidu tal-ibbrejkjar u sakemm idum it-test. |
2.1.2. Il-proċedura tat-test
2.1.2.1. |
It-tajer tat-test għandu jkun ittrimmjat sabiex titneħħa kwalunkwe sporġenza tal-forma li tista’ taffettwa t-test. |
2.1.2.2. |
It-tajer tat-test għandu jkun immuntat fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni, u għandu jintefaħ sa pressjoni ta’ 180 kPa fil-każ tal-SRTT u t-tajer b’tagħbija standard jew sa pressjoni ta’ 220 kPa fil-każ ta’ tajer rinforzat jew b’tagħbija żejda. |
2.1.2.3. |
It-tajer għandu jkun ikkundizzjonat għal minimu ta’ sagħtejn qrib il-mogħdija tat-test b’tali mod li jkun stabilizzat fit-temperatura ambjentali taż-żona tal-mogħdija tat-test. It-tajer(s) għandu(hom) ikun(u) espost(i) għad-dawl dirett tax-xemx waqt il-kundizzjonament. |
2.1.2.4. |
It-tajer għandu jitgħabba sa:
|
2.1.2.5. |
Ftit qabel l-ittestjar, il-mogħdija għandha tkun ikkundizzjonata billi jitwettqu mill-inqas għaxar testijiet tal-ibbrejkjar fuq il-parti tal-mogħdija li għandha tintuża għall-programm tat-testijiet tal-prestazzjoni imma billi jintuża tajer li mhux involut fil-programm. |
2.1.2.6. |
Immedjatament qabel l-ittestjar, jekk ikun meħtieġ, il-pressjoni ta’ nefħa tat-tajer għandha tkun ikkontrollata u ssettjata mill-ġdid għall-valuri mogħtija fil-paragrafu 2.1.2.2. |
2.1.2.7. |
Il-veloċità tat-test għandha tkun ta’ bejn 63 km/h u 67 km/h u għandha tinżamm bejn dawn il-limiti matul il-ġirja tat-test kollha. |
2.1.2.8. |
Id-direzzjoni tat-test għandha tkun l-istess għal kull sett ta’ testijiet u għandha tkun l-istess għat-tajer tat-test bħal dik li ntużat għall-SRTT li miegħu għandha tiġi pparagunata l-prestazzjoni tiegħu. |
2.1.2.9. |
Il-brejkijiet tal-assemblaġġ tar-rota tat-test għandhom ikunu applikati b’tali mod li l-akbar forza tal-brejkijiet tintlaħaq bejn 0,2 s u 0,5 s mill-applikazzjoni tal-brejkijiet. |
2.1.2.10. |
Fil-każ ta’ tajer ġdid, sabiex jiġi kkundizzjonat it-tajer għandhom jitwettqu żewġ ġirjiet tat-test. Dawn it-testijiet jistgħu jintużaw sabiex tkun ikkontrollata ħidmet it-tagħmir li jirrekordja imma r-riżultati ma għandhomx jitqiesu fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni. |
2.1.2.11. |
Għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ kwalunkwe tajer ipparagunat ma’ dak tal-SRTT, it-test tal-ibbrejkjar għandu jitwettaq mill-istess punt u fl-istess lejn tal-mogħdija tat-test. |
2.1.2.12. |
L-ordni tal-ittestjar għandu jkun: R1 – T – R2 Fejn: R1 hija t-test inizjali tal-SRTT, R2 hija t-test ripetut tal-SRTT u T hija t-test tat-tajer kandidat li għandu jkun evalwat. Jistgħu jiġu ttestjati massimu ta’ tliet tajers kandidati qabel ma jiġi ripetut it-test tal-SRTT, pereżempju: R1 – T1 – T2 – T3 – R2 |
2.1.2.13. |
Il-valur medju tal-koeffiċjent tal-akbar forza tal-brejkijiet (pbfc) għandu jkun ikkalkulat fuq mill-inqas sitt riżultati validi. Biex ir-riżultati jitqiesu validi, il-koeffiċjent tal-varjazzjoni kif ġie ddeterminat mid-devjazzjoni standard diviża bir-riżultat medju, espress bħala perċentwali, għandu jkun sa ħamsa fil-mija. Jekk dan ma jistax jinkiseb bl-ittestjar ripetut tal-SRTT, l-evalwazzjoni tat-tajer(s) kandidat(i) għandha titwarrab u l-ordni kollu tal-ittestjar għandu jiġi ripetut. |
2.1.2.14. |
L-użu tal-valur tal-pbfc medju għal kull serje ta’ ġirjiet tat-test:
|
2.1.2.15. |
L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) għandu jkun ikkalkulat kif ġej:
|
2.2. Il-proċedura ta’ vettura standard
2.2.1. Il-vettura għandha tkun vettura standard tal-kategorija M1, kapaċi ttella’ veloċità minima ta’ 90 km/h u mgħammra b’sistema ta’ bbrejkjar li ma tħallix li l-brejkijiet jiġġammjaw (ABS).
2.2.1.1. |
Il-vettura ma għandiex tkun modifikata ħlief:
|
2.2.2. Il-proċedura tat-test
2.2.2.1. |
It-tajers tat-test għandhom jiġu trimmjati sabiex titneħħa kwalunkwe sporġenza tal-forma li tista’ taffettwa t-test. |
2.2.2.2. |
It-tajer tat-test għandu jkun immuntat fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni u, fil-każi kollha għandu jintefaħ sa 220 kPa. |
2.2.2.3. |
It-tajer għandu jkun ikkundizzjonat għal minimu ta’ sagħtejn ħdejn il-mogħdija tat-test b’tali mod li jiġi stabbilizzat fit-temperatura ambjentali taż-żona tal-mogħdija tat-test. It-tajer(s) ma għandux(homx) ikun(u) espost(i) għad-dawl dirett tax-xemx waqt il-kundizzjonament. |
2.2.2.4. |
It-tagħbija statika fuq it-tajer għandha tkun:
Il-varjazzjoni fit-tagħbija fuq it-tajers fuq l-istess fus għandha tkun tali li t-tagħbija li qed iġorr it-tajer li jkun mgħobbi ftit inqas ma għandhiex tkun inqas minn 90 % ta’ dik tat-tajer li qed iġorr it-tagħbija li tkun aktar tqila. |
2.2.2.5. |
Ftit qabel l-ittestjar, il-mogħdija għandha tkun ikkundizzjonata billi jitwettqu mill-inqas għaxar testijiet tal-ibbrejkjar minn 90 km/h sa 20 km/h fuq il-parti tal-mogħdija li għandha tintuża għall-programm tat-testijiet tal-prestazzjoni imma billi jintużaw tajers li mhumiex involuti fil-programm. |
2.2.2.6. |
Immedjatament qabel l-ittestjar, jekk ikun meħtieġ, il-pressjoni ta’ nefħa tat-tajer għandha tkun ikkontrollata u ssettjata mill-ġdid għall-valuri mogħtija fil-paragrafu 2.2.2.2. |
2.2.2.7. |
Bl-użu ta’ veloċità inizjali ta’ bejn 87 km/h u 83 km/h, forza kostanti biżżejjed biex tikkawża t-tħaddim tal-ABS fuq ir-roti kollha tal-vettura u li tirriżulta f’diċelerazzjoni stabbli tal-vettura qabel mal-veloċità titnaqqas għal 80 km/h, għandha tkun applikata lill-kontroll tal-brejk ta’ servizz u din il-forza għandha tinżamm sakemm il-vettura titwaqqaf. It-test tal-ibbrejkjar għandu jitwettaq bil-klaċċ ta’ trażmissjoni manwali mhux ingaġġat jew bis-selettur ta’ trażmissjoni awtomatiku fil-pożizzjoni newtrali. |
2.2.2.8. |
Id-direzzjoni tat-test għandha tkun l-istess għal kull sett ta’ testijiet u għandha tkun l-istess għat-tajer tat-test kandidat bħal dik li ntużat għall-SRTT li miegħu għandha tiġi pparagunata l-prestazzjoni tiegħu. |
2.2.2.9. |
