10.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/263


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont il-liġi internazzjonali pubblika. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu verifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament Nru 118 tal-Kummissjoni Ekonomika Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet tekniċi uniformi dwar il-mod kif jinħarqu ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni fuq ġewwa ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi awtomotivi

Data tad-dħul fis-seħħ: 6 ta’ April 2005

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Parti I - Definizzjonijiet – Speċifikazzjonijiet

6.

Parti II - Definizzjonijiet – Speċifikazzjonijiet

7.

Modifika tat-tip u estenzjoni tal-approvazzjoni

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

11.

Ismijiet u indirizzi tad-dipartimenti tekniċi responsabbli għat-tmexxija ta’ testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 —

Dokument ta’ informazzjoni dwar il-vettura

Anness 2 —

Dokument ta’ informazzjoni dwar il-komponent

Anness 3 —

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura

Anness 4 —

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ tip ta’ komponent

Anness 5 —

Arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni

Anness 6 —

Test biex tiġi stabbilita r-rata tal-ħruq orizzontali tal-materjali

Anness 7 —

Test biex jiġi stabbilit il-mod tat-tidwib tal-materjali

Anness 8 —

Test biex tiġi stabbilita r-rata tal-ħruq vertikali tal-materjali

1.   AMBITU

1.1.   Dan ir-Regolament japplika għall-mod tal-ħruq (kapaċità tat-tqabbid, rata tal-ħruq u l-mod tat-tidwib) ta’ materjali interni użati f’vetturi tal-kategoriji M3, Klassijiet II u III (1), li jġorru iktar minn 22 passiġġiera, li mhumiex iddisinjati għal passiġġieri bil-wieqfa u għall-użu urban (xarabankijiet urbani).

L-approvazzjonijiet tat-tip jingħataw skont:

1.2.   Parti I – L-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-mod kif jinħarqu l-komponenti interni użati fil-kompartiment tal-passiġġieri.

1.3.   Parti II – L-approvazzjoni ta’ komponent (materjali, sedili, purtieri, ħitan diviżorji, eċċ.) fir-rigward tal-mod kif jinħaraq.

2.   DEFINIZZJONIJIET: Ġenerali

2.1.   “Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp li huwa responsabbli quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu direttament involuti fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura jew tal-komponent li huma s-suġġett tal-proċess tal-approvazzjoni.

2.2.   “Kompartiment tal-passiġġieri” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti inkluż bar, kċina, tojlit, eċċ.), li jmiss ma’:

is-saqaf,

l-art,

il-ħitan tal-ġnub,

il-bibien,

il-ħġieġ ta’ barra,

il-paratija tal-kompartiment ta’ wara, jew il-pjan tas-sedil ta’ wara,

is-sostenn tad-dar,

fuq in-naħa tas-sewwieq tal-pjan medjan vertikali lonġitudinali tal-vettura, il-pjan trasversali vertikali li jaqta’ l-punt-R tas-sewwieq kif iddefinit fir-Regolament Nru 17.

fin-naħa opposta tal-pjan medjan vertikali lonġitudinali, il-paratija ta’ quddiem.

2.3.   “Materjali ta’ produzzjoni” tfisser prodotti, forma ta’ materjali fi kwantitajiet kbar (e.ż. rombli ta’ tapizzerija) jew komponenti preformati, ipprovduti lil manifattur biex jiġu inkorporati f’tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, jew ipprovduti lil ħanut tax-xogħol għall-użu fin-negozju tal-manutenzjoni jew it-tiswija tal-vetturi.

2.4.   “Sedil” tfisser struttura li tista’ tkun jew ma tkunx integrata fl-istruttura tal-vettura, kompluta bil-finitura, maħsuba biex tilqa’ persuna adulta waħda. It-terminu jkopri kemm sedil individwali kif ukoll parti minn sedil forma ta’ bank maħsub biex tpoġġi fuqu persuna adulta waħda.

2.5.   “Gruppi ta’ sedili” tfisser jew sedil forma ta’ bank, jew sedili li huma separati iżda ma’ ġenb xulxin (jiġifieri bl-ankraġġi ta’ quddiem ta’ sedil wieħed bi dritt jew quddiem l-ankraġġi ta’ wara u bi dritt jew wara l-ankraġġi ta’ quddiem ta’ sedil ieħor) u li jakkomodaw persuna waħda adulta jew iktar minn persuna waħda bil-qiegħda.

2.6.   “Sedil forma ta’ bank” tfisser struttura kompluta bil-finitura, maħsuba biex tpoġġi fuqha iktar minn persuna adulta waħda.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura jew ta’ tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi mressqa mill-manifattur.

3.2.   Għandha tiġi akkumpanjata minn dokument tal-informazzjoni li jikkonforma mal-mudell li jidher fl-Anness 1 jew l-Anness 2.

Dan li ġej għandu jiġi ppreżentat lid-dipartriment tekniku responsabbli għat-tmexxija tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip:

3.3.1.   Fil-każ tal-approvazzjoni ta’ vettura: vettura rappreżentattiva tat-tip li għandu jiġi approvat.

3.3.2.   Fil-każ ta’ komponenti interni ta’ tip diġà approvat: lista tan-numri tal-approvazzjoni tat-tip u tal-ispeċifikazzjonijiet tat-tip mill-manifattur tal-partijiet ikkonċernati, għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura;

Fil-każ ta’ komponenti interni mingħajr approvazzjoni tat-tip KEE:

3.3.3.1.   Kampjuni, li n-numru tagħhom huwa speċifikat fl-Annessi 6 sa 8, tal-komponenti użati fil-vetturi, li jirrapreżentaw it-tip li għandu jiġi approvat;

3.3.3.2.   Barra minn hekk, għandu jiġi ppreżentat kampjun wieħed lid-dipartiment tekniku għal skopijiet ta’ referenza fil-futur;

3.3.3.3.   Għal apparati bħal sedili, purtieri, ħitan diviżorji, eċċ., il-kampjuni speċifikati fl-Artikolu 3.3.3.1 flimkien ma’ apparat wieħed komplut kif imsemmi qabel.

3.3.3.4.   Il-kampjuni għandhom ikunu mmarkati bl-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-applikant u l-ispeċifikazzjoni tat-tip, b’mod ċar u li ma jitħassarx;

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip sottomess għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip.

4.2.   Numru ta’ approvazzjoni għandu jingħata għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri tiegħu (preżentement 00, li jikkorrispondu għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorpora l- emendi tekniċi ewlenin l-iktar riċenti magħmula fir-Regolament fil-ħin tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew komponent kif hemm iddefinit f’dan ir-Regolament.

4.3.   Notifika tal-approvazzjoni jew ta’ estenzjoni tal-approvazzjoni ta’ tip skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet Kontraenti għal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ waħda mill-formuli konformi mal-mudelli fl-Annessi 3 jew 4, kif applikabbli, skont dan ir-Regolament.

