17.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/56 |
It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 93 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’:
I. |
Tagħmir ta' protezzjoni kontra t-trikkib minn quddiem (TPTQ) |
II. |
Il-vetturi fir-rigward tal-installazzjoni ta' TPTQ ta' tip approvat |
III. |
Il-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni kontra t-trikkib fuq quddiem (PTQ) tagħhom |
Data tad-dħul fis-seħħ: 27 ta’ Frar 1994
WERREJ
REGOLAMENT
1. |
Kamp ta' applikazzjoni |
2. |
Għan |
3. |
Definizzjonijiet |
4. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
Parti I – Approvazzjoni tat-tagħmir ta’ protezzjoni kontra t-trikkib fuq quddiem (TPTQ)
5. |
Approvazzjoni għal TPTQ |
6. |
Rekwiżiti għal TPTQ |
Parti II – Approvazzjoni ta' vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta' TPTQ ta' tip approvat
7. |
Approvazzjoni ta’ installazzjoni ta’ TPTQ approvat |
8. |
Rekwiżiti għall-installazzjoni ta’ TPTQ approvat |
Parti III – Aprovazzjoni ta' vettura fir-rigward tal-protezzjoni tagħha kontra t-trikkib fuq quddiem (PTQ)
9. |
Approvazzjoni ta’ vettura bil-PTQ |
10. |
Rekwiżiti għal vettura bil-PTQ |
ANNESSI
Anness 1 – |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni jew produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta' tip ta' tagħmir ta’ protezzjoni kontra t-trikkib fuq quddiem (TPTQ) skont ir-Regolament Nru 93 (Parti I) |
Anness 2 – |
Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni kontra t-trikkib fuq quddiem (TPTQ) ta’ tip approvat skont ir-Regolament Nru 93 (Parti II) |
Anness 3 – |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni jew produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta' vettura fir-rigward tal-protezzjoni tagħha kontra t-trikkib fuq quddiem (PTQ) skont ir-Regolament Nru 93 (Parti III) |
Anness 4 – |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
Anness 5 – |
Kundizzjonijiet u Proċeduri tat-Test |
Anness 6 – |
Konformità tal-produzzjoni u proċeduri amministrattivi oħra |
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
1.1. |
Dan ir-Regolament japplika għal:
|
1.2. |
Vetturi tal-kategoriji N2 b'massa massima li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati għandhom jikkonformaw biss mar-rekwiżit ta’ għoli mill-art b’400 mm stabbilit f'dan ir-Regolament. |
1.3. |
Ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx għal:
|
2. GĦAN
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li joffri protezzjoni effettiva għall-vetturi tal-kategoriji M1 jew N1 (1) kontra t-trikkib tal-vetturi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan ir-Regolament fil-każ ta’ ħabta fuq quddiem.
3. DEFINIZZJONIJIET
3.1. |
Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:
|
4. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
4.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ Parti minn dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-tip (vettura/TPTQ) jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu. |
4.2. |
Għal kull tip l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:
|
4.3. |
Biex jissodisfaw il-Parti II ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn:
|
4.4. |
Biex jissodisfaw il-Partijiet II u III ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn informazzjoni dwar it-tip ta' vettura kif definit fil-paragrafu 3.1.8. |
4.5. |
L-awtorità kompetenti għandha żżomm il-proċeduri amministrattivi li ġejjin skont l-Anness 6 biex tkopri dan li ġej:
|
PARTI I
APPROVAZZJONI TAT-TAGĦMIR TA' PROTEZZJONI KONTRA T-TRIKKIB FUQ QUDDIEM (TPTQs)
5. APPROVAZZJONI TA’ TPTQ
5.1. |
Jekk it-TPTQ mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ TPTQ għandha tingħata skont l-arranġamenti li hemm fl-anness 4. |
5.2. |