Fil-każ ta’ tajers ġodda, sabiex jiġu kkundizzjonati t-tajers għandhom jitwettqu żewġ ġirjiet tat-test. Dawn it-testijiet jistgħu jintużaw sabiex tkun ikkontrollata ħidmet it-tagħmir li jirrekordja imma r-riżultati ma għandhomx jitqiesu fil-valutazzjoni tar-rediment. |
2.2.2.10. |
Għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ kwalunke tajer ipparagunat ma’ dak tal-SRTT, it-test tal-ibbrejkjar għandu jitwettaq mill-istess punt u fl-istess lejn tal-mogħdija tat-test. |
2.2.2.11. |
L-ordni tal-ittestjar għandu jkun: R1 – T – R2 Fejn: R1 hija t-test inizjali tal-SRTT, R2 hija t-test ripetut tal-SRTT u T hija t-test tat-tajer kandidat li għandu jkun evalwat. Jistgħu jiġu ttestjati massimu ta’ tliet tajers kandiati qabel ma jiġi ripetut it-test tal-SRTT, pereżempju: R1 – T1 – T2 – T3 – R2 |
2.2.2.12. |
Id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (mfdd) bejn 80 km/h u 20 km/h għandha tiġi kkalkulata għal mill-inqas tliet riżultati validi fil-każ tal-SRTT u għal mill-inqas sitt riżultati validi fil-każ tat-tajers kandidati. Id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (mfdd) tiġi kkalkulata kif ġej: mfdd = 231,48/S Fejn: S hija d-distanza mkejla tal-waqfien f’metri bejn 80 km/h u 20 km/h. Biex ir-riżultati jitqiesu validi, il-koeffiċjent tal-varjazzjoni kif ġie ddeterminat mid-devjazzjoni standard diviża bir-riżultat medju, espress bħala perċentwali, għandu jkun sa tlieta fil-mija. Jekk dan ma jistax jinkiseb bl-ittestjar ripetut tal-SRTT, l-evalwazzjoni tat-tajer(s) kandidat(i) għandha titwarrab u l-ordni kollu tal-ittestjar għandu jiġi ripetut. Għal kull serje ta’ ġirjiet tat-test, għandha tkun iddeterminata l-medja tal-valuri kkalkulati tal-mfdd. |
2.2.2.13. |
L-użu tal-valur tal-mfdd medja għal kull serje ta’ ġirjiet tat-test:
|
2.2.2.14. |
L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) għandu jkun ikkalkulat kif ġej:
|
2.2.2.15. |
Fil-każ fejn it-tajers kandidati ma jkunux jistgħu jitwaħħalu fuq l-istess vettura bħall-SRTT, pereżempju, minħabba d-daqs tat-tajers, l-inabbiltà li tinkiseb it-tagħbija meħtieġa, eċċ., il-paragun għandu jsir billi jintużaw tajers intermedji, li min hawn ’il quddiem se jissejħu “tajers ta’ kontroll”, u żewġ vetturi differenti. Vettura waħda għandha tkun tista’ tiġi mgħammra bl-SRTT u bit-tajer ta’ kontroll u l-vettura l-oħra għandha tkun tista’ tiġi mgħammra bit-tajer ta’ kontroll u bit-tajer kandidat.
|
Appendiċi 1
IR-RAPPORT TAT-TEST (L-ADEŻJONI FUQ SUPERFIĊJE MXARRBA)
Parti 1 – Ir-rapport
1. L-Awtorità tal-Aprovazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku: …
2. L-isem u l-indirizz tal-applikant: …
3. In-Nru tar-rapport tat-test: …
4. Il-manifattur u l-Isem tal-Marka jew id-Deskrizzjoni kummmerċjali: …
5. Il-Klassi tat-Tajer (C1, C2 jew C3): …
6. Il-kategorija tal-użu: …
7. Il-koeffiċjent tal-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin meta pparagunat mal-SRTT skont il-paragrafu 2.1.2.15 jew 2.2.2.15: …
8. Kummenti (jekk ikun hemm): …
9. Data:
10. Firma:
Parti 2 – Id-dejta tat-test
1. Id-data tat-test: …
2. Il-vettura tat-test (il-marka, il-mudell, is-sena, il-modifikazzjonijiet, eċċ. jew l-identifikazzjoni tat-trejler): …
3. Fejn tinsab il-mogħdija tat-test: …
3.1. Il-karatteristiċi tal-mogħdija tat-test: …
3.2. Maħruġ minn:
3.3. Il-metodu ta’ ċertifikazzjoni: …
4. Id-dettalji tat-tajer tat-test: …
4.1. Id-denominazzjoni tad-daqsijiet u d-deskrizzjoni ta’ servizz tat-tajers: …
4.2. Il-marka tat-tajers u d-deskrizzjoni kummerċjali: …
4.3. Il-pressjoni ta’ nefħa ta’ referenza: kPa …
4.4. Id-dejta tat-test:
It-Tajer |
SRTT |
Kandidat |
Kontroll |
It-tagħbija tat-tajer tat-test (kg) |
|
|
|
Il-fond tal-ilma (mm) (minn 0,5 sa 1,5 mm) |
|
|
|
Il-medja tat-temperatura tal-mogħdija mxarrba (°C) (minn 5 sa 35 °C) |
|
|
|
4.5. Il-kodiċi tal-wisa’ tar-rimm tat-test: …
4.6. It-tip ta’ sensur għall-kejl tat-temperatura: …
4.7. L-identifikazzjoni tal-SRTT: …
5. Ir-riżultati validi tat-test: …
Ġirja Nru |
Il-Veloċità tat-Test (km/h) |
Id-direzzjoni tal-ġirja |
L-SRTT |
It-tajer kandidat |
It-tajer ta’ kontroll |
Il-koeffiċjent tal-akbar forza tal-brejkijiet (pbfc) |
Id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ (mfdd) |
L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) |
Kummenti |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
8 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS 6
IL-PROĊEDURA TAT-TEST BIEX TITKEJJEL IR-REŻISTENZA GĦALL-IRROLLJAR
1. IL-METODI TAT-TEST
Il-metodi alternattivi tal-kejl elenkati aktar ’l isfel qed jingħataw f’dan ir-Regolament. L-għażla ta’ metodu individwali titħalla f’idejn min ikun qed jagħmel it-test. Għal kull metodu, il-kejl tat-test għandu jiġi kkonvertit f’forza li taġixxi fl-interface tat-tajer/tad-drum. Il-parametri mkejla huma:
a) |
fil-metodu tal-forza: il-forza ta’ reazzjoni mkejla jew ikkonvertita fil-magħżel tat-tajer (tyre spindle); (1) |
b) |
fil-metodu tat-torque: it-torque imħaddem imkejjel fid-drum tat-test; (2) |
c) |
fil-metodu tad-diċelerazzjoni: il-kejl tad-diċelerazzjoni tad-drum tat-test u tal-assemblaġġ tat-tajer (2); |
d) |
fil-metodu tal-enerġija: il-kejl tal-enerġija imħaddma fid-drum tat-test (2). |
2. IT-TAGĦMIR TAT-TEST
2.1. L-ispeċifikazzjonijiet tad-drum
2.1.1. Id-dijametru
Id-dinamometru tat-test għandu jkollu volant ċilindriku (drum) b’dijametru ta’ mill-inqas 1,7 m.
Il-valuri Fr u Cr għandhom ikunu espressi b’relazzjoni għal dijametru tad-drum ta’ 2,0 m. Jekk jintuża dijametru tad-drum differenti minn 2,0 m, għandu jsir aġġustament fil-korrelazzjoni skont il-metodu fil-paragrafu 6.3.
2.1.2. Is-superfiċje
Is-superfiċje tad-drum għandha tkun azzar lixx. Alternattivament, sabiex tittejjeb l-akkuratezza tal-qari tal-iskim test, tista’ tintuża wkoll superfiċje li ma tkunx lixxa, li għandha tinżamm nadifa.
Il-valuri Fr u Cr għandhom jiġu espressi b’relazzjoni għas-superfiċje “lixxa” tad-drum. Jekk tintuża superfiċje tad-drum li ma tkunx lixxa, ara l-paragrafu 7 tal-Appendiċi 1.
2.1.3. Il-wisa’
Il-wisa’ tas-superfiċje tad-drum tat-test ma għandhiex taqbeż il-wisa’ tar-roqgħa ta’ kuntatt tat-tajer tat-test.
