10.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/211


It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont il-liġi pubblika internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament Nru 46 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) - Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta u tal-vetturi motorizzati fir-rigward tal-installazzjoni ta’ dan it-tagħmir

Din tinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 4 tas-sensiela 02 tal-emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: it-22 ta’ Lulju 2009

Il-Corrigendum 1 tas-suppliment 4 - Data tad-dħul fis-seħħ: il-11 ta’ Novembru 2009

WERREJ

REGOLAMENT

1.

L-ambitu

I.   TAGĦMIR GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Immarkar

5.

Approvazzjoni

6.

rekwiżiti

6.1.

Il-Mirja

6.2.

IT-TAGĦMIR GĦALl-viżjoni indiretta għajr il-mirja

7.

Modifikar tat-tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta u l-estensjoni tal-approvazzjoni

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

11.

Ismijiet u indirizzi ta’ servizzi tekniċi responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet tal-approvazzjoni, u ta’ dipartimenti amministrattivi

II.   INSTALLAZZJONI TAT-TAGĦMIR GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA

12.

Definizzjonijiet

13.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

14.

Approvazzjoni

15.

rekwiżiti

16.

Modifiki tat-tip tal-vettura u l-estensjoni tal-approvazzjoni

17.

Konformità tal-produzzjoni

18.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

19.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

20.

Ismijiet u indirizzi ta’ servizzi tekniċi responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet tal-approvazzjoni, u ta’ dipartimenti amministrattivi

21.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

Anness 1 —

Mudell tad-dokument tal-informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' tagħmir għall-viżjoni indiretta

Anness 2 —

Mudell tad-dokument tal-informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta

Anness 3 —

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew il-produzzjoni definittivament imwaqqfa għat-tip tal-mezz għall-viżjoni indiretta, skont ir-Regolament Nru 46

Anness 4 —

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew il-produzzjoni definittivament imwaqqfa ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta, skont ir-Regolament Nru 46

Anness 5 —

Arranġament ta’ marka tal-approvazzjoni għal tagħmir għall-viżjoni indiretta,

Anness 6 —

Il-metodu tat-test li jistabbilixxi r-riflettività

Anness 7 —

Il-proċedura biex jiġi stabbilit ir-raġġ tal-kurvatura “r” tal-wiċċ li jirrifletti ta' mera

Anness 8 —

Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bil-qiegħda fil-vetturi motorizzati

Appendiċi 1 —

Deskrizzjoni tal-Magna Tridimensjonali tal-Punt “H”

Appendiċi 2 —

Is-Sistema Tridimensjonali ta’ Referenza

Appendiċi 3 —

Id-Dejta ta’ Referenza li tikkonċerna l-Pożizzjonijiet bil-Qiegħda

Anness 9 —

(riservat)

Anness 10 —

Il-kalkolu tal-individwazzjoni tad-distanza

1.   L-AMBITU

Dan ir-Regolament japplika:

(a)

għal tagħmir għall-viżjoni indiretta kompulsorju u mhux, stipulat fit-tabella fil-paragrafu 15.2.1.1.1 għall-vetturi tal-kategorija M u N (1) u għal tagħmir obbligatorju u fakultattiv għal viżjoni indiretta msemmija fil-paragrafi 15.2.1.1.3 u 15.2.1.1.4 u tal-kategorija L (1) bil-karrozzerija li tagħlaq, għallinqas parzjalment, lis- sewwieq,

(b)

l-installazzjoni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta fuq vetturi tal-kategorija M u N u vetturi tal-kategorija L (1) bil-karrozzerija li tagħlaq, għallinqas parzjalment, lis-sewwieq.

I.   TAGĦMIR GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

“Tagħmir għall-viżjoni indiretta” tfisser il-mezzi biex tiġi osservata ż-żona tat-traffiku maġenb il-vettura li ma tistax tiġi osservata bil-viżjoni diretta. Dawn jistgħu jkunu mirja konvenzjonali, monitors tal-cameras jew mezzi oħra li kapaċi jippreżentaw informazzjoni dwar il-firxa indiretta tal-viżjoni lis-sewwieq.

“Mera” tfisser kull mezz, mibarra mezzi bħall-periskopji, maħsuba biex jagħtu veduta ċara ta' wara, il-ġenb jew quddiem tal-vettura fil-firxiet tal-viżjoni ddefiniti fil-paragrafu 15.2.4.

2.1.1.1.   “Mera ta” ġewwa" tfisser tagħmir kif iddefinit fil-paragrafu 2.1, li jista' jiġi mwaħħal fil-kompartiment tal-passiġġieri ta' vettura.

2.1.1.2.   “Mera ta” barra" tfisser tagħmir kif iddefnit fil-paragrafu 2.1, li jista' jiġi mmuntat fuq il-wiċċ estern tal-vettura.

2.1.1.3.   “Mera tas-sorveljanza” tfisser mera għajr dawk iddefiniti fil-paragrafu 2.1.1, li tista' tiġi mwaħħla fuq ġewwa jew man-naħa ta' barra tal-vettura sabiex tipprovdi firxiet oħra tal-viżjoni għajr dawk speċifikati fil-paragrafu 15.2.4.

2.1.1.4.   Sistema ta “appoġġ tal-viżjoni” tfisser sistema li tippermetti lis-sewwieq jinduna b’oġġetti maġenb il-vettura jew jarahom.

2.1.1.5.   “r” tfisser il-medja tar-raġġi tal-kurvatura mkejla fuq il-wiċċ li jirrifletti, skont il-metodu deskritt fl-Anness 7.

2.1.1.6.   “Ir-raġġi prinċipali tal-kurvatura fuq punt wieħed fuq il-wiċċ li jirrifletti (r i )” tfisser il-valuri miksuba bl-apparat definit fl-Anness 7, imkejla fuq l-ark tal-wiċċ li jirifletti li jgħaddi miċ-ċentru ta’ dan il-wiċċ parallel mas-segment b, kif definit fil-paragrafu 6.1.2.1.2.1, u fuq l-ark perpendikulari ma' dan is-segment.

2.1.1.7.   “Ir-raġġ tal-kurvatura f'punt wieħed fuq il-wiċċ li jirifletti (rp)” tfisser il-medja aritmetika tar-raġġi prinċipali tal-kurvatura r i u r′ i i.e.:

Formula

2.1.1.8.   “Wiċċ sferiku”tfisser wiċċ li jkollu raġġ kostanti u ugwali fid-direzzjonijiet kollha

2.1.1.9.   “Wiċċ asferiku” tfisser wiċċ li jkollu raġġ kostanti f'wiċċ wati wieħed biss.

2.1.1.10.   “Mera asferika” tfisser mera komposta minn parti sferika u parti asferika, li fiha trid tkun immarkata t-transizzjoni tal-wiċċ li jirrifletti mill-parti sferika għall-parti asferika. Il-kurvatura tal-assi ewlenija tal-mera hija ddefinita fis-sistema tal-koordinati x/y iddefinita bir-raġġ tal-kallotta primarja sferika bi:

Formula

R

:

ir-raġġ nominali fil-parti sferika

k

:

kostanti għall-bidla tal-kurvatura:

a

:

kostanti għad-daqs sferiku tal-kallotta primarja sferika

2.1.1.11.   “Iċ-ċentru tal-wiċċ li jirrifletti” tfisser iċ-ċentru taż-żona viżibbli tal-wiċċ li jirrifletti.

2.1.1.12.   “Ir-raġġ tal-kurvatura tal-partijiet kostitwenti tal-mera” tfisser ir-raġġ “c” tal-ark taċ-ċirku li japprossima l-iktar mill-qrib il-għamla mgħawġa tal-parti kkonċernata.

2.1.1.13.   “Klassi ta' mirja” tfisser it-tagħmir kollu li jkollu karatteristika jew funzjoni waħda komuni jew iktar. Jiġu kklassifikati kif ġej:

Klassi I: “Mera interna li turi wara”, li tagħti l-kamp viżiv ddefinit fil-paragrafu 15.2.4.1.

Il-Klassijiet II u III: “Mera esterna li turi wara”, li tagħti l-firxiet tal-viżjoni ddefiniti fil-paragrafi 15.2.4.2 u 15.2.4.3.

Klassi IV: “Mera esterna b’angolu wiesa’”, li tagħti l-kamp viżiv iddefinit fil-paragrafu 15.2.4.4.

il-Klassi V: “Mera esterna bi prossimità qrib”, li tagħti l-kamp viżiv iddefinit fil-paragrafu 15.2.4.5.

Klassi VI: “Mera ta’ quddiem”, li tagħti l-kamp viżiv iddefinit fil-paragrafu 15.2.4.6.

Klassi VII: Mirja maħsuba għal vetturi tal-kategorija L bil-karrozzerija.

“Tagħmir b’ monitor u kamera għall-viżjoni indiretta” tfisser tagħmir kif iddefinit fil-paragrafu 2.1, fejn il-kamp viżiv jinkiseb permezz ta' monitor u kamera kif iddefinit fil-paragrafi 2.1.2.1 u 2.1.2.2.

2.1.2.1.   “Kamera” tfisser tagħmir li jagħti immaġni tad-dinja ta' barra u wara jikkonverti din l-immaġni f'sinjal (eż. sinjal tal-vidjow).

2.1.2.2.   “Monitor” tfisser tagħmir li jikkonverti sinjal f'immaġnijiet li jidhru fuq l-ispettru viżiv.

2.1.2.3.   “Individwazzjoni” tfisser il-kapaċità li oġġett jiġi distint mill-isfond/l-ambjent f'ċerta distanza.

2.1.2.4.   “Kuntrast tal-luminanza” tfisser il-proporzjon tal-luminożità bejn oġġett u l-isfond/l-ambjent immedjat tiegħu li jippermetti li l-oġġett jiġi distint mill-isfond/l-ambjent tiegħu.

2.1.2.5.   “Riżoluzzjoni” tfisser l-iżgħar dettall li jista' jingħaraf b'sistema ta’ perċezzjoni, jiġifieri pperċepit bħala separat mill-unità kollha. Ir-riżoluzzjoni tal-għajn tal-bniedem hija indikata bħala “l-akutezza viżiva”.

2.1.2.6.   “Oġġett kritiku” tfisser oġġett ċirkolari b'dijametru D0 = 0,8 m (2).

2.1.2.7.   “Perċezzjoni kritika” tfisser il-livell tal-perċezzjoni li l-għajn tal-bniedem hija kapaċi li tikseb b'mod ġenerali taħt kundizzjonijiet varji. Għall-kundizzjonijiet tat-traffiku, il-valur limitu għall-perċezzjoni kritika huwa tmien minuti tal-ark tal-angolu viżiv.

