30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/197


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont il-liġi pubblika internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 86 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ trakters agrikoli u forestali fejn tidħol l-istallazzjoni ta’ mezzi tad-dawl u ta’ sinjalar bid-dawl

Tinkorpora t-test validu kollu sas-:

 

Suppliment 4 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Id-data tad-dħul fis-seħħ: il-15 ta’ Ottubru 2008

 

Suppliment 5 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Id-data tad-dħul fis-seħħ: l-24 ta’ Ottubru 2009

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Speċifikazzjonijiet individwali

7.

Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura jew tal-istallazzjoni tal-mezzi tad-dawl u ta’ sinjalar bid-dawl tagħha

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

11.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-dipartimenti amministrattivi

ANNESSI

Anness 1:

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ trakter agrikolu jew forestali fejn tidħol l-istallazzjoni tal-mezzi tad-dawl u ta’ sinjalar bid-dawl, skont ir-Regolament Nru 86

Anness 2:

Eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki ta’ approvazzjoni

Anness 3:

Definizzjonijiet tat-termini tal-paragrafi 2.6-2.10

Anness 4:

Viżibilità tal-bozoz

Anness 5:

Bozoz li jindikaw id-direzzjoni - Il-viżibilità ġeometrika

1.   AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi li jaqgħu taħt il-kategorija T (1) fejn tidħol l-istallazzjoni tal-mezzi tad-dawl u ta’ sinjalar bid-dawl.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,

2.1.

“Tip ta’ trakter fejn tidħol l-istallazzjoni ta’ mezzi tad-dawl u ta’ sinjalar bid-dawl” tfisser trakters li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:

2.1.1.

fil-qisien u l-forma esterna tat-trakter;

2.1.2.

in-numru u l-pożizzjoni tal-mezzi;

2.1.3.

Dawn li ġejjin huma wkoll meqjusa bħala trakters li mhumiex ta’ tip differenti:

 

trakters li huma differenti fit-tifsira tal-paragrafi 2.1.1 u 2.1.2 hawn fuq, iżda li mhumiex differenti b'tali mod li din il-bidla twassal għall-bidla fit-tip, fin-numru, fil-pożizzjoni u l-viżibilità ġeometrika tal-bozoz stabbiliti għat-tip ta' vettura kkonċernata;

 

trakters li huma armati b’bozoz mhux mandatorji, jew inkella fejn ma hemmx minn dawn;

 

trakters li huma armati bil-bozoz, li l-pożizzjoni tagħhom tvarja skont id-direzzjoni tat-traffiku tal-pajjiż ta’ reġistrazzjoni.

2.2.

“Pjan trasversali” tfisser pjan vertikali perpendikolari mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter;

2.3.

“Trakter mhux mgħobbi” tirreferi għat-trakter kif ikun qed jaħdem, jiġifieri esklużi l-aċċessorji mhux obbligatorji iżda inkluż ir-refriġerant, iż-żjut, il-fjuwil, l-għodod u x-xufier;

2.4.

“Trakter mgħobbi” tirreferi għat-trakter mgħobbi sal-piż massimu teknikament permissibbli, kif iddikjarat mill-manifattur, li għandu wkoll jiffissa d-distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn iż-żewg xaftijiet;

2.5.

“Bozza” tfisser mezz iddisinjat biex idawwal it-triq (il-fanal ta’ quddiem) jew biex jitfa’ sinjal bid-dawl. Il-bozoz tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara u r-retrorifletturi għandhom jitqiesu bl-istess mod bħala bozoz;

2.5.1.

“Bozoz ekwivalenti” tirreferi għall-bozoz li għandhom l-istess funzjoni u li huma awtorizzati skont ir-Regolament Nru 37, jew li huma konformi mal-istess rekwiżiti; bozoz ta’ din ix-xorta jista' jkollhom karatteristiċi differenti minn dawk il-bozoz li tkun mgħammra bihom il-vettura dakinhar li tkun ġiet approvata, kemm-il darba dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

2.5.2.

“Bozoz indipendenti” tirreferi għall-bozoz li għandhom lentijiet separati, sorsi ta’ dawl separati u strutturi tal-bozoz separati.

2.5.3.

“Bozoz miġbura flimkien” tirreferi għall-bozoz li għandhom lentijiet separati u sorsi ta’ dawl separati iżda struttura tal-bozza komuni;

2.5.4.

“Bozoz magħqudin” tfisser mezzi li għandhom lentijiet separati iżda sors ta’ dawl komuni u struttura tal-bozza komuni;

2.5.5.

“Bozoz inkorporati reċiprokament” tfisser mezzi li għandhom sorsi ta’ dawl separati (jew sors wieħed ta’ dawl li jopera taħt kundizzjonijiet differenti), lentijiet totalment jew parzjalment komuni u struttura tal-bozza komuni;

2.5.6.

“Fanal li jarmi d-dawl u li jista’ jinħeba” tirreferi għall-fanal ta’ quddiem li jista’ jinħeba parzjalment jew kompletament meta ma jkunx qed jintuża. Dan ir-riżultat jista’ jinkiseb permezz ta’ kopertura li tiċċaqlaq, jew bi spostament tal-fanal ta’ quddiem jew b’kull mezz validu ieħor. It-terminu “jinġibed 'il ġewwa (retractable)” jintuża b'mod aktar partikolari biex ikun deskritt fanal li jista' jinħeba li l-ispostament tiegħu jippermetti li dan jidħol fil-qafas;

2.5.7.

“Bozoz ta’ pożizzjoni li tvarja” tfisser bozoz stallati fuq it-trakter li jistgħu jiċċaqilqu b’relazzjoni mat-trakter, mingħajr ma jinqalgħu minn posthom;

2.5.8.

“Bozza tas-sewqan” tfisser il-bozza użata biex iddawwal it-triq għal ħafna tul fuq quddiem it-trakter;

2.5.9.

“Bozza tar-raġġ il-baxx” tfisser il-bozza użata biex iddawwal it-triq quddiem il-vettura mingħajr ma tgħammex jew tikkawża xi fastidju lis-sewwieqa li jkunu ġejjin lejha jew oħrajn li jkunu qed jużaw it-triq;

2.5.10.

“Bozza taċ-ċpar, ta’ quddiem” tfisser il-bozza użata biex tiddawwal aktar it-triq fil-każ ta’ ċpar, borra, maltempati b’xita qalila jew sħab tat-trab;

2.5.11.

“Bozza tar-rivers” tfisser bozza użata biex iddawwal it-triq fuq in-naħa ta’ wara tat-trakter u biex tavża lil min ikun qed juża t-triq li t-trakter qiegħed jirriversja, jew li se jirriversja;

2.5.12.

“Bozza li tindika d-direzzjoni” tfisser il-bozza użata sabiex tindika lil oħrajn li jkunu qed jużaw it-triq li x-xufier se jibdel id-direzzjoni lejn il-lemin jew lejn ix-xellug;

2.5.13.

“Sinjalar ta’ twissija ta’ periklu” tfisser il-mezz li jippermetti li l-bozoz kollha tat-trakter li jindikaw id-direzzjoni jaħdmu flimkien biex jiġbdu l-attenzjoni lejn il-fatt li t-trakter huwa temporanjament ta’ periklu għal min ikun qed juża t-triq;

2.5.14.

Bozza tal-waqfien tfisser il-bozza użata biex tindika lil kull min ikun qed juża t-triq fuq wara tat-trakter li s-sewwieq ta’ dan tal-aħħar qed juża l-brejkijiet;

2.5.15.

“Bozza tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara” tfisser il-mezz użat biex idawwal l-ispazju maħsub biex jakkomoda l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara; dan jista' jikkonsisti f'bosta komponenti ottiċi;

2.5.16.

“Bozza ta’ quddiem (tal-ġenb)” tfisser il-bozza użata biex tindika l-preżenza u l-wisa’ tat-trakter meta wieħed iħares lejn it-trakter minn quddiem;

2.5.17.

“Bozza ta’ wara (tal-ġenb)” tfisser il-bozza użata biex tindika l-preżenza u l-wisa’ tat-trakter meta wieħed iħares lejn it-trakter minn wara;

2.5.18.

“Bozza taċ-ċpar, ta’ wara” tfisser il-bozza użata biex tagħmel it-trakter viżibbli aktar malajr min-naħa ta’ wara fi ċpar oħxon;

2.5.19.

“Bozza tal-ipparkjar” tfisser il-bozza użata biex wieħed jiġbed l-attenzjoni ta’ dak li jkun bil-preżenza ta’ trakter wieqaf, mingħajr karru, f’żona tal-bini. F’ċirkostanzi bħal dawn, din tieħu post il-bozoz ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb);

2.5.20.

“Bozza li tindika l-linji tal-forma tat-trakter” tirreferi għall-bozoz imwaħħla mat-trufijiet l-aktar ’il barra, l-aktar qrib possibbli tas-saqaf tat-trakter u li huma maħsuba biex jindikaw il-wisa’ ġenerali tat-trakter. Fi wħud mit-trakters, dan is-sinjalar huwa maħsub biex jikkumplimenta l-bozoz ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb) tat-trakter billi jiġbed attenzjoni partikulari fuq il-kobor tiegħu;

2.5.21.

“Bozza għax-xogħol” tfisser mezz li jdawwal żona fejn ikun qiegħed isir xi xogħol jew proċess ta’ xogħol;

2.5.22.

“Retroriflettur” tirreferi għall-mezz użat biex jindika l-preżenza ta’ trakter bir-rifless ta’ dawl li joħroġ minn sors ta’ dawl li mhux ikkonnettjat mal-vettura, fejn l-osservatur ikun qrib tas-sors. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn li ġejjin ma jitqisux bħala retrorifletturi:

 

pjanċi tan-numri li jirriflettu d-dawl lura;

 

pjanċi u sinjali oħrajn li jirriflettu d-dawl lura li għandhom jintużaw sabiex ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Parti Kontraenti għall-użu fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi jew ta’ ċerti metodi ta’ tħaddim.

2.6.

Wiċċ ta’ bozza li jarmi d-dawl (ara l-anness 3)

2.6.1.

“Wiċċ li jarmi d-dawl ta’ mezz ta’ dawl” (il-paragrafi 2.5.8 sa 2.5.11) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-apertura sħiħa tar-riflettur fi pjan trasvers. Jekk il-ħġieġa (jew ħġieġ) tal-bozza testendi fuq parti biss tal-apertura sħiħa tar-riflettur, allura titqies il-projezzjoni ta’ dik il-parti biss. Fil-każ ta’ bozza tar-raġġ il-baxx, il-wiċċ li jarmi d-dawl huwa llimitat fuq in-naħa tal-qtugħ bil-projezzjoni apparenti tal-linja tal-qtugħ għal fuq il-lenti. Jekk ir-riflettur u l-ħġieġa jkunu jistgħu jiġu aġġustati, għandu jintuża l-aġġustament tan-nofs;

2.6.2.

“Wiċċ ta’ bozza ta’ sinjalar li jarmi d-dawl, li ma jkunx retroriflettur” (il-paragrafi 2.5.12 sa 2.5.20) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-bozza fi pjan perpendikolari mal-assi ta' referenza tagħha u f'kuntatt mal-wiċċ estern tal-bozza li jarmi d-dawl, fejn din il-projezzjoni tiġi llimitata bit-trufijiet ta' lqugħ li jinsabu f'dan il-pjan, fejn kull wieħed iħalli biss 98 % tal-intensità dawwalija totali tad-dawl li tippersisti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza. Biex ikunu stabbiliti l-limiti ta’ taħt, ta’ fuq u dawk laterali tal-wiċċ li jarmi d-dawl, għandhom jintużaw biss skrins li jkollhom trufijiet orizzontali jew vertikali;

2.6.3.