Għandu jitwaħħal, b’mod li jidher u f’post faċilment disponibbli speċifikat fuq il-formola ta’ approvazzjoni, fuq kull vettura konformi ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, fuq l-imballaġġ ta’ kull materjal (ara l-paragrafu <RD>4.4.2.3) konformi ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament u ma’ kull komponent ipprovdut separatament li jkun konformi ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f’:

4.4.1.   Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2),

Viċin iċ-ċirku:

4.4.2.1.   Simboli li jindikaw id-direzzjoni skont liema r-rata ta’ ħruq tal-komponent tkun ġiet iddeterminata:

għad-direzzjoni orizzontali (Anness 6),

għad-direzzjoni vertikali (Anness 8),

għad-direzzjonijiet orizzontali u vertikali

(Annessi 6 u 8);

4.4.2.2.   Is-simbolu “V” li jindika li l-komponent ġie approvat skont il-mod tat-tidwib tiegħu (Anness 7) u/jew is-simbolu “CD” li jindika li l-komponent ġie approvat bħala apparat komplut, bħal sedili, ħitan diviżorji, xtillieri tal-bagalji, eċċ.

4.4.2.3.   Il-materjali tal-produzzjoni ma għandhomx jiġu mmarkati individwalment. Madankollu, l-imballaġġ li huma pprovduti bih għandu jiġi mmarkat b’mod ċar bil-marka tal-approvazzjoni deskritta hawn fuq.

4.4.2.4.   Jekk ikunu mmarkati separatament, il-komponenti l-kbar, per eżempju s-sedili, li jikkonsistu f’iktar minn biċċa waħda ta’ materjal approvat, jista’ jkollhom marka waħda li tindika n-numru/i tal-approvazzjoni tal-materjal(i) użat(i).

4.4.3.   Jekk tip jikkonforma ma’ tip approvat, skont Regolament wieħed jew iktar annessi ma’ dan il-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fl-Artikolu 4.4.1 ma għandux għalfejn jiġi rrepetut; f’dan il-każ, ir-Regolament li skontu tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fl-Artikolu 4.4.1.

4.4.4.   Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.4.5.   Fil-każ ta’ vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titpoġġa viċin jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura imwaħħal mill-manifattur.

4.4.6.   L-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament jagħti l-eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.

5.   PARTI I: L-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAL-MOD TA’ KIF JINĦARQU L-KOMPONENTI INTERNI UŻATI FIL-KOMPARTIMENT TAL-PASSIĠĠIERI

5.1.   Definizzjoni

Għall-iskop tal-Parti I ta’ dan ir-Regolament,

5.1.1.   “Tip ta’ vettura” tfisser vetturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħall-ispeċifikazzjoni tat-tip tal-manifattur.

5.2.   Speċifikazzjonijiet

5.2.1.   Il-materjali interni tal-kompartiment tal-passiġġieri użati fil-vettura li t-tip tagħha għandu jiġi approvat għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament.

5.2.2.   Il-materjali u/jew it-tagħmir użat(i) fil-kompartiment tal-passiġġieri u/jew fl-apparat approvat(i) bħala komponenti għandhom jiġu installati b’tali mod li jimminimizzaw ir-riskju ta’ żvilupp ta’ ħruq u tixrid tal-fjammi.

5.2.3.   Dawn il-materjali u/jew tagħmir interni għandhom jiġu installati biss skont l-iskopijiet li jkunu maħsuba għalihom u t-test(ijiet) li jkunu għaddew minnhom (ara l-paragrafi 6.2.1, 6.2.2 u 6.2.3), speċjalment fir-rigward tal-mod tal-ħruq u t-tidwib tagħhom (direzzjoni orizzontali/vertikali).

5.2.4.   Kull aġent adeżiv użat biex iwaħħal il-materjal intern mal-istruttura tas-sostenn tiegħu m’għandux, safejn ikun possibbli, jaggrava l-mod ta’ kif jinħaraq il-materjal.

6.   PARTI II: L-APPROVAZZJONI TA’ KOMPONENT FIR-RIGWARD TAL-MOD KIF JINĦARAQ

6.1.   Definizzjonijiet

Għall-iskop tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament,

“Tip ta’ komponent” tfisser komponenti li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:

6.1.1.1.   l-ispeċifikazzjoni tat-tip tal-manifattur,

6.1.1.2.   l-użu maħsub (tapizzerija tas-sedili, kisi tas-saqaf, eċċ.),

6.1.1.3.   il-materjal(i) bażiċi (e.ż. suf, plastik, gomma, materjali mħallta),

6.1.1.4.   in-numru ta’ safef fil-każ ta’ materjali komposti, u

6.1.1.5.   karatteristiċi oħra safejn ikollhom effett sinifikanti fuq il-prestazzjoni preskritta f’dan ir-Regolament.

6.1.2.   “Rata tal-ħruq” tfisser il-kwozjent tad-distanza maħruqa mkejjel skont l-Anness 6 u/jew l-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament u l-ħin meħtieġ biex tinħaraq din id-distanza. Din tiġi espressa f’millimetri għal kull minuta.

6.1.3.   “Materjal kompost” tfisser materjal magħmul minn diversi safef ta’ materjali simili jew differenti mwaħħla flimkien mis-superfiċji tagħhom permezz ta’ tkaħħil, tgħaqqid, ikkuttunar, issaldjar, eċċ. Meta materjali differenti huma konnessi flimkien b’mod intermittenti (per eżempju, permezz ta’ ħjata, issaldjar bi frekwenza għolja, permezz ta’ msiemer irbattuti), dawn il-materjali m’għandhomx jiġu kkunsidrati materjali komposti.

6.1.4.   “Faċċata esposta” tfisser in-naħa ta’ materjal li tħares lejn il-kompartiment tal-passiġġieri meta l-materjal jiġi mmuntat fuq il-vettura.

6.1.5.   “Tappizzerija” tfisser l-ikkuttunar intern flimkien mal-materjal tal-finitura tas-superfiċje li flimkien jikkostitwixxu l-kuxxin tal-istruttura tas-sedil.

6.1.6.   “Kisi(kisjiet) intern(i)” tfisser materjal(i) li (flimkien) jikkostitwixxi/u l-finitura tas-superfiċje u s-sottostrat ta’ saqaf, ħajt jew art.

6.2.   Speċifikazzjonijiet

6.2.1.   Il-materjali msemmijin hawn taħt għandhom jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament:

(a)

il-materjal(i) użat(i) għat-tapizzerija ta’ kwalunkwe sedil u l-aċċessorji tiegħu (inkluż is-sedil tas-sewwieq),

(b)

il-materjal(i) użat(i) għall-kisi intern tas-saqaf,

(c)

il-materjal(i) użat(i) għall-kisi intern tal-ħitan tal-ġnub u ta’ wara, inklużi l-ħitan diviżorji,

(d)

il-materjal(i) b’funzjoni termali u/jew akustika,

(e)

il-materjal(i) użati għall-kisi intern tal-art,

(f)

il-materjal(i) użati għall-kisi intern tal-ixtillieri tal-bagalji, tal-pajpijiet tat-tisħin u tal-ventilazzjoni,

(g)

il-materjal(i) użati għat-tagħmir tad-dawl

Ir-riżultat tat-test għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti jekk, meta jiġu kkunsidrati l-agħar riżultati tat-test, ir-rata tal-ħruq orizzontali ma tkunx iktar minn 100 mm/minuta jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tilħaq l-aħħar punt tal-kejl.