2.1.2.8.   “Kamp viżiv” tfisser it-taqsima tal-ispazju tridimensjonali li jiġi osservat bl-għajnuna tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta. Sakemm ma jintqalx mod ieħor, dan huwa bbażat fuq il-viżjoni fil-livell tal-art li joffri tagħmir li mhuwiex mera. Dan jista’ jkun limitat bid-distanza tal-individwazzjoni relevanti li tikkorrispondi għall-oġġett kritiku.

2.1.2.9.   “Distanza tal-individwazzjoni” tfisser id-distanza mkejla fil-livell tal-art mill-punt tar-riferiment għall-viżjoni sal-punt estrem li fih oġġett kritiku kemm jista' jiġi pperċepit (il-valur limitu għal perċezzjoni kritika tkun għadha kemm miksuba).

2.1.2.10.   “Firxa kritika tal-viżjoni” tfisser iż-żona li fiha oġġett kritiku jrid jiġi individwat permezz ta' mezz għall-viżjoni indiretta u li hija ddefinita b'angolu u distanza jew distanzi tal-individwazzjoni.

2.1.2.11.   “Punt tar-riferiment tal-viżjoni” tfisser il-punt marbut ma' vettura li magħha jkun jirrelata l-kamp viżiv. Dan il-punt huwa l-isporġiment fuq l-art tal-intersezzjoni ta' wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq ma' wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġtudinali tal-vettura, 20 ċm 'il barra mill-vettura.

2.1.2.12.   “Spettru viżiv” tfisser dawl li t-tul tal-mewġa tiegħu tkun fil-firxa tal-limiti tal-perċezzjoni ta’ għajnejn il-bniedem: 380-780 nm.

2.1.2.13.   “Mezzi tas-sorveljanza bl-irrikordjar b'kamera u monitor” tfisser kamera u jew monitor jew tagħmir tal-irrikordjar li mhux il-tagħmir bil-monitor u l-kamera definit fil-paragrafu 2.1.2 li jistgħu jitwaħħlu ġewwa jew man-naħa ta' barra tal-vettura sabiex jipprovdu firxiet tal-viżjoni għajr dawk speċifikati fil-paragrafu 15.2.4 jew biex jipprovdu sistema ta’ sikurezza fil-vettura jew madwarha.

2.1.3.   “Tagħmir ieħor għall-viżjoni indiretta” tfisser it-tagħmir kif iddefinit fil-paragrafu 2.1, fejn il-kamp viżiv ma jinkisibx permezz ta' mera jew tagħmir tat-tip ta’ monitor u kamera għall-viżjoni indiretta.

2.1.4.   “Tip ta' tagħmir għall-viżjoni indiretta” tfisser tagħmir li jkollhom il-karatteristiċi essenzali li ġejjin:

id-disinn tal-mezz bl-inklużjoni, jekk pertinenti, tat-twaħħil mal-body tal-vettura;

fil-każ tal-mirja, il-klassi, l-għamla, il-qisien u r-raġġ tal-kurvatura tal-wiċċ tal-mera li jirrifletti;

fil-każ tat-tagħmir tal-monitor u kamera, id-distanza tal-individwazzjoni u l-kamp viżiv.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta għandha titressaq mid-detentur tal-isem kummerċjali jew tat-trejdmark jew mir-rappreżentant tiegħu li ġie akkreditat b’mod xieraq.

3.2.   Mudell tad-dokument tal-informazzjoni jidher fl-Anness 1.

Għal kull tip ta' tagħmir għall-viżjoni indiretta l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:

3.3.1.   fil-każ tal-mirja, erba' kampjuni: tlieta sabiex jintużaw fit-testijiet u waħda sabiex tinżamm fil-laboratorju għal kull eżami ieħor li jista' jkun meħtieġ sussegwentement. Jista' jkun hemm il-ħtieġa ta' kampjuni addizzjonali fuq it-talba tal-laboratorju.

3.3.2.   fil-każ tal-mirja u tagħmir ieħor għall-viżjoni indiretta: kampjun wieħed tal-parts kollha.

4.   L-IMMARKAR

4.1.   Il-kampjuni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta mressqa għall-approvazzjoni għandu jkollhom l-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-manifattur; dawn il-marki għandhom ikunu leġġibbli u ma jkunux jistgħu jitħassru.

4.2.   Kull tagħmir għandu jkollu spazju kbir biżżejjed għall-marka tal-approvazzjoni, li għandha tkun tista' tinqara faċilment meta t-tagħmir ikun ġie mmuntat fuq il-vettura; dan l-ispazju għandu jkun indikat fuq id-disinni msemmija fl-Anness 1.

5.   L-APPROVAZZJONI

5.1.   Jekk il-kampjuni mressqa għall-approvazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6. ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip pertinenti ta' tagħmir għall-viżjoni indiretta.

5.2.   Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (fil-preżent 02,) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi prinċipali reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' tagħmir għall-viżjoni indiretta.

5.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tar-rifjut jew tal-estensjoni jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew tat-twaqqif għal kollox tal-produzzjoni ta’ tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament.

Flimkien mal-marka preskritta fil-paragrafu 4.1, ma’ kull tagħmir għall-viżjoni indiretta konformi mat-tip approvat skont dan ir-Regolament, għandu jkun hemm imwaħħal, fejn jidher sew u fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 4.2 hawn fuq, marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

5.4.1.   Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (3);

5.4.2.   Numru tal-approvazzjoni;

5.4.3.   Simbolu addizzjonali I jew II jew III jew IV jew V jew VI jew VII, li jispeċifika l-klassi li tagħmel parti minnha l-mera jew is-simbolu S fil-każ ta' kull tagħmir ieħor għall-viżjoni indiretta għajr mera. Is-simbolu addizzjonali għandu jitqiegħed fi kwalunkwe pożizzjoni konvenjenti qrib iċ-ċirku li jkun fih l-ittra “E”.

5.5.   Il-marka tal-approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma għandhomx ikunu jistgħu jitħassru.

5.6.   L-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni msemmija qabel.

6.   REKWIŻITI

6.1.   IL-MIRJA

6.1.1.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.1.1.   Il-mirja kollha jridu jkunu jistgħu jiġu aġġustati.

6.1.1.2.   It-tarf tal-wiċċ li jirrifletti għandu jkun f’kisi protettiv (kontenitur, eċċ.) li, fuq il-perimetru tiegħu, irid ikollu valur “c” ikbar minn jew daqs 2,5 mm fil-punti kollha u fid-direzzjonijiet kollha. Jekk il-wiċċ li jirrifletti jisporġi ’l barra mill-kisi protettiv fejn joqgħod, ir-raġġ tal-kurvatura ‘c’ fuq it-tarf tal-parti li tisporġi ’l barra ma tridx tkun inqas minn 2,5 mm u l-wiċċ li jirrifletti jrid jerġa' lura fil-kwadru protettiv taħt forza ta' 50 N applikata fuq il-punt tal-ikbar sporġiment, f’relazzjoni mal-kwadru protettiv li jżommu, f'direzzjoni orizzontali bejn wieħed u ieħor parallela mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.1.1.3.   Meta mera tiġi mmuntata fuq wiċċ wati, irrispettivament mill-pożizzjoni tal-aġġustament tat-tagħmir, il-parts, inklużi dawk il-parts li jibqgħu mwaħħla mal-appoġġ wara t-test ipprovvdut fil-paragrafu 6.1.3.2, li jkunu f'kuntatt potenzali, statiku ma' sfera jew ta' dijametru ta' 165 mm fil-każ ta' mera fuq ġewwa, jew ta' dijametru ta' 100 mm fil-każ ta' mera fuq barra, irid ikollhom raġġ tal-kurvatura “c” ta' mhux inqas minn 2,5 mm.

6.1.1.4.   It-truf tat-toqob jew l-għafsiet tat-twaħħil li d-dijametru jew l-itwal dijagonal tagħhom ikun inqas minn 12-il mm huma eżenti mir-rekwiżiti tar-raġġ tal-paragrafu 6.1.1.3 sakemm ix-xifer ma jkunx jaqta’.

6.1.1.5.   It-tagħmir tat-twaħħil tal-mirja mal-vettura jrid ikun iddisinjat b’tali mod li ċilindru b’raġġ ta' 70 mm (50 mm fil-każ ta' vettura tal-kategorija L), li l-assi tiegħu jkun l-assi, jew wieħed mill-assi, tal-pern jew tar-rotazzjoni li jiżgura t-tidwir tal-mera fid-direzzjoni tal-impatt ikkonċernat, jgħaddi minn mill-inqas parti mill-wiċċ li miegħu jkun imwaħħal it-tagħmir.

6.1.1.6.   Il-partijiet tal-mirja ta' barra riferiti fil-paragrafi 6.1.1.2 u 6.1.1.3 li jkunu magħmula minn materjal ta’ ebusija ‘Shore A’ mhux ikbar minn 60 huma eżentati mid-dispożizzjonijiet rilevanti.

6.1.1.7.   Fil-każ ta' dawk il-partijiet tal-mirja fuq ġewwa li jkunu magħmula minn materjal ta' ebusija ‘Shore A’ inqas minn 50 u li jkunu mmuntati fuq appoġġ riġidu, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 6.1.1.2 u 6.1.1.3 għandhom japplikaw biss għall-appoġġ.

6.1.2.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET SPEĊJALI

6.1.2.1.   DIMENSJONIJIET

6.1.2.1.1.   Il-mirja ta' ġewwa li jagħtu fuq in-naħa ta' wara (il-Klassi I)

Il-qisien tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu b’tali mod li jkun possibbli li jiddaħħal fuqhom rettangolu li naħa minnu tkun ta' 40 mm u l-oħra ta' ‘a’ mm fit-tul, fejn

Formula

u r hija r-raġġ tal-kurvatura

6.1.2.1.2.   Il-Mirja ta' barra li jagħtu fuq in-naħa ta' wara (il-Klassijiet II u III)

6.1.2.1.2.1.   Il-qisien tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu b’tali mod li jkun possibbli li jiddaħħal fuqhom:

rettangolu ta' għoli ta' 40 mm li t-tul tal-bażi tiegħu. imkejjel f“millimetri, ikollu l-valur ta'” a’;

segment li jkun parallel mal-għoli tar-rettangolu u li t-tul tiegħu, espress f“millimetri, jkollu l-valur ta'” b’.