“Il-wiċċ ta’ riflettur bir-rifless li jarmi d-dawl” (il-paragrafi 2.5.22) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-wiċċ li jirrifletti tar-retroriflettur fi pjan perpendikulari mal-assi tiegħu ta’ referenza u mdawwar bil-pjanijiet li jmissu t-trufijiet ta’ barra tal-wiċċ ta’ projezzjoni ta’ dawl tar-retroriflettur u parallel ma’ din l-assi. Biex ikunu stabbiliti l-limiti ta’ taħt, ta’ fuq u dawk laterali tal-wiċċ li jarmi d-dawl, għandhom jintużaw biss pjani orizzontali jew vertikali.

2.6.4.

“Wiċċ li jemetti d-dawl” tirreferi għal dik il-parti tal-wiċċ estern tal-lenti trasparenti li ddur mal-mezz tad-dawl jew ta’ sinjalar bid-dawl u li tippermettilu jemetti d-dawl;

2.7.

“Wiċċ apparenti” għal direzzjoni definita ta' osservazzjoni tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-wiċċ li jemetti d-dawl fuq pjan perpendikolari għad-direzzjoni ta' osservazzjoni (ara l-Anness 3);

2.8.

“Assi ta’ referenza” tfisser l-assi karatteristika tas-sinjalar tad-dawl stabbilita mill-manifattur tal-bozza għall-użu bħala d-direzzjoni ta’ referenza (H = 0°, V = 0°) għall-qisien fotometriċi u għal meta titwaħħal il-bozza fuq it-trakter;

2.9.

“Ċentru ta’ referenza” tirreferi għall-intersezzjoni tal-assi ta’ referenza mal-wiċċ esterjuri li jemetti d-dawl, speċifikat mill-manifattur tal-bozza;

2.10.

“Angoli ta’ viżibilità ġeometrika” tfisser l-angoli li jiddeterminaw il-firxa tal-angolu solidu minimu fejn irid ikun viżibbli l-wiċċ apparenti tal-bozza. Dik il-firxa tal-angolu solidu tiġi ddeterminata mis-segmenti tal-isfera li ċ-ċentru tagħha jikkoinċidi maċ-ċentru ta’ referenza tal-bozza u l-ekwatur ikun parallel mal-art. Dawn is-segmenti jiġu ddeterminati meta mqabbla mal-assi ta’ referenza. L-angoli orizzontali ß jikkorrispondu għal-lonġitudini u l-angoli vertikali α għal-latitudni. Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu fuq ġewwa tal-angoli ta’ viżibilità ġeometrika għall-propagazzjoni tad-dawl minn xi parti tal-wiċċ apparenti tal-bozza osservata mill-infinità. Jekk il-kejl jittieħed eqreb tal-bozza, id-direzzjoni ta’ osservazzjoni trid tiġi mċaqilqa b'mod parallel sabiex tinkiseb l-istess preċiżjoni.

Fuq ġewwa tal-angoli ta’ viżibilità ġeometrika l-ostakli ma jitqisux jekk kienu diġà ppreżentati meta l-bozza kienet approvata bħala tip.

Jekk, meta l-bozza hija stallata, xi parti tal-wiċċ apparenti tal-bozza tkun għadha moħbija permezz ta’ partijiet oħra tal-vettura, għandha tingħata prova li l-parti tal-bozza li ma tkunx moħbija minn xi ostakli għadha xorta waħda tikkonforma mal-valuri fotometriċi preskritti għall-approvazzjoni tal-mezz bħala unità ottika (ara l-figura ta’ spjega hawn taħt);

Figura ta’ spjegazzjoni

Image

2.11.

“It-tarf l-iktar ’il barra” fuq kull naħa tat-trakter tfisser il-pjan parallel mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter u li jikkoinċidi mat-tarf laterali ta’ barra, mingħajr ma jingħata kas tal-projezzjoni:

2.11.1.

tat-tajers ħdejn il-punt tal-kuntatt tagħhom mal-art u l-konnessjonijiet tal-istrumenti li jkejlu l-pressjoni tat-tajers;

2.11.2.

ta' kwalunkwe mezz għal kontra ż-żliq li jista' jiġi mmuntat fuq ir-roti;

2.11.3.

tal-mirja tal-vista ta’ wara;

2.11.4.

ta’ bozoz tal-ġnub li jindikaw id-direzzjoni, bozoz li jimmarkaw il-linji tal-forma tat-trakter, bozoz (tal-ġnub) fuq quddiem u fuq wara, bozoz tal-ipparkjar u rifletturi laterali bir-rifless;

2.11.5.

ta’ siġilli tad-dwana mwaħħla mat-trakter u ta’ mezzi li jwaħħlu fis-sod u jipproteġu dawn is-siġilli;

2.12.

“Il-wisa’ komprensiv” jirreferi għad-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali ddefiniti fil-paragrafu 2.11 aktar ’il fuq;

2.13.

“Bozza waħda” tinkludi kull kumbinazzjoni ta’ żewġ bozoz jew aktar, sew jekk dawn ikunu identiċi u sew jekk le, li jkollhom l-istess funzjoni u kulur, jekk dan jinkludi xi mezzi li l-projezzjoni tal-ġabra tal-uċuħ tagħhom li jarmu d-dawl, fi pjan trasversali partikolari, tokkupa 60 % jew aktar taż-żona tal-iżgħar rettangolu li jiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet tal-uċuħ li jarmu d-dawl tal-bozoz msemmija qabel, sakemm kumbinazzjoni bħal din, fejn ikun hemm bżonn approvazzjoni, tkun approvata bħala bozza waħda.

Din il-possibilità ta’ kumbinazzjoni ma tapplikax għall-bozoz tas-sewqan, għall-bozoz tar-raġġ il-baxx, għall-bozoz taċ-ċpar ta’ quddiem, jew għar-rifletturi laterali bir-rifless;

2.14.

“Żewġ bozoz” jew “numru biż-żewġ ta’ bozoz” tinkludi wiċċ wieħed li jarmi d-dawl fil-għamla ta’ strixxa, jekk imqiegħda b’mod simetriku f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter u testendi fuq iż-żewġ naħat sa mhux inqas minn 400 mm mit-tarf ta’ barra l-aktar ’il barra tat-trakter, u li ma tkunx inqas twila minn 800 mm. Id-dawl li jagħti wiċċ bħal dan għandu jkun provduta b’mhux inqas minn żewġ sorsi ta’ dawl impoġġija kemm jista’ jkun viċin it-truf tagħha. Il-wiċċ li jarmi d-dawl jista’ jkun magħmul minn numru ta’ elementi mqiegħda wieħed ħdejn l-ieħor, sakemm il-projezzjonijiet tad-diversi wċuħ individwali li jarmu d-dawl fl-istess pjan trasversali ma jokkupawx inqas minn 60 % taż-żona tal-iżgħar rettangolu li jiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet ta’ dawn l-uċuħ individwali li jarmu d-dawl;

2.15.

“Distanza ta’ bejn żewġ bozoz” li jħarsu lejn l-istess direzzjoni tfisser id-distanza ta’ bejn il-projezzjonijiet ortogonali fi pjan perpendikolari mad-direzzjoni inkwistjoni tal-profili tal-għamla taż-żewġ uċuħ li jarmu d-dawl kif definita skont il-każ imsemmi fil-paragrafu 2.6;

2.16.

“Bozza mhux mandatorja” tfisser bozza li l-preżenza tagħha hija fid-diskrezzjoni tal-manifattur;

2.17.

“Sinjalatur tad-difetti operazzjonali” tfisser is-sinjalatur tad-difetti li juri jekk mezz li jkun ġie mqabbad hux qed jaħdem b’mod korrett jew le;

2.18.

“Sinjalatur tad-difetti f’ċirkwit magħluq” tfisser sinjalatur li juri li mezz ġie mixgħul, iżda mhux jekk qiegħedx jaħdem b’mod korrett jew le.

2.19.

“Il-kulur tad-dawl ħiereġ mill-mezz.” Id-definizzjonijiet tal-kulur tad-dawl ħiereġ mill-mezz mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta' emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw f'dan ir-Regolament.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tal-bozoz tagħha għandha tkun sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun akkreditat b’mod xieraq.

3.2.

Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji u bil-partikularitajiet li ġejjin:

3.2.1.

deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-punti msemmija fil-paragrafi 2.2.1 sal-paragrafu 2.1.3 hawn fuq; għandha tiġi speċifikata t-tip ta’ vettura, identifikata kif xieraq;

3.2.2.

lista tal-mezzi maħsuba mill-manifattur biex jiffurmaw il-mezzi tad-dawl u ta’ sinjalar bid-dawl; il-lista tista’ tinkludi bosta tipi ta’ mezz għal kull funzjoni; barra minn hekk, il-lista tista’ tinkludi, fil-każ ta' kull funzjoni, l-annotazzjoni addizzjonali “jew mezzi ekwivalenti”,

3.2.3.

dijagramma tal-istallazzjoni tad-dawl u tas-sinjalar b’mod ġenerali, b’mod li turi l-pożizzjoni tal-mezzi varji dwar il-vettura;

3.2.4.

disinn jew disinji ta’ kull bozza li juri l-wiċċ li jarmi d-dawl, kif definit fil-paragrafu 2.6 hawn fuq.

3.3.

Vettura mhux mgħobbija, mgħammra b'sett komplut ta' tagħmir ta’ dawl u ta’ sinjalar u rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata, għandha titressaq quddiem is-servizz tekniku li jesegwixxi t-testijiet ta' approvazzjoni.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk it-tip ta’ vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament fejn għandu x'jaqsam id-dwal kollu speċifikat fil-lista, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

4.2.

Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-għamla oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi riċenti tekniċi ewlenin li saru lir-Regolament. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew lill-istess tip ta’ vettura mressqa b’tagħmir li mhux speċifikat fil-lista li tissemma fil-paragrafu 3.2.2. aktar 'il fuq, suġġett għall-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament.

4.3.

Għandu jiġi komunikat avviż ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni jew it-waqfien għal kollox tal-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament lill-Partijiet fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

4.4.

Ma’ kull vettura li tkun konformi mat-tip ta’ vettura approvata b’dan ir-Regolament għandha titwaħħal, b’mod li tidher u f’post li jkun faċilment aċċessibbli u li jkun speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka internazzjonali tal-approvazzjoni li tkun tikkonsisti f’:

4.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2);

4.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, minn sing u min-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.

Jekk il-vettura tikkonforma ma’ vettura tat-tip approvata taħt wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jittenna; f’dak il-każ in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li taħthom tkun ħarġet l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitpoġġew fil-kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu msemmi fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura li jwaħħal il-manifattur.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tridx tkun tista’ titħassar.

4.8.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.   Il-mezzi tad-dawl u ta’ sinjalar bid-dawl għandhom jitwaħħlu b’tali mod li, taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu u minkejja li jistgħu jkunu suġġetti għal xi vibrazzjonijiet, iżommu l-karatteristiċi preskritti f’dan ir-Regolament u jippermettu li t-trakter ikun konformi mal-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, ma għandux ikun possibbli li l-aġġustament tal-bozoz jiġi interrott bi żball.

5.1.1.