2.2. Ir-rimm tal-kejl
It-tajer għandu jiġi mmuntat fuq rimm tal-kejl magħmul mill-azzar jew minn liga ħafifa, kif ġej:
(a) |
għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2, il-wisa’ tar-rimm għandha tkun kif ġiet iddefinita fl-ISO 4000-1:2010, |
(b) |
għat-tajers tal-Klassi C3 il-wisa’ tar-rimm għandha tkun kif ġiet iddefinita fl-ISO 4209 1:2001. Ma għandha tkun permessa l-ebda wisa’ oħra tar-rimm. Ara l-Appendiċi 2. |
2.3. L-akkuratezzi tat-tagħbija, tal-allinjament, tal-kontroll u tal-istrumentazzjoni
Il-kejl ta’ dawn il-parametri għandu jkun biżżejjed akkurat u preċiż sabiex jipprovdi d-dejta tat-test mitluba. Il-valuri speċifiċi u rispettivi qed jintwerew fl-Appendiċi 1.
2.4. L-ambjent termali
2.4.1. Il-kundizzjonijiet ta’ referenza
It-temperatura ambjentali ta’ referenza, imkejla f’distanza ta’ mhux inqas minn 0,15 m u mhux aktar minn 1 m min-naħa tal-ġenb tat-tajer, għandha tkun ta’ 25 °C.
2.4.2. Il-kundizzjonijiet alternattivi
Jekk it-temperatura ambjentali tat-test tkun differenti mit-temperatura ambjentali ta’ referenza, il-kejl tar-reżistenza għall-irrolljar għandu jiġi korrett għat-temperatura ambjentali ta’ referenza skont il-paragrafu 6.2 ta’ dan l-anness.
2.4.3. It-temperatura tas-superfiċje tad-drum.
Wieħed għandu joqgħod attent ħalli jkun żgurat li t-temperatura tas-superfiċje tad-drum tat-test tkun l-istess bħat-temperatura ambjentali fil-bidu tat-test.
3. IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST
3.1. Ġenerali
It-test jikkonsisti f’kejl tar-reżistenza għall-irrolljar fejn it-tajer jintefaħ u l-pressjoni ta’ nefħa titħalla tinbena, jiġifieri “arja limitata (capped air)”.
3.2. Il-veloċitajiet tat-test
Il-valur għandu jinkiseb fil-veloċità xierqa tad-drum speċifikata fit-Tabella 1.
Tabella 1
Il-Veloċitajiet tat-Test
(f’km/h) |
||||
Il-Klassi tat-tajer |
C1 |
C2 u C3 |
C3 |
|
L-Indiċi tat-Tagħbija |
Kollha |
LI ≤ 121 |
LI > 121 |
|
Is-Simbolu tal-Veloċità |
Kollha |
Kollha |
J 100 km/h u inqas jew tajers mhux immarkati bis-simbolu tal-veloċità |
K 110 km/h u ogħla |
Il-Veloċità |
80 |
80 |
60 |
80 |
3.3. It-tagħbija tat-test
It-tagħbija standard tat-test għandha tiġi kkalkulata mill-valuri murija fit-Tabella 2 u għandha tinżamm fi ħdan it-tolleranzi speċifikati fl-Appendiċi 1.
3.4. Il-pressjoni ta’ nefħa tat-test
Il-pressjoni ta’ nefħa għandha tkun skont dik murija fit-Tabella 2 u għandha tkun limitata bl-akkuratezza speċifikata fil-paragrafu 4 tal-Appendiċi 1 għal dan l-anness.
Tabella 2
It-Tagħbiji tat-Test u l-Pressjonijiet ta’ Nefħa
Il-Klassi tat-tajer |
C1 (1) |
C2, C3 |
|
|
It-Tagħbija Standard |
Rinforzat jew Tagħbija Żejda |
|
It-Tagħbija- % tal-kapaċità għat-tagħbija massima |
80 |
80 |
85 (2) ( % ta’ tagħbija waħda) |
Il-pressjoni ta’ nefħa kPa |
210 |
250 |
Li tikkorrispondi għall-kapaċità għat-tagħbija massima għal applikazzjoni waħda (3) |
Nota: Il-pressjoni ta’ nefħa għandha tkun limitata bl-akkuratezza speċifikata fil-paragrafu 4 tal-Appendiċi 1 għal dan l-anness. |
3.5. It-tul ta’ ħin u l-veloċità
Meta jintgħażel il-metodu tad-diċelerazzjoni, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
a) |
Għal tul ta’ ħin Δt, l-inkrementi fil-ħin ma għandhomx jaqbżu ż-0,5 s; |
b) |
Kwalunkwe varjazzjoni fil-veloċità tad-drum tat-test ma għandhiex tabqeż il-1 km/h f’inkrement wieħed ta’ ħin. |
4. IL-PROĊEDURA TAT-TEST
4.1. Ġenerali
L-istadji tal-proċedura tat-test deskritti hawn taħt għandhom jiġu segwiti fis-sekwenza mogħtija.
4.2. Il-kundizzjonament termali
It-tajer minfuħ għandu jitqiegħed fl-ambjent termali tal-post fejn se jsir it-test għal minimu ta’:
(a) |
tliet sigħat għat-tajers tal-Klassi C1; |
(b) |
sitt sigħat għat-tajers tal-Klassijiet C2 u C3. |
4.3. L-aġġustament tal-pressjoni
Wara l-kundizzjonament termali, il-pressjoni ta’ nefħa għandha tiġi aġġustata għall-pressjoni tat-test, u għandha tiġi vverifikata għaxar minuti wara li jkun sar l-aġġustament.
4.4. It-tisħin
It-tul ta’ ħin sabiex għat-tisħin għandu jkun kif ġie speċifikat fit-Tabella 3
Tabella 3
It-Tul ta’ Ħin għat-Tisħin
Il-Klassi tat-Tajer |
C1 |
C2 u C3 LI ≤ 121 |
C3 LI > 121 |
|
Id-Dijametru Nominali tar-Rimm |
Kollha |
Kollha |
< 22,5 |
≥ 22,5 |
It-tul ta’ ħin għat-tisħin |
30 min. |
50 min. |
150 min. |
180 min. |
4.5. Il-kejl u r-reġistrazzjoni
Dawn li ġejjin għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati (ara l-Figura 1):
(a) |
Il-veloċità tat-test Un. |
(b) |
It-tagħbija fuq it-tajer perpendikulari għas-superfiċje tad-drum Lm. |
(c) |
Il-pressjoni ta’ nefħa tat-test inizjali kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 3.3. |
(d) |
Il-koeffiċjent imkejjel tar-reżistenza għall-irrolljar Cr, u l-valur korrett tiegħu Crc, f’temperatura ta’ 25 °C u għal dijametru tad-drum ta’ 2 m. |
(e) |
Id-distanza mill-assi tat-tajer sas-superfiċje ta’ barra tad-drum fi stat stabbli rL,. |
(f) |
It-temperatura ambjentali tamb. |
(g) |
Ir-radju tad-drum tat-test R. |
(h) |
Il-metodu tat-test magħżul. |
i) |
Ir-rimm tat-test (id-daqs u l-materjal). |
(j) |
Id-daqs, il-manifattur, it-tip, in-numru ta’ identità (jekk jeżisti wieħed), is-simbolu tal-veloċità, l-indiċi tat-tagħbija, in-numru tad-DOT (Dipartiment tat-Trasport) tat-tajer. |
Figura 1
Il-kwantitajiet mekkaniċi kollha (il-forzi, it-torques) għandhom ikunu orjentati skont is-sistemi tal-assi speċifikati fl-ISO 8855:1991.
It-tajers direzzjonali għandhom jitħaddmu fis-sens rotazzjonali speċifikat tagħhom.
4.6. Il-kejl tat-telf parassitiku
It-telf parassitiku għandu jkun iddeterminat permezz ta’ waħda mill-proċeduri li ġejjin mogħtija fil-paragrafu 4.6.1 jew 4.6.2.