6.2.2.   Dawn il-materjali għandhom jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament:

(a)

il-materjal(i) użat(i) għall-kisi intern tas-saqaf,

(b)

il-materjal(i) użat(i) għall-kisi intern tal-ixtillieri tal-bagalji, għall-kisi tal-pajpijiet tat-tisħin u tal-ventilazzjoni allokati fis-saqaf,

(c)

il-materjal(i) użat(i) għad-dwal allokati fl-ixtillieri tal-bagalji u/jew mas-saqaf.

Ir-riżultat tat-test għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti jekk, meta jiġu kkunsidrati l-agħar riżultati tat-test, ma tifforma ebda qatra li tqabbad it-tajjar.

6.2.3.   Il-materjali użati għall-purtieri u l-blajnds (u/jew materjali oħra li jiddendlu) għandhom jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 8.

Ir-riżultat tat-test għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti jekk, meta jiġu kkunsidrati l-agħar riżultati tat-test, ir-rata tal-ħruq vertikali ma tkunx ogħla minn 100 mm/minuta.

Il-materjali li mhumiex meħtieġa li jgħaddu mit-testijiet deskritti fl-Annessi 6 sa 8 huma:

6.2.4.1.   partijiet magħmula mill-metall jew mill-ħġieġ;

6.2.4.2.   kull aċċessorju individwali tas-sedil b’massa ta’ materjal mhux metalliku inqas minn 200g. Jekk il-massa totali ta’ dawn l-aċċessorji taqbeż l-400 g ta’ materjal mhux metalliku għal kull sedil, allura kull materjal għandu jiġi ttestjat;

l-elementi li l-erja tas-superfiċje jew il-volum tagħhom ma jaqbżux rispettivament:

6.2.4.3.1.   100 cm2 jew 40 cm3 għall-elementi li jkunu konnessi ma’ sedil individwali;

6.2.4.3.2.   300 cm2 jew 120 cm3 għal kull ringiela ta’ sedili u, bħala massimu, għal kull metru linjari tal-parti interna tal-kompartiment tal-passiġġieri għal dawn l-elementi li jkunu mqassma fil-vettura u li ma jkunux konnessi ma’ sedil individwali;

6.2.4.4.   kejbils elettriċi;

6.2.4.5.   elementi li għalihom ma jkunx possibbli li jittieħed kampjun fid-dimensjonijiet preskritti kif speċifikat fil-paragrafu 3.1 tal-Anness 6, fil-paragrafu 3 tal-Anness 7, u fil-paragrafu 3.1 tal-Anness 8.

7.   MODIFIKA TAT-TIP U ESTENZJONI TAL-APPROVAZZJONI

Kull modifika ta’ vettura jew tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi nnotifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva l-vettura jew it-tip ta’ komponent. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:

7.1.1.   Jikkunsidra li ma jkunx probabbli li l-modifiki magħmula se jkollhom effett negattiv sinifikanti u li fi kwalunkwe każ il-vetturi jew il-komponenti xorta jissodisfaw ir-rekwiżiti, jew

7.1.2.   Jeħtieġ rapport tat-test addizzjonali mid-dipartiment tekniku responsabbli għat-tmexxija tat-testijiet.

7.2.   Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdiliet għandha tiġi kkomunikata skont il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4.3 imsemmi hawn fuq, lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estenzjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni mħejjija għal din l-estenzjoni u tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 3 jew fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri għall-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), skont dawn ir-rekwiżiti:

8.1.   Il-Vetturi/komponenti approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

8.2.   L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull stabbiliment ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.

9.   PIENI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura/komponent skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fuq ma jiġux sodisfatti.

9.2.   Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha tinnotifika immedjatament dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudelli fl-Anness 3 jew fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 3 jew fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAD-DIPARTIMENTI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TMEXXIJA TA’ TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tad-dipartimenti tekniċi responsabbli għat-tmexxija ta’ testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrativi li jagħtu l-approvazzjoni li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estenzjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), Anness 7 (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u l-Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għall-Islovenja, 27 għall-Islovakkja, 28 għal Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bożnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakanti), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Ażerbaijan, 40 għall-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-Nova Żelanda, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta u 51 għar-Repubblika tal-Korea, Numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra bl-ordni kronoloġika li fiha huma jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, it-Tagħmir u l-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu ma’ u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu mgħarrfa mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.


ANNESS 1

DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI

(skont il-paragrafu 3.2 ta’ dan ir-Regolament dwar l-Approvazzjoni ECE ta’ Tip ta’ vettura fir-rigward tal-mod ta’ kif jinħarqu l-komponenti interni użati fil-kompartiment tal-passiġġieri)

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati ikollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom

1.   ĠENERALI

1.1.   Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.   Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

1.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: …

1.4.   Pożizzjoni ta’ din il-marka: …

1.5.   Kategorija tal-vettura: (1)

1.6.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

1.7.   Indirizz(i) tal-impjant/i tal-immuntar: …

2.   KARATTERISTIĊI TAL-KOSTRUZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA

2.1.   Ritratti u/jew illustrazzjonijiet ta’ vettura rappreżentattiva:

3.   L-ISTRUTTURA

Tagħmir intern

Sedili

3.1.1.   Numru: …

Il-mod kif jinħarqu l-materjali użati fil-konstruzzjoni interna tal-vettura

Materjal(i) iużat(i) għall-kisi intern tas-saqaf

3.2.1.1.   Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent: …

Materjal(i) użat(i) għall-ħitan ta’ wara u tal-ġenb

3.2.2.1.   Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent: …

Materjal(i) użat(i) għall-art

3.2.3.1.   Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent: …

Materjal(i) użat(i) għat-tapizzerija tas-sedili

3.2.4.1.   Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent: …

Materjal(i) użat(i) għall-pajpijiet tat-tisħin u tal-ventilazzjoni

3.2.5.1.   Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent: …

Materjal(i) użat(i) għall-ixtillieri tal-bagalji

3.2.6.1.   Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent: …

Materjal(i) użat(i) għal skopijiet oħra

3.2.7.1.   Skopijiet maħsuba: …

3.2.7.2.   Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent: …

Komponenti approvati bħala apparat komplut (sedili, ħitan diviżorji, xtillieri tal-bagalji, eċċ.)

3.2.8.1.   Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent: …


(1)  Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), Anness 7 (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2).


ANNESS 2

DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI

(skont l-Artikolu 3.2. tar-Regolament dwar l-Approvazzjoni ECE ta’ Tip ta’ komponent fir-rigward tal-mod kif jinħaraq)

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom il-kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom

1.   ĠENERALI

1.1.   Id-ditta (isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.   It-tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

1.3.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

1.4.   Fejn ikun hemmta’komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-pożizzjoni u l-metodu tat-twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni KEE: …

1.5.   Indirizz(i) tal-impjant/i tal-immuntar: …

2.   IL-MATERJALI INTERNI

2.1.   Materjal(i) użat(i) għal: …

2.2.   Speċifikazzjoni ta’ materjal(i) bażiku(bażiċi): …/… …

2.3.   Materjal kompost/wieħed (1), numru ta’ safef (1): …

2.4.   Tip ta’ kisi (1): …

2.5.   Ħxuna massima/minima … mm

2.6.   Numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli: …


(1)  Ħassar fejn ma japplikax


ANNESS 3

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297mm))

Image

 (1)

maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni

li tikkonċerna (2):

APPROVAZZJONI MOGĦTIJA

APPROVAZZJONI ESTIŻA

APPROVAZZJONI MIĊĦUDA

APPROVAZZJONI RTIRATA

PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

ta’ tip ta’ vettura skont ir-Regolament Nru 118

Approvazzjoni Nru … Estenzjoni Nru …

Raġuni għall-estenzjoni: …

TAQSIMA I

ĠENERALI

1.1.   Id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.   It-tip: …

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkati fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (2)  (3): …

1.3.1.   Il-pożizzjoni ta’ din il-marka: …

1.4.   Il-kategorija tal-vettura c (4): …

1.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

1.6.   Il-pożizzjoni tal-marka ta’ approvazzjoni ECE: …

1.7.   L-indirizz(i) tal-impjant/i tal-immuntar: …

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): …

2.   Id-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettieq tat-testijiet: …

3.   Id-data tar-rapport tat-test: …

4.   In-numru tar-rapport tat-test: …

5.   Rimarki (jekk applikabbli): …

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

9.   L-indiċi tal-pakkett tal-informazzjoni ddepożitat għand l-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa anness.