It-trakters għandhom ikunu mgħammra b’konnetturi elettriċi li jippermettu li tintuża sistema li tista’ tinqala’ ta’ sinjalar bid-dawl. B’mod partikulari, it-trakters għandu jitwaħħlilhom żbokk ta’ sokit li huwa kkonnettjat b’mod permanenti, irrakkomandat fl-istandard ISO 1724 (1980) (Konnessjonijiet elettriċi għal vetturi b’sistemi elettriċi ta’ 6 jew 12-il volt li japplikaw b’mod aktar speċifiku għall-vetturi privati u karrijiet ħfief jew karavans), ISO 1185 (1975) (Konnessjonijiet elettriċi bejn vetturi tal-irmonk jew irmunkati li għandhom sistemi elettriċi ta’ 24 volt użati għall-għanijiet ta’ trasport kummerċjali internazzjonali). Fil-każ tal-istandard ISO 1185 (1975), il-funzjoni tal-kuntatt 2 għandha tiġi llimitata għall-bozza ta’ wara (tal-ġenb) u għall-bozza li tindika l-linji tal-forma tat-trakter fuq in-naħa tax-xellug.

5.2.   Il-bozoz li jarmu d-dawl deskritti fil-paragrafi 2.5.8, 2.5.9 u 2.5.10 għandhom ikunu stallati b'tali mod li l-aġġustament korrett tal-orjentazzjoni tagħhom ikun faċli.

5.3.   Għall-mezzi kollha li jagħmlu sinjali bid-dawl, l-assi ta’ referenza tal-bozza, meta din tkun imwaħħla mat-trakter, għandha tkun parallela mal-pjan tal-pożizzjoni tat-trakter fuq it-triq u mal-pjan lonġitudinali tat-trakter. F'kull direzzjoni, għandha titħalla tolleranza ta’ ± 3°. Barra minn hekk, irid ikun hemm konformità ma’ kwalunkwe struzzjoni speċifika rigward it-twaħħil li ġiet stabbilita mill-manifattur.

5.4.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-għoli u l-allinjament tal-bozoz għandu jiġi vverifikat meta l-vettura ma tkunx mgħobbija u mpoġġija fuq wiċċ ċatt, orizzontali.

5.5.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, il-bozoz li jikkostitwixxu par għandhom:

5.5.1.

jintramaw simetrikament b'relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan;

5.5.2.

ikunu simetriċi għal xulxin f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan;

5.5.3.

jissodisfaw l-istess rekwiżiti kolorimetriċi; u

5.5.4.

ikollhom karatteristiċi fotometriċi sostanzjalment identiċi.

5.6.   Fuq trakters li l-forma esterna tagħhom mhix simetrika, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.5.1 u 5.5.2 għandhom kemm jista’ jkun jiġu sodisfatti. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti jekk id-distanza taż-żewġ bozoz mill-pjan lonġitudinali medjan u mill-pjan ta’ pożizzjoni fuq l-art hija l-istess.

5.7.   Bozoz li għandhom funzjonijiet differenti jistgħu jkunu indipendenti jew miġbura flimkien, magħquda jew inkorporati reċiprokament f’mekkaniżmu wieħed, sakemm kull waħda mill-bozoz tissodisfa r-rekwiżiti li japplikaw għaliha.

5.8.   L-għoli massimu ’l fuq mill-art għandu jitkejjel mill-ogħla punt waqt li l-għoli minimu jitkejjel mill-iktar punt baxx tal-wiċċ li jarmi d-dawl. Fil-każ ta’ bozoz tar-raġġ il-baxx, l-għoli minimu f’relazzjoni mal-art jitkejjel mill-iktar xifer baxx tar-riflettur.

5.9.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-ebda bozza apparti mill-bozoz li jindikaw id-direzzjoni u s-sinjal ta’ twissija ta’ periklu ma jistgħu jarmu dawl li jintefa u jixgħel malajr.

5.10.   Fuq in-naħa ta’ quddiem ma għandu jkun viżibbli l-ebda dawl aħmar, u fuq in-naħa ta’ wara ma għandu jkun viżibbli l-ebda dawl abjad barra dak tal-bozoz tar-rivers jew tal-bozoz għax-xogħol.

Dan ir-rekwiżit jitqies bħala li ġie sodisfatt jekk:

5.10.1.

għall-viżibilità ta’ dawl aħmar lejn in-naħa ta’ quddiem; ma hemm l-ebda viżibilità diretta ta’ bozza ħamra jekk il-wiċċ tagħha li jarmi d-dawl jista' jarah osservatur li qed jiċċaqlaq fiż-żona 1 fi pjan trasversali li jkun 25 m quddiem it-trakter, (ara l-Anness 4, il-figura 1);

5.10.2.

għall-viżibilità ta’ dawl abjad fuq in-naħa ta’ wara; ma hemm l-ebda viżibilità diretta ta’ bozza bajda jekk il-wiċċ tagħha li jarmi d-dawl jista' jarah osservatur li qed jiċċaqlaq fiż-żona 2 fi pjan trasversali li jkun 25 m wara t-trakter, (ara l-Anness 4, il-figura 2).

5.10.3.

Iż-żona 1 u 2, kif jidhru mill-osservatur, huma limitati fil-pjanijiet rispettivi tagħhom kif ġej:

5.10.3.1.

fejn jidħol l-għoli, minn żewġ pjanijiet orizzontali li huma 1 m u 2,2 m rispettivament 'il fuq mill-art;

5.10.3.2.

fejn jidħol il-wisa’, b’żewġ pjanijiet vertikali li jagħmlu angolu ta’ 15° lejn in-naħa ta’ quddiem u lejn in-naħa ta’ wara rispettivament, u lejn in-naħa ta’ barra b’referenza għall-pjan medjan tat-trakter, billi jgħaddu mill-punt (jew punti) ta’ kuntatt ta’ pjanijiet vertikali li huma paralleli mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter, u billi jillimitaw il-wisa’ ġenerali tat-trakter meta jkunu fuq rotta wiesgħa.

Jekk ikun hemm diversi punti ta’ kuntatt, il-punt l-aktar ’il bogħod lejn in-naħa ta’ quddiem għandu jintgħażel għaż-żona 1 u l-punt l-aktar ’il bogħod lejn in-naħa ta’ wara għandu jintgħażel għaż-żona 2.

5.11.   Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li l-bozoz ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb), il-bozoz li jindikaw il-linji tal-forma tat-trakter, jekk dawn ikunu jeżistu, u l-bozza tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara, ikunu jistgħu jinxtegħlu u jintfew simultanjament.

Dan mhux validu meta jintużaw bozoz ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb) bħala bozoz tal-ipparkjar.

5.12.   Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom ikunu b’tali mod li l-bozoz tas-sewqan u l-bozoz tar-raġġ il-baxx, kif ukoll il-bozoz taċ-ċpar, ta’ quddiem u ta’ wara, ma jkunux jistgħu jinxtegħlu kemm-il darba l-bozoz imsemmija fil-paragrafu 5.11 ma jkunux mixgħula wkoll. Dan ir-rekwiżit ma japplikax, madankollu, għall-bozoz tas-sewqan jew bozoz tar-raġġ il-baxx meta t-twissijiet tagħhom permezz tad-dawl jikkonsistu f'li jinxtegħlu, f'intervalli qosra, il-bozoz tas-sewqan ripetutament jew f’li jinxtegħlu, f’intervalli qosra, l-ewwel il-bozoz tar-raġġ il-baxx u warajhom dawk tas-sewqan.

Il-funzjoni tas-sinjalaturi tad-difetti f’ċirkwit magħluq tista’ titwettaq minn sinjalaturi tad-difetti operazzjonali.

5.13.   Bozoz li jistgħu jinħbew

5.13.1.

Il-possibilità tal-ħabi tal-bozoz għandha tkun ipprojbita, bl-eċċezzjoni tal-bozoz tas-sewqan, il-bozoz tar-raġġ il-baxx, il-bozoz taċ-ċpar ta’ quddiem, u l-bozoz li jirreferi għalihom il-paragrafu 5.14.1.

5.13.2.

Mezz li jarmi d-dawl fil-pożizzjoni tal-użu għandu jibqa’ f’dik il-pożizzjoni jekk il-ħsara fit-tħaddim imsemmija fil-paragrafu 5.13.2.1 isseħħ jew weħidha jew flimkien ma’ waħda mill-ħsarat deskritti fil-paragrafu 5.13.2.2.

5.13.2.1.

In-nuqqas ta’ enerġija biex jitħaddem il-bozza.

5.13.2.2.

Ftuħ aċċidentali taċ-ċirkwit tal-provvista, l-ert inixxi, difett fis-solenojdi, difetti fil-linji tal-arja idrawlika jew kompressata, il-Bowden cables, il-leads flessibbli jew komponenti oħra li jikkontrollaw jew jittrażmettu l-enerġija maħsuba sabiex tattiva l-mezz li jaħbi l-fanal.

5.13.3.

Fil-każ ta’ difett fil-kontroll li jaħbi l-fanal jew difetti oħra msemmija fil-paragrafi 5.13.2.1 u 5.13.2.2 hawn fuq, il-mezz ta’ dawl moħbi fil-qafas irid ikun jista’ jitressaq f’pożizzjonijiet ta’ użu mingħajr l-użu ta’ għodda.

5.13.4.

Mezzi li jarmu d-dawl li huma mħaddma bl-enerġija għandhom jinġiebu fil-pożizzjoni ta’ użu u mixgħula permezz ta’ kontroll wieħed, mingħajr ma tkun eskluża l-possibilità li dawn jiċċaqilqu għall-pożizzjoni ta’ użu mingħajr ma jinxtegħlu. Madankollu, fil-każ ta’ bozoz tas-sewqan miġbura flimkien u ta’ bozoz tar-raġġ il-baxx, il-kontroll imsemmi hawn fuq hu meħtieġ biss biex jattiva l-bozoz tar-raġġ il-baxx.

5.13.5.

Ma għandux ikun possibbli li, deliberatament, mis-sedil tas-sewwieq ikun jista’ jitwaqqaf il-moviment tal-fanali mixgħula ta’ quddiem qabel ma dawn jilħqu l-pożizzjoni tal-użu. Jekk ikun hemm periklu ta’ tgħammix bil-moviment tal-fanali ta’ quddiem għal kull min ikun qed juża t-triq, dawn jistgħu jinxtegħlu biss meta jkunu laħqu l-pożizzjoni finali tagħhom.

5.13.6.

F’temperaturi ta’ bejn – 30° C u + 50°C, mezz li jdawwal u li jitħaddem bl-enerġija jrid jkun jista’ jilħaq il-pożizzjoni ta' użu fi żmien tliet sekondi mit-tħaddim inizjali tal-kontroll.

5.14.   Il-bozoz ta’ pożizzjoni li tvarja

5.14.1.

Il-pożizzjoni tal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni, tal-bozoz ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb) u l-bozoz tat-waqfien tista’ tvarja kemm-il darba:

5.14.1.1.

dawn il-bozoz jibqgħu mwaħħla mat-trakter anki meta tiġi mmodifikata l-pożizzjoni tagħhom;

5.14.1.2.

dawn il-bozoz jkunu jistgħu jiġu ffissati fil-pożizzjoni mitluba mill-kundizzjonijiet tat-traffiku. L-iffissar tal-pożizzjoni għandu jkun awtomatiku.