L-avviż tal-approvazzjoni, jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta' tip ta’ TPTW skont dan ir-Regolament għandu jintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament. |
6. REKWIŻITI GĦAT-TPTQ
6.1. |
It-TPTQ irid joffri reżistenza adegwata għall-forzi applikati b'mod parallel għall-assi lonġitudinali tal-vettura u jrid jissodisfa wkoll certi rekwiżiti dimensjonali. Dawn għandhom jintwerew skont il-proċedura u l-kundizzjonijiet tat-test speċifikati fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament. |
6.2. |
L-għoli tat-taqsima tas-sezzjoni trasversali tat-TPTQ m'għandux ikun inqas minn 100 mm għall-vetturi tal-kategorija N2 u ta’ 120 mm għall-vetturi tal-kategorijaN3. L-estremitajiet laterali tas-sezzjoni trasversali m’għandhomx jitgħawġu għan-naħa ta’ quddiem jew ikollhom tarf jaqta’ fuq barra; din il-kundizzjoni tkun ssodisfatta meta l-estremitajiet laterali tas-sezzjoni trasversali jkunu ttundjati fuq barra u jkolhom raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux anqas minn 2,5 mm. |
6.3. |
Il-mezz jista' jkun hekk maħsub li l-pożizzjoni tiegħu fuq quddiem tal-vettura tista' tiġi varjata. F’dan il-każ, għandu jkun hemm metodu garantit biex jiġi assigurat fil-pożizzjoni tas-servizz sabiex b’hekk tiġi prekluża kwalunkwe bidla mhux intenzjonata ta’ pożizzjoni. Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-mezz billi japplika forza li ma teċċedix l-40 daN; |
6.4. |
L-uċuħ l-aktar imbiegħda ta’ kull installazzjoni gwardja ta' quddiem għandhom ikunu essenzjalment lixxi jew korrugati orizzontalment ħlief għall-irjus tondi (“domed heads”) tal-boltijiet jew rivits li jistgħu jisporġu lil hinn mill-wiċċ sa għoli ta' mhux aktar minn 10 mm. |
PARTI II
APPROVAZZJONI TA' VETTURA FIR-RIGWARD TA' INSTALLAZZJONI TA' TPTQ TA' TIP APPROVAT
7. APPROVAZZJONI TA' INSTALLAZZJONI TA’ TPTQ APPROVAT
7.1. |
Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont din il-Parti ta' dan ir-Regolament tkun provduta b’TPTQ u tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 8 ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ vettura għandha tingħata skont l-arraġamenti li hemm fl-anness 4. |
7.2. |
L-avviż tal-approvazzjoni, jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta' tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament. |
8. IR-REKWIŻITI GĦALL-INSTALLAZZJONI TA’ TPTQ APPROVAT
8.1. |
Il-massa massima tat-tip tal-vettura li għalih intalbet approvazzjoni ma għandhiex taqbeż il-valur indikat tal-formola tal-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta' kull TPTQ approvat maħsub biex jintrama fuq dik il-vettura. |
8.2. |
Il-vettura bit-TPTQ installat għandha tissodisfa ċerti rekwiżiti dimensjonali speċifikati fl-Anness 5 b'kont meħud tal-kundizzjonijiet tat-test u l-informazzjoni indikati fid-dokument ta' komunikazzjoni li jinsab fl-anness 1 maħruġ fir-rigward tat-TPTQ. |
8.3. |
It-TPTQ għandu jkun imwaħħal b’mod li d-distanza orizzontali mkejla fid-direzzjoni ta’ wara mill-parti l-iktar ‘il quddiem tal-vettura għall-faċċata tat-TPTQ ma tkunx taqbeż l-400 mm imnaqqsa mid-deformazzjoni reġistrata (l-Anness 1, punt 9) imkejla fi kwalunkwe wieħed mill-punti fejn il-forzi tat-test ġew applikati matul l-approvazzjoni tat-tip tat-TPTQ u dan f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Parti I ta' dan ir-Regolament u reġistrata fil-formula ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (ara l-figuri 1 u 2). |
8.4. |
Fil-kejl ta' dawn id-distanzi, kull parti tal-vettura li tkun iktar minn 2 m 'il fuq mill-art għandha tiġi eskluża. |
8.5. |
Distanza massima mill-art fir-rigward tal-qiegħ tat-TPTQ m'għandux ikun aktar minn 400 mm, kif speċifikat fil-paragrafu 3 tal-anness 5, bejn iż-żewġ punti P1 fil-kundizzjoni installata. In-naħa ta’ barra ta' kull punt P1 dan l-għoli jista' jkun akbar minn 400 mm b’mod li l-qiegħ ma jkunx fuq pjan li jgħaddi mill-qiegħ tat-TPTQ direttament taħt il-punt P1 u jifforma inklinazzjoni ta' 15° ‘il fuq mill-orizzontali (ara l-figura 3). |