(1)  In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament)

(2)  Ingassa dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn ma jkun hemm bżonn li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli iktar minn nota waħda)

(3)  Jekk il-mezzi ta’-identifikazzjoni tat-tip jinkludu karattri li mhumiex rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-vettura, tal-komponent jew tal-unitàjiet tekniċi separati koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni permezz tas-simbolu “?” (e.ż. ABC??123??)

(4)  Kif iddefinit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2, kif emendat).


ANNESS 4

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297mm))

Image

 (1)

maħruġa minn:

Isem tal-amministrazzjoni

li tikkonċerna (2):

APPROVAZZJONI MOGĦTIJA

APPROVAZZJONI ESTIŻA

APPROVAZZJONI MIĊĦUDA

APPROVAZZJONI RTIRATA

PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

ta’ tip ta’ komponent skont ir-Regolament Nru 118

Approvazzjoni Nru … Estenzoni Nru …

Raġuni għall-estenzjoni: …

TAQSIMA I

ĠENERALI

1.1.   Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.   Tip: …

Mezzi għall-identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-apparat (3): …

1.3.1.   Pożizzjoni ta’ din il-marka: …

1.4.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

1.5.   Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni ECE …

1.6.   Indirizz(i) tal-impjant/i tal-immuntar: …

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): …

2.   Dipartiment tekniku responsabbli għat-tmexxija tat-testijiet: …

3.   Data tar-rapport tat-test: …

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Rimarki (jekk applikabbli): …

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

9.   L-indiċi tal-pakkett ta’ informazzjoni depożitat għand l-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa anness.


(1)  Numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/ċaħad/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Ingassa dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn ma jkun hemm bżonn li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli iktar minn nota waħda).

(3)  Jekk il-mezzi għall-identifikazzjoni tat-tip jinkludu l-karattri li mhumiex rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-vettura, tal-komponent jew tal-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumenti permezz tas-simbolu “?” (e.ż. ABC??123??).


ANNESS 5

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Eżempju 1

(ara l-Parti I ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fl-Olanda (E4) skont il-Parti I tar-Regolament Nru 118 bin-numru tal-approvazzjoni 001234. L-ewwel żewġ figuri (00) tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 118 fil-forma oriġinali tiegħu.

Eżempju 2

(ara l-Parti II ta’ dan ir-Regolament)

Image Image

Il-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq imwaħħla fuq komponent turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fl-Olanda (E4) skont il-Parti II tar-Regolament Nru 118 bin-numru tal-approvazzjoni 001234. L-ewwel żewġ figuri (00) tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 118 fil-forma oriġinali tiegħu.

Is-simbolu addizzjonali Image jindika li dan it-tip ta’ komponent ġie approvat skont ir-rata tal-ħruq orizzontali u vertikali tiegħu.

Is-simboli Image u/jew Image jindikaw approvazzjoni skont l-Anness 7 u/jew approvazzjoni bħala apparat sħiħ bħal sedili, ħitan diviżorji, eċċ. Is-simboli addizzjonali jintużaw biss jekk applikabbli.


ANNESS 6

Test biex jiddetermina r-rata tal-ħruq orizzontali tal-materjali

1.   It-teħid ta’ kampjuni u l-prinċipju

1.1.   Ħames kampjuni għandhom jgħaddu mit-test fil-każ ta’ materjal iżotropiku jew għaxar kampjuni fil-każ ta’ materjal mhux iżotropiku (ħamsa għal kull direzzjoni).

1.2.   Il-kampjuni għandhom jittieħdu mill-materjal li jkun qed jiġi ttestjat. F’materjali li għandhom rati ta’ ħruq differenti f’direzzjonijiet differenti tal-materjal, kull direzzjoni għandha tiġi ttestjata. Il-kampjuni għandhom jittieħdu u jitqegħdu fl-apparat tat-test sabiex titkejjel l-ogħla rata tal-ħruq. Meta l-materjal jiġi pprovdut fil-wisa’, għandu jinqata’ tul ta’ mill-inqas 500mm biex jgħatti l-wisa’ kollha. Il-kampjuni għandhom jittieħdu minn dan sabiex ikunu mill-inqas 100mm mit-tarf tal-materjal u ekwidistanti minn xulxin. Għandhom jittieħdu l-kampjuni bl-istess mod minn prodotti kompluti, meta l-forma tal-prodott tippermetti. Meta l-ħxuna tal-prodott tkun iktar minn 13mm, din għandha titnaqqas għal 13-il mm permezz ta’ proċess mekkaniku applikat mal-ġenb li ma jkunx faċċata tal-kompartiment tal-okkupant. Jekk ikun possibbli, it-test għandu jitwettaq, skont id-Dipartiment Tekniku, fuq il-ħxuna inizjali tal-materjal, li għandha tissemma fir-rapport tat-test.

Materjali komposti (ara l-paragrafu 6.1.3) għandhom jiġu ttestjati bħallikieku kienu ta’ kostruzzjoni uniformi. Fil-każ ta’ materjali magħmula minn safef fuq xulxin ta’ kompożizzjoni differenti li ma jkunux materjali komposti, is-safef kollha tal-materjal inklużi f’fond ta’ 13mm mis-superfiċje li tħares lejn il-kompartiment tal-passiġġieri għandhom jiġu ttestjati individwalment.

1.3.   Kampjun jinżamm orizzontalment f’kontenitur forma ta’ U u jiġi espost għall-azzjoni ta’ fjamma definita għal 15-il sekonda f’kompartiment tal-kombustjoni, fejn il-fjamma taħdem fuq it-tarf liberu tal-kampjun. It-test jiddetermina jekk u meta tintefa l-fjamma jew il-ħin li fih il-fjamma taqbeż distanza mkejla.

2.   Apparat

Kompartiment tal-kombustjoni (figura 1), preferibbilment tal-azzar ma jsaddadx u bid-dimensjonijiet mogħtija fil-figura 2. In-naħa ta’ quddiem tal-kompartiment tinkludi tieqa tal-osservazzjoni reżistenti għan-nar, li tista’ tgħatti n-naħa ta’ quddiem u li tista’ tinbena bħala panil ta’ aċċess.