5.15.   il-kuluri tal-bozoz (3) imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom ikunu kif ġej:

il-bozza tas-sewqan

:

abjad jew isfar selettiv

il-bozza tar-raġġ il-baxx

:

abjad jew isfar selettiv

il-bozza taċ-ċpar, ta’ quddiem

:

abjad jew isfar selettiv (il-Konvenzjoni dwar it-Traffiku fuq it-Triq tal-1968, l-anness 5, l-appendiċi, in-nota f’qiegħ il-paġna 3)

il-bozza tar-rivers

:

abjad

il-bozza li tindika d-direzzjoni

:

ambra

is-sinjalar ta’ twissija f'każ ta’ periklu

:

ambra

il-bozza tat-waqfien

:

aħmar

il-bozza ta’ wara tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni

:

bajda

il-bozza ta’ quddiem (tal-ġenb)

:

abjad (isfar selettiv jista’ jkun awtorizzat jekk din il-bozza hija inkorporata b’mod reċiproku fanal ta’ quddiem isfar selettiv)

il-bozza ta’ wara (tal-ġenb)

:

aħmar

il-bozza taċ-ċpar, ta’ wara

:

aħmar

il-bozza tal-ipparkjar

:

abjad fuq quddiem, aħmar fuq wara, ambra jekk dan hu inkorporat mal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni

il-bozza li tindika l-linji tal-forma tat-trakter

:

abjad fuq quddiem, aħmar fuq wara

il-bozza għax-xogħol

:

ebda speċifikazzjoni

ir-retrorifletturi ta’ wara

:

ħomor

ir-rifletturi tal-ġenb mhux trijangolari

:

ambra

Id-definizzjoni tal-kuluri tal-bozoz għandha tikkonforma ma’ dik mogħtija fl-anness 5 tal-Konvenzjoni dwar it-Traffiku fuq it-Triq (1968).

5.16.   Kull trakter imressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun mgħammar bil-mezzi ta’ dwal u ta’ sinjalar bid-dawl li ġejjin:

5.16.1.

Il-bozoz tal-ipparkjar (il-paragrafu 6.2);

5.16.2.

il-bozza li tindika d-direzzjoni (il-paragrafu 6.5);

5.16.3.

is-sinjalar ta’ twissija ta’ periklu (il-paragrafu 6.6);

5.16.4.

il-bozza ta’ quddiem (tal-ġenb) (il-paragrafu 6.8);

5.16.5.

il-bozza ta’ wara (tal-ġenb) (il-paragrafu 6.9);

5.16.6.

ir-retroriflettur ta’ wara, mhux trijangolari (il-paragrafu 6.14);

5.16.7.

il-bozza tat-waqfien (il-paragrafu 6.7);

5.16.8.

il-bozza li tindika l-linji tal-forma tat-trakters (il-paragrafu 6.12) li jaqbżu t-2.1 m fil-wisa’. Mhi awtorizzata fuq l-ebda trakter ieħor.

5.17.   Dan jista’, barra minn hekk, ikun mgħammar bil-mezzi ta’ sinjalar bid-dawl li ġejjin:

5.17.1.

il-bozza tas-sewqan (il-paragrafu 6.1);

5.17.2.

il-bozza taċ-ċpar, ta’ quddiem (tal-ġenb) (il-paragrafu 6.3);

5.17.3.

il-bozza tar-rivers (il-paragrafu 6.4)

5.17.4.

il-bozza taċ-ċpar, ta’ wara (il-paragrafu 6.10)

5.17.5.

il-bozza tal-ipparkjar (il-paragrafu 6.11)

5.17.6.

il-bozza tar-rivers (il-paragrafu 6.13)

5.17.7.

ir-retrorifletturi tal-ġenb, mhux trijangolari (il-paragrafu 6.15)

5.18.   It-twaħħil ta’ kull mezz ta’ dawl u ta’ sinjalar bid-dawl imsemmi fil-paragrafi 5.16 u 5.17 hawn fuq għandu jsir b’konformità mar-rekwiżiti relevanti fil-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament.

5.19.   It-twaħħil ta’ kull mezz ta’ dawl jew ta’ sinjalar bid-dawl għajr għal dak imsemmi fil-paragrafi 5.16 u 5.17 hawn fuq huwa pprojbit għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip. Din id-dispożizzjoni ma twaqqafx lill-parti kontraenti milli titlob jew milli tipprojbixxi:

5.19.1.

tip approvat ta’ bozza speċjali ta' twissija, jew

5.19.2.

mezz xieraq li jarmi d-dawl fuq wara għall-pjanċa ta’ reġistrazzjoni jekk din teżisti u jekk hemm bżonn li din ikollha d-dawl fuqha.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET INDIVIDWALI

6.1.   

IL-BOZOZ TAS-SEWQAN:

6.1.1.

NUMRU

Tnejn jew erbgħa.

6.1.2.

ARRANĠAMENT

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.1.3.

IL-POŻIZZJONI:

 

6.1.3.1.

FIL-WISA’

It-trufijiet ta’ barra tal-wiċċ li jarmi d-dawl ma għandhom fl-ebda każ ikunu eqreb tat-tarf l-aktar ’il barra tat-trakters mit-trufijiet ta’ barra tal-wiċċ li jarmi d-dawl tal-bozoz tar-raġġ il-baxx.

6.1.3.2.

FL-GĦOLI

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.1.3.3.

FIT-TUL

L-aktar qrib tan-naħa ta’ quddiem tat-trakter possibbli; madankollu, id-dawl ħiereġ mill-mezz fl-ebda ċirkustanza ma jista’ jagħti fastidju lis-sewwieq, direttament jew indirettament, mill-mirja tal-vista ta' wara u/jew minn uċuħ oħrajn tat-trakter li jirriflettu.

6.1.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

Il-viżibilità tal-wiċċ li jarmi d-dawl, inkluża l-viżibilità tiegħu f'żoni li ma jidhirx li jkunu mdawla fid-direzzjoni tal-osservazzjoni meqjusa, trid tkun żgurata fi ħdan spazju diverġenti ddefinit minn linji li jiġġeneraw u li jkunu bbażati fuq il-perimetru tal-wiċċ li jarmi d-dawl u li jiffurmaw angolu ta’ mhux inqas minn 5° mal-assi ta’ referenza tal-fanal ta’ quddiem.

6.1.5.

ALLINJAMENT

’Il quddiem. Barra mill-mezzi meħtieġa biex jinżamm aġġustament korrett u fejn ikun hemm żewġ pari ta’ bozoz tas-sewqan, par minnhom, li jikkonsisti f’fanali ta’ quddiem li jservu biss ta’ bozoz tas-sewqan, ikun jista’ jiddawwar, skont l-angolu tal-illokkjar tal-istering, madwar assi qrib ħafna tal-vertikal.

6.1.6.

JISTGĦU “JINĠABRU FLIMKIEN”

mal-bozza tar-raġġ il-baxx u mal-bozoz l-oħra ta' quddiem.

6.1.7.

MA JISTGĦUX “JINGĦAQDU”

ma’ xi bozza oħra.

6.1.8.

JISTGĦU JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

mal-bozza tar-raġġ il-baxx, kemm-il darba l-bozza tas-sewwieq tiddawwar skont l-angolu tal-illokkjar tal-istering; mal-bozza ta’ quddiem (tal-ġenb); mal-bozza taċ-ċpar, ta’ quddiem; mal-bozza tal-ipparkjar.

6.1.9.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

Il-bozza tas-sewqan tista’ tinxtegħel kemm simultanjament jew f’pari. Biex wieħed jaqleb mir-raġġ il-baxx għal dak tas-sewqan irid jinxtegħel tal-anqas par bozoz tas-sewqan. Biex wieħed jibdel mir-raġġ tas-sewqan għar-raġġ il-baxx il-bozoz kollha tas-sewqan iridu jintfew simultanjament.

Il-bozoz tar-raġġ il-baxx jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mal-bozoz tas-sewqan.

6.1.10.

SINJALATUR TAD-DIFETTI F’ĊIRKWIT MAGĦLUQ

Mandatorju.

6.1.11.

REKWIŻITI OĦRA

It-total ta’ intensitajiet massimi tar-raġġi tas-sewqan li jistgħu jinxtegħlu simultanjament ma għandux jaqbeż il-225 000 cd. Din l-intensità massima għandha tinkiseb billi jingħaddu flimkien l-intensitajiet massimi individwali mkejla waqt l-approvazzjoni u tintwera fuq ir-rapporti rilevanti tal-approvazzjoni.

6.2.   

IL-BOZOZ TAR-RAĠĠ IL-BAXX

6.2.1.

NUMRU

Tnejn. (jew erbgħa - ara l-paragrafu 6.2.3.2.1).

6.2.2.

ARRANĠAMENT

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.2.3.

IL-POŻIZZJONI:

 

6.2.3.1.

FIL-WISA’

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.2.3.2

FL-GĦOLI ’L FUQ MILL-ART

jekk twaħħlu biss żewġ bozoz tar-raġġ il-baxx:

 

minimu ta’ 500 mm,

 

massimu ta’ 1 200  mm

Din id-distanza tista’ tiżdied sa 1 500  mm, jekk l-għoli ta’ 1 200  mm ma jkunx jista’ jiġi osservat minħabba d-disinn, u dan filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu tat-trakter u tat-tagħmir tat-tħaddim tiegħu;

6.2.3.2.1.

fil-każ ta' trakters mgħammra biex fuq quddiem tagħhom jitwaħħlu mezzi li jistgħu jinġarru għalihom, flimkien mal-bozoz imsemmija fil-paragrafu 6.2.3.2, għandhom ikunu awtorizzati żewġ bozoz tar-raġġ il-baxx f'għoli li ma jaqbiżx it-3 000  mm, u dan kemm-il darba l-konnessjonijiet elettriċi jkunu tali li żewġ pari ta' bozoz tar-raġġ il-baxx ma jistgħux jinxtegħlu fl-istess ħin.

6.2.3.3.

FIT-TUL

L-aktar qrib tan-naħa ta’ quddiem tat-trakter possibbli; madankollu, id-dawl mormi fl-ebda ċirkustanza ma jista’ jagħti fastidju lis-sewwieq, direttament jew indirettament, mill-mirja tal-vista ta' wara u/jew minn uċuħ oħrajn tat-trakter li jirriflettu.

6.2.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

Iddefinita mill-angoli α u ß kif speċifikat fil-paragrafu 2.10.

α= 15° 'il fuq u 10° 'l isfel,

β= 45° 'il barra u 5° 'il ġewwa.

F’din il-firxa viżiva, il-wiċċ apparenti tal-bozza għandu jkun viżibbli kważi għal kollox.

Il-preżenza ta’ taqsimiet jew ta’ artikli oħra ta’ tagħmir qrib il-fanal ta’ quddiem ma għandhiex tagħti lok għal effetti sekondarji li jikkawżaw fastidju lis-sewwieqa li jkunu ġejjin lejha jew oħrajn li jkunu qed jużaw it-triq.

6.2.5.

ALLINJAMENT

L-allinjament tal-bozoz tar-raġġ il-baxx ma jridx ivarja skont l-angolu jew l-illokkjar tal-istering.

6.2.5.1.

Jekk l-għoli tal-bozoz tar-raġġ il-baxx huwa ugwali għal 500 mm jew aktar, u ugwali għal 1 200  mm jew anqas, għandu jkun possibbli li r-raġġ tar-raġġ il-baxx jitniżżel għal bejn 0,5 u 4 %;

6.2.5.2.