6.1.2.1.2.2.   Il-valuri minimi ta’ “a” u “b” huma mogħtija hawn taħt:

Klassi tal-mera li minnha tista' tara fuq wara

a

(mm)

b

(mm)

II

Formula

200

III

Formula

70

6.1.2.1.3.   Il-Mirja fuq barra “ta' angolu wiesa’”: (il-Klassi IV)

Il-kontorni tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu ta' għamla ġeometrika sempliċi u l-qisien tagħha jkunu b’tali mod illi jipprovdi, jekk meħtieġ, flimkien ma' mera fuq barra tal-Klassi II, il-kamp viżiv speċifikat fil-paragrafu 15.2.4.4.

6.1.2.1.4.   Il-Mirja fuq barra “ta' prossimità mill-qrib” (il-Klassi V)

Il-kontorni tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu ta' għamla ġeometrika sempliċi u l-qisien tagħha jkunu b’tali mod illi din il-mera tipprovdi l-kamp viżiv speċifikat fil-paragrafu 15.2.4.5.

6.1.2.1.5.   Il-Mirja fuq quddiem (Il-Klassi VI)

Il-kontorni tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu ta' għamla ġeometrika sempliċi u l-qisien tagħha jkunu b’tali mod illi din il-mera tipprovdi l-kamp viżiv speċifikat fil-paragrafu 15.2.4.6.

6.1.2.1.6.   Mirja għal vetturi tal-Kategorija L bil-karrozzerija (il-Klassi VII)

6.1.2.1.6.1.   Il-Mirja fuq barra “ewlenin” (il-Klassi VII)

Il-qisien minimi tal-wiċċ li jirrifletti għandhom ikunu tali li:

(a)

L-erja tiegħu ma għandux ikun inqas minn 6 900 mm2;

(b)

Id-dijametru tal-mirja ċirkolari ma għandux ikun inqas minn 94 mm;

(c)

Meta l-mirja li tara wara ma jkunux ċirkolari, il-qisien tagħhom għandu jippermettu li ċirku b'dijametru ta' 78 mm fuq il-wiċċ li jirrifletti tagħhom.

Il-qisien massimi tal-wiċċ li jirrifletti għandhom ikunu tali li:

(a)

Id-dijametru ta' kull mera ċirkolari li tara wara ma għandhiex tkun ikbar minn 150 mm;

(b)

Il-wiċċ li jirrifletti ta' kull mera li tara wara u li ma tkunx ċirkolari għandu joqgħod f'rettangolu li bil-qisien 120 mm × 200 mm.

6.1.2.2.   Il-wiċċ li jirrifletti u l-koeffiċjenti tar-riflessjoni

6.1.2.2.1.   Il-wiċċ ta' mera li jirrifletti jrid ikun jew ċatt jew konvess sferikament. Il-mirja ta' barra jistgħu jkunu mgħammra b'parti asferika addizzjonali sakemm il-mera prinċipali tissodisfa r-rekwiżiti tal-firxa indiretta tal-viżjoni.

6.1.2.2.2.   Id-differenzi bejn ir-raġġi tal-kurvatura tal-mirja

6.1.2.2.2.1.   Id-differenza bejn ri jew r'i, u rp f'kull punt tar-riferiment ma tridx taqbeż iż-0,15 r.

6.1.2.2.2.2.   Id-differenza bejn kwalunkwe mir-raġġi ta' kurvatura (rp1, rp2, u rp3) u r ma għandhiex tkun aktar minn 0,15 r.

6.1.2.2.2.3.   Meta r-r ma tkunx inqas minn 3 000 mm, il-valur 0,15 r ikkwotat fil-paragrafi 6.1.2.2.2.1 u 6.1.2.2.2.2 jiġi mibdul b'0,25 r.

6.1.2.2.3.   Ir-rekwiżiti tal-partijiet asferiċi tal-mirja

6.1.2.2.3.1.   Il-mirja asferiċi għandhom ikunu ta' daqs u għamla biżżejjed biex jippovdu tagħrif utli lis-sewwieq. Dan normalment ifisser wisa' massima ta' 30 mm f'xi punt.

6.1.2.2.3.2.   Ir-raġġ tal-kurvatura ri tal-parti asferika ma għandux ikun inqas minn 150 mm.

Il-valur ta’ ‘r’ għall-mirja sferiċi ma jridx ikun inqas minn:

6.1.2.2.4.1.   1 200 mm għall-mirja ta' ġewwa li jagħtu fuq wara (il-Klassi I);

6.1.2.2.4.2.   1 200 mm għall-mirja prinċipali ta' barra li jagħtu fuq wara tal-Klassijiet II u III;

6.1.2.2.4.3.   300 mm għall-mirja ta' barra “ta' angolu wiesa’” (il-Klassi IV) u l-mirja ta' barra ta' “prossimita mill-qrib” (il-Klassi V);

6.1.2.2.4.4.   200 mm għall-mirja fuq quddiem (il-Klassi VI).

6.1.2.2.4.5.   1 000 mm jew iktar minn 1 500 mm fil-każ ta' mirja tal-Klassi VII

6.1.2.2.5.   Il-valur tal-koeffiċjent normali ta' riflessjoni, kif stabbilit skont il-metodu deskritt fl-Anness 6 għal dan l-Anness, ma għandux ikun inqas minn 40 %.

Fil-każ tal-uċuh li jirrflettu bi grad varjabbli ta' riflessjoni, il-pożizzjoni ta' matul il-jum trid tippermetti li jingħarfu l-kuluri tas-sinjali użati għat-traffiku tat-triq. Il-valur tal-koeffiċjent normali tar-riflessjoni fil-pożizzjoni ta' bil-lejl ma jridx ikun inqas minn 4 %.

6.1.2.2.6.   Il-wiċċ li jirrifletti għandu jżomm il-karatteristiċi stabbiliti fil-paragrafu 6.1.2.2.5 minkejja espożizzjoni fit-tul għall-kundizzjonijiet negattivi tat-temp waqt użu normali.

6.1.3.   It-Test

Mirja fil-Klassijiet I sa VI u l-Klassi VII (li jkollhom parts identiċi għal tal-Klassi III) għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet deskritti fil-paragrafi 6.1.3.2.1 u 6.1.3.2.2 Il-mirja tal-Klassi VII bis-sieq għandhom jiġu ssoġġettati għat-testijiet deskritti fil-paragrafu 6.1.3.2.3.

6.1.3.1.1.   It-test ipprovdut fil-paragrafu 6.1.3.2 ma għandux jinħtieġ fil-każ ta' kwalunkwe mera fuq barra li ebda parti minnha ma tkun inqas minn 2 m mill-art, tkun xi tkun il-pożizzjoni tal-aġġustament, meta l-vettura jkollha tagħbija li tikkorrispondi mal-massa massima permissibbli teknikament tagħha.

Din id-deroga tapplika wkoll għall-parts għat-twaħħil tal-mirja (pjanċi tat-twaħħil, dirgħajn tat-twaħħil u swivel joints, eċċ) li jkunu jinsabu inqas minn 2 m mill-art u li ma jisporġux iktar mill-wisa' globali tal-vettura, imkejla fuq il-wiċċ wati trasvers li jgħaddi minn ġo l-iktar parts għat-twaħħil tal-mirja baxxi jew kwalunkwe punt quddiem dan il-wiċċ wati jekk din il-konfigurazzjoni tipproduċi wisa' globali akbar.

F'dawn il-każijiet trid tiġi pprovvduta deskrizzjoni li tispeċifika illi l-mera trid tkun immuntata b’mod illi tikkonforma mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq rigward il-pożizzjonament tal-parts għat-twaħħil fuq il-vetturaFormula.

Meta jittieħed vantaġġ minn din id-deroga, id-driegħ għandu jiġi mmarkat bis-simbolu b'mod li ma jitħassarx

u li għandu jkun jinsabu ukoll fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip.

6.1.3.2.   It-Test tal-impatt

It-test skont dan il-paragrafu ma jridx jitwettaq għal tagħmir integrat fl-istruttura tal-vettura u li jipprovdi żona ta' frontali inklinata b’angolu mhux iktar minn 45° imkejjel f'relazzjoni mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali tal-vettura, jew tagħmir li ma jisporġix b'iktar minn 100 mm imkejla lil hinn mill-istruttura li tiċċirkoskrivihom tal-vettura skont ir-Regolament Nru 26.

6.1.3.2.1.   Id-Deskrizzjoni tal-pjattaforma tat-test

Il-pjattaforma tat-test jikkonsisti f'pendlu li kapaċi jixxengel f’żewġ assi f'kartabun ma' xulxin, u li wieħed minnhom ikun perpendikolari għall-wiċċ wati li jkun fih it-trajettorja tal-“ħelsien” tal-pendlu.

It-tarf tal-pendlu jkun martell magħmul minn sfera riġida b'dijametru ta' 165 ± 1 mm li jkollha għata ħoxna ta’ 5 mm tal-lastku ta’ ebusija ‘Shore A’ ta' 50.

Jiġi pprovvdut tagħmir li jippermetti li jiġi stabbilit l-angolu massimu assunt mid-driegħ fil-wiċċ wati tal-ħelsien.

Appoġġ li jkun imwaħħal b'mod sod mal-istruttura tal-pendlu jservi biex iżomm il-kampjuni f'konformità mar-rekwiżiti tal-impatt speċifikati fil-paragrafu 6.1.3.2.2.6.

Il-Figura 1 ta' hawn taħt tagħti d-dimensjonijiet (f'mm) tal-pjattaforma tat-test u l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn speċjali:

Figura 1

Image

6.1.3.2.1.2.   Iċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu jikkoinċidi maċ-ċentru tal-isfera, li jifforma l-martell. Ikun qiegħed f'distanza “l” mill-assi tal-oxxillazzjoni fil-wiċċ wati tal-ħelsien, li jkun daqs 1 m ± 5 mm. Il-massa mnaqqsa tal-pendlu hija mo = 6,8 ±0,05 kilogrammi. Ir-relazzjoni tal-mo mal-massa totali m tal-pendlu u mad-distanza d bejn iċ-ċentru tal-gravità tal-pendlu u l-assi tiegħu tar-rotazzjoni hija espressa fl-ekwazzjoni:

Formula

6.1.3.2.2.   Id-deskrizzjoni tat-test

6.1.3.2.2.1.   1. Il-proċedura użata biex torbot l-appoġġ għandha tkun dik irrakkomandata mill-fabbrikant tat-tagħmir jew, meta approprjat, il-fabbrikant tal-vettura.