In-naħa t’isfel tal-kompartiment għandha t-toqob għall-arja, u n-naħa ta’ fuq għandha qasma għall-arja mad-dawra kollha. Il-kompartiment tal-komubustjoni jitqiegħed fuq erba’ saqajn, b’għoli ta’ 10mm.

Il-kompartiment jista’ jkollu toqba f’tarf wieħed għall-introduzzjoni tal-kontenitur tal-kampjun li fih jinsab il-kampjun; fit-tarf ta’ faċċata, tiġi pprovduta toqba għal-linja li tforni l-gass. Materjal imdewweb jinqabad f’dixx (ara l-figura 3) li jitpoġġa fil-qiegħ tal-kompartiment bejn it-toqob għall-arja mingħajr ma titgħatta kwalunkwe toqba għall-arja.

Figura 1

Eżempju ta’ kompartiment tal-kombustjoni bil-kontenitur tal-kampjun u d-dixx tat-taqtir

Image

Figura 2

Eżempju ta’ kompartiment tal-kombustjoni

(Dimensjonijiet f’millimetri)

Image

Figura 3

Dixx tipiku tat-taqtir

(Dimensjonijiet f’millimetri)

Image

Kontenitur tal-kampjun, li jikkonsisti f’żewġ pjanċi jew frjems tal-metall reżistenti għall-korrużjoni fil-forma ta’ U. Id-dimensjonijiet jingħataw fil-Figura 4.

Il-pjanċa ta’ isfel tkun mgħammra bil-labar, dik ta’ fuq b’toqob korrispondenti sabiex jiġi żgurat li l-kampjun jinżamm b’mod konsistenti. Il-labar iservu wkoll bħala punti ta’ kejl fil-bidu u fl-aħħar tad-distanza tal-ħruq.

Għandu jiġi pprovdut tagħmir tal-appoġġ forma ta’ wajers reżistenti għas-sħana b’dijametru ta’ 0,25mm li jkopru l-frejm f’intervalli ta’ 25mm fuq il-frejm ta’ taħt forma ta’ U (ara l-Figura 5).

Il-pjan tal-ġenb ta’ taħt tal-kampjuni għandu jkun 178mm ’l fuq mill-pjanċa tal-art. Id-distanza tat-tarf ta’ quddiem tal-kontenitur tal-kampjun mit-tarf tal-kompartiment għandha tkun ta’ 22mm; id-distanza tal-ġnub lonġitudinali tal-kontenitur tal-kampjun mill-ġnub tal-kompartiment għandha tkun ta’ 50mm (kollha dimensjonijiet ta’ ġewwa). (ara l-Figuri 1 u 2)

Figura 4

Eżempju ta’ kontenitur tal-kampjun

(Dimensjonijiet f’millimetri)

Image

Figura 5

Eżempju ta’ sezzjoni ta’ disinn tal-frejm ta’ taħt forma ta’ U għat-tagħmir tal-appoġġ tal-wajer

(Dimensjonijiet f’millimetri)

Image

2.3.   Berner tal-gass

Is-sors żgħir tat-tqabbid jiġi pprovdut minn Bunsen burner li jkollu dijametru fuq ġewwa ta’ 9,5 ±0,5 mm. Jinsab ġol-kompartiment tat-test b’tali mod li ċ-ċentru taż-żennuna tkun 19-il mm taħt iċ-ċentru tat-tarf ta’ taħt tan-naħa l-miftuħa tal-kampjun (ara l-Figura 2).

2.4.   Gass tat-test

Il-gass ipprovdut lill-berner għandu jkollu valur kalorifiku viċin it-38 MJ/m3 (per eżempju gass naturali).

2.5.   Pettne tal-metall, twil mill-inqas 110mm, b’seba’ jew tmien snien lixxi u ttundajati għal kull 25mm.

2.6.   Stop-watch, preċiż sa 0,5 sekonda.

2.7.   Armarju mgħammar b’ventilatur tal-estrazzjoni. Il-kompartiment tal-kombustjoni jista’ jitpoġġa f’armarju mgħammar b’ventilatur tal-estrazzjoni sakemm il-volum intern ikun mill-inqas 20 darba, imma mhux aktar minn 110 darba, ikbar mill-volum tal-kompartiment tal-kombustjoni u sakemm l-ebda dimensjoni tal-għoli, tal-wisa’, jew tat-tul tal-armarju mgħammar b’ventilatur tal-estrazzjoni ma tkun akbar minn darbtejn u nofs ta’ kwalunkwe waħda mid-dimensjonijiet l-oħra. Qabel it-test, il-veloċità vertikali tal-arja minn ġol-armarju mgħammar b’ventilatur tal-estrazzjoni għandha titkejjel 100mm quddiem u wara l-pożizzjoni finali ta’ fejn se jitpoġġa l-kompartiment tal-kombustjoni. Din il-veloċità għandha tkun bejn 0,10 u 0,30m/s sabiex tiġi evitata kull skumdità possibbli għall-operatur ikkawżata mill-prodotti tal-kombustjoni. Huwa possibbli li jintuża armarju mgħammar b’ventilazzjoni naturali u b’veloċità tal-arja xierqa.

3.   Kampjuni

3.1.   Forma u dimensjonijiet

Il-forma u d-dimensjonijiet tal-kampjuni jidhru fil-Figura 6. Il-ħxuna tal-kampjun tikkorrispondi mal-ħxuna tal-prodott li għandu jiġi ttestjat. Din ma għandhiex tkun iktar minn 13-il mm. Meta t-teħid tal-kampjun jippermetti, il-kampjun għandu jkollu sezzjoni kostanti fuq it-tul kollu tiegħu.

Figura 6

Kampjun

(Dimensjonijiet f’millimetri)

Image

3.1.2.   Jekk id-daqs u d-dimensjonijiet ta’ prodott ma jippermettux it-teħid ta’ kampjun tad-daqs mogħti, għandhom jinżammu dawn id-dimensjonijiet minimi:

(a)

għall-kampjuni b’wisa’ ta’ 3 sa 60mm, it-tul għandu jkun ta’ 356mm. F’dan il-każ il-materjal għandu jiġi ttestjat fil-wisa’ tal-prodott;

(b)

għall-kampjuni b’wisa’ ta’ 60 sa 100mm, it-tul għandu jkun ta’ mill-inqas 138mm. F’dan il-każ id-distanza potenzjali tal-ħruq għandha tikkorrispondi għat-tul tal-kampjun, fejn il-kejl jibda mill-ewwel punt tal-kejl.

3.2.   Kundizzjonament

Il-kampjuni għandhom jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa iżda mhux iktar minn 7 ijiem f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C u umdità relattiva ta’ 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f’dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.

4.   Proċedura

4.1.   Qiegħed il-kampjuni bil-wiċċ bil-pil jew bit-trofof fuq superfiċje ċatta u omxot darbtejn kontra l-pil bil-pettne (paragrafu 2.5).

4.2.   Qiegħed il-kampjun fil-kontenitur tal-kampjun (paragrafu 2.2) biex il-ġenb mikxuf ikun iħares ’l isfel lejn il-fjamma.

4.3.   Aġġusta l-fjamma tal-gass għal għoli ta’ 38mm permezz tal-marka fil-kompartiment, bit-tagħmir għad-dħul tal-arja ġol-berner magħluq. Qabel ma jitwettaq l-ewwel test, il-fjamma għandha tixgħel għal mill-inqas minuta, biex ikun hemm stabbilizzazzjoni.