8.6. |
L-għoli 'l fuq mill-art tal-punti tal-applikazzjoni tat-test għall-forzi applikati lit-TPTQ skont il-Parti I ta' dan ir-Regolament u rreġistrata fil-formola ta' komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (l-Anness 1, punt 8) m'għandux jeċċedi l-445 mm kif speċifikat fil-paragrafu 3 tal-anness 5. |
8.7. |
Id-distanza massima mill-art fir-rigward tal-qiegħ tat-TPTQ bejn iż-żewġ punti P1 m'għandhiex tkun aktar minn 450 mm b'kont meħud tal-moviment tagħhom matul l-applikazzjoni tat-tagħbija tat-test, skont il-Parti I. |
8.8. |
Il-wisa' tat-TPTQ m’għandha fl-ebda punt teċċedi l-wisa' tal-parafangi li jkopru r-roti tal-fus u lanqas m'għandha tkun aktar minn 100 mm iqsar fuq kull naħa mill-fus prinċipali mkejjel mill-punti l-aktar imbiegħda tat-tajers, eskluża l-projjezzjoni tat-tajers qrib l-art (ara l-figura 1), jew 200 mm iqsar fuq kull naħa, imkejla mill-punti l-aktar imbiegħda tat-turġien li jagħtu aċċess għall-kabina tas-sewwieq. |
PARTI III
L-APPROVAZZJONI TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAL-PROTEZZJONI TAGĦHA KONTRA T-TRIKKIB FUQ QUDDIEM (PTQ)
9. APPROVAZZJONI TA’ VETTURA BIL-PTQ
9.1. |
Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament hija mgħammra b’PTQ li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 10 ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni ta’ dik it-tip ta’ vettura għandha tingħata skont l-arranġamenti li hemm fl-anness 4. |
9.2. |
L-avviż tal-approvazzjoni, jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta' tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament. |
10. REKWIŻITI GĦAL VETTURA BIL-PTQ
10.1. |
Kwalunkwe vettura f'waħda mill-kategoriji N2 jew N3 titqies li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 jekk din hija mgħammra b'sistema ta’ TPTQ li ma ġietx separatament approvata għall-Parti I ta' dan ir-Regolament jew hija hekk maħsuba u/jew mgħammra fuq quddiem li, bis-saħħa tal-forma u karatteristiċi tagħhom, il-partijiet komponenti tagħha jistgħu jitqiesu bħala li jissostitwixxu t-tagħmir protettiv kontra t-trikkib fuq quddiem. Komponenti li l-funzjoni kombinata tagħhom tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin huma meqjusa li jiffurmaw tagħmir protettiv kontra t-trikkib fuq quddiem. |
10.2. |
Il-PTQ għandha toffri reżistenza adegwata għall-forzi applikati b'mod parallel għall-assi lonġitudinali tal-vettura. Il-PTQ għandha wkoll tissodisfa ċerti rekwiżiti dimensjonali. Dawn għandhom jiġu murija skont il-proċedura u l-kundizzjonijiet tat-test speċifikati fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament. |
10.3. |
Għal applikazzjoni skont il-Parti III, l-għoli tat-taqsima tas-sezzjoni trasversali tat-TPTQ (mhux approvata separatament għall-Parti I) m'għandux ikun inqas minn 100 mm għall-vetturi tal-kategorija N2 u ta’ 120 mm għall-vetturi tal-kategorija N3. |
10.4. |
Il-mezz jista' jkun hekk maħsub li l-pożizzjoni tiegħu fuq quddiem tal-vettura tista' tiġi varjata. F’dan il-każ, għandu jkun hemm metodu garantit biex jiġi assigurat fil-pożizzjoni tas-servizz sabiex b’hekk tiġi prekluża kwalunkwe bidla mhux intenzjonata ta’ pożizzjoni. Għandu jkun possibbli għall-operatur li jvarja l-pożizzjoni tal-mezz billi japplika forza li ma teċċedix l-40 daN; |
10.5. |
Il-PTQ għandha tkun b’saħħitha biżżejjed b’mod li d-distanza orizzontali mkejla fid-direzzjoni lura bejn il-parti ta' quddiem tal-vettura wara l-applikazzjoni tal-forzi tat-test (speċifikati f'dan l-anness) u l-wiċċ ta’ kuntatt tal-istrument tat-test jagħti d-daqqa fuq il-vettura ma teċċedix l-400 mm. |
10.6. |
Fil-kejl ta' dawn id-distanzi, kull parti tal-vettura li tkun iktar minn 2 m 'il fuq mill-art għandha tiġi eskluża. |