Il-pożizzjonament tal-mera għat-test:

6.1.3.2.2.2.1.   Il-mirja għandhom ikunu ppożizzjonati fuq il-pjattaforma tal-impatt tal-pendlu b’tali mod li l-assi li jkunu orizzontali u vertikali meta tiġi installata l-mera fuq vettura skont l-istruzzjonijiet tal-immuntar tal-applikant, ikunu f'pożizzjoni simili;

6.1.3.2.2.2.2.   Meta l-bażi tal-mera jkun aġġustabbli, il-pożizzjoni tat-test għandha tkun dik l-aktar sfavorevoli għall-effetti tal-pern, fil-limiti tal-aġġustament ipprovvdut mill-applikant;

6.1.3.2.2.2.3.   Meta l-mera jkollha mezz biex id-distanza tagħha tiġi aġġustata mill-bażi, il-mezz irid jiġi ffissat fil-pożizzjoni li fiha d-distanza bejn il-kisi u l-bażi tkun l-iqsar;

6.1.3.2.2.2.4.   Meta l-wiċċ li jirrifletti jkun jista' jiċċaqlaq fil-kisi, għandu jkun aġġustat b’tali mod li r-rokna ta' fuq, li tkun l-iktar ’il bogħod mill-vettura, tkun fil-pożizzjoni tal-ikbar sporġiment relattiv mal-kisi.

6.1.3.2.2.3.   Għajr fil-każ tat-test 2 għall-mirja ta' ġewwa (ara l-paragrafu 6.1.3.2.2.6.1), meta l-pendlu jkun f'pożizzjoni vertikali, l-uċuh watja orizzontali u vertikali lonġitudinali li jgħaddu minn ġoċ-ċentru tal-martell għandhom jgħaddu miċ-ċentru tal-wiċċ li jirrifletti kif iddefinit fil-paragrafu 2.1.1.11. Id-direzzjoni loġitudinali tal-oxxillazzjoni tal-pendlu għandha tkun parallela mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.1.3.2.2.4.   Meta, fil-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aġġustament stabbilit fil-paragrafi 6.1.3.2.2.1 u 6.1.3.2.2.2 partijiet tal-mera jillimitaw ir-ritorn tal-martell, il-punt tal-impatt irid jiġi spostat f'direzzjoni perpendikolari mal-assi tar-rotazzjoni jew li jimpernja kkonċernat.

L-ispostament ma jridx ikun ikbar minn dak li huwa meħtieġ strettament għat-twettiq tat-test; irid ikun limitat b’tali mod li:

jew l-isfera li tiddelimita l-martell tibqa' għall-inqas tanġenzali maċ-ċilindru kif iddefinit fil-paragrafu 6.1.1.5;

jew il-punt tal-kuntatt mal-martell ikun qiegħed mill-inqas 10 mm mill-periferija tal-wiċċ li jirrifletti.

6.1.3.2.2.5.   It-test jikkonsisti f'li l-martell jitħalla jaqa' minn għoli li jikkorrispondi ma' angolu tal-pendlu ta' 60° mill-vertikali sabiex il-pendlu jolqot il-mera fil-mument meta l-pendlu jilħaq il-pożizzjoni vertikali.

Il-mirja jiġu ssoġġettati għall-impatt skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

6.1.3.2.2.6.1.   Il-Mirja ta' ġewwa

It-Test 1: Il-punti ta' impatt għandhom ikunu kif definit fil-paragrafu 6.1.3.2.2.3. L-impatt irid ikun b’tali mod li l-martell jolqot lill-mera fuq in-naħa tal-wiċċ li jirrifletti.

It-Test 2: Il-punt tal-impatt fuq it-tarf tal-kisi protettiv, b’tali mod li l-impatt prodott jagħmel angolu ta' 45° mal-wiċċ wati tal-wiċċ li jirrifletti u jkun qiegħed fil-wiċċ wati orizzontali li jgħaddi minn ġoċ-ċentru ta' dan il-wiċċ. L-impatt irid jiġri fuq in-naħa tal-wiċċ li jirrifletti.

6.1.3.2.2.6.2.   Il-Mirja ta' barra

It-Test 1: Il-punt tal-impatt għandu jkun kif definit fil-paragrafu 6.1.3.2.2.3 jew 6.1.3.2.2.4. L-impatt irid ikun b’tali mod li l-martell jolqot lill-mera fuq in-naħa tal-wiċċ li jirrifletti.

It-Test 2: Il-punt tal-impatt għandu jkun kif definit fil-paragrafu 6.1.3.2.2.3 jew 6.1.3.2.2.4. L-impatt għandu ikun b’tali mod li l-martell jolqot il-mera fuq in-naħa opposta għall-wiċċ li jirrifletti.

Meta l-mirja li jagħtu fuq in-naħa ta' wara tal-Klassijiet II jew III jkunu ffissati fuq l-istess muntatura bħall-mirja li jagħtu fuq in-naħa ta' wara tal-Klassi IV, it-testijiet msemmija hawn fuq għandhom jitwettqu fuq il-mera ta' isfel. Madankollu, is-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet jista' jtenni test wieħed jew it-tnejn fuq il-mera ta' fuq jekk din tkun inqas minn 2 m ’l fuq mill-art.

6.1.3.2.3.   It-test tal-liwi fuq il-kisi protettiv marbut mas-sieq (il-Klassi VII)

6.1.3.2.3.1.   Id-deskrizzjoni tat-test

Il-kisi protettiv jitpoġġa orizzontalment f'tagħmir b'tali mod li jkun possibbli li l-aġġustaturi tal-brekit jiġu ssikkati sewwa. Fid-direzzjoni tal-akbar parti tal-kisi, it-tarf li jkun l-eqreb tal-punt fejn jeħel fuq l-aġġustatur tal-brekit, għandu jiġi mmobilizzat b'waqqafa riġida ta' 15 mm li tgħatti l-wisa' kollha tal-kisi.

Fin-naħa l-oħra, għandha titqiegħed waqqafa identika għal dik deskritta fuq, fuq il-kisi sabiex it-tagħbija speċifikata tat-test tkun tista' tiġi applikata lilha (il-Figura 2).

It-tarf tal-kisi faċċata ta' fejn issir il-forza, jista' jiġi llokkjat minflok miżmum fil-pożizzjoni kif jidher fil-Figura 2.

Figura 2

Eżempju ta' apparat għat-test ta' mera li tara wara

Image

6.1.3.2.3.2.   It-tagħbija tat-test għandha tkun 25 kilogramma u għandha tinżamm għal minuta.

6.1.3.3.   Ir-Riżultati tat-testijiet

Fit-testijiet deskritti fil-paragrafu 6.1.3.2, il-pendlu jrid jissokta jixxengel wara l-impatt b’tali mod li l-isporġiment tal-pożizzjoni assunta mid-driegħ fuq il-wiċċ wati tal-ħelsien jagħmel angolu ta' mill-inqas 20° mal-vertikali. L-eżattezza tal-kejl tal-angolu għandha tkun ± 1°.

6.1.3.3.1.1.   Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-mirja mwaħħla mal-ħġieġa ta' quddiem, li fir-rigward tagħhom ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 6.1.3.3.2 għandu japplika wara t-test.

6.1.3.3.1.2.   L-angolu meħtieġ għall-vertikali jitnaqqas b'minn 20° sa 10° għall-mirja kollha li jagħtu fuq in-naħa ta' wara tal-Klassijiet II u IV u għall-mirja li jagħtu fuq in-naħa ta' wara tal-Klassi III mwaħħla mal-istess montatura bħall-mirja tal-Klassi IV.

6.1.3.3.2.   Jekk tinkiser il-montatura tal-mera matul it-testijiet deskritti fil-paragrafu 6.1.3.2. fir-rigward tal-mirja mwaħħla mal-ħġieġa ta' quddiem, il-parti li jifdal ma tridx tisporġi lil hinn mill-bażi b'iktar minn 10 mm u l-konfigurazzjoni li jifdal wara t-test trid tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6.1.1.3

Il-wiċċ li jirrifletti ma jridx jinkiser matul it-testijiet deskritti fil-paragrafu 6.1.3.2. Madankollu jista' jiġi permess il-ksur tal-wiċċ li jirrifletti jekk tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

6.1.3.3.3.1.   il-frak tal-ħġieġ jibqa' mwaħħal ma’ wara tal-kisi jew ma' wiċċ imwaħħal fis-sod mal-kisi; separazzjoni parzjali tal-ħġieġa minn mal-wara tagħha hija permissibbli sakemm din ma taqbiżx 2,5 mm fuq in-naħa jew l-oħra tax-xquq. Huwa permissibbli li frak żgħir irqiq jinqala' minn mal-wiċċ tal-ħġieġa mal-punt tal-impatt;

6.1.3.3.3.2.   il-wiċċ li jirrifletti jkun magħmul minn ħġieġ tas-sikurezza.

6.2.   IT-TAGĦMIR GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA GĦAJR IL-MIRJA

6.2.1.   REKWIŻITI ĠENERALI

6.2.1.1.   Jekk ikun jinħtieġ aġġustament mill-utent, it-tagħmir għall-viżjoni indiretta għandu jkun jista’ jiġi aġġustat mingħajr l-użu ta' għodda.

6.2.1.2.   Jekk it-tagħmir għall-viżjoni indiretta jista' jagħti biss jirrappreżenta l-kamp viżiv totali preskrit meta jiskennja l-kamp viżiv, il-proċess kollu tal-iscanning, ir-rappreżentazzjoni u t-treġġigħ lura għall-pożizzjoni inizjali tiegħu ma għandhomx jieħdu iktar minn 2 sekondi flimkien.

6.2.2.   IT-TAGĦMIR TAL-MONITOR U KAMERA GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA

6.2.2.1.   Rekwiżiti ġenerali

6.2.2.1.1.   Meta t-tagħmir għall-viżjoni indiretta bil-monitor u kamera jiġi mmuntat fuq wiċċ wati, il-partijiet kollha, irrispettivament mill-pożizzjoni tal-aġġustament tat-tagħmir, li jkunu f'kuntatt potenzali, statiku ma' sfera jew b’dijametru ta’ 165 mm fil-każ ta' monitor jew b’dijametru ta’ 100 mm fil-każ ta' kamera, irid ikollhom raġġ tal-kurvatura “c” mhux inqas minn 2,5 mm.

6.2.2.1.2.   It-truf tat-toqob jew l-għafsiet tat-twaħħil li d-dijametru jew l-itwal dijagonal tagħhom ikun inqas minn 12-il mm huma eżenti mir-rekwiżiti tar-raġġ tal-paragrafu 6.2.2.1.1 sakemm ix-xifer ma jkunx jaqta’.

6.2.2.1.3.   Rigward il-partijiet tal-kamera u tal-monitor li jkunu magħmula minn materjal ta' ebusija ‘Shore A’ inqas minn 60 u li jkunu mmuntati fuq appoġġ riġidu, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2.1.1 għandhom japplikaw biss għall-appoġġ.