4.4.   Imbotta l-kontenitur tal-kampjun ġol-kompartiment tal-kombustjoni biex it-tarf tal-kampjun jiġi espost għall-fjamma, u wara 15-il sekonda aqta’ l-fluss tal-gass.

4.5.   Il-kejl tal-ħin tal-ħruq jibda fil-mument meta s-sieq tal-fjamma taqbeż l-ewwel punt tal-kejl. Osserva t-tixrid tal-fjamma fil-ġenb li jinħaraq aktar malajr mill-ieħor (ta’ fuq jew ta’ taħt).

4.6.   Il-kejl tal-ħin tal-ħruq ikun lest meta l-fjamma tkun waslet fl-aħħar punt tal-kejl jew meta l-fjamma tintefa qabel ma tasal sal-aħħar punt tal-kejl. Jekk il-fjamma ma tilħaqx l-aħħar punt tal-kejl, kejjel id-distanza l-maħruqa sal-punt fejn il-fjamma tkun intfiet. Id-distanza tal-ħruq hija l-parti dekomposta tal-kampjun, li tinnqered fuq is-superfiċje tiegħu jew fil-parti interna, permezz tal-ħruq.

4.7.   Sakemm il-kampjun ma jaqbadx jew ma jkomplix jinħaraq wara li l-berner ikun intefa, jew meta l-fjamma tintefa qabel ma tilħaq l-ewwel punt tal-kejl, b’mod li ma jitkejjel ebda ħin ta’ ħruq, niżżel fir-rapport tat-test li r-rata tal-ħruq hija 0 mm/min.

4.8.   Meta twettaq serje ta’ testijiet jew testijiet ripetuti, żgura li l-kompartiment tal-kombustjoni u l-kontenitur tal-kampjun ikollhom temperatura massima ta’ 30 °C qabel ma tibda t-test li jmiss.

5.   Kalkolu

Ir-rata tal-ħruq, B (1), f’millimetri kull minuta, tinsab permezz tal-formula:

B = 60 s/t

fejn:

s

=

id-distanza maħruqa, f’millimetri;

t

=

il-ħin, f’sekondi, sabiex tinħaraq id-distanza s


(1)  Ir-rata ta’ ħruq (B) għal kull kampjun tiġi kkalkulata biss fil-każ fejn il-fjamma tilħaq l-aħħar punt tal-kejl jew it-tmiem tal-kampjun.


ANNESS 7

Test biex jiddetermina l-mod tat-tidwib tal-materjali

1.   It-teħid tal-kampjuni u l-prinċipju

1.1.   Erba’ kampjuni, għaż-żewġ faċċati (jekk ma jkunux identiċi) għandhom jiġu ttestjati.

1.2.   Kampjun jitqiegħed f’pożizzjoni orizzontali u jiġi espost għal radjatur tal-elettriku. Kontenitur jitqiegħed taħt il-kampjun biex jiġbor il-qtar li jirriżultaw. Ftit tajjar jitqiegħed fil-kontenitur biex jiġi vverifikat jekk xi qatra tkunx qed tinħaraq.

2.   L-apparat

L-apparat għandu jikkonsisti minn (figura 1):

(a)

radjatur tal-elettriku;

(b)

tagħmir għall-appoġġ tal-kampjun b’gradilja;

(c)

kontenitur (għall-qtar li jirriżultaw);

(d)

tagħmir tal-appoġġ (għall-apparat)

2.1.   Is-sors tas-sħana huwa radjatur tal-elettriku b’output utli ta’ 500W. Is-superfiċje tar-radjazzjoni għandha tkun magħmula minn pjanċa trasparenti tal-kwarz b’dijametru ta’ 100 ± 5mm.

Is-sħana rradjata mill-apparat, imkejla fuq superfiċje li jkun parallel mas-superfiċje tar-radjatur f’distanza ta’ 30mm, għandha tkun ta’ 3W/cm2.

2.2.   Il-kalibrazzjoni

Għall-kalibrazzjoni tar-radjatur, għandu jintuża miter tal-fluss tas-sħana (radjometru) tat-tip Gardon (fojl) b’medda tad-disinn li ma taqbiżx l-10W/cm2. L-oġġett fil-mira li jirċievi r-radjazzjoni, u possibbilment ftit konvezzjoni, għandu jkun ċatt, tond, b’dijametru ta’ mhux iktar minn 10 mm u miksi b’finitura sewda matta dewwiema.

L-oġġett fil-mira għandu jkun ġo korp imkessaħ bl-ilma li l-wiċċ ta’ quddiem tiegħu għandha tkun magħmula minn metall ċatt, illustrat sew, li jikkoinċidi mal-pjan tal-oġġett u tond, b’dijametru ta’ madwar 25 mm.

Ir-radjazzjoni m’għandha tgħaddi minn ebda tieqa qabel ma tilħaq l-oġġett fil-mira.

L-istrument għandu jkun robust, sempliċi biex jintrama u jintuża, mhux sensittiv għall-kurrenti tal-arja, u stabbli fil-kalibrazzjoni. L-istrument għandu jkollu preċiżjoni ta’ sa ±3 fil-mija u b’ripetibbiltà sa 0,5 fil-mija.

Il-kalibrazzjoni tal-miter tal-fluss tas-sħana għandha tiġi vverifikata meta titwettaq kalibrazzjoni mill-ġdid tar-radjatur, billi titqabbel ma’ strument ikkunsidrat standard ta’ referenza u mhux użat għal kwalunkwe skop ieħor.

L-istrument tal-istandard ta’ referenza għandu jiġi kkalibrat kompletament f’intervalli annwali skont standard internazzjonali.

2.2.1.   Verifika tal-kalibrazzjoni

Ir-radjazzjoni prodotta mill-input tal-enerġija li l-kalibrazzjoni inizjali tkun uriet li tikkorrispondi għal radjazzjoni ta’ 3W/cm2 għandha tiġi verifikata spiss (mill-inqas darba kull 50 siegħa ta’ tħaddim) u l-apparat għandu jiġi kkalibrat mill-ġdid jekk din il-verifika turi devjazzjoni ikbar minn 0.06W/cm2.

2.2.2.   Proċedura tal-kalibrazzjoni

L-apparat għandu jitqiegħed f’ambjent essenzjalment ħieles minn kurrenti tal-arja (mhux iktar minn 0.2m/s).

Qiegħed il-miter tal-fluss tas-sħana fl-apparat fil-pożizzjoni tal-kampjun sabiex l-oġġett fil-mira tal-miter tal-fluss tas-sħana jinsab ċentralment fis-superfiċje tar-radjatur.

Ixgħel il-provvista elettrika u stabbilixxi l-input tal-enerġija tat-tagħmir tal-kontroll meħtieġa biex tiġi prodotta radjazzjoni fiċ-ċentru tas-superfiċje tar-radjatur ta’ 3W/cm2. L-aġġustament fl-unità tal-enerġija biex jiġu reġistrati 3W/cm2 għandu jkun segwit minn perjodu ta’ ħames minuti mingħajr aġġustament addizzjonali biex jiġi żgurat l-ekwilibriju.