4.6.1. Il-qari tal-iskim test
Il-qari tal-iskim test għandu jsegwi l-proċedura ta’ hawn taħt:
(a) |
Naqqas it-tagħbija sabiex it-tajer jinżamm bil-veloċità tat-test mingħajr ma jiżloq. (3) Il-valuri tat-tagħbija għandhom ikunu kif ġej:
|
(b) |
Irreġistra l-forza tal-magħżel Ft, it-torque tat-tħaddim Tt, jew l-enerġija, liema minnhom tkun applikabbli (3). |
(c) |
Irreġistra t-tagħbija fuq it-tajer perpendikulari għas-superfiċje tad-drum Lm (3). |
4.6.2. Il-metodu tad-diċelerazzjoni
Il-metodu tad-diċelerazzjoni għandu jsegwi l-proċedura ta’ hawn taħt:
a) |
Neħħi t-tajer mis-superfiċje tat-test; |
b) |
Irreġistra d-diċelerazzjoni tad-drum tat-test ΔωDo/ Δt u dik tat-tajer mhux mgħobbi ΔωT0/ Δt. (3). |
4.7. Il-konċessjoni għall-magni li jaqbżu l-kriterju σm
L-istadji deskritti fil-paragrafi 4.3 sa 4.5 għandhom jitwettqu darba waħda biss, jekk id-devjazzjoni standard tal-kejl iddeterminata skont il-paragrafu 6.5:
(a) |
ma tkunx akbar minn 0,075 N/kN għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2; |
(b) |
ma tkunx akbar minn 0,06 N/kN għat-tajers tal-Klassi C3. |
Jekk id-devjazzjoni standard tal-kejl taqbeż dan il-kriterju, il-proċess ta’ kejl għandu jiġi ripetut għal n darbiet kif ġie deskritt fil-paragrafu 6.5. Il-valur tar-reżistenza għall-irrolljar irrapportat għandu jkun il-medja tal-kejl n.
5. L-INTERPRETAZZJONI TAD-DEJTA
5.1. Id-determinazzjoni tat-telf parassitiku
5.1.1. Ġenerali
Il-laboratorju għandu jwettaq il-kejl deskritt fil-paragrafu 4.6.1 għall-metodi tal-forza, tat-torque u tal-enerġija jew dak deskritt fil-paragrafu 4.6.2 għall-metodu tad-diċelerazzjoni, sabiex jiddetermina bi preċiżjoni fil-kundizzjonijiet tat-test (it-tagħbija, il-veloċità, it-temperatura), il-frizzjoni tal-magħżel tat-tajer, it-telf aerodinamiku mit-tajer u mir-rota, il-frizzjoni tal-bering tad-drum (u kif inhu xieraq, tal-magna u/jew tal-klaċċ) u t-telf aerodinamiku mid-drum.
It-telf parassitiku relatat mal-interface tat-tajer/tad-drum Fpl espress fi newton għandu jkun ikkalkulat mit-torque tal-forza Ft mill-enerġija jew mid-diċelerazzjoni, kif jintwera fil-paragrafi 5.1.2 sa 5.1.5 aktar ’l isfel.
5.1.2. Il-metodu tal-forza fil-magħżel tat-tajer
Ikkalkula:
Fpl = Ft (1 + rL/R)
fejn:
Ft |
hija l-forza tal-magħżel tat-tajer fi newton (ara l-paragrafu 4.6.1); |
rL |
hija d-distanza mill-assi tat-tajer sas-superfiċje ta’ barra tad-drum f’kundizzjonijiet ta’ stat stabbli, f’metri; |
R |
hija r-radju tad-drum tat-test, f’metri. |
5.1.3. Il-metodu tat-torque fl-assi tad-drum
Ikkalkula:
Fpl = Tt/R
fejn:
Tt |
hija it-torque tat-tħaddim f’metri newton (newton metre), kif ġie ddeterminat fil-paragafu 4.6.1. |
R |
hija r-radju tad-drum tat-test, f’metri. |
5.1.4. Il-metodu tal-enerġija fl-assi tad-drum
Ikkalkula:
fejn:
V |
hija l-potenzjal elettriku applikat lid-drajv tal-magna, f’volt; |
A |
hija l-kurrent elettriku miġbud mid-drajv tal-magna, f’ampere; |
Un |
hija l-veloċità tad-drum tat-test, f’kilometri fis-siegħa. |
5.1.5. Il-metodu tad-diċelerazzjoni
Ikkalkula t-telf parassitiku Fpl, fi newton.
fejn:
ID |
hija l-inerzja tad-drum tat-test li qed idur, f’metri kilogrammi kwadrati (kilogram meter squared); |
R |
hija r-radju ta-superfiċje tad-drum tat-test, f’metri; |
ωD0 |
hija l-veloċità angulari tad-drum tat-test, mingħajr it-tajer, f’radians fis-sekonda; |
Δt0 |
hija l-inkrement tal-ħin magħżul għall-kejl tat-telf parassitiku mingħajr it-tajer, f’sekondi; |
IT |
hija l-inerzja tal-magħżel, tat-tajer u tar-rota li qed iduru, f’metri kilogrammi kwadrati; |
Rr |
hija r-radju tal-irrolljar tat-tajer, f’metri; |
ωT0 |
hija l-veloċità angulari tat-tajer, tat-tajer mhux mgħobbi, f’radians fis-sekonda. |
5.2. Il-kalkolu tar-reżistenza għall-irrolljar
5.2.1. Ġenerali
Ir-reżistenza għall-irrolljar Fr, esperessa fi newton, tiġi kkalkulata billi jintużaw il-valuri miksuba billi t-tajer jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet speċifikati f’dan l-istandard internazzjonali u billi jitnaqqas it-telf parassitiku Fpl xieraq, miksub skont il-paragrafu 5.1.
5.2.2. Il-metodu tal-forza fil-magħżel tat-tajer
Ir-reżistenza għall-irrolljar Fr, fi newton, tiġi kkalkulata billi tintuża l-ekwazzjoni
Fr = Ft[1 + (rL/R)] – Fpl
fejn:
Ft |
hija l-forza tal-magħżel tat-tajer, fi newton; |
Fpl |
tirrappreżenta t-telf parassitiku kif ġie kkalkulat fil-paragrafu 5.1.2; |
rL |
hija d-distanza mill-assi tat-tajer sas-superfiċje ta’ barra tad-drum f’kundizzjonijiet ta’ stat stabbli, f’metri; |
R |
hija r-radju tad-drum tat-test, f’metri. |
5.2.3. Il-metodu tat-torque fl-assi tad-drum
Ir-reżistenza għall-irrolljar Fr, fi newton, tiġi kkalkulata permezz tal-ekwazzjoni
fejn:
Tt |
hija t-torque tat-tħaddim, f’metri newton; |
Fpl |
tirrappreżenta t-telf parassitiku kif ġie kkalkulat fil-paragrafu 5.1.3; |
R |
hija r-radju tad-drum tat-test, f’metri. |
5.2.4. Il-metodu tal-enerġija fl-assi tad-drum
Ir-reżistenza għall-irrolljar Fr, fi newton, tiġi kkalkulata permezz tal-ekwazzjoni:
fejn:
V |
hija l-potenzjal elettriku applikat lid-drajv tal-magna, f’volt; |
A |
hija l-kurrent elettriku miġbud mid-drajv tal-magna, f’ampere; |
Un |
hija l-veloċità tad-drum tat-test, f’kilometri fis-siegħa; |
Fpl |
tirrappreżenta t-telf parassitiku kif ġie kkalkulat fil-paragrafu 5.1.4. |
5.2.5. Il-metodu tad-diċelerazzjoni
Ir-reżistenza għall-irrolljar Fr, fi newton, tiġi kkalkulata billi tintuża l-ekwazzjoni:
fejn:
ID |
hija l-inerzja tad-drum tat-test li qed idur, f’metri kilogrammi kwadrati; |
R |
hija r-radju tas-superfiċje tad-drum tat-test, f’metri; |
Fpl |
tirrappreżenta t-telf parassitiku kif ġie kkalkulat fil-paragrafu 5.1.5; |
Δtv |
hija l-inkrement tal-ħin magħżul għall-kejl, f’sekondi; |
Δωv |
hija l-inkrement tal-veloċità angulari tad-drum tat-test, mingħajr it-tajer, f’radians fis-sekonda; |
IT |
hija l-inerzja tal-magħżel, tat-tajer u tar-rota li qed iduru, f’metri kilogrammi kwadrati; |
Rr |
hija r-radju tal-irrolljar tat-tajer, f’metri;. |
Fr |
hija r-reżistenza għall-irrolljar, fi newton. |
6. L-ANALIŻI TAD-DEJTA
6.1. Il-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar
Il-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar Cr jiġi kkalkulat billi r-reżistenza għall-irrolljar tiġi diviża bit-tagħbija fuq it-tajer:
bi:
Fr |
hija r-reżistenza għall-irrolljar, fi newton; |
Lm |
hija t-tagħbija tat-test, f’kN. |
6.2. Il-korrezzjoni tat-temperatura
Jekk il-kejl f’temperaturi oħrajn għajr il-25 °C ikun inevitabbli (temperaturi mhux inqas minn 20 °C jew aktar minn 30 °C biss huma aċċettabbli), mela għandha ssir korrezzjoni għat-temperatura billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja, bi:
Fr25 |
hija r-reżistenza għall-irrolljar f’temperatura ta’ 25 °C, fi newton: F r25 = Fr [1 + K (tamb – 25)] |
fejn:
Fr |
hija r-reżistenza għall-irrolljar, fi newton; |
||||||
tamb |
hija t-temperatura ambjentali, fi gradi Celsius; |
||||||
K |
hija:
|
6.3. Il-korrezzjoni tad-dijametru tad-drum
Ir-riżultati tat-test miksuba minn dijametri differenti tad-drum għandhom jiġu pparagunati billi tintuża l-formula teoretika li ġejja:
F r02 KF r01
bi:
fejn:
R 1 |
hija r-radju tad-drum 1, f’metri; |
R 2 |
hija r-radju tad-drum 2, f’metri; |
r T |
hija nofs id-dijametru nominali tat-tajer skont id-disinn, f’metri; |
F r01 |
hija l-valur tar-reżistenza għall-irrolljar imkejjel fuq drum 1, fi newton; |
F r02 |
hija l-valur tar-reżistenza għall-irrolljar imkejjel fuq drum 2, fi newton. |
6.4. Ir-riżultat tal-kejl
Fejn il-kejl n ikun akbar minn 1, jekk ikun mitlub mill-paragrafu 4.6, ir-riżultat tal-kejl għandu jkun il-medja tal-valuri Cr miksuba għall-kejl n, wara li jkunu saru l-korrezzjonijiet deskritti fil-paragrafi 6.2 u 6.3.