10.7. |
Distanza massima mill-art fir-rigward tal-qiegħ tal-PTQ m'għandux ikun aktar minn 400 mm, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-anness 5, bejn iż-żewġ punti P1. In-naħa ta’ barra ta' kull punt P1 dan l-għoli tista' tkun akbar minn 400 mm b’mod li l-qiegħ ma jkunx fuq pjan li jgħaddi mill-qiegħ tal-PTQ direttament għal taħt il-punt P1 u jifforma inklinazzjoni ta' 15° ‘il fuq mill-orizzontal (ara l-figura 3). |
10.8. |
Id-distanza massima mill-art fir-rigward tal-qiegħ tal-PTQ bejn iż-żewġ punti P1 m'għandhiex tkun aktar minn 450 mm b'kont meħud tal-moviment tagħhom matul l-applikazzjoni tat-tagħbija tat-test. |
10.9. |
Il-wisa' tal-PTQ m’għandha fl-ebda punt teċċedi l-wisa' tal-parafangi li jkopru r-roti tal-fus u lanqas m'għandha tkun aktar minn 100 mm iqsar fuq kull naħa mill-fus prinċipali mkejjel mill-punti l-aktar imbiegħda tat-tajers, eskluża l-projjezzjoni tat-tajers qrib l-art (ara l-figura 1), jew 200 mm iqsar fuq kull naħa, imkejla mill-punti l-aktar imbiegħda tat-turġien li jagħtu aċċess għall-kabina tas-sewwieq. |
Figura 1
Figura 2
Figura 3
(1) Ara: Reżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Bini tal-Vetturi (R.E.3), anness 7 (TRANS/SC1/WP29/78/Amend.3).
ANNESS 4
ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
1. NUMRU TA' APROVAZZJONI
1.1. |
Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li tinkorpora l-aktar emendi tekniċi ewlenin li saru l-aktar riċenti fir-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor. |
1.2. |
L-avviż tal-approvazzjoni, jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta' tip ta’ TPTW skont dan ir-Regolament għandu jintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudelli fl-Annessi 1, 2 jew 3 ta' dan ir-Regolament. |
1.3. |
Għandu jkun hemm imwaħħla, f'post fejn tidher u fil-każ ta' unità teknika f'pożizzjoni fejn fil-kundizzjoni installata tkun faċilment aċċessibbli u speċifikata fuq il-formola ta' approvazzjoni, għal kull wieħed minn serje li tikkonforma mat-tip approvat skont dan ir-Regolament, marka ta' approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f'dan li ġej:
|
1.4. |
Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 1.3.1 ta' dan l-anness m’għandux għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha, li abbażi tagħhom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 1.3.1 ta' dan l-anness. |
1.5. |
Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. |
2. ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
2.1. Mudell A
2.1.1. |
Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernata, fir-rigward tal-protezzjoni kontra t-trikkib fuq quddiem fil-każ ta' ħabta, ġiet approvata fir-Renju Unit (E11) skont ir-Regolament Nru 93, Parti II (l-installazzjoni ta' tagħmir ta' protezzjoni kontra t-trikkib fuq quddiem (TPTQ) ta' tip approvat) taħt numru ta' approvazzjoni 002439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżi ta’ Regolament Nru 93, Parti II fil-forma originali tiegħu. |
2.2. Mudell B
2.2.1. |
Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura konċernata ġiet approvata fir-Renju Unit (E 11) skont ir-Regolament Nru 93, Parti II u r-Regolament Nru 31. (2) In-numri ta' approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta l-approvazzjonijiet rispettivi ġew mogħtija, ir-Regolament Nru 93 kien fil-forma oriġinali tiegħu u r-Regolament Nru 31 kien jinkludi s-serje 02 ta' emendi. |
(1) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24, 25 (vakanti), 26 għas-Slovenja u 27 għas-Slovakkja. In-numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim li jikkonċerna r-Rikonoxximent tal-Approvazzjoni għal Tagħmir u Partijiet ta' Vetturi bil-Mutur, u n-numri assenjati għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.
(2) In-numru tal-aħħar qed jingħata biss bħala eżempju.