2.3.   It-tagħmir tal-appoġġ tal-kampjuni għandu jkun ċirku tal-metall (figura 1). Għandha titqiegħed gradilja fuq dan it-tagħmir tal-appoġġ, magħmula minn wajer tal-azzar li ma jsaddadx, b’dawn id-dimensjonijiet:

(a)

dijametru intern: 118-il mm,

(b)

dimensjoni tat-toqob: 2,10mm kwadru,

(c)

dijametru tal-wajer tal-azzar: 0,70mm.

2.4.   Il-kontenitur għandu jikkonsisti f’tubu ċilindriku b’dijametru intern ta’ 118-il mm u fond ta’ 12-il mm. Il-kontenitur għandu jimtela bit-tajjar.

2.5.   Kolonna vertikali għandha tappoġġja l-oġġetti speċifikati fil-paragrafi 2.1, 2.3 u 2.4.

Ir-radjatur jitqiegħed fuq it-tagħmir tal-appoġġ b’tali mod li s-superfiċje ta’ radjazzjoni tkun orizzontali u r-radjazzjoni tkun ’l isfel.

Lieva/pedala għandhom jiġu pprovduti fil-kolonna biex jintrefa’ t-tagħmir tal-appoġġ tar-radjatur bil-mod. Għandu jkun mgħammar b’qafla sabiex jiġi żgurat li r-radjatur ikun jista’ jitqiegħed lura fil-pożizzjoni normali.

Fil-pożizzjoni normali tagħhom, l-assi tar-radjatur, it-tagħmir tal-appoġġ tal-kampjun u l-kontenitur għandhom jiltaqgħu.

3.   Kampjuni

Id-dimensjonijiet tal-kampjuni tat-test għandhom ikunu: 70 mm × 70 mm. Għandhom jittieħdu l-kampjuni bl-istess mod minn prodotti kompluti, meta l-forma tal-prodott tippermetti dan. Meta l-ħxuna tal-prodott tkun aktar minn 13-il mm, din għandha titnaqqas għal 13-il mm permezz ta’ proċess mekkaniku applikat mal-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment tal-okkupant. Jekk dan ikun impossibbli, it-test għandu jitwettaq, skont is-Servizz Tekniku, fuq il-wisa’ inizjali tal-materjal li għandu jitniżżel fir-rapport tat-test.

Materjali komposti (ara l-paragrafu 6.1.3 tar-Regolament) għandhom jiġu ttestjati bħallikieku kellhom kostruzzjoni uniformi.

Fil-każ ta’ materjali magħmula minn safef superimposti ta’ kompożizzjoni differenti li mhumiex materjali komposti, is-safef kollha tal-materjal inklużi f’fond ta’ 13-il mm mis-superfiċje li jkunu faċċata tal-kompartiment tal-passiġġieri għandhom jiġu ttestjati individwalment.

Il-massa totali tal-kampjun li għandu jiġi ttestjat għandha tkun ta’ mill-inqas 2g. Jekk il-massa ta’ kampjun wieħed tkun inqas, għandhom jiżdiedu numru suffiċjenti ta’ kampjuni.

Jekk iż-żewġ faċċati tal-materjal ivarjaw, iż-żewġ faċċati għandhom jiġu ttestjati, li jfisser li tmien kampjuni għandhom jiġu ttestjati. Il-kampjuni u t-tajjar għandhom jiġu kkondizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C u umdità relattiva ta’ 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f’dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar

4.   Proċedura

Il-kampjun jitqiegħed fuq it-tagħmir tal-appoġġ u dan tal-aħħar jitqiegħed b’tali mod li d-distanza bejn is-superfiċje tar-radjatur u n-naħa ta’ fuq tal-kampjun tkun ta’ 30 mm.

Il-kontenitur, inkluż it-tajjar, jitqiegħed taħt il-gradilja tat-tagħmir tal-appoġġ f’distanza ta’ 300 mm.

Ir-radjatur jitwarrab, biex ma jkunx jista’ jitfa’ radjazzjoni fuq il-kampjun, u jinxtegħel. Meta jkun saħan għall-kapaċità totali tiegħu jitqiegħed fuq il-kampjun u tinbeda ż-żamma tal-ħin.

Jekk il-materjal idub jew jisforma ruħu, l-għoli tar-radjatur jiġi mmodifikat sabiex tinżamm id-distanza ta’ 30 mm.

Jekk il-materjal jaqbad, ir-radjatur jitwarrab tliet sekondi wara. Dan jitpoġġa lura fil-pożizzjoni meta tkun intfiet il-fjamma u l-istess proċedura tiġi ripetuta bil-frekwenza meħtieġa matul l-ewwel ħames minuti tat-test.

Wara l-ħames minuta tat-test:

(i)

Jekk il-kampjun ikun intefa’ (kemm jekk qabadx jew le matul l-ewwel ħames minuti tat-test) ħalli r-radjatur fil-pożizzjoni anke jekk il-kampjun jaqbad mill-ġdid,

(ii)

Jekk il-materjal ikun qed jaqbad, stenna li jintefa’ qabel ma ġġib ir-radjatur fil-pożizzjoni għal darb’oħra.

F’kull każ, it-test għandu jitkompla għal ħames minuti addizzjonali.

5.   Riżultati

Il-fenomeni osservati għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test, bħal:

(i)

il-qtar, jekk applikabbli, kemm jekk ikunu qed jaqbdu kemm jekk ma jkunux,

(ii)

jekk seħħx tqabbid tat-tajjar

Figura 1

(Dimensjonijiet f’millimetri)

Image

ANNESS 8

Test biex jiddetermina r-rata tal-ħruq vertikali tal-materjali

1.   TEĦID TAL-KAMPJUNI U PRINĊIPJU

1.1.   Tliet kampjuni għandhom jgħaddu mit-test fil-każ ta’ materjal iżotropiku, jew sitt kampjuni fil-każ ta’ materjal mhux iżotropiku.

1.2.   Dan it-test jikkonsisti fl-esponiment tal-kampjuni, miżmuma f’pożizzjoni vertikali, quddiem fjamma u d-determinazzjoni tal-veloċità tat-tixrid tal-fjamma fuq il-materjal li għandu jiġi ttestjat.

2.   APPARAT

L-apparat għandu jikkonsisti f’:

(a)

kontenitur tal-kampjun;

(b)

berner;

(c)

sistema ta’ ventilazzjoni biex tneħħi l-prodotti tal-gass u l-kombustjoni;

(d)

mudell;

(e)

ħjut tal-qoton abjad mogħtija l-leqqa b’densità lineari massima ta’ 50 tex, li jintużaw bħala marki.

2.1.   Il-kontenitur tal-kampjun għandu jkollu qafas rettangolari b’għoli ta’ 560 mm u għandu jkollu żewġ vireg paralleli konnessi b’mod riġidu bi spazju ta’ 150 mm bejniethom li fuqhom għandhom jitwaħħlu labar għall-immuntar tal-kampjun tat-test li jitqiegħed fuq pjan mill-inqas 20 mm mill-qafas. Il-labar tal-immuntar m’għandux ikollhom dijametru akbar minn 2 mm u jridu jkunu twal mill-inqas 27 mm. Il-labar għandhom ikunu fuq il-vireg paralleli fil-postijiet li jidhru fil-Figura 1. Il-qafas għandu jkun immuntat fuq tagħmir tal-appoġġ adattat biex iżomm il-vireg orjentati vertikalment matul l-ittestjar (għall-iskop tal-pożizzjonament tal-kampjun fuq il-labar fuq pjan ’il bogħod mill-qafas, jistgħu jiġu pprovduti ma’ ġenb il-labar biċċiet għall-ispazju b’dijametru ta’ 2 mm).