6.5. Il-laboratorju għandu jiżgura ruħu li, fuq il-bażi ta’ minimu ta’ kejl li sar għal tliet darbiet, il-magna żżomm il-valuri ta’ σm, li ġejjin, kif tkejlu fuq tajer wieħed:
|
σm ≤ 0,075 N/kN għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2 |
|
σm ≤ 0,06 N/kN għat-tajers tal-Klassi C3 |
Jekk ir-rekwiżit għal σm ta’ hawn fuq ma jiġix sodisfatt, għandha tiġi applikata l-formula li ġejja sabiex ikun iddeterminat in-numru minimu ta’ kejl n (imqarreb għall-valur sħiħ immedjatament superjuri) li huwa mitlub mill-magna sabiex tikkwalifika għal konformità ma’ dan ir-Regolament.
n = (σm / x)2
fejn:
x |
= |
0,075 N/kN għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2 |
x |
= |
0,06 N/kN għat-tajers tal-Klassi C3 |
Jekk ikun meħtieġ li tajer jitkejjel diversi drabi, l-assemblaġġ tat-tajer/tar-rota għandu jitneħħa mill-magna bejn il-kejl suċċessiv.
Jekk l-operazzjoni ta’ tneħħija/twaħħil mill-ġdid iddum inqas minn 10 minuti, it-tul ta’ ħin għat-tisħin indikat fil-paragrafu 4.3 jista’ jitnaqqas għal:
(a) |
10 minuti għat-tajers tal-Klassi C1 |
(b) |
20 minuta għat-tajers tal-Klassi C2 |
(c) |
30 minuta għat-tajers tal-Klassi C3 |
6.6. Il-monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll tal-laboratorju għandu jitwettaq f’intervalli li ma jkunux akbar minn xahar. Il-monitoraġġ għandu jinkludi mill-inqas kejl separat li jittieħed għal tliet darbiet waqt dan il-perjodu ta’ xahar. Il-medja tal-kejl li jittieħed għal tliet darbiet waqt perjodu ta’ xahar partikolari għandha tiġi evalwata għad-drift minn evalwazzjoni ta’ xahar għall-oħra.
(1) Dan il-valur imkejjel jinkludi wkoll t-telf mill-berings u dak aerodinamiku tar-rota u tat-tajer li għandu jitqies ukoll għal interpretazzjoni ulterjuri tad-dejta.
(2) Il-valur imkejjel fil-metodi tat-torque, tad-diċelerazzjoni u tal-enerġija jinkludi wkoll it-telf mill-berings u dak aerodinamiku tar-rota, tat-tajer u tad-drum li li għandu jitqies ukoll għal interpretazzjoni ulterjuri tad-dejta.
(1) Għal dawk it-tajers tal-karozzi tal-passiġġieri li jappartjenu lil kategoriji li mhumiex murija fl-ISO 4000-1:2010, il-pressjoni ta’ nefħa għandha tkun il-pressjoni ta’ nefħa rrakkomandata mill-manifattur tat-tajer, li tikkorrispondi għall-kapaċità għat-tagħbija massima tat-tajer, imnaqqsa bi 30 kPa.
(2) Bħala perċentwali ta’ tagħbija waħda, jew 85 % tal-kapaċità għat-tagħbija massima għal applikazzjoni waħda speċifikata fil-manwali applikabbli tal-istandards tat-tajers jekk ma tkunx immarkata fuq it-tajer.
(3) Il-pressjoni ta’ nefħa mmarkata fuq in-naħa tal-ġenb, jew jekk ma tkunx immarkata fuq in-naħa tal-ġenb, kif ġiet speċifikata fil-manwali applikabbli tal-istandards tat-tajers li tikkorrispondi għall-kapaċità għat-tagħbija massima għal applikazzjoni waħda.
(3) Bl-eċċezzjoni tal-metodu tal-forza, il-valur imkejjel jinkludi t-telf mill-berings u dak aerodinamiku tar-rota, tat-tajer u tad-drum li jeħtieġ li jitqies ukoll.
Huwa maghruf li l-frizzjonijiet tal-berings tal-imgħażel u tad-drum jiddependu mit-tagħbija applikata. Konsegwentement, huwa differenti għall-kejl tas-sistema mgħobbija u għall-qari tal-iskim test. Madankollu, għal raġunijiet prattiċi, din id-differenza tista’ tiġi injorata.
Appendiċi 1
IT-TOLLERANZI TAT-TAGĦMIR TAT-TEST
1. IL-FINI
Il-limiti speċifikati f’dan l-anness huma meħtieġa sabiex jintlaħqu livelli xierqa ta’ riżultati ta’ testijiet ripetibbli, li jistgħu jiġu korrelati wkoll fost id-diversi laboratorji tat-testijiet. Dawn it-tolleranzi mhumiex maħsuba sabiex jirrappreżentaw sett komplut ta’ speċifikazzjonijiet tal-inġinerija għat-tagħmir tat-test; anzi, għandhom jagħmluha ta’ linji gwida sabiex jinkisbu riżultati affidabbli ta’ testijiet.
2. IR-RIMMIJIET TAT-TEST
2.1. Il-wisa’
Għar-rimmijiet tat-tajers tal-karozzi tal-passiġġieri (it-tajers tal-Klassi C1), il-wisa’ tar-rimm tat-test għandha tkun l-istess bħar-rimm tal-kejl iddeterminat fil-klawżola 6.2.2. tal-ISO 4000-1: 2010.
Għat-tajers tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-linja (C2 u C3), il-wisa’ tar-rimm għandha tkun l-istess bħar-rimm tal-kejl iddeterminat fil-klawżola 5.1.3. tal-ISO 4209-1:2001.
2.2. Ir-run-out (difett f’komponent li jdur biex b’hekk mhux il-partijiet kollha jduru madwar l-assi maħsuba tagħhom b’relazzjoni għal xulxin)
Ir-run-out għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a) |
run-out radjali massimu: 0,5 mm |
(b) |
run-out laterali massimu: 0,5 mm |
3. L-ALLINJAMENT TAD-DRUM/TAT-TAJER
Ġenerali:
Id-devjazzjonijiet tal-angoli huma kritiċi għar-riżultati tat-testijiet.
3.1. L-applikazzjoni tat-tagħbija
Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tat-tagħbija tat-tajer għandha tinżamm perpendikulari għas-superfiċje tat-test u għandha tgħaddi miċ-ċentru tar-rota fi ħdan
(a) |
1 mrad għall-metodi tal-forza u tad-diċelerazzjoni; |
(b) |
5 mrad għall-metodi tat-torque u tal-enerġija. |
3.2. L-allinjament tat-tajer
3.2.1. L-angolu tal-kamber
Il-pjan tar-rota għandu jkun perpendikulari għas-superfiċje tat-test fi ħdan 2 mrad għall-metodi kollha.