6.2.2.2.   Ir-rekwiżiti funzjonali

6.2.2.2.1.   Il-kamera għandha tiffunzjona tajjeb f'kundizzjonijiet baxxi tad-dawl tax-xemx. Il-kamera għandha tipprovdi kuntrast ta’ luminanza ta' mill-inqas 1:3 f'kundizzjoni baxxa tax-xemx f'reġjun ’il barra mill-parti tal-immaġni meta s-sors tad-dawl rifless ikun riprodott (kundizzjoni kif iddenfinita fil-EN 12368: 8.4). Is-sors tad-dawl għandu jdawwal lill-kamera b'40 000 lx. L-angolu bejn in-normal tal-wċċ wati sensur u l-linja li tgħaqqad il-punt tan-nofs tas-sensur u s-sors tad-dawl għandu jkun ta' 10°.

6.2.2.2.2.   Il-monitor għandu jagħti kuntrast minimu taħt kundizzjonijiet varji tad-dawl kif speċifikat f’ISO15008:2003.

6.2.2.2.3.   Għandu jkun possibbli li l-luminanza medja tal-monitor tiġi aġġustata jew bl-id jew b'mod awtomatiku għall-kundizzjonijiet ambjentali.

6.2.2.2.4.   Il-qisien tal-kuntrast tal-luminanza għandhom jitwettqu skont l-ISO 15008: 2003.

6.2.3.   TAGĦMIR IEĦOR GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA

Irid jiġi ppruvat illi t-tagħmir jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

6.2.3.1.   Il-mezz għandu jipperċepixxi l-ispettru viżiv u għandu dejjem jagħti din l-immaġni mingħajr il-ħtieġa li tiġi interpretata ġewwa l-ispettru viżiv.

6.2.3.2.   Għandha tiġi ggarantita l-funzjonalità fiċ-ċirkostanzi tal-użu li fiha s-sistema se titħaddem. Skont it-teknoloġija użata għall-kisba tal-immaġnijiet u l-preżentazzjoni tagħhom, il-paragrafu 6.2.2.2 għandu jkun applikabbli kompletament jew parzjalment. Fil-każijiet l-oħra dan jista’ jinkiseb billi jiġi stabbilit u muri permezz tas-sensittività tas-sistema analoga għall-paragrafu 6.2.2.2 li tiġi żgurata funzjoni li tkun komparabbli ma' jew aħjar minn dik meħtieġa u billi jintwera li hija ggarantita funzjonalità li hija ekwivalenti jew aħjar minn dik meħtieġa għal tagħmir tat-tip tal-mirja jew tal-monitor u kamera għall-viżjoni indiretta.

7.   MODIFIKAR TAT-TIP TA’ TAGĦMIR GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

Kull modifikazzjoni tat-tip tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta inkluż il-konnessjoni tiegħu mal-karrozzerija għandha tiġi nnotifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:

7.1.1.   Iqis li l-modifiki magħmula x’aktarx ma jkollhomx effett negattiv sinifikanti u li xorta waħda t-tagħmir għall-viżjoni indiretta għadu jikkonforma mar-rekwiżiti; jew

7.1.2.   Jirrikjedi rapport tat-test ulterjuri mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

7.2.   Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, bl-ispeċifikazzjoni tat-tibdiliet, għandhom jintbagħtu lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta’ hawn fuq.

7.3.   L-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Partijiet kollha għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament mill-proċedura stipulata fil-paragrafu 5.3 ta' hawn fuq.

7.4.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.

8.   IL-KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

8.1.   Il-konformità tal-proċedura tal-produzzjoni għandha taqbel ma’ dawk stipulati fil-Ftehim – Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2).

8.2.   Kull tagħmir għall-viżjoni indiretta approvat skont dan ir-Regolament għandu jiġi manifatturat b’tali mod li jkun konformi mat-tip approvat billi jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6 hawn fuq.

9.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta' tagħmir għall-viżjoni indiretta, skont dan ir-Regolament, tista' tkun irtirata jekk ma hemmx konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 8.1. aktar 'il fuq, jew jekk it-tip ta' tagħmir għall-viżjoni indiretta ma ssodisfatx ir-rekwiżiti preskritti fil-paragrafu 8.2 aktar 'il fuq.

9.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar ikollha, f’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “APPROVAZZJONI IRTIRATA”.

10.   PRODUZZJONI IMWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għal kollox il-manifattura ta’ tip ta' tagħmir għall-viżjoni indiretta approvat skont dan ir-Regolament, hu għandu jgħarraf dwar dan l-awtorità li tat l-approvazzjoni. Mal-wasla tal-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar ikollha, f’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “PRODUZZJONI MWAQQFA”.

11.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli biex jagħmlu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li taw l-approvazzjoni u li dwarhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

II.   INSTALLAZZJONI TAT-TAGĦMIR GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA

12.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta' dan ir-Regolament:

12.1.   “Il-punti okulari tas-sewwieq” tfisser żewġ punti 65 mm 'il bogħod minn xulxin u 635 mm vertikalment 'il fuq mill-punt R tas-sedil tas-sewwieq kif definit fl-Anness 8. Il-linja dritta li tgħaqqad dawn iż-żewġ punti tgħaddi b'mod perpendikolari mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura. Iċ-ċentru tas-segment li jgħaqqad iż-żewġ punti okulari qiegħed f'wiċċ wati lonġitudinali vertikali li jrid jgħaddi minn ġoċ-ċentru tal-pożizzjoni ddeżinjata tal-post bil-qiegħda tas-sewwieq, kif speċifikat mill-fabbrikant tal-vettura.

“Viżjoni ambinokulari” tfisser il-firxa totali tal-viżjoni miksuba bis-superimpożizzjoni tal-firxiet monokulari tal-għajn tal-lemin u l-għajn tax-xellug (ara l-Figura 3 ta' hawn taħt).

Figura 3

Image

“It-tip tal-vettura fir-rigward tal-viżjoni indiretta” tfisser il-vetturi motorizzati li huma indentiċi fir-rigward tal-karatteristiċi bażiċi li ġejjin:

12.3.1.   It-tip tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta;

12.3.2.   Il-karatteristiċi tal-body tal-vettura li jnaqqsu l-kamp viżiv;

12.3.3.   Il-koordinati tal-punt R (fejn applikabbli);

12.3.4.   Il-pożizzjonijiet stabbiliti, u l-marki tal-approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir obbligatorju u (jekk imwaħħla) fakultattiv għall-viżjoni indiretta.

12.4.   “Vetturi tal-kategoriji L2, L5, M1, M2, M3, N1, N2 u N3” tfisser dawk definiti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Bini tal-Vetturi (R.E.3), l-Anness 7 (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2).

12.5.   “Kontroll 'il quddiem” tfisser konfigurazzjoni li fiha aktar minn nofs it-tul tal-magna jinsab wara l-iktar punt fuq quddiem tal-bażi tal-windxîld u l-pern tal-istering fil-kwart ta' quddiem tat-tul tal-vettura.

13.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

13.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward l-intallazzjoni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li ġie akkreditat b’mod xieraq.

13.2.   Mudell tad-dokument tal-informazzjoni jidher fl-Anness 2.

13.3.   Għandha tingħata vettura rappreżentattiva tat-tip tal-vettura li għandu jiġi approvat lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tal-verifiki tal-approvazzjoni tat-tip.

13.4.   L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti li jiżguraw kontrolli effettivi fuq il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

14.   L-APPROVAZZJONI

14.1.   Jekk it-tip tal-vettura mibgħut għall-approvazzjoni skont il-paragrafu 13. ta' hawn fuq jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 15 ta' dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata.

14.2.   Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (fil-preżent 02) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi jew reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

14.3.   In-notifika dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

15.   REKWIŻITI

15.1.   IN ĠENERALI

15.1.1.   It-tagħmir obbligatorju u fakoltattiv għall-viżjoni indiretta, stipulat fit-tabella fil-paragrafu 15.2.1.1.1, installat fuq il-vettura għandu jkun ta’ tip approvat skont dan ir-Regolament.

15.1.2.   Il-mirja u mezzi oħra tal-viżjoni indiretta jridu jitwaħħlu b’tali mod li l-mera jew il-mezz l-ieħor ma jiċċaqalqux b’mod li jibdlu b'mod sinifikanti l-kamp viżiv kif imkejjel jew jivvibraw tant li jikkawżaw li s-sewwieq jinterpreta ħażin in-natura tal-immaġni pperċepita.

15.1.3.   Il-kundizzjonijiet imniżla fil-paragrafu 15.1.2 għandhom jinżammu meta l-vettura tiċċaqlaq b' veloċità sa 80 % tal-veloċità massima li għaliha kienet iddisinjata, iżda mhux aktar minn 150 km fis-siegħa.

15.1.4.   Il-firxiet tal-viżjoni ddefiniti hawn taħt għandhom jiġu stabbiliti bl-użu ta' viżjoni ambinokulari, u l-għajnejn ikunu fil-'punti okulari tas-sewwieq' kif iddefiniti fil-paragrafu 12.1. Il-firxiet tal-viżjoni għandhom jiġu stabbiliti meta l-vettura tkun f'ordni tajba tas-sewqan kif iddefinit fil-paragrafu 2.5.4 tal-Anness 7 tad-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2, ukoll għal vetturi M1 u N1 b’sit wieħed quddiem tal-passiġġier (75 kg). Meta jkun stabbilit mit-twieqi, il-glejżing għandu jkollu fattur totali tat-trażmissjoni tad-dawl skont ir-Regolament Nru 43, l-Anness 21.

15.2.   IL-MIRJA

15.2.1.   In-Numru

15.2.1.1.   In-Numru minimu tal-mirja obbligatorji

15.2.1.1.1.   Il-firxiet tal-viżjoni stabbiliti fil-paragrafu 15.2.4 għandhom jinkisbu min-numru minimu ta' mirja mandatorji ddikjarati fit-tabella li ġejja. Meta l-preżenza ta' mera ma tkunx mitluba fuq bażi mandatorja, dan ifisser illi ma tista' tintalab l-ebda sistema oħra ta' viżjoni indiretta fuq bażi mandatorja.