Jekk l-għoli tal-bozoz tar-raġġ il-baxx huwa akbar minn 1 200 iżda ma jaqbiżx l-1 500  mm, il-limitu ta’ 4 % preskritt fil-paragrafu 6.2.5.1 għandu jiżdied għal 6 %; il-bozoz tar-raġġ il-baxx li jissemmew fil-paragrafu 6.2.3.2.1 iridu jkunu allinjati b’tali mod li, meta mkejla minn 15 m mill-bozza, il-linja orizzontali li tissepara ż-żona mdawla minn dik li mhix, tkun f’għoli ekwivalenti biss għal nofs id-distanza ta’ bejn l-art u ċ-ċentru tal-bozza.

6.2.6.

JISTGĦU “JINĠABRU FLIMKIEN”

mal-bozoz tar-raġġ il-baxx u mal-bozoz l-oħra ta' quddiem.

6.2.7.

MA JISTGĦUX “JINGĦAQDU”

ma’ xi bozza oħra.

6.2.8.

JISTGĦU JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

mal-bozza tar-raġġ il-baxx, kemm-il darba din tiddawwar skont l-angolu tal-illokkjar tal-istering;

mal-bozoz l-oħra ta’ quddiem.

6.2.9.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

Il-kontroll biex ikun hemm qlib għar-raġġ tar-raġġ il-baxx għandu jitfi l-bozoz tas-sewqan kollha simultanjament.

Il-bozoz tar-raġġ il-baxx jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mal-bozoz tas-sewqan.

6.2.10.

SINJALATUR TAD-DIFETTI F’ĊIRKWIT MAGĦLUQ

Mhux mandatorju.

6.2.11.

REKWIŻITI OĦRA

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.5.2. ma għandhomx japplikaw għall-bozoz tar-raġġ il-baxx.

Il-fanali ta’ quddiem bir-raġġ baxx bis-sors(i) ta’ dawl li jipproduċi r-raġġ prinċipali li jagħti ’l isfel (kif iddefinit fir-Regolament Nru 48) u bi fluss objettiv totali li jdawwal li jaqbeż l-2 000 lumens huma pprojbiti.

6.3.   

BOZOZ TAĊ-ĊPAR, TA’ QUDDIEM

6.3.1.

NUMRU

Tnejn.

6.3.2.

ARRANĠAMENT

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.3.3.

IL-POŻIZZJONI:

 

6.3.3.1.

FIL-WISA’

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.3.3.2.

FL-GĦOLI

Mhux inqas minn 250 mm ’il fuq mill-art.

L-ebda punt fuq il-wiċċ li jdawwal ma għandu jkun ogħla mill-aktar punt għoli tal-wiċċ li jdawwal tal-bozza tar-raġġ il-baxx.

6.3.3.3.

FIT-TUL

L-aktar qrib tan-naħa ta’ quddiem tat-trakter possibbli; madankollu, id-dawl mormi fl-ebda ċirkustanza ma jista’ jagħti fastidju lis-sewwieq, direttament jew indirettament, mill-mirja tal-vista ta' wara u/jew minn uċuħ oħrajn tat-trakter li jirriflettu.

6.3.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

Iddefinita mill-angoli α u ß kif speċifikat fil-paragrafu 2.10.

α= 5° ’il fuq u ’l isfel,

β= 45° 'il barra u 5° 'il ġewwa.

6.3.5.

ALLINJAMENT

L-allinjament tal-bozoz taċ-ċpar ta’ quddiem ma jridx ivarja skont l-angolu tal-illokkjar tal-istering.

Għandhom ikunu jħarsu ’l quddiem mingħajr ma tgħammex jew tikkawża xi fastidju lis-sewwieqa li jkunu ġejjin lejha jew oħrajn li jkunu qed jużaw it-triq.

6.3.6.

JISTGĦU “JINĠABRU FLIMKIEN”

ma’ bozoz oħra ta’ quddiem.

6.3.7.

MA JISTGĦUX “JINGĦAQDU”

ma’ bozoz oħra ta’ quddiem.

6.3.8.

JISTGĦU JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

mal-bozoz tas-sewqan li ma jistgħux jiddawru skont l-angolu tal-illokkjar tal-istering meta jkun hemm erba’ bozoz tas-sewqan;

mal-bozoz ta’ quddiem (tal-ġenb) jew mal-bozoz tal-ipparkjar.

6.3.9.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

Għandu jkun possibbli li l-bozoz taċ-ċpar jinxtegħlu u jintfew indipendentement mill-bozoz tas-sewqan u minn dawk tar-raġġ il-baxx u viċiversa.

6.3.10.

SINJALATUR TAD-DIFETTI F’ĊIRKWIT MAGĦLUQ

Mhux mandatorju.

6.4.   

BOZZA TAR-RIVERS

6.4.1.

NUMRU

Waħda jew tnejn.

6.4.2.

ARRANĠAMENT

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.4.3.

POŻIZZJONI

 

6.4.3.1.

FL-GĦOLI

Mhux inqas minn 250 mm u mhux aktar minn 1 200  mm ’il fuq mill-art.

6.4.3.2.

FIL-WISA’

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.4.3.3.

FIT-TUL

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.4.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

Iddefinita mill-angoli α u ß kif speċifikat fil-paragrafu 2.10.

α= 15° ’il fuq u 5° ’l isfel;

β= 45° fuq il-lemin u fuq ix-xellug jekk ikun hemm bozza waħda biss;

β= 45° 'il barra u 30° 'il ġewwa jekk ikun hemm tnejn.

6.4.5.

ALLINJAMENT

Fuq in-naħa ta’ wara.

6.4.6.

JISTGĦU “JINĠABRU FLIMKIEN”

ma’ kull bozza oħra ta’ wara.

6.4.7.

MA JISTGĦUX “JINGĦAQDU”

ma’ bozoz oħra.

6.4.8.

MA JISTGĦUX JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

ma’ bozoz oħra.

6.4.9.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

Jistgħu jinxtegħlu jew jibqgħu mixgħulin biss jekk hu mdaħħal il-ger tar-rivers u jekk:

 

jew hija mqabbda l-magna;

 

jew wieħed mill-mezzi li jikkontrollaw l-istartjar u t-tifi tal-magna hija f’pożizzjoni tali li t-tħaddim tal-magna hu possibbli.

6.4.10.

SINJALATUR TAD-DIFETTI

Mhux mandatorju.

6.5.   

BOZZA LI TINDIKA D-DIREZZJONI (ARA D-DIJAGRAMMI, L-ANNESS 5).

6.5.1.

NUMRU

In-numru ta’ mezzi għandu jkun tali li jistgħu jitfgħu sinjali li jikkorrispondu ma’ wieħed mill-arranġamenti li jissemma fil-paragrafu 6.5.2.

6.5.2.

ARRANĠAMENT

 

“A” - Żewġ bozoz ta’ quddiem li jindikaw id-direzzjoni (il-kategorija 1),

Żewġ bozoz ta’ wara li jindikaw id-direzzjoni (il-kategorija 2).

Dawn il-bozoz jistgħu jkunu indipendenti, miġbura flimkien jew magħqudin.

 

“B” - Żewġ bozoz ta’ quddiem li jindikaw id-direzzjoni (il-kategorija 1),

Żewġ bozoz tal-ġnub li jindikaw id-direzzjoni u li jpetptu (il-kategorija 5).

Żewġ bozoz ta’ wara li jindikaw id-direzzjoni (il-kategorija 2).

Il-bozoz ta’ quddiem u l-bozoz tal-ġnub li jpetptu jistgħu jkunu indipendenti, miġbura flimkien jew magħquda.

 

“Ċ” - Żewġ bozoz ta’ quddiem li jindikaw id-direzzjoni (il-kategorija 1),

Żewġ bozoz ta’ wara li jindikaw id-direzzjoni (il-kategorija 2),

Żewġ bozoz tal-ġnub li jindikaw id-direzzjoni u li jpetptu (il-kategorija 5), f’ċerti każijiet kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.3.3.

 

“D” Żewġ bozoz ta’ quddiem li jindikaw id-direzzjoni (il-kategorija 1),

Żewġ bozoz ta’ wara li jindikaw id-direzzjoni (il-kategorija 2).

L-arranġament “A” għandu jitħalla biss fuq trakters li t-tul ġenerali tagħhom ma jaqbiżx l-4,60 m u fejn id-distanza ta’ bejn it-trufijiet ta’ barra tal-uċuħ li jarmu d-dawl ma taqbiżx il-1,60 m.

L-arranġamenti “B”, “Ċ” u “D” għandhom japplikaw għat-trakters kollha.

In-numru, il-pożizzjoni u l-viżibilità orizzontali tal-bozoz indikaturi għandhom ikunu jistgħu jagħtu indikazzjonijiet li jikkorrispondu għal tal-inqas wieħed mill-arranġamenti ddefiniti hawn taħt. L-angoli tal-viżibilità huma mfassla fid-dijagrammi; l-angoli li jidhru huma valuri minimi li jistgħu jinqabżu; l-angoli tal-viżibiltà jitkejlu miċ-ċentru tal-wiċċ li jarmi d-dawl.

6.5.3.

POŻIZZJONI

 

6.5.3.1.

FIL-WISA’

Għajr fil-każ tal-arranġament “Ċ” tal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-kategorija 1, it-tarf tal-wiċċ li jarmi d-dawl l-aktar ’il barra mill-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf l-aktar il’ bogħod tat-trakter. Id-distanza bejn it-trufijiet ta’ ġewwa taż-żewġ uċuħ li jarmu d-dawl ta’ par bozoz ma għandix tkun inqas minn 500 mm. Għal bozoz ta' quddiem li indikaw id-direzzjoni, il-wiċċ li jarmi d-dawl ma jridx ikun inqas minn 40 mm mill-wiċċ li jarmi d-dawl tal-bozoz tar-raġġ il-baxx jew tal-bozoz taċ-ċpar ta’ quddiem, jekk hemm minn dawn.

Distanza iżgħar hija awtorizzata jekk l-intensità ta’ dawl fl-assi ta’ referenza tal-bozza li jindika d-direzzjoni hi ekwivalenti għal mill-inqas 400 cd.

6.5.3.2.

FL-GĦOLI

'Il fuq mill-art

 

mhux anqas minn 500 mm għal bozoz li jindikaw id-direzzjoni fil-kategorija 5,

 

mhux anqas minn 400 mm għal bozoz li jindikaw id-direzzjoni fil-kategoriji 1u 2,

 

normalment mhux anqas minn 1 900  mm mill-kategoriji kollha.

Jekk il-qafas tat-trakter jippermetti li tinżamm din il-figura massima, l-ogħla punt fuq il-wiċċ li jarmi d-dawl jista’ jkun 2 300  mm għall-bozoz li jindikaw id-direzzjoni fil-kategorija 5, għal dawk fil-kategoriji 1 u 2 tal-arranġament “A” u għal dawk fil-kategorija 1 tal-arranġament “B”; tista' tkun sa 2 100  mm għal dawk fil-kategoriji 1 u 2 tal-arranġamenti l-oħra.

6.5.3.3.

FIT-TUL

Id-distanza bejn iċ-ċentru ta' riferenza tal-wiċċ li jarmi d-dawl tal-indikatur tal-kategorija 1 (arranġament “B”) u l-pjan trasvers li jimmarka t-tarf ta' quddiem tat-tul totali tal-vettura, normalment ma għandhiex taqbeż l-1 800  mm. Jekk il-qafas tat-trakter jagħmilha impossibbli li jikkonforma mal-angoli minimi ta' viżibilità, din id-distanza tista' tiżdied għal 2 600  mm.