3.2.2. L-islip angle (l-angolu bejn id-direzzjoni effettiva fejn qed tivvjaġġa rota li qed iddur u d-direzzjoni lejn fejn qed tipponta)
Il-pjan tat-tajer għandu jkun parallel għad-direzzjoni tal-moviment tas-superfiċje tat-test fi ħdan 1 mrad għall-metodi kollha.
4. L-AKKURATEZZA TAL-KONTROLL
Il-kundizzjonijiet tat-test għandhom jinżammu fil-valuri speċifikati tagħhom, indipendentement mill-perturbazzjonijiet ikkawżati min-nuqqas ta’ uniformità tat-tajer u tar-rimm, b’tali mod li l-varjabbiltà globali tal-kejl tar-reżistenza għall-irrolljar tiġi minimizzata. Sabiex ikun sodisfatt dan ir-rekwiżit, il-valur medju tal-kejl meħud waqt il-perjodu tal-ġbir tad-dejta dwar ir-reżistenza għall-irrolljar għandu jkun fi ħdan l-akkuratezzi ddikjarati kif ġej:
(a) |
it-tagħbija tat-tajer:
|
(b) |
il-pressjoni ta’ nefħa kiesħa: +/– 3 kPa |
(ċ) |
il-veloċità fis-superfiċje:
|
(d) |
il-ħin: +/– 0,02 s |
5. L-AKKURATEZZA TAL-ISTRUMENTAZZJONI
L-istrumentazzjoni użata għall-qari u għar-reġistrazzjoni tad-dejta tat-test għandha tkun akkurata fi ħdan it-tolleranzi ddikjarati hawn taħt:
Il-parametru |
L-Indiċi tat-Tagħbija ≤ 121 |
L-Indiċi tat-Tagħbija > 121 |
it-tagħbija tat-tajer |
+/– 10 N jew +/– 0,5 % (1) |
+/– 30 N jew +/– 0,5 % (1) |
il-pressjoni ta’ nefħa |
+/– 1 kPa |
+/– 1,5 kPa |
il-forza tal-magħżel |
+/– 0,5 N jew + 0,5 % (1) |
+/– 1,0 N jew + 0,5 % (1) |
it-torque imħaddem |
+/– 0,5 Nm jew + 0,5 % (1) |
+/– 1,0 Nm jew + 0,5 % (1) |
id-distanza |
+/– 1 mm |
+/– 1 mm |
l-enerġija elettrika |
+/– 10 W |
+/– 20 W |
it-temperatura |
+/– 0,2 °C |
|
il-veloċità fis-superfiċje |
+/– 0,1 km/h |
|
il-ħin |
+/– 0,01 s |
|
il-veloċità angulari |
+/– 0,1 % |
6. IL-KUMPENS GĦALL-INTERAZZJONI BEJN IT-TAGĦBIJA/IL-FORZA TAL-MAGĦŻEL U L-ALLINJAMENT ĦAŻIN TAT-TAGĦBIJA GĦALL-METODU TAL-FORZA BISS
Il-kumpens kemm tal-interazzjoni bejn it-tagħbija/il-forza tal-magħżel (“cross talk”) kif ukoll tal-allinjament ħażin tat-tagħbija jista’ jinkiseb jew billi tiġi rreġistata l-forza tal-magħżel kemm għar-rotazzjoni tat-tajer ’il quddiem kif ukoll bir-rivers jew permezz ta’ kalibrazzjoni dinamika tal-magna. Jekk il-forza tal-magħżel tiġi rreġistrata għal direzzjonijiet ’il quddiem u bir-rivers (f’kull kundizzjoni tat-test), il-kumpens jinkiseb billi l-valur tar-“rivers” jitnaqqas mill-valur tal-“quddiem” u r-riżultat jiġi diviż bi tnejn. Jekk ikun hemm il-ħsieb li tintuża l-kalibrazzjoni dinamika tal-magna, it-termini tal-kumpens jistgħu jiġu faċilment inkorporati fit-tnaqqis tad-dejta.
F’każijiet fejn ir-rotazzjoni tat-tajer bir-rivers issegwi immedjatament l-ikkompletar tar-rotazzjoni tat-tajer ’il quddiem, il-ħin għat-tisħin għar-rotazzjoni tat-tajer bir-rivers għandu jkun ta’ mill-inqas 10 minuti għat-tajers tal-Klassi C1 u ta’ 30 minuta għat-tipi l-oħra kollha ta’ tajers.
7. IL-ĦRUXIJA TAS-SUPERFIĊJE TAT-TEST
Il-ħruxija, imkejla lateralment, tas-superfiċje lixxa tal-azzar tad-drum għandu jkollha valur ta’ għoli medju massimu tal-linja ċentrali ta’ 6,3 μm.
Nota: F’każijiet fejn tintuża superfiċje tad-drum li ma tkunx lixxa minflok superfiċje lixxa tal-azzar, dan il-fatt għandu jiġi nnotat fir-rapport tat-test. L-istruttura tas-superfiċje mbagħad għandha tkun fonda 180 μm (80 grit) u l-laboratorju huwa responsabbli biex jinżammu l-karatteristiċi tal-ħruxija tas-superfiċje. Għal każijiet fejn tintuża superfiċje tad-drum li ma tkunx lixxa, ma huwa rakkomandat l-ebda fattur ta’ korrezzjoni speċifiku.
(1) liema minnhom ikun l-akbar.
Appendiċi 2
IL-WISA’ TAR-RIMM TAL-KEJL
1. IT-TAJERS TAL-KLASSI C1
Il-wisa’ tar-rimm tal-kejl Rm hija daqs il-prodott tal-wisa’ nominali tas-sezzjoni SN u tal-koeffiċjent K2:
Rm = K2 × SN
imqarreb għall-eqreb rimm standardizzat, fejn K2 hija l-koeffiċjent tal-proporzjon tal-wisa’ tar-rimm/tas-sezzjoni. Għat-tajers immuntati fuq rimmijiet bin-nofs imniżżel b’angolu ta’ 5° (drop-centre rims) b’dijametru nominali espress b’kodiċi ta’ żewġ figuri:
|
K2 = 0,7 għall-proporzjonijiet tal-aspett nominali minn 95 sa 75 |
|
K2= 0,75 għall-proporzjonijiet tal-aspett nominali minn 70 sa 60 |
|
K2 = 0,8 għall-proporzjonijiet tal-aspett nominali ta’ 55 u 50 |
|
K2 = 0,85 għall-proporzjon tal-aspett nominali ta’ 45 |
|
K2 = 0,9 għall-proporzjonijiet tal-aspett nominali minn 40 sa 30 |
|
K2 = 0,92 għall-proporzjonijiet tal-aspett nominali ta’ 20 u 25 |
2. IT-TAJERS TAL-KLASSIJIET C2 U C3
Il-wisa’ tar-rimm tal-kejl Rm hija daqs il-prodott tal-wisa’ nominali tas-sezzjoni SN, u tal-koeffiċjent K4:
Rm = K4 × SN imqarreb għall-eqreb wisa’ tar-rimm standardizzat.