Kategorija tal-vettura

Il-mera ta' ġewwa

Il-mirja ta' barra

Mera ta' ġewwa

tal-Klassi I

Mera ewlenija (kbira)

Klassi II

Mera ewlenija (żgħira)

Klassi III

Il-Mera ta' angolu wiesa’

tal-Klassi IV

Il-Mera ta' prossimità mill-qrib

tal-Klassi V

Mera fuq quddiem

tal-Klassi VI

M1

Obbligatorja

Sakemm il-vettura ma tkunx mgħammra b’xi ħaġa oħra li mhux materjal tal-glejżing tas-sikurezza fil-kamp viżiv preskritt fil-paragrafu 15.2.4.1.

Mhux obbligatorja

Jekk il-mera ma tipprovdix viżjoni ta’ wara

Mhux obbligatorja

Obbligatorja

Waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier – mirja tal-Klassi II jistgħu jintużaw bħala alternattiva

Mhux obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u/jew waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier (it-tnejn iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Mhux obbligatorja

(iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art).

M2

Mhux obbligatorja

(ma hemmx rekwiżiti għall-kamp viżiv)

Obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux permess

Mhux obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u/jew waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier (it-tnejn iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Mhux obbligatorja

(iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art).

M3

Mhux obbligatorja

(ma hemmx rekwiżiti għall-kamp viżiv)

Obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux permess

Mhux obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u/jew waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier (it-tnejn iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Mhux obbligatorja

(iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art).

N1

Obbligatorja

Sakemm il-vettura ma tkunx mgħammra b’xi ħaġa oħra li mhux materjal tal-glejżing tas-sikurezza fil-kamp viżiv preskritt fil-paragrafu 15.2.4.1.

Mhux obbligatorja

Jekk il-mera ma tipprovdix viżjoni ta’ wara

Mhux obbligatorja

Obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier Jistgħu jintużaw mirja tal-Klassi II bħala alternattiva

Mhux obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u/jew waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier (it-tnejn iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Mhux obbligatorja

(iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art).

N2 ≤ 7,5 t

Mhux obbligatorja

(ma hemmx rekwiżiti għall-kamp viżiv)

Obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux permess

Obbligatorja

Għaż-żewġ naħat jekk tista' titwaħħal mera tal-Klassi V

Mhux obbligatorja

Għaż-żewġ naħat flimkien jekk le

Obbligatorja

(ara l-paragrafi 15.2.2.7 u 15.2.4.5.5.)

Waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux obbligatorja

Waħda fuq in-naħa tas-sewwieq (it-tnejn iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art). Tista’ tiġi applikata tolleranza ta’ +10 ċm

Mhux obbligatorja

Mera ta’ quddiem waħda (iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art).

N2 > 7,5 t

Mhux obbligatorja

(ma hemmx rekwiżiti għall-kamp viżiv)

Obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux permess

Obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Obbligatorja,

ara l-paragrafi 15.2.2.7 u 15.2.4.5.5)

waħda fuq in-naħa tal-passiġġier,

Mhux obbligatorja

Waħda fuq in-naħa tas-sewwieq (it-tnejn iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 m 'il fuq mill-art)

Obbligatorja,

ara l-paragrafu 15.2.1.1.2

1. Mera ta’ quddiem (iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art).

N3

Mhux obbligatorja

(ma hemmx rekwiżiti għall-kamp viżiv)

Obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux permess

Obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq u waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Obbligatorja,

ara l-paragrafi 15.2.2.7 u 15.2.4.5.5)

waħda fuq in-naħa tal-passiġġier

Mhux obbligatorja

waħda fuq in-naħa tas-sewwieq (it-tnejn iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art)

Obbligatorja,

ara l-paragrafu 15.2.1.1.2

1. Mera ta’ quddiem (iridu jitwaħħlu għall-inqas 2 m ’il fuq mill-art).

15.2.1.1.2.   Fil-każ li l-firxa deskritta tal-viżjoni ta' mera ta' quddiem stabbilita fil-paragrafu 15.2.4.6 u/jew mera ta’ prossimità mill-qrib deskritta fil-paragrafu 15.2.4.5 tista' tinkiseb minn tagħmir ieħor għall-viżjoni indiretta li jkun approvat skont il-paragrafu 6.2 u li tiġi installata skont il-paragrafu 15, dan it-tagħmir jista' jintuża minflok il-mera jew il-mirja relevanti.

F’każ ta’ apparat bil-kamera/monitor, il-monitor għandu juri esklussivament:

(a)

il-kamp viżiv preskritt fil-paragrafu 15.2.4.5 metea l-mera tal-prossimità mill-qrib tkun ġiet sostitwita,

(b)

il-kamp viżiv preskritt fil-paragrafu 15.2.4.6. meta l-mera ta' quddiem tkun ġiet sostitwita meta l-vettura tkun miexja 'l quddiem b'veloċità ta' 10 km fis-siegħa, jew

(c)

simultanjament il-firxiet tal-viżjoni preskritti fil-paragrafi 15.2.4.5 u 15.2.4.6 meta l-mera tal-prossimità mill-qrib u l-mera ta’ quddiem tkun ġiet sostitwita. Fil-każ li l-vettura tkun miexja ’l quddiem b’veloċità ogħla minn 10 km fis-siegħa jew miexja lura, il-monitor jista’ jintuża għal informazzjoni oħra, sakemm il-kamp viżiv preskritt fil-paragrafu 15.2.4.5 tkun tidher permanentement.

15.2.1.1.3.   Mirja li tara wara meħtieġa għal vetturi tal-kategorija L bil-karrozzerija

Kategorija tal-vettura

Il-mera ta' ġewwa

(Klassi I)

Mirja fuq barra ewlenin

(Il-Klassijiet III u VII)

Il-vetturi motorizzati tal-kategorija L mgħammra b'karrozzerija li parzjalment jew kompletament tagħlaq lis-sewwieq

1 (*)

1, jekk hemm mera interna;

2, jekk ma hemmx mera interna

Meta titwaħħal mera esterna waħda li tara wara, din għandha tkun tinsab fuq in-naħa tax-xelluq tal-vettura f'dawk il-pajjiżi fejn it-traffiku jsuq fuq il-lemin u fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura f'dawk il-pajjiżi fejn it-traffiku jsuq fuq ix-xellug.

15.2.1.1.4.   Mirja fakultattivi għal viżjoni fuq wara għal vetturi tal-kategorija L

Huwa permess li titwaħħal mera esterna għal viżjoni fuq wara fuq in-naħa tal-vettura opposta għal dik tal-mera obbligatorja għal viżjoni fuq wara msemmija fil-paragrafu 15.2.1.1.3. Il-mera għal viżjoni fuq wara għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

15.2.1.2.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma japplikawx għall-mirja tas-sorveljanza ddefiniti fil-paragrafu 2.1.1.3. Madankollu, il-mirja ta' barra tas-sorveljanza jridu jkunu mmuntati mill-inqas 2 m ’il fuq mill-art meta l-vettura jkollha tagħbija li tikkorrispondi għall-massa massima teknikament permissibbli tagħha.

15.2.2.   Il-Pożizzjoni

15.2.2.1.   Il-mirja jridu jiġu mqiegħda b’tali mod li s-sewwieq, meta jkun bil-qiegħda f'postu fil-pożizzjoni nomali tas-sewqan, ikollu veduta ċara tat-triq fuq wara, mal-ġenb jew fuq in-naħa ta' quddiem tal-vettura.

15.2.2.2.   Il-mirja ta' barra jridu jkunu jidhru minn ġol-ħġieġa ta' quddiem jew minn ġol-porzjon tal-ħġieġa ta' quddiem li tiġi xxuttata mill-wajpers. Madankollu, għal raġunijiet tad-disinn, din id-dispożizzjoni tal-aħħar (jiġifieri d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-parti tal-wajpers tal-ħġieġa ta' quddiem) ma għandhiex tapplika għal:

(a)

mirja esterni fuq in-naħa tal-passiġġier u mirja esterni fakultattivi fuq in-naħa tas-sewwieq tal-vetturi tal-kategoriji M2 u M3;

(b)

il-mirja tal-Klassi VI.

15.2.2.3.   Fil-każ ta' kwalunkwe vettura, li tkun fil-għamla ta' chassis / kabina meta tiġi mkejla l-kamp viżiv, il-wisa' minima u massima tal-body għandhom jiġu ddikjarati mill-fabbrikant u, jekk meħtieġ, issimulati b'headboards finti. Il-vetturi kollha u l-konfigurazzjonijiet kollha tal-mirja meqjusa matul it-testijiet għandhom ikunu murija fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni KE tat-tip tal-vettura rigward l-installazzjoni tal-mirja (ara l-Anness 4).

15.2.2.4.   Il-mera ta' barra stabbilita fuq in-naħa tas-sewwieq tal-vettura trid tkun tinsab b’tali mod li tifforma angolu ta' mhux iktar minn 55° bejn il-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġoċ-ċentru tal-mera u minn ġoċ-ċentru tal-linja dritta twila 65 mm li tgħaqqad iż-żewġ punti okulari tas-sewwieq.

15.2.2.5.   Il-mirja ma jridux jisporġu lil hinn mill-body ta' barra tal-vettura sostanzjalment iktar milli jkun meħtieġ biex jikkonformaw mar-rekwiżiti li jirrigwardaw il-firxiet tal-viżjoni stabbiliti fil-paragrafu 15.2.4.

15.2.2.6.   Meta t-tarf ta' isfel ta' mera fuq barra jkun inqas minn 2 m ‘il fuq mill-art meta l-vettura tkun mgħobbija bil-massa massima permissibbli teknikament, din il-mera ma tridx tisporġi iktar minn 250 mm lil hinn mill-wisa' ġenerali tal-vettura mkejjel mingħajr il-mirja.

15.2.2.7.   Il-mirja tal-Klassi V u l-Klassi VI għandhom jiġu mmuntati fuq il-vettura b’tali mod li, tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħhom wara l-aġġustament, l-ebda parti minn dawn il-mirja jew il-kontenituri ma tkun inqas minn 2 m ‘il fuq mill-art meta l-vettura tkun b'tagħbija li tikkorrispondi mal-massa massima mgħobbija teknikment possibbli tagħha.

Dawn il-mirja ma għandhomx, madankollu, jiġu mmuntati fuq vetturi li l-għoli tagħhom tal-kabina tkun tali li tipprevjeni l-konformità ma' dan ir-rekwiżit. F'dan il-każ ma jkunx meħtieġ tagħmir ieħor għall-viżjoni indiretta.

15.2.2.8.   Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-paragrafi 15.2.2.5, 15.2.2.6 u 15.2.2.7, il-mirja jistgħu jisporġu lil hinn mill-wisa' massima permissibbli tal-vetturi.