2.2.   Il-berner huwa deskritt fil-Figura 3.

Il-gass ipprovdut lill-berner jista’ jkun gass tal-propan kummerċjali jew gass tal-butanu kummerċjali.

Il-berner għandu jitqiegħed quddiem, iżda iżjed ’l isfel mill-kampjun b’tali mod li jkun fuq pjan li jgħaddi mil-linja ċentrali vertikali tal-kampjn u perpendikolari mal-faċċata tiegħu (ara l-Figura 2), b’tali mod li l-assi lonġitudinali jkun inklinat ’il fuq b’30° mal-vertikali lejn it-tarf ta’ isfel tal-kampjun. Id-distanza bejn il-ponta ta’ fuq tal-berner u t-tarf ta’ isfel tal-kampjun għandha tkun ta’ 20 mm.

2.3.   L-apparat tal-ittestjar jista’ jitqiegħed f’armarju mgħammar b’ventilatur għall-estrazzjoni sakemm il-volum intern ikun mill-inqas 20 darba, iżda mhux iktar minn 110 darba, ikbar mill-volum tal-apparat tal-ittestjar u sakemm: ebda dimensjoni waħda ta’ għoli, wisa’ jew tul tal-armarju mgħammar b’ventilatur għall-estrazzjoni ma tkun aktar minn darbtejn u nofs akbar miż-żewġ dimensjonijiet l-oħra. Qabel it-test, għandha titkejjel il-veloċità vertikali tal-arja fl-armarju mgħammar b’ventilatur għall-estrazzjoni 100 mm quddiem u wara l-pożizzjoni finali fejn għandu jitqiegħed l-apparat tal-ittestjar. Din għandha tkun ta’ bejn 0,10 u 0,30 m/s sabiex tiġi evitata kull skumdità possibbli għall-operatur mil-prodotti tal-kombustjoni. Huwa possibbli li jintuża armarju tal-estrazzjoni b’ventilazzjoni naturali u b’veloċità xierqa tal-arja<OM>.

2.4.   Għandu jintuża mudell ċatt u iebes magħmul minn materjal adattat u ta’ daqs li jikkorrispondi mad-daqs tal-kampjun. Għandhom jittaqqbu<cl> toqob b’dijametru ta’ madwar 2 mm fil-mudell u jitqegħdu b’mod li d-distanzi bejn iċ-ċentri tat-toqob jikkorrispondu mad-distanzi bejn il-labar ta’ fuq l-oqfsa (ara l-figura 1). It-toqob għandhom ikunu ekwidistanti madwar il-linji ċentrali vertikali tal-mudell.

3.   IL-KAMPJUNI

3.1.   Id-dimensjonijiet tal-kampjuni ikunu: 560 × 170 mm

3.2.   Il-kampjuni għandhom jiġu kkondizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C u umdità<sp> relattiva<sp> ta’ 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f’dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.

4.   IL-PROĊEDURA

4.1.   It-test għandu jitwettaq f’atmosfera b’temperatura ta’ bejn 10 °C u 30 °C u b’umdità relattiva ta’ bejn 15 fil-mija u 80 fil-mija.

4.2.   Il-berner għandu jissaħħan minn qabel għal 2 minuti. L-għoli tal-fjamma għandu jiġi aġġustat għal 40 ± 2mm imkejla bħala d-distanza bejn il-ponta ta’ fuq tat-tubu tal-berner u l-ponta ta’ fuq tal-parti s-safra tal-fjamma meta l-berner jkollu orjentazzjoni vertikali u l-fjamma tidher f’dawl baxx.

4.3.   Il-kampjun għandu jitqiegħed fuq il-labar tal-qafas tal-ittesjar, li jiżgura li l-labar jgħaddu mill-punti mmarkati fuq il-mudell u li l-kampjun ikun mill-inqas 20 mm ’l<sp> bogħod mill-qafas. Il-qafas għandu jitwaħħal fuq it-tagħmir tal-appoġġ b’mod li l-kampjun ikun vertikali.

4.4.   Il-ħjut tal-immarkar għandhom jitwaħħlu orizzontalment quddiem il-kampjun fil-postijiet li jidhru fil-figura 1. F’kull pożizzjoni, ingassa tal-ħajt għandha tiġi mmuntata b’mod li ż-żewġ segmenti jkollhom spazju ta’ 1 mm u 5 mm mill-pjan ta’ quddiem tal-kampjun.

Kull ingassa għandha tkun imwaħħla ma’ apparat adattat li jkejjel il-ħin. Għandha titqiegħed tensjoni suffiċjenti fuq il-ħajta biex tinżamm il-pożizzjoni tagħha relatata mal-kampjun.

4.5.   Il-fjamma għandha tiġi applikata fuq il-kampjun għal 5 sekondi. Għandu jitqies li seħħ it-tqabbid jekk il-kampjun ikompli jaqbad għal 5 sekondi wara t-tneħħija tal-fjamma li tqabbad. Jekk it-tqabbid ma jseħħx, il-fjamma għandha tiġi applikata għal 15-il sekonda fuq kampjun ieħor ikkondizzjonat.

4.6.   Jekk kwalunkwe riżultat fi kwalunkwe sett ta’ tliet kampjuni jaqbeż ir-riżultat minimu b’50 fil-mija, għandu jiġi ttestjat sett ieħor ta’ tliet kampjuni għal dik id-direzzjoni jew faċċata. Jekk kampjun wieħed jew tnejn fi kwalunkwe sett ta’ tliet kampjuni ma jaqbadx sal-ħajta tal-immarkar ta’ fuq, għandu jiġi ttestjat sett ieħor ta’ tliet kampjuni għal dik id-direzzjoni jew faċċata.

4.7.   Il-ħinijiet li ġejjin, f’sekondi, għandhom jitkejlu:

(a)

mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta tinqata’ l-ewwel ħajta tal-immarkar (t1);

(b)

mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta tinqata’ t-tieni ħajta tal-immarkar (t2);

(c)

mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta tinqata’ t-tielet ħajta tal-immarkar (t3).

5.   RIŻULTATI

Il-fenomeni osservati għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test, biex jinkludu:

(i)

id-dewmien tal-kombustjoni: t1, t2 u t3 f’sekondi, u

(ii)

id-distanzi maħruqa korrispondenti: d1, d2 u d3 f’mm.

Ir-rata tal-ħruq V1 u r-rati V2 u V3, jekk applikabbli, għandhom jiġu kkalkulati (għal kull kampjun jekk il-fjamma tilħaq mill-anqas l-ewwel ħajta tal-immarkar) kif ġej:

Vi = 60 di/ti (mm/min)

Għandha tiġi meqjusa l-ogħla rata tal-ħruq ta’ V1, V2 u V3.

Figura 1

Kontenitur tal-kampjun

(Dimensjonijiet f’millimetri)

Image

Figura 2

Pożizzjoni tat-tqabbid tal-berner

Image

Figura 3

Berner tal-gass

(Dimensjonijiet f’millimetri)

Image