Tabella 1
Il-koeffiċjenti biex tkun iddeterminata l-wisa’ tar-rimm tal-kejl
Il-Kodiċi tal-Istruttura tat-Tajer |
It-tip ta’ rimm |
Il-proporzjon tal-aspett nominali H/S |
Il-proporzjon tar-rimm tal-kejl/tas-sezzjoni K4 |
B, D, R |
ġej għal ponta bi grad ta’ 5° |
100 sa 75 |
0,70 |
70 u 65 |
0,75 |
||
60 |
0,75 |
||
55 |
0,80 |
||
50 |
0,80 |
||
45 |
0,85 |
||
40 |
0,90 |
||
ġej għal ponta bi grad ta’ 15° (bin-nofs imniżżel) |
90 sa 65 |
0,75 |
|
60 |
0,80 |
||
55 |
0,80 |
||
50 |
0,80 |
||
45 |
0,85 |
||
40 |
0,85 |
||
Nota: Għal kunċetti (strutturi) ġodda ta’ tajers jistgħu jiġu stabbiliti fatturi oħrajn. |
Appendiċi 3
IR-RAPPORT TAT-TEST U D-DEJTA TAT-TEST (IR-REŻISTENZA GĦALL-IRROLLJAR)
Parti 1: Ir-rapport
1. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku: …
2. L-isem u l-indirizz tal-applikant: …
3. In-Nru tar-rapport tat-test: …
4. Il-Manifattur u l-isem tal-marka jew id-deskrizzjoni kummerċjali: …
5. Il-klassi tat-tajer (C1, C2 jew C3): …
6. Il-kategorija tal-użu: …
7. Il-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar (it-temperatura u d-dijametru tad-drum korretti): …
8. Kummenti (jekk ikun hemm)): …
9. Data:
10. Firma:
Parti 2: Id-dejta tat-test
1. Id-data tat-test: …
2. L-identifikazzjoni tal-magna tat-test u tad-dijametru/tas-superfiċje tad-drum: …
3. Id-dettalji tat-tajer tat-test: …
3.1. Id-denominazzjoni tad-daqsijiet u d-deskrizzjoni tas-servizz tat-tajers: …
3.2. Il-marka u d-deskrizzjoni kummerċjali tat-tajers: …
3.3. Il-pressjoni ta’ nefħa ta’ referenza kPa: …
4. Id-dejta tat-test:
4.1. Il-metodu tal-kejl: …
4.2. Il-veloċità tat-test km/h: …
4.3. It-tagħbija N:
4.4. Il-pressjoni ta’ nefħa tat-test, inizjali: …
4.5. Id-distanza mill-assi tat-tajer sas-superfiċje ta’ barra tad-drum f’kundizzjonijiet ta’ stat stabbli, rL: …
4.6. Il-wisa’ u l-materjal tar-rimm tat-test: …
4.7. It-temperatura ambjentali °C: …
4.8. It-tagħbija tal-iskim test (ħlief għall-metodu tad-diċelerazzjoni) N: …
5. Il-koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar: …
5.1. Il-valur inizjali (jew medju fil-każ ta’ aktar minn 1) N/kN: …
5.2. It-temperatura korretta N/kN: …
5.3. It-temperatura u d-dijametru tad-drum korretti N/kN: …
ANNESS 7
IL-PROĊEDURI GĦALL-ITTESJTAR TAL-PRESTAZZJONI FUQ IL-BORRA
1. ID-DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL TEST FUQ IL-BORRA META JKUNU DIFFERENTI MINN DAWK EŻISTENTI
1.1. “Ġirja ta’ test” tfisser passaġġ wieħed ta’ tajer mgħobbi fuq superfiċje tat-test partikolari.
1.2. “Test tal-ibbrejkjar” tfisser serje ta’ numru speċifikat ta’ ġirjiet tat-test tal-ibbrejkjar ABS tal-istess tajer ripetuti f’perjodu qasir ta’ ħin.
1.3. “Test tat-trazzjoni” tfisser serje ta’ numru speċifikat ta’ ġirjiet ta’ test ta’ trazzjoni fit-tidwir skont l-istandard tal-ASTM F1805-06 tal-istess tajer ripetuti f’perjodu qasir ta’ ħin.
2. IL-METODU TAT-TRAZZJONI FIT-TIDWIR GĦAT-TAJERS TAL-KLASSIJIET C1 U C2
Sabiex tkun evalwata l-prestazzjoni fuq il-borra fuq borra pressata medja (l-indiċi tals-kompattiċità tal-borra mkejjel b'penetrometru CTI (1) għandu jkun ta' bejn 70 u 80) permezz tal-valuri tat-trazzjoni fit-tidwir għandha tintuża l-proċedura tat-test tal-istandard tal-ASTM F1805-06values
2.1. Is-superfiċje tal-korsa tat-test għandu jkun magħmul minn wiċċ tal-borra pressata medja, kif tikkaratterizza it-tabella A2.1 tal-istandard tal-ASTM F1805-06.
2.2. It-tagħbija tat-tajer għall-ittestjar għanda tkun skont l-għażla 2 fil-paragarfu 11.9.2 tal-istandard ASTM F1805-06.
3. IL-METODU TAL-IBBREJKJAR FUQ IL-BORRA GĦAT-TAJERS TAL-KLASSI C1
3.1. Il-kundizzjonijiet ġenerali
3.1.1. Il-korsa tat-test
It-testijiet tal-ibbrejkjar għandhom isiru fuq superfiċje ċatta tat-test biżżejjed twila u wiesgħa, bi grejdjint massimu ta’ 2 %, miksija b’borra miġmugħa.
Is-superfiċje tal-borra għandha tkun magħmula minn bażi ta’ borra miġmugħa b’mod kompatt ħoxna mill-inqas 3 cm u minn saff fis-superfiċje ta’ borra moderament miġmugħa u ppreparat oħxon madwar 2 cm.
Kemm it-temperatura tal-arja, imkejla bejn wieħed u ieħor f’metru ’l fuq mill-art, kif ukoll it-temperatura tal-borra, imkejla f’fond ta’ madwar ċentimetru, għandhom ikunu ta’ bejn – 2 °C u – 15 °C.
Huwa rrakkomandat li jkunu evitati d-dawl tax-xemx dirett, varjazzjonijiet kbar fid-dawl tax-xemx jew fl-umdità, kif ukoll ir-riħ.
L-indiċi ta’ kompatezza tal-borra mkejjel b’penetrometru CTI għandu jkun bejn 75 u 85.
3.1.2. Il-vettura
It-test għandu jsir b’karozza tal-passiġġieri ta’ produzzjoni standard f’kundizzjoni tajba ta’ sewqan u mgħammra b’sistema ABS.
Il-vettura użata għandha tkun tali li t-tagħbiji fuq kull rota jkunu adattati għat-tajers li qed jiġu ttestjati. Jistgħu jiġu ttestjati diversi daqsijiet differenti ta’ tajers fuq l-istess vettura.
3.1.3. It-tajers
It-tajers għandhom jiġu ttrimmjati u għandhom ikunu użati (broken-in) qabel l-ittestjar billi jinsaqu mill-inqas għal 100 km fuq pavimentar niexef. Is-superfiċje tat-tajer f’kuntatt mal-borra għandha titnaddaf qabel ma jsir test.
It-tajers għandhom jiġu kkundizzjonati fit-temperatura ambjentali ta’ barra mill-inqas sagħtejn qabel ma jiġu mmuntati għat-testijiet. Il-pressjonijiet tat-tajers mbagħad għandhom jiġu aġġustati għall-valuri speċifikati għat-test.
F’każ li vettura ma tistax takkomoda kemm it-tajer ta’ referenza kif ukoll dak kandidat, jista’ jintuża tajer ieħor (tajer ta’ “kontroll”) bħala tajer intermedju. L-ewwel ittestja t-tajer ta’ kontroll kontra t-tajer ta’ referenza fuq vettura oħra, imbagħad ittestja t-tajer kandidat kontra dak ta’ kontroll fuq il-vettura.
3.1.4. It-tagħbija u l-pressjoni
It-tagħbija tal-vettura għandha tkun tali li t-tagħbiji li jirriżultaw fuq it-tajers ikunu bejn 60 % u 90 % tat-tagħbija korrispondenti għall-indiċi tat-tagħbija tat-tajer.
Il-pressjoni ta’ nefħa kiesħa għandha tkun ta’ 240 kPa.
3.1.5. L-istrumentazzjoni
Il-vettura għandha tkun mgħammra b’sensuri kkalibrati adattati għal kejl fix-xitwa. Għandu jkun hemm sistema ta’ akkwist tad-dejta sabiex jinħażen il-kejl.
L-akkuratezza tas-sensuri u tas-sistemi tal-kejl għandha tkun tali li l-inċertezza relattiva tad-diċelerazzjonijiet intermedji żviluppati b’mod sħiħ imkejla jew ikkalkulati tkun inqas min 1 %.
3.2. Is-sekwenzi tal-ittestjar
3.2.1. Għal kull tajer kandidat u għal kull tajer standard u ta’ referenza, il-ġirjiet tat-test tal-ibbrejkjar ABS għandhom jiġu ripetuti mill-inqas sitt darbiet.
Iż-żoni fejn l-ibbrejkjar ABS jiġi applikat b’mod sħiħ ma għandhomx jikkoinċidu.
Meta jiġi ttestjat sett ġdid ta’ tajers, il-ġirjiet għandhom isiru wara li t-trajettorja tal-vettura tiġi mċaqilqa fil-ġenb sabiex ma jiġux applikati l-brejkijiet fuq it-traċċi tat-tajer preċedenti.
Meta ma jkunx aktar possibbli li żoni sħaħ tal-ibbrejkjar ABS ma jikkoinċidux, il-korsa tat-test għandha terġa’ titnaddaf.