Fl-arranġament “Ċ”, l-indikaturi tal-kategorija 5 huma meħtieġa biss fejn id-distanza lonġitudinali bejn iċ-ċentri ta’ referenza tal-indikaturi tal-kategorija 1 u 2 taqbeż is-6 m.

6.5.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

 

Angoli orizzontali: Ara d-dijagrammi dwar l-arranġamenti.

Fl-arranġamenti “B” u “Ċ” ma jistax jinqabeż il-valur ta’ 5° mogħti għall-angolu ta’ viżibilità li ma jistax jintlemaħ (dead angle of visibility) fuq wara tal-indikatur tal-ġenb li jpetpet. Dan il-valur jista’ jiżdied għal 10°, madankollu, fejn huwa impossibbli li wieħed jimxi mal-limitu ta’ 5°.

Fl-arranġament “D”, il-valur ta’ 10° mogħti għall-angolu intern tal-viżibilità tal-indikatur ta’ quddiem jista’ jitnaqqas għal 3° għal trakters b’wisa’ totali li ma jaqbiżx l-1 400  mm.

 

L-angoli vertikali: 15° ’il fuq mill-orizzontali u taħtu.

L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 10° fil-każ ta’ bozoz li jpetptu, tal-ġnub, li jindikaw id-direzzjoni tal-arranġamenti “B” u “Ċ” jekk l-għoli tagħhom huwa inqas minn 1 900  mm. L-istess japplika fil-każ ta’ bozoz li jindikaw id-direzzjoni fil-kategorija 1 tal-arranġamenti “B” u “D”.

6.5.5.

ALLINJAMENT

Jekk l-ispeċifikazzjonijiet individwali għall-istallazzjonijiet huma preskritti mill-manifattur tal-bozza, dawn għandhom jiġu osservati.

6.5.6.

JISTGĦU “JINĠABRU FLIMKIEN”

Ma’ bozza wieħed jew aktar, li ma jistgħux jinħbew.

6.5.7.

MA JISTGĦUX “JINGĦAQDU”

Ma’ bozza oħra, ħlief skont l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 6.5.2.

6.5.8.

JISTGĦU JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

Biss ma’ bozza tal-ipparkjar, iżda biss fil-każ ta’ bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-kategorija 5.

6.5.9.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

Il-bozoz li jindikaw id-direzzjoni għandhom jixegħlu b'mod indipendenti mill-bozoz l-oħra. Il-bozoz kollha li jindikaw id-direzzjoni fuq ġenb wieħed tat-trakter għandhom jinxtegħlu u jintfew permezz ta’ kontroll wieħed u għandhom ileħħu b'mod sinkronizzat.

6.5.10.

SINJALATUR TAD-DIFETTI OPERATTIV

Mandatorju għall-bozoz kollha li jindikaw id-direzzjoni u li mhumiex direttament viżibbli għas-sewwieq. Dan jista’ jkun ottiku jew li jinstema’, jew it-tnejn.

Jekk huwa ottiku, għandu jkun dawl li jleħħ li, fl-eventwalità li xi bozza li tindika d-direzzjoni ma taħdimx tajjeb – apparti mill-bozoz tal-ġenb li jindikaw id-direzzjoni u li jpetptu – dan jew jintefa, jew jibqa' mixgħul mingħajr ma jleħħ, jew juri kambjament notevoli fil-frekwenza. Jekk ikun kollu kemm hu bil-ħoss, għandu jistema’ b’mod ċar u għandu juri bidla ċara ta’ frekwenza fil-każ li ma jibdiex jaħdem sew.

Jekk trakter ikun mgħammar biex jiġbed karru, għandu jkun mgħammar b'sinjalatur tad-difetti operazzjonali ottiku speċjali għall-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tat-trakter, u dan kemm-il darba s-sinjalar tal-vettura li qed tiġbed il-karru warajha tippermetti li tiġi osservata kull ħsara f’kull wieħed mill-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tat-trakter u l-kumbinazzjoni kollha tiegħu.

6.5.11.

REKWIŻITI OĦRA

Il-bozoz għandhom ikunu bozza li tleħħ 90 ± 30 darba kull minuta. It-tħaddim tal-kontroll ta’ sinjalar bid-dawl għandu jiġi segwit f’inqas minn sekonda bid-dehra tad-dawl u f’mhux aktar minn sekonda u nofs bl-ewwel tifi.

Jekk trakter ikun awtorizzat li jiġbed karru, il-kontroll tal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tat-trakter għandhom joperaw ukoll l-indikaturi tal-karru.

Fil-każ ta’ ħsara, barra dik ta’ ċirkwit qasir, ta’ waħda mil-bozoz li jindikaw id-direzzjoni, l-oħrajn għandhom ikomplu jpetptu iżda l-frekwenza f’din il-kundizzjoni tista’ tkun differenti minn dik speċifikata.

6.6.   

SINJALAR TA’ TWISSIJA TA’ PERIKLU

6.6.1.

NUMRU

Kif speċifikat fit-titli korrispondenti tal-paragrafu 6.5.

6.6.2.

ARRANĠAMENT

6.6.3.

POŻIZZJONI

6.6.3.1.

FIL-WISA’

6.6.3.2.

FL-GĦOLI

6.6.3.3

FIT-TUL

6.6.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

6.6.5.

ALLINJAMENT

6.6.6.

JISTGĦU “JINĠABRU FLIMKIEN”

6.6.7.

JISTGĦU/MA JISTGĦUX “JINĠABRU FLIMKIEN”

6.6.8.

JISTGĦU/MA JISTGĦUX JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

6.6.9.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

Is-sinjalar għandu jiġi mħaddem permezz ta’ kontroll separat li jippermetti li l-bozoz li jindikaw id-direzzjoni jaħdmu b’mod sinkronizzat.

6.6.10.

SINJALATUR TAD-DIFETTI F’ĊIRKWIT MAGĦLUQ

Id-dawl ta’ twissija li jleħħ, li jista' jaħdem flimkien mas-sinjalatur(i) tad-difetti speċifikat(i) fil-paragrafu 6.5.10.

6.6.11.

REKWIŻITI OĦRA

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.11. Jekk trakter ikun mgħammar biex jiġbed karru, il-kontroll tas-sinjalar li juri li hemm periklu jrid ikun kapaċi wkoll li jibda jħaddem il-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-karru. Is-sinjalar li juri li hemm periklu għandu jkun jista’ jaħdem anke jekk il-mezz li jixgħel jew iwaqqaf il-magna jkun qiegħed f’pożizzjoni li ma tippermettix li tinxtegħel il-magna.

6.7.   

BOZZA TAT-WAQFIEN

6.7.1.

NUMRU

Tnejn.

6.7.2.

ARRANĠAMENT

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.7.3.

POŻIZZJONI

 

6.7.3.1.

FIL-WISA’

Mhux inqas minn 500 mm ’il bogħod minn xulxin. Din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisa’ ġenerali tat-trakter huwa inqas minn 1 400  mm.

6.7.3.2.

FL-GĦOLI

’Il fuq mill-art: mhux inqas minn 400 mm u mhux iktar minn 1 900  mm, jew mhux aktar minn 2 100  mm jekk il-qafas tal-vettura ma jippermettix li jinżammu l-1 900  mm.

6.7.3.3.

FIT-TUL

Ebda speċifikazzjoni individwali.

6.7.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

L-angolu orizzontali: 45° ’il ġewwa u ’l barra.

L-angolu vertikali: 15° ’il fuq mill-orizzontali u taħtu.

L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 10° jekk l-għoli tal-bozoz ’il fuq mill-art huwa inqas minn 1 500  mm, u għal 5° fil-każ ta’ bozoz inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art.

6.7.5.

ALLINJAMENT

Lejn il-parti ta’ wara tal-vettura.

6.7.6.

JISTGĦU “JINĠABRU FLIMKIEN”

ma’ bozza waħda jew aktar ta’ wara.

6.7.7.

MA JISTGĦUX “JINGĦAQDU”

ma’ bozza oħra

6.7.8.

JISTGĦU JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

mal-bozza ta’ wara (tal-ġenb) u mal-bozza tal-ipparkjar.

6.7.9.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

għandhom jixegħlu meta hu applikat is-service brake.

6.7.10.

SINJALATUR TAD-DIFETTI OPERAZZJONALI

Mhux mandatorju. Jekk dan jeżisti, għandu jkun dawl li juri li hemm periklu li ma jleħħx, u li jixgħel fil-każ li l-bozoz tal-waqfien ma jkunux qed jaħdmu sew.

6.7.11.

REKWIŻITI OĦRA

L-intensità tad-dawl tal-bozoz tal-waqfien għandha tkun akbar sew minn dik tal-bozoz ta' wara (mal-ġenb).

6.8.   

BOZZA TA’ QUDDIEM (TAL-ĠENB)

6.8.1.

NUMRU

Tnejn jew erbgħa (ara l-paragrafu 6.8.3.2).

6.8.2

ARRANĠAMENT

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.8.3.

POŻIZZJONI

 

6.8.3.1.

FIL-WISA’

Dak il-punt fuq il-wiċċ li jarmi d-dawl li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tat-trakter ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf l-aktar ’il barra tal-vettura.

L-ispazju ta’ bejn it-truf ta’ ġewwa rispettivi taż-żewġ uċuħ li jarmu d-dawl ma għandux ikun inqas minn 500 mm.

6.8.3.2.

FL-GĦOLI

’Il fuq mill-art, mhux inqas minn 400 mm, mhux iktar minn 1 900  mm jew 2 100  mm jekk il-forma tal-qafas ma tippermettix li jinżammu l-1 900  mm preskritti hawn fuq.

Fil-każ ta’ trakters mgħammra għall-armar ta’ mezzi li jistgħu jinġarru fuq in-naħa ta’ quddiem, li jistgħu jtellfu l-bozoz (tal-ġnub) mandatorji ta’ quddiem, għandhom jitwaħħlu żewġ bozoz (tal-ġnub) addizzjonali fuq quddiem f’għoli li ma jaqbiżx it-3 000  mm.

6.8.3.3.

FIT-TUL

Ma hemm ebda speċifikazzjonijiet li l-bozoz huma allinjati ’l quddiem u l-angoli tal-viżibilità ġeometrika speċifikati fil-paragrafu 6.8.4 huma rispettati.

6.8.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

 

Angolu orizzontali

Għaż-żewġ bozoz ta’ quddiem (tal-ġenb): 10° ’il ġewwa u 80° ’il barra. Madankollu, l-angolu ta’ 10° ’il ġewwa jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-forma tal-qafas ma tippermettix li jinżammu l-10°. Għal trakters li għandhom wisa’ ġenerali li ma jaqbiżx l-1 400  mm, dan l-angolu jista’ jitnaqqas għal 3° jekk il-forma tal-qafas ma tippermettix li jinżammu l-10°.

 

Angolu vertikali

15° ’il fuq mill-orizzontali u taħtu. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas sa 10° jekk l-għoli tal-bozoz ’il fuq mill-art huwa inqas minn 1 900  mm, u sa 5° jekk dan l-għoli huwa inqas minn 750 mm.

6.8.5.

ALLINJAMENT

’Il quddiem.

6.8.6.

JISTGĦU “JINĠABRU FLIMKIEN”

ma’ kwalunkwe bozza oħra ta’ quddiem.

6.8.7.

MA JISTGĦUX “JINGĦAQDU”

ma’ bozoz oħra.

6.8.8.