15.2.2.9.   Il-mirja kollha tal-Klassi VII għandhom jitwaħħlu b'tali mod li jibqgħu f'pożizzjoni stabbli fil-kundizzjonijiet normali ta' sewqan tal-vettura.

15.2.3.   L-aġġustament

15.2.3.1.   Il-mera ta' ġewwa għandha tkun tista’ tiġi aġġustata mis-sewwieq mill-pożizzjoni tiegħu tas-sewqan.

15.2.3.2.   Il-mera ta' barra li tinsab fuq in-naħa tas-sewwieq trid tkun tista' tiġi aġġustata min-naħa ta' ġewwa tal-vettura meta l-bieb ikun magħluq, għalkemm it-tieqa tista' tkun miftuħa. Madankollu, il-mera tista' tiġi msakkra fil-pożizzjoni tagħha min-naħa ta' barra.

15.2.3.3.   Ir-rekwiżiti ta-paragrafu 15.2.3.2 ma japplikawx għall-mirja ta' barra li, wara li jkun tħassrilhom l-allineament, jistgħu jerġgħu jitqiegħdu fil-pożizzjoni tagħhom mingħar il-ħtieġa ta' aġġustament.

15.2.4.   Il-Firxiet tal-viżjoni

15.2.4.1.   Il-mera ta' ġewwa li tħares fuq wara (tal-Klassi I)

Il-kamp viżiv għandu jkun tali illi s-sewwieq ikun jista' jara mill-anqas porzjon li tkun wiesgħa 20 m, ċatta u orizzontali tat-triq ċentrata fuq il-pjan medjan vertikali u lonġitudinali tal-vettura u jestendi minn 60 m wara l-punti okulari tas-sewwieq (Figura 4) lejn l-orizzont.

Figura 4

Il-kamp viżiv tal-mera tal-Klassi I

Image

15.2.4.2.   Il-mirja ewliena ta' barra tal-Klassi II li jagħtu fuq wara

15.2.4.2.1.   Il-mera ta' barra fuq in-naħa tas-sewwieq li tagħti għal fuq wara

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 5 m mit-triq, li jkun imdawwar b'wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi mill-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq u jestendi minn 3 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sa l-orizzont.

B'żieda ma' dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa' ta' 1 m, li tkun imdawra b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u tgħaddi minn ġol-punt l-iktar ‘il barra tal-vettura li jibda minn punt 4 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq (ara l-Figura 5).

15.2.4.2.2.   Il-Mera ta' barra fuq in-naħa tal-passiġġier li tagħti għal fuq wara

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ mill-inqas 5 m mit-triq, li jkun imdawwar fuq in-naħa tal-passiġġier b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u jgħaddi minn ġol-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tal-passiġġier u li jestendi minn 30 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sa l-orizzont.

B'żieda ma' dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa' ta' 1 m, li tkun imdawra b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u tgħaddi minn ġol-punt l-iktar ‘il barra tal-vettura li jibda minn punt 4 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq (ara l-Figura 5).

Figura 5

Il-kamp viżiv tal-mera tal-Klassi II

Image

15.2.4.3.   Il-mirja ewliena ta' barra tal-Klassi III li jagħtu fuq wara

15.2.4.3.1.   Il-mera ta' barra fuq in-naħa tas-sewwieq li tagħti għal fuq wara

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 4 m mit-triq, li tkun imdawwar b'wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi mill-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq u jestendi minn 20 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sa l-orizzont (ara l-Figura 6).

B'żieda ma' dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa' ta' 1 m, li tkun imdawra b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ‘il barra tal-vettura li jibda minn punt 4 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq.

15.2.4.3.2.   Il-Mera ta' barra fuq in-naħa tal-passiġġier li tagħti għal fuq wara

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 4 m mit-triq, li jkun imdawwar b'wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi mill-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tal-passiġġier u li jestendi minn 20 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sa l-orizzont (ara l-Figura 6).

B'żieda ma' dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa' ta' 1 m, li tkun imdawra b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ‘il barra tal-vettura li jibda minn punt 4 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq.

Figura 6

Il-kamp viżiv tal-mera tal-Klassi III

Image

15.2.4.4.   Il-mirja fuq barra “ta' angolu wiesa’”: (il-Klassi IV)

15.2.4.4.1.   Il-Mera ta' barra “ta' angolu wiesa’” fuq in-naħa tas-sewwieq

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 15 m mit-triq, li jkun imdawwar b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u jgħaddi mill-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq u jestendi minn mill-inqas 10 m sa 25 m wara l-punti okulari tas-sewwieq.

B'żieda ma' dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa' ta' 4,5 m, li tkun imdawra b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ’il barra tal-vettura li jibda minn punt 1,5 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq (ara l-Figura 7).

15.2.4.4.2.   Il-mera ta' barra “ta' angolu wiesa’” fuq in-naħa tal-pasiġġier

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 15 m mit-triq, li jkun imdawwar b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u jgħaddi mill-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tal-passiġġier u jestendi minn mill-inqas 10 m sa 25 m wara l-punti okulari tas-sewwieq.

B'żieda ma' dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa' ta' 4,5 m, li tkun imdawra b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ’il barra tal-vettura li jibda minn punt 1,5 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq (ara l-Figura 7).

Figura 7

Il-kamp viżiv tal-mera ta' angolu wiesa’ tal-Klassi IV

Image

15.2.4.5.   Il-mirja fuq barra “ta' prossimità mill-qrib” (tal-Klassi V)

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt orizzontali tat-triq mal-ġenb tal-vettura, imdawwar bl-uċuh watja vertikali li ġejjin (ara l-Figuri 8a u 8b):

15.2.4.5.1.   Il-pjan parallel għall-pjan vertikali lonġitudinali medjan tal-vetturi li jgħaddi mill-iktar punt ‘il barra tal-kabina tal-vettura fuq in-naħa tal-passiġġier;

15.2.4.5.2.   fid-direzzjoni trasversa, il-wiċċ wati parallel li jgħaddi f'distanza ta' 2 m mill-quddiem tal-wiċċ wati msemmi fil-paragrafu 15.2.4.5.1;

15.2.4.5.3.   fuq wara, il-wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq u jkun jinsab f'distanza ta' 1,75 m wara dan il-wiċċ wati;

15.2.4.5.4.   fuq quddiem, il-wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq u jkun jinsab f'distanza ta' 1 m quddiem dan il-wiċċ wati. Jekk il-wiċċ wati trasvers vertikali li jgħaddi minn ġot-tarf ewlieni tal-bamper tal-vettura ikun inqas minn 1 m quddiem il-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq, il-kamp viżiv għandu jkun limitat għal dan il-wiċċ wżati.

Fil-każ tal-kamp viżiv deskritt fil-Figuri 8a u 8b ikun jista’ jidher minn ġol-kombinazzjoni tal-kamp viżiv minn mera ta' angolu wiesa’ tal-Klassi IV u dak ta' mera ta' quddiem tal-Klassi VI, l-installazzjoni ta' mera tal-prossimità mill-qrib tal-Klassi V mhix obbligatorja.

Il-Figuri 8a u 8b:

Il-kamp viżiv tal-mera ta' prossimità mill-qrib tal-Klassi V

Image

Image

15.2.4.6.   Il-mera fuq quddiem (il-Klassi VI)

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista' jara mill-inqas porzjon orizzontali wati tat-triq, li jkun imdawwar bi:

(a)

wiċċ wati trasvers vertikali minn ġol-punt l-iktar ‘il barra tal-quddiem tal-vettura

(b)

wiċċ wati travers vertikali 2 000 mm quddiem il-pjan definit f’(a),

(c)

wiċċ wati lonġitudinali vertikali parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudnali vertikali li jgħaddi minn ġol-ġenb l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq u

(d)

wiċċ wati lonġitudinali vertikali parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudnali vertikali 2 000 m ‘il barra mill-ġenb l-iktar ‘il barra tal-vettura n-naħa opposta tas-sewwieq.

Il-quddiem ta' dan il-kamp viżiv in-naħa opposta tas-sewwieq jista' jiġi approssimat għal raġġ ta' 2 000 mm (ara l-Figura 9).

Għall-kamp viżiv ddefinit, ara wkoll il-paragrafu 15.2.4.9.2.

Id-dispożizzjonijiet għall-mirja ta' quddiem huma obbligatorji għall-vetturi kkontrollati minn quddiem (kif iddefinit fil-paragrafu 12.5) tal-kategoriji N2 > 7,5 t u N3.

Jekk il-vetturi ta' dawn il-kategoriji ma jistgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti meta jużaw mera ta' quddiem, għandu jintuża mezz ta' monitor/kamera. F'dan il-każ ta’ sistema ta’ appoġġ tal-viżjoni, il-mezz irid ikun kapaċi jindividwa oġġett ta' 50 ċm għoli u b'dijametru ta' 30 ċm ġewwa l-firxa ddefinita fil-Figura 9.

Figura 9:

Il-kamp viżiv tal-mera ta’ quddiem tal-Klassi VI

Image

15.2.4.6.2.   Madankollu, jekk is-sewwieq ikun jista' jara, filwaqt li jitqiesu l-ostruzzjonijiet mill-kolonni A, linja dritta ta' 300 mm quddiem il-vettura f'għoli ta' 1 200 mm ‘il fuq mit-triq u li tkun qiegħda bejn wiċċ wati lonġitudonali vertikali parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali li tgħaddi minn ġol-ġenb l-iktar ‘il barra tal-vettura oppost għall-ġenb tas-sewwieq u wiċċ wati lonġitudinali vertikali parallel mal-wiċċ wati medjan konġitudinali vertikali 900 mm ‘il barra mill-ġenb l-iktar ‘il barra oppost għan-naħa tas-sewwieq, mhix mandatorja mera ta' quddiem tal-Klassi VI.

15.2.4.6.3.   Għall-iskop tal-paragrafi 15.2.4.6.1 u 15.2.4.6.2 partijiet imwaħħla b’mod permanenti mal-vettura li jkunu jinsabu kemm fuq il-punti tal-viżjoni tas-sewwieq u fuq quddiem tal-wiċċ trasversali vertikali li jgħaddi mill-iktar wiċċ fuq quddiem tal-bamper ta’ quddiem tal-vettura ma għandhomx jitqiesu fid-definizzjoni tal-quddiem tal-vettura.

15.2.4.7.   Mera tal-kategorija L (il-Klassi VII).

15.2.4.7.1.   Il-mera ta' barra fuq in-naħa tas-sewwieq li tagħti għal fuq wara

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 2,50 m mit-triq, li tkun imdawwar b'wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi mill-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq u jestendi minn 10 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sa l-orizzont (ara l-Figura 10).