Is-sekwenza mitluba:
|
sitt ripetizzjonijiet bl-SRTT, imbagħad iċċaqlaq fil-ġenb biex tittestja t-tajer li jmiss fuq superfiċje ġdida |
|
sitt ripetizzjonijiet bil-Kandidat 1, imbagħad iċċaqlaq fil-ġenb |
|
sitt ripetizzjonijiet bil-Kandidat 2, imbagħad iċċaqlaq fil-ġenb |
|
sitt ripetizzjonijiet bl-SRTT, imbagħad iċċaqlaq fil-ġenb |
3.2.2. L-ordni tal-ittestjar:
Jekk għandu jiġi evalwat tajer kandidat wieħed biss, l-ordni tal-ittestjar għandu jkun:
R1 – T – R2
fejn:
R1 hija t-test inizjali tal-SRTT, R2 hija t-test ripetut tal-SRTT u T hija t-test tat-tajer kandidat li għandu jkun evalwat.
Jistgħu jiġu ttestjati massimu ta’ żewġ tajers kandidati qabel ma jiġi ripetut it-test tal-SRTT, pereżempju:
R1 – T1 – T2 – R2
3.2.3. It-testijiet komparattivi tal-SRTT u tat-tajers kandidati għandhom jiġu ripetuti f’jumejn differenti.
3.3. Il-proċedura tat-test
3.3.1. Suq il-vettura b’veloċità ta’ mhux inqas minn 28 km/h.
3.3.2. Meta tintlaħaq iż-żona tal-kejl, il-ger tal-vettura għandha titqiegħed f’pożizzjoni newtrali, il-pedala tal-brejk għandha tiġi magħfusa f’daqqa b’forza kostanti biżżejjed sabiex l-ABS tibda taħdem fuq ir-roti kollha tal-vettura u sabiex dan jirriżulta f’diċelerazzjoni stabbli tal-vettura u għandha tinżamm magħfusa sakemm il-veloċità tkun inqas minn 8 km/h.
3.3.3. Id-diċelerazzjoni intermedja żviluppata b’mod sħiħ bejn 25 km/h u 10 km/h għandha tiġi kkalkulata minn kejl tal-ħin, tad-distanza, tal-veloċità jew tal-aċċelerazzjoni.
3.4. L-evalwazzjoni tad-dejta u l-preżentazzjoni tar-riżultati
3.4.1. Il-parametri li għandhom jiġu rrapportati
3.4.1.1. |
Għal kull tajer u għal kull test tal-ibbrejkjar, għandhom jiġu kkalkulati u rrapportati l-valur intermedju u d-devjazzjoni standard tal-mfdd. Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni CV ta’ test tal-ibbrejkjar ta’ tajer għandu jiġi kkalkulat bħala:
fejn:
|
3.4.1.2. |
Il-valuri medji differenzjati ta’ żewġ testijiet suċċessivi tal-SRTT għandhom jiġu kkalkulati billi jitqies in-numru ta’ tajers kandidati bejniethom: Fil-każ tal-ordni tal-ittestjar R1 – T – R2, il-medja differenzjata tal-SRTT li għandha tintuża fil-paragun tal-prestazzjoni tat-tajer kandidat għandha titqies li hija: wa(SRTT) = (R1 + R2)/2 fejn: R1 hija l-mfdd intermedja għall-ewwel test tal-SRTT u R2 hija l-mfdd intermedja għat-tieni test tal-SRTT. Fil-każ tal-ordni tal-ittestjar R1 – T1 – T2 – R2, il-medja differenzjata (wa) tal-SRTT li għandha tintuża fil-paragun tal-prestazzjoni tat-tajer kandidat għandha titqies li hija:
|
3.4.1.3. |
L-indiċi tal-prestazzjoni fuq il-borra f’perċentwali ta’ tajer kandidat għandu jiġi kkalkulat bħala:
fejn:
|
3.4.2. Il-validazzjonijiet statistiċi
Is-settijiet tar-ripetizzjonijiet tal-mfdd imkejla jew ikkalkulata għal kull tajer għandhom jiġu eżaminati għan-normalità, għad-drift u għal riżultati eventwali li jvarjaw ferm mill-oħrajn miksuba (outliers).
Il-konsistenza tal-valuri intermedji u tad-devjazzjonijiet standard tat-testijiet suċċessivi tal-ibbrejkjar tal-SRTT għandha tiġi eżaminata.
Il-valuri intermedji ta’ żewġ testijiet suċċessivi tal-ibbrejkjar tal-SRTT ma għandhomx ivarjaw b’aktar minn 5 %.
Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni ta’ kwalunkwe test tal-ibbrejkjar għandu jkun inqas minn 6 %.
Jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti, it-testijiet għandhom jerġgħu jsiru wara li l-korsa tat-test terġa’ titnaddaf.
(1) Ara l-appendiċi tal-istandard ASTM F1805-06 għal aktar dettalji.
Appendiċi 1
ID-DEFINIZZJONI TAL-PIKTOGRAMMA “SIMBOLU ALPIN”
Bażi minima ta’ 15 mm u għoli minimu ta’ 15 mm, imqiegħda qrib il-kitba M+S, jekk tkun immarkata.
It-tpinġija ta’ aktar ’il fuq mhijiex fi proporzjon fiss għad-daqs reali.
Appendiċi 2
IR-RAPPORTI TAT-TEST U D-DEJTA TAT-TEST
Parti 1 – Ir-rapport
1. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku: …
2. L-isem u l-indirizz tal-applikant: …
3. In-Nru tar-Rapport tat-Test: …
4. Il-Manifattur u l-isem tal-marka jew id-deskrizzjoni kummerċjali: …
5. Il-klassi tat-tajer:
6. Il-kategorija tal-użu: …
7. L-indiċi tal-borra b’relazzjoni għall-SRTT skont il-paragrafu 6.4.1.1.
7.1. Il-proċedura tat-test u l-SRTT użat …
8. Kummenti (jekk ikun hemm): …
9. Data:
10. Firma:
Parti 2 - Id-dejta tat-test
1. Id-data tat-test: …
2. Fejn tinsab il-mogħdija tat-test: …
2.1. Il-karatteristiċi tal-mogħdija tat-test:
|
Fil-bidu tat-testijiet |
Fi tmiem it-testijiet |
Speċifikazzjoni |
it-temp |
|
|
|
it-temperatura ambjentali |
|
|
– 2 °C sa – 15 °C |
it-temperatura tal-borra |
|
|
– 2 °C sa – 15 °C |
l-indiċi CTI |
|
|
70 sa 90 |
oħrajn |
|
|
|
3. Il-vettura tat-test (il-marka, il-mudell u t-tip, is-sena): …
4. Id-dettalji tat-tajer tat-test …
4.1. Id-denominazzjoni tad-daqsijiet u d-deskrizzjoni ta’ servizz tat-tajers: …
4.2. Il-marka u d-deskrizzjoni kummerċjali tat-tajers: …
4.3. Id-dejta tat-tajer tat-test: …
|
SRTT (l-ewwel test) |
Kandidat |
Kandidat |
SRTT (it-tieni test) |
Id-dimensjonijiet tat-tajer |
|
|
|
|
Il-kodiċi tal-wisa’ tar-rimm tat-test |
|
|
|
|
It-tagħbiji tat-tajer F/R (kg) |
|
|
|
|
L-indiċi tat-tagħbija F/R ( %) |
|
|
|
|
Il-pressjoni tat-tajer (kPa) |
|
|
|
|
5. Ir-riżultati tat-test: id-diċelerazzjonijiet intermedji żviluppati b’mod sħiħ (m/s2) / il-koeffiċjent ta’ trazzjoni. (1)
In-numru tal-ġirja |
Speċifikazzjoni |
SRTT (l-ewwel test) |
Kandidat |
Kandidat |
SRTT (it-tieni test) |
1 |
|
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
|
4 |
|
|
|
|
|
5 |
|
|
|
|
|
6 |
|
|
|
|
|
Il-valur intermedju |
|
|
|
|
|
Id-devjazzjoni standard |
|
|
|
|
|
CV ( %) |
< 6 % |
|
|
|
|
Il-validazzjoni tal-SRTT |
(SRTT) < 5 % |
|
|
|
|
Il-medja tal-SRTT |
|
|
|
|
|
L-indiċi tal-borra |
|
100 |
|
|
|
(1) Aqta’ barra dak li ma japplikax.