JISTGĦU JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

ma’ kwalunkwe bozza oħra ta’ quddiem.

6.8.9.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.8.10.

SINJALATUR TAD-DIFETTI

Mandatorju. Dan is-sinjalatur tad-difetti ma għandux ikun ileħħ. Mhuwiex meħtieġ jekk id-dawl tal-pannell tal-istrumenti jista’ jinxtegħel biss simultanjament mal-bozoz ta’ quddiem (tal-ġenb).

6.9.   

BOZZA TA’ WARA (TAL-ĠENB)

6.9.1.

NUMRU

Tnejn.

6.9.2.

ARRANĠAMENT

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.9.3.

POŻIZZJONI

 

6.9.3.1.

FIL-WISA’

Dak il-punt fuq ilwiċċ li jarmi d-dawl li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tat-trakter ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf l-aktar ’il barra tat-trakter.

Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ uċuħ li jarmu d-dawl ma għandhiex tkun inqas minn 500 mm. Din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisa’ totali tat-trakter huwa inqas minn 1 400  mm.

6.9.3.2.

FL-GĦOLI

’Il fuq mill-art, mhux inqas minn 400 mm u mhux iktar minn 1 900  mm (f’każijiet eċċezzjonali mhux iktar minn 2 100  mm jekk hu impossibbli li jinżammu l-1 900  mm).

6.9.3.3.

FIT-TUL

Ebda speċifikazzjoni individwali.

6.9.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

 

Angolu orizzontali

Għaż-żewġ bozoz ta’ wara (tal-ġenb) bozoz:

 

jew 45° ’il ġewwa u 80° ’il barra,

 

jew 80° ’il ġewwa u 45° ’il barra.

 

Angolu vertikali

15° ’il fuq mill-orizzontali u taħtu. L-angolu taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 10° jekk l-għoli tal-bozoz ’il fuq mill-art huwa inqas minn 1 500  mm, u għal 5° jekk dan l-għoli huwa inqas minn 750 mm.

6.9.5.

ALLINJAMENT

Lejn in-naħa ta’ wara.

6.9.6.

JISTGĦU “JINĠABRU FLIMKIEN”

ma’ kull bozza oħra ta’ wara.

6.9.7.

JISTGĦU “JINGĦAQDU”

mal-bozza tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara.

6.9.8.

JISTGĦU JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

mal-bozza tal-waqfien, mal-bozza taċ-ċpar ta’ wara, jew mal-bozza tal-ipparkjar.

6.9.9.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.9.10.

SINJALATUR TAD-DIFETTI F’ĊIRKWIT MAGĦLUQ

Jista’ jingħaqad ma’ dak tal-bozoz ta’ quddiem (tal-ġenb). Dan is-sinjalatur tad-difetti ma għandux ikun ileħħ. Mhux meħtieġ jekk id-dawl tal-pannell tal-istrumenti jista’ biss jinxtegħel simultanjament mal-bozoz ta’ quddiem (tal-ġenb).

6.10.   

BOZZA TAĊ-ĊPAR, TA’ WARA

6.10.1.

NUMRU

Wieħed jew tnejn.

6.10.2.

ARRANĠAMENT

Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-viżibilità ġeometrika.

6.10.3.

POŻIZZJONI

 

6.10.3.1.

FIL-WISA’

Jekk ikun hemm bozza waħda biss taċ-ċpar ta’ wara, din għandha tkun fuq fil-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter jew fuq in-naħa opposta tal-pjan lonġitudinali medjan lejn id-direzzjoni tat-traffiku preskritta fil-pajjiż ta’ reġistrazzjoni. Fil-każijiet kollha, id-distanza ta’ bejn il-bozza taċ-ċpar ta’ wara u l-bozza tal-waqfien għandha tkun ikbar minn 100 mm.

6.10.3.2.

FL-GĦOLI

’Il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm, mhux iktar minn 1 900  mm, jew mhux aktar minn 2 100  mm jekk il-forma tal-qafas ma tippermettix li jinżammu l-1 900  mm.

6.10.3.3.

FIT-TUL

Ebda speċifikazzjoni individwali.

6.10.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

L-angolu orizzontali: 25° ’il ġewwa u ’l barra.

L-angolu vertikali: 5° ’il fuq mill-orizzontali u taħtu.

6.10.5.

ALLINJAMENT

Lejn in-naħa ta’ wara

6.10.6.

JISTGĦU “JINĠABRU FLIMKIEN”

ma’ kull bozza oħra ta’ wara.

6.10.7.

MA JISTGĦUX “JINGĦAQDU”

ma’ bozoz oħra.

6.10.8.

JISTGĦU JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

mal-bozoz ta’ wara (tal-ġenb) jew mal-bozza tal-ipparkjar.

6.10.9.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

Dawn għandhom ikunu b’mod li l-bozza taċ-ċpar ta’ wara tkun tista’ taħdem biss meta jkunu mixgħula l-bozoz tar-raġġ il-baxx, il-bozoz tas-sewqan, il-bozoz taċ-ċpar ta’ quddiem, jew kumbinazzjoni tagħhom. Dawn għandhom ikunu b’mod li meta l-bozza taċ-ċpar ta’ wara tkun mixgħula, din tkun tista’ titħaddem flimkien mal-bozoz tas-sewqan, il-bozoz tar-raġġ il-baxx u l-bozoz taċ-ċpar ta’ quddiem.Meta l-bozza taċ-ċpar ta’ wara tkun mixgħula, it-tħaddim tal-kontroll li jixgħel il-bozoz tas-sewqan jew tar-raġġ il-baxx ma għandux jitfi l-bozza taċ-ċpar ta’ wara.

Jekk ikun hemm bozoz taċ-ċpar ta’ quddiem, għandu jkun possibbli li l-bozza taċ-ċpar ta’ wara tintefa indipendentament mill-bozoz taċ-ċpar ta’ quddiem.

6.10.10.

SINJALATUR TAD-DIFETTI F’ĊIRKWIT MAGĦLUQ

Mandatorju. Sinjalar bid-dawl indipendenti, ta’ intensità fissa.

6.11.   

BOZZA TAL-IPPARKJAR

6.11.1.

NUMRU

Jiddependi mill-arranġament.

6.11.2.

ARRANĠAMENT

jew żewġ bozoz fuq quddiem u żewġ bozoz fuq wara, jew bozza fuq kull naħa.

6.11.3.

POŻIZZJONI

 

6.11.3.1.

FIL-WISA’

Dak il-punt fuq il-wiċċ li jarmi d-dawl li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tat-trakter ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf l-aktar ’il barra tat-trakter. Barra minn hekk, fil-każ ta’ par bozoz, il-bozoz għandhom ikunu simetriċi għall-pjan lonġitudinali medjan tat-trakter.

6.11.3.2.

FL-GĦOLI

’Il fuq mill-art, mhux inqas minn 400 mm u mhux iktar minn 1 900  mm (mhux aktar minn 2 100  mm jekk il-forma tal-qafas ma tippermettix li jinżammu l-1 900  mm).

6.11.3.3.

FIT-TUL

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.11.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

L-angolu orizzontali: 45° ’il barra, lejn in-naħa ta’ quddiem u lejn in-naħa ta’ wara.

L-angolu vertikali: 15° ’il fuq mill-orizzontali u taħtu.

L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 10° fil-każ li l-għoli tal-bozza hu inqas minn 1 500  mm’il fuq mill-art; u għal 5° jekk dan l-għoli huwa inqas minn 750 mm.

6.11.5.

ALLINJAMENT

B’mod li l-bozoz jissodisfaw ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-viżibilità tan-naħa ta’ quddiem u tan-naħa ta’ wara.

6.11.6.

JISTGĦU “JINĠABRU FLIMKIEN”

ma’ kwalunkwe bozza oħra.

6.11.7.

MA JISTGĦUX “JINGĦAQDU”

ma’ bozoz oħra.

6.11.8.

JISTGĦU JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

fuq quddiem, mal-bozoz (tal-ġnub) ta’ quddiem, mal-bozoz tar-raġġ il-baxx, mal-bozoz tas-sewqan u mal-bozoz taċ-ċpar ta’ quddiem,

fuq wara, mal-bozoz (tal-ġnub) ta’ wara, mal-bozoz tal-waqfien u l-bozoz taċ-ċpar ta’ wara.

mal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni fil-kategorija 5.

6.11.9.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

Il-konnessjonijiet għandhom jippermettu li l-bozza jew bozoz tal-ipparkjar tal-istess naħa tat-trakter jinxtegħlu indipendentement minn bozoz oħra.

6.11.10.

SINJALATUR TAD-DIFETTI

Mhux mandatorju. Jekk ikun hemm wieħed, ma għandux ikun possibbli li dan jiġi konfuż mas-sinjalatur tad-difetti tal-bozoz tal-pożizzjoni (tal-ġenb).

6.11.11.

REKWIŻITI OĦRA

Il-funzjoni ta’ din il-bozza tista’ ssir ukoll billi jinxtegħlu simultanjament il-bozoz ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġnub) fuq naħa waħda tat-trakter.

6.12.   

BOZZA LI TINDIKA L-LINJI TAL-FORMA TAT-TRAKTER

6.12.1.

NUMRU

Tnejn li huma viżibbli minn quddiem u tnejn viżibbli minn wara.

6.12.2.

ARRANĠAMENT

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.12.3.

POŻIZZJONI

 

6.12.3.1.

FIL-WISA’

L-aktar qrib kemm jista’ jkun tat-tarf l-aktar ’il barra tat-trakter.

6.12.3.2.

FL-GĦOLI

Fl-ogħla għoli kompatibbli mal-pożizzjoni mitluba fil-wisa’ u b’simetrija mal-bozoz.

6.12.3.3.

FIT-TUL

Ebda speċifikazzjoni individwali.

6.12.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

L-angolu orizzontali: 80° ’il barra.: L-angolu orizzontali: 80° ’il barra.

L-angolu vertikali: 5° ’il fuq minn u 20° taħt l-orizzontali: L-angolu vertikali: 5° ’il fuq minn u 20° taħt l-orizzontali.

6.12.5.

ALLINJAMENT

B’mod li l-bozoz jissodisfaw ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-viżibilità tan-naħa ta’ quddiem u tan-naħa ta’ wara.

6.12.6.

MA JISTGĦUX “JINĠABRU FLIMKIEN”

 

6.12.7.

MA JISTGĦUX “JINGĦAQDU”

ma’ bozoz oħra.

6.12.8.

MA JISTGĦUX JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

 

6.12.9.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.12.10.

SINJALATUR TAD-DIFETTI

Mandatorju

6.12.11.

REKWIŻITI OĦRA

Sakemm il-kundizzjonijiet l-oħra jkunu ġew sodisfatti kollha, il-bozza li jidher minn quddiem u l-bozza li jidher minn wara, fuq l-istess naħa tat-trakter, jistgħu jiġu inklużi f’mezz wieħed. Il-pożizzjoni ta’ bozza li tindika l-linji tal-forma tat-trakter f’relazzjoni mal-bozza (tal-ġenb) fil-pożizzjoni korrispondenti għandha tkun tali li d-distanza ta’ bejn il-projezzjonijiet fuq pjan trasversali vertikali tal-punti l-eqreb ta’ xulxin tal-uċuħ li jarmu d-dawl taż-żewġ bozoz kkunsidrati hija inqas minn 200 mm.

6.13.   

BOZZA TAX-XOGĦOL

6.13.1.

NUMRU

 

6.13.2.