ANNESS 5
KUNDIZZJONIJIET U PROĊEDURI TAT-TEST
1. IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST GĦAT-TPTQ
1.1. |
Fuq talba tal-manifattur it-test jista' jitwettaq jew:
|
1.2. |
Fil-każ tal-paragrafi 1.1.2 u 1.1.3 imsemmija fuq, l-partijiet użati biex jikkollegaw it-TPTQ ma' parti mix-chassis tal-vettura jew mal-bank riġidu tat-testijiet għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk li jintużaw biex jorbtu t-TPTQ meta jintrama fuq il-vettura. |
1.3. |
Fuq talba tal-manifattur u bil-kunsens tas-servizz tekniku l-proċedura tat-test deskritta fil-paragrafu 3 tista' ssir b'simulazzjoni permezz tal-kalkolu jew metodu ieħor bħal din sakemm l-ekwivalenza tiegħu tkun murija. |
2. KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST GĦALL-VETTURI
2.1. |
Il-vettura, jekk hu meħtieġ li jinkisbu l-forzi meħtieġa tat-test fil-paragrafu 3.1 hawn taħt, tista' titrażżan bi kwalunkwe metodu, dan il-metodu għandu jkun speċifikat mill-manifattur tal-vettura. |
2.2. |
Id-dimensjonijiet għandhom jittieħdu jekk il-vettura tkun fil-kundizzjoni li ġejja:
|
3. PROĊEDURA TAT-TEST
3.1. |
Il-punti P1 huma lokalizzati sa 200 mm mill-pjani lonġitudinali tanġenzjali għall-punti l-aktar imbiegħda tat-tajers fuq il-fus ta' quddiem, eskluża l-projjezzjoni tat-tajers qrib l-art; il-punti P2 huma simmetriċi għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura f'distanza minn xulxin ta' 700 sa 1 200 mm inklussivi. Il-pożizzjonijiet preċiżi għandhom ikunu speċifikati mill-manifattur. |
3.2. |
L-ogħli ‘l fuq mill-art tal-punti P1 u P2 għandu jiġi definit mill-manifattur tal-vettura fil-linji li żammew il-wiċċ ta' quddiem tal-mezz. L-għoli ma għandux, madankollu, jeċċedi l-445 mm meta l-vettura mhijiex mgħobbija. P3 huwa fil-pjan medjan vertikali lonġitudinali tal-vettura (ara figura 1 tar-Regolament). |
3.3. |
Il-forzi tat-test msemmija hawn taħt għandhom jiġu applikati għal kull wieħed mill-punti tat-test f'testijiet separati fuq l-istess vettura jew apparat jew, jekk mitlub mill-fabbrikant/aġent, fuq vetturi differenti jew kampjuni ta' tagħmir.
|
3.4. |
L-ispostamenti massimi orizzontali u vertikali ta' kull punt tat-test matul l-applikazzjoni tal-forzi ta' hawn fuq għandu jiġi rreġistrat u l-ogħla livell għandu jkun irrekordjat fuq id-dokument ta' komunikazzjoni. |
3.5. |
Kull meta jitwettaq test prattiku sabiex jivverifika l-konformità mal-ħtiġiet imsemmija fuq, il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti:
|
ANNESS 6
Konformità tal-produzzjoni u proċeduri amministrattivi oħra
1. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
1.1. |
It-TPTQ u vetturi approvati għal dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati b’mod li jkunu konformi mal-approvazzjoni tat-tip billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. |
1.2. |
Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1 ġew sodisfatti, għandhom isiru kontrolli adegwati tal-produzzjoni. |
1.3. |
Il-pussessur tal-approvazzjoni għandu, b’mod partikolari:
|
1.4. |
L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ tivverifika fi kwalunkwe mument il-metodi ta’ kontroll applikabbli għal kull unità ta’ produzzjoni.
|
2. SANZJONIJIET GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
2.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ TPTQ jew vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati hawn fuq ma jintlaħqux jew jekk it-tagħmir protettiv ma jkunx għadda mit-test preskritt f’dan ir-Regolament. |
2.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, minnufih għandha tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-annessi 1, 2 jew 3 ta’ dan ir-Regolament. |
3. MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
3.1. |
Kull modifikazzjoni ta’ tip tat-TPTQ jew vettura għandha tkun mgħarrfa lid-dipartiment amministrattiv li ta l-approvazzjoni tat-tip. Id-dipartiment imbagħad jista’ jew:
|
3.2. |
Konferma jew ċaħda ta’ approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjonijiet għandha tiġi kkomunikata permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-annessi 1, 2 jew 3 ta’ dan ir-Regolament lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. |
3.3. |
L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ approvazzjoni għandha tagħti numru ta’ serje għal estensjoni bħal din u tgħarraf dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni li taqbel mal-mudell fl-annessi 1, 2 jew 3 ta’ dan ir-Regolament. |
4. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għal kollox il-manifattura ta’ tip ta’ TPTQ jew PTQ ta’ vettura approvati skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun ħarġet l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-annessi 1, 2 jew 3 ta’ dan ir-Regolament.
5. L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI BIEX JAGĦMLU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet ta’ approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li joħorġu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni, jew ċaħda jew irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.