ARRANĠAMENT

 

6.13.3.

POŻIZZJONI

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.13.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

 

6.13.5.

ALLINJAMENT

 

6.13.6.

MA JISTGĦUX “JINĠABRU FLIMKIEN”

 

6.13.7.

MA JISTGĦUX “JINGĦAQDU”

ma’ bozza oħra

6.13.8.

MA JISTGĦUX JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

 

6.13.9.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

Din il-bozza tista’ titħaddem independentement mill-bozoz l-oħrajn kollha.

6.13.10.

SINJALATUR TAD-DIFETTI

Mandatorju.

6.14.   

IR-RETRORIFLETTUR TA’ WARA, MHUX TRIJANGOLARI

6.14.1.

NUMRU

Tnejn jew erbgħa.

6.14.2.

ARRANĠAMENT

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.14.3.

POŻIZZJONI

 

6.14.3.1.

FIL-WISA’

Għajr kif preskritt fil-paragrafu 6.14.4.1, il-punt fuq il-wiċċ li jarmi d-dawl li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tat-trakter ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf l-aktar ’il barra tat-trakter. Ma għandux ikun hemm aktar minn 600 mm bejn it-truf ta’ ġewwa tar-rifletturi bir-rifless. Din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm meta l-wisa’ ġenerali tat-trakter huwa inqas minn 1 300  mm.

6.14.3.2.

FL-GĦOLI

Għajr kif preskritt fil-paragrafu 6.14.4.1, mhux inqas minn 400 mm u mhux aktar minn 900 mm 'il fuq mill-art. Madankollu, il-limitu l-aktar għoli jista’ jiżdied għal mhux iktar minn 1 200  mm jekk ma jkunx possibbli li jkun f’għoli ta’ 900 mm mingħajr ma jkollhom jintużaw mezzi ta’ rbit li għandhom tendenza li tiġrilhom il-ħsara jew li jitgħawġu.

6.14.3.3.

FIT-TUL

Ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.14.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

 

Angolu orizzontali. 30° ’il ġewwa u ’l barra.

 

Angolu vertikali. 15° ’il fuq mill-orizzontali u taħtu.

L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tar-riflettur huwa inqas minn 750 mm.

6.14.4.1.

Jekk hu impossibbli li jiġu osservati l-pożizzjoni u l-ħtiġiet ta’ viżibilità ta’ hawn fuq, jistgħu jitwaħħlu erba’ retrorifletturi skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ stallazzjoni li ġejjin:

6.14.4.1.1.

Żewġ retrorifletturi għandhom jinżammu f’għoli massimu ta’ 900 mm ’il fuq mill-art. Madankollu, dan il-limitu l-aktar għoli jista’ jiżdied għal mhux iktar minn 1 200  mm jekk ma jkunx possibbli li jkun f’għoli ta’ 900 mm mingħajr ma jkollhom jintużaw mezzi ta’ rbit li għandhom tendenza li tiġrilhom il-ħsara jew li jitgħawġu.

Għandha tiġi osservata distanza ta’ mill-inqas 300 mm bejn it-truf interni tar-rifletturi, u dawn għandu jkollhom angolu vertikali ta’ viżibilità fuq l-orizzontali ta’ 15°.

6.14.4.1.2.

It-tnejn l-oħra għandhom jibqgħu f’għoli massimu ta’ 2 100  mm ’il fuq mill-art u għandhom jintrabtu bir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.14.3.1.

6.14.5.

ALLINJAMENT

Lejn in-naħa ta’ wara.

6.14.6.

JISTGĦU “JINĠABRU FLIMKIEN”

Ma’ kwalunkwe bozza oħra.

6.14.7.

REKWIŻITI OĦRA

Il-wiċċ li jarmi d-dawl tar-retroriflettur jista’ jkollu partijiet komuni ma’ dawk ta’ kwalunkwe bozza oħra ta’ wara.

6.15.   

IR-RETRORIFLETTURI TAL-ĠNUB, MHUX TRIJANGOLARI

6.15.1.

NUMRU

Tnejn jew erbgħa.

6.15.2.

ARRANĠAMENT

Wieħed jew tnejn fuq kull naħa tat-trakter fejn it-tul kollu tat-tarttur ikun 6 m. Tnejn fuq kull naħa tat-trakter fejn it-tul kollu tat-trakter huwa inqas minn 6 m. Il-wiċċ li jirrifletti d-dawl għandu jintrama fuq pjan vertikali (devjazzjoni massima ta' 10°) parallel għall-assi lonġitudinali tal-vettura.

6.15.3.

POŻIZZJONI

 

6.15.3.1.

FIL-WISA’

Ebda speċifikazzjoni individwali.

6.15.3.2.

FL-GĦOLI

Mhux inqas minn 400 mm u mhux aktar minn 900 mm ’il fuq mill-art. Madankollu, il-limitu l-aktar għoli jista’ jiżdied għal mhux iktar minn 1 200  mm jekk ma jkunx possibbli li jkun f’għoli ta’ 900 mm mingħajr ma jkollhom jintużaw mezzi ta’ rbit li għandhom tendenza li tiġrilhom il-ħsara jew li jitgħawġu.

6.15.3.3.

FIT-TUL

Riflettur minnhom ma jridx ikun iktar minn 3 m mill-iktar punt fuq quddiem tat-trakter, u jew l-istess riflettur jew inkella riflettur ieħor ma jridx ikun iktar minn 3 m mill-iktar punt fuq wara tat-trakter.

Id-distanza bejn iż-żewġ rifletturi fuq l-istess naħa tat-trakter ma tridx taqbeż is-6 m.

6.15.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

 

Angolu orizzontali.

 

Angolu vertikali.

L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tar-riflettur huwa inqas minn 750 mm.

6.16.   

IL-BOZOZ TAL-PJANĊA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' WARA

6.16.1.

NUMRU

Hekk li l-mezz jista’ jdawwal fejn tinsab il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni

6.16.2.

ARRANĠAMENT

6.16.3.

POŻIZZJONI

6.16.3.1.

FIL-WISA’

6.16.3.2.

FL-GĦOLI

6.16.3.3.

FIT-TUL

6.16.4.

VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

6.16.5.

ALLINJAMENT

6.16.6.

JISTGĦU “JINĠABRU FLIMKIEN”

ma’ bozza waħda jew aktar ta’ wara.

6.16.7.

JISTGĦU “JINGĦAQDU”

mal-bozoz ta’ wara (tal-ġenb).

6.16.8.

MA JISTGĦUX JIĠU “INKORPORATI REĊIPROKAMENT”

ma’ kwalunkwe bozza oħra.

6.16.9.

SINJALATUR TAD-DIFETTI

Mhux mandatorju. Jekk dan jeżisti, il-funzjoni tiegħu għandha ssir mis-sinjalatur tad-difetti preskritt għall-bozoz ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb).

6.16.10.

KONNESSJONIJIET ELETTRIĊI

Dan il-mezz għandu jixgħel biss fl-istess ħin mal-bozoz tal-pożizzjoni ta' wara (mal-ġenb).

7.   MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURA JEW TAL-ISTALLAZZJONI TAL-MEZZI TAD-DAWL U TAS-SINJALAR BID-DAWL TAGĦHA

7.1.

Kull modifika għat-tip ta’ vettura, jew għall-istallazzjoni tal-mezzi tad-dawl jew ta’ sinjalar bid-dawl, jew għal-lista li tissemma fil-paragrafu 3.2.2 hawn fuq, għandha tkun innotifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva dik it-tip ta’ vettura. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:

7.1.1.

iqis li huwa improbabbli li l-modifiki li jkunu saru jista’ jkollhom effett ħażin notevoli, u li f’kull każ il-vettura għadha konformi mar-rekwiżiti; jew

7.1.2.

jitlob li s-servizz tekniku responsabbli li jagħmel it-testijiet jagħmel rapport ieħor dwar it-test.

7.2.

Konferma jew rifjut ta’ approvazzjoni, li tispeċifika l-modifiki, għandha tkun ikkomunikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru ta’ serje lil dik l-estensjoni u tinforma lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell f'Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.

Kull vettura li ġġorr marka ta’ approvazzjoni kif preskritt b’dan ir-Regolament għandha tikkonforma, fejn tidħol l-istallazzjoni ta’ mezzi tad-dawl u ta’ sinjalar bid-dawl u l-karatteristiċi tagħhom, mat-tip ta’ vettura approvata.

8.2.

Sabiex tiġi vverifikata l-konformità kif preskritta fil-paragrafu 8.1 hawn fuq, għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta’ verifiki addoċċ fuq vetturi manifatturati f’serje li jġorru l-marka ta' approvazzjoni mitluba f'dan ir-Regolament.

9.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

L-approvazzjoni mogħtija fil-każ ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 8.1 hawn fuq, jew jekk il-vettura jew vetturi meħuda ma jgħaddux mit-testijiet preskritti fil-paragrafu 8 hawn fuq.

9.2.

Jekk Parti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hi għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħra Kontraenti li japplikaw dan ir-regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox milli jimmanifattura tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament, hu għandu jinforma minnufih lill-awtorità li tkun ħarġet l-approvazzjoni. X'ħin tirċievi l-komunikazzjoni relevanti dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li jappikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew tal-produzzjoni li tkun twaqqfet għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2 kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojta), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojta), 31 għall-Bożnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojta), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojta), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojta), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vojta), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojta), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vojta) u 56 għall-Montenegro. In-numri sussegwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jidħlu għall-Ftehim li jikkonċerna l-Adozzjoni tal-Kundizzjonijiet Uniformi tal-Approvazzjoni u r-Rikonoxximent Reċiproku tal-Approvazzjoni għal Tagħmir u Partijiet ta' Vetturi bil-Mutur, u n-numri hekk mogħtija għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

(3)  Il-kejl tal-koordinati tal-kromatiċità tad-dawl li jemettu l-bozoz mhuwiex parti minn dan ir-regolament.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

EŻEMPJI TA’ ARRANĠAMENTI TA’ MARKI TA’ APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ trakter agrikolu jew forestali turi li t-tip ta’ trakter ikkonċernat, fejn tdħol l-istallazzjoni ta’ mezzi tad-dawl u ta’ sinjalar bid-dawl, kien approvat fl-Olanda (E 4) skont ir-Regolament Nru 86. In-numru ta’ approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 86 fil-għamla oriġinali tiegħu.

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ trakter agrikolu jew forestali turi li t-tip ta’ trakter ikkonċernat kien approvat fl-Olanda (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 86 u Nru 33 (*). In-numri ta’ approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 86 kien fil-għamla oriġinali tiegħu u r-Regolament Nru 33 kien diġà jinkludi s-serje 02 tal-emendi.


(*)  L-aħħar numru qed jingħata biss bħala eżempju.


ANNESS 3

DEFINIZZJONIJIET TAT-TERMINI TAL-PARAGRAFI 2.6-2.10

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 4

VIŻIBILITÀ TAL-BOZOZ

(ara l-paragrafu 5.10. ta’ dan ir-Regolament)

Figura 1

Il-viżibilità ta' bozza ħamra fuq in-naħa ta' quddiem

Image

Figura 2

Il-viżibilità ta' bozza bajda fuq in-naħa ta' wara

Image


ANNESS 5

BOZOZ LI JINDIKAW ID-DIREZZJONI:

IL-VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA (ara l-paragrafu 6.5.2.)

Arranġament A

Image

Arranġament B

Image

Arranġament Ċ

Image

Arranġament D

Image