Figura 10:

Il-kamp viżiv tal-mera tal-Klassi VII

Image

15.2.4.7.2.   Il-Mera ta' barra fuq in-naħa tal-passiġġier li tagħti għal fuq wara

Il-kamp viżiv irid ikun tali li s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa’ 4 m mit-triq, li jkun imdawwar b'wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi mill-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tal-passiġġier u li jestendi minn 20 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sa l-orizzont (ara l-Figura 10).

15.2.4.8.   Fil-każ tal-mirja li jikkonsistu minn numru ta' uċuh li jirriflettu li jew ikunu ta' kurvatura differenti jew jagħmlu angolu ma' xulxin, mill-inqas wieħed mill-uċuh li jirrifletti jrid jipprovdi l-kamp viżiv u jkollu l-qisien (il-paragrafu 6.1.2.1.2.2) speċifikati għall-klassi li jagħmel parti minnha.

15.2.4.9.   L-Ostruzzjonijiet

15.2.4.9.1.   Il-mera ta' ġewwa li tħares fuq wara (tal-Klassi I)

Il-kamp viżiv jista' jiġi mnaqqas bil-preżenza ta' post fejn tistrieħ ir-ras u mezzi bħalma huma, b'mod partikolari, apparat li jgħatti x-xemx, wajpers tal-ħġieġa ta' wara, elementi tas-sħana u bozoz tal-waqfien tal-kategorija S3, jew minn komponenti tal-karrozzerija bħalma huma l-kolonni tal-bibien maqsuma ta' wara, sakemm dawn il-mezzi kollha jtellfu l-kamp viżiv meħtieġ parzjalment biss. Il-grad tal-ostruzzjoni għandu jiġi mkejjel bil-headrests aġġustati fl-iktar pożizzjoni ’l isfel possibbli u bl-apparat li jgħatti x-xemx mitni lura.

15.2.4.9.2.   Il-mirja ta' barra (tal-Klassijiet II, III, IV, V, VI u VII)

Fil-kampijiet viżivi speċifikati hawn fuq, l-ostruzzjoni minħabba l-body u l-komponenti tiegħu, bħalma huma mirja oħra tal-kabina, pumi tal-bibien, outline marker lights, indikaturi tad-direzzjoni u bampers ta' quddiem u ta’ wara, kif ukoll il-komponenti tat-tindif b’wiċċ riflettiv, ma għandhomx jitqiesu jekk ikunu responsabbli għal ostruzzjoni totali ta' inqas minn 10 % tal-kamp viżiv speċifikat. Fil-każ ta’ vettura ddiżinjata u mibnija għal skopijiet speċjali fejn, minħabba l-karatteristiċi speċjali tagħha, ma jkunx possibbli li dan ir-rekwiżit jiġi sodisfatt, l-ostruzzjoni tal-kamp viżiv meħtieġ ta' mera tal-Klassi VI kkawżata mill-karatteristiċi speċjali tista’ tkun iktar minn 10 % iżda mhux iktar milli hemm bżonn għall-funzjoni speċjali tagħha.

15.2.4.10.   Il-proċedura tat-test

Il-kamp viżiv għandu jiġi stabbilit billi jitqiegħdu sorsi qawwija tad-dawl fil-punti okulari u billi jiġi eżaminat id-dawl rifless fuq l-iskrin vertikali tal-monitoraġġ. Jistgħu jintużaw metodi oħra ekwivalenti.

15.3.   MEZZI OĦRA TAL-VIŻJONI INDIRETTA GĦAJR IL-MIRJA

15.3.1.   It-tagħmir għall-viżjoni indiretta għandu jagħmilha possibbli li oġġett kritiku jkun jista' jiġi osservat ġewwa l-kamp viżiv, filwaqt li titqies il-perċezzjoni kritika.

15.3.2.   L-ostruzzjoni tal-vista diretta tas-sewwieq ikkawżata mill-installazzjoni ta' mezz ta' viżjoni indiretta għandha tiġi ristretta kemm jista’ jkun.

15.3.3.   Sabiex tiġi stabbilita d-distanza tal-individwazzjoni fil-każ ta’ tagħmir ta' monitor u kamera għall-viżjoni indiretta, għandha tiġi applikata l-proċedura tal-Anness 10 ma' dan l-Anness.

15.3.4.   Ir-rekwiżiti tal-istallazzjoni tal-monitor

Id-direzzjoni tal-vista tal-monitor għandha bejn wieħed u ieħor tkun fl-istess direzzjoni bħal dik tal-mera prinċipali.

15.3.5.   Il-vetturi jistgħu jkunu mgħammra b’tagħmir addizzjonali għall-viżjoni indiretta.

15.3.6.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma japplikawx għal tagħmir tas-sorveljanza bl-irrikordjar bil-kamera u l-monitors ddefiniti fil-paragrafu 2.1.2.13. Il-kameras esterni tas-sorveljanza għandhom ikunu mgħammra għallinqas 2 m mill-art meta l-vettura tkun taħt piż li jikkorrispondi għall-massa massima teknika permissibbli, jew, jekk it-tarf ta’ taħt tagħha tkun inqas minn 2 m mill-art, ma għandhomx jisporġu iktar minn 50 mm ‘il barra mill-wisa’ globali tal-vettura mkejla mingħajr dan l-apparat u jkollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 2,5 mm.

16.   MODIFIKI TAT-TIP TA' VETTURA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

Kull modifika tat-tip ta' vettura għandha tkun notifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta' vettura. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:

16.1.1.   Iqis li l-modifiki magħmula x’aktarx ma jkollhomx effett negattiv sinifikanti u li xorta waħda l-vettura għadha tikkonforma mar-rekwiżiti; jew

16.1.2.   Jirrikjedi rapport tat-test ulterjuri mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

16.2.   Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdil, għandha tintbagħat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

16.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.

17.   IL-KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

17.1.   Il-konformità tal-proċedura tal-produzzjoni għandha tikkonforma ma’ dawk stipulati fil-Ftehim, l-Appendiċi 2, (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2).

17.2.   Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b'tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 15. hawn fuq.

18.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

18.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tkun irtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 17.1 hawn fuq ma jkunux imħarsa jew jekk il-vettura tonqos milli tgħaddi mill-verifiki preskritti fil-paragrafu 17.2 ta’ hawn fuq.

18.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li japplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar ikollha, f’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “APPROVAZZJONI IRTIRATA”.

19.   PRODUZZJONI IMWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għal kollox il-fabbrikazzjoni ta’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, għandu jgħarraf b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Mal-wasla tal-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar ikollha, f’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “PRODUZZJONI MWAQQFA”.

20.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli biex jagħmlu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li taw l-approvazzjoni u li dwarhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

21.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

21.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02 ta’ dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

21.2.   Mis-26 ta’ Jannar 2006, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni biss lil tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta biss jekk it-tip tal-vettura jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 02 ta’ emendi. Madankollu, din id-data għandha tiġi posposta bi 12-il xahar rigward ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-istallazzjoni ta’ mera ta’ quddiem tal-Klassi VI.

21.3.   Mis-26 ta’ Jannar 2006, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni biss lil tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta jekk it-tip jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 02 ta’ emendi. Madankollu, din id-data għandha tiġi posposta bi 12-il xahar rigward ir-rekwiżiti li jirrgwardaw mera ta’ quddiem tal-Klassi VI bħala komponent fuq il-vetturi u l-istallazzjoni tagħha.

21.4.   Mis-26 ta' Jannar 2010 għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u s-26 ta' Jannar 2007 għal vetturi tal-kategoriji l-oħrajn, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet tat-tip ta’ vettura li ma tkunx ingħatat skont is-serje ta' emendi 02 ta’ dan ir-Regolament.

21.5.   Mis-26 ta' Jannar 2010 għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u mis-26 ta' Jannar 2007 għal vetturi tal-kategoriji l-oħrajn, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta li ma jkunux ingħataw skont is-serje ta' emendi 02 ta’ dan ir-Regolament.

21.6.   L-approvazzjonijiet li ngħataw għal mirja li tara wara tal-Klassijiet I jew III skont dan ir-Regolament fl-għamla oriġinali (serje 00) jew modifikati mis-serje 01 ta’ emendi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din is-serje ta' emendi għandhom jibqgħu validi.

21.7.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jipprojbixxu l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-immuntar tal-mirja li tara wara skont dan ir-Regolament kif modifikati mis-serje 02 ta’ emendi, jekk il-mirja kollha jew parti minnhom tal-Klassijiet I jew III, li tkun mgħammra bihom, ikollhom il-marka tal-approvazzjoni preskritta mill-verżjoni oriġinali (serje 00 jew 01) ta’ dan ir-Regolament.

21.8.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 21.3 u 21.5 hawn fuq, għall-iskop tat-tibdil tal-parts, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjonijiet skont is-serje 01 ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament, lil tagħmir għall-viżjoni indiretta għall-użu fuq tipi ta' vetturi li jkunu ġew approvati qabel id-data msemmija fil-paragrafu 21.2 skont is-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 46, u, fejn applikabbli, estensjonijiet sussegwenti ta’ dawn l-approvazzjonijiet.


(1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4).

(2)  Sistema għall-viżjoni indiretta hija intiża biex jiġu individwati l-utenti tat-triq rilevanti. Ir-rilevanza ta' utent tat-triq hija ddefinita bil-pożizzjoni tiegħu jew tagħha u l-veloċità (potenzali). Il-qisien ta' dawn l-utenti jiżdiedu ftit jew wisq fil-proporzjon tal-veloċità ta' persuna miexja/sewwieq ta' rota/sewwieq ta’ moped. Għall għanijiet tal-individwazzjoni, sewwieq ta' moped (D = 0,8 m) f'distanza ta' 40 m ikun daqs persuna miexja (D = 0,5 m) f'distanza ta' 25 m. Meta jiġu kkunsidrati l-veloċitajiet, is-sewwieq tal-moped irid jingħażel bħala l-kriterju għad-daqs tal-individwazzjoni; għal din ir-raġuni għandu jintuża oġġett ta' daqs ta' 0,8 m biex jiġi stabbilit it-twettiq tax-xogħol tal-individwazzjoni.

(3)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, (15 (vojta), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnja u l-Ħerżegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojta), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojta), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (l-Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħhom billi jużaw is-simbolu rispettiv tagħhom tal-UNECE), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t'Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta u 51 għar-Repubblika tal-Korea. In-numri segwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra skont l-ordni kronoloġiku li fiha jirratifikaw jew jeċċedu għall-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tad-Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Parts li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri mogħtija b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim

(*)  Ebda mera li tara wara mhi meħtieġa jekk il-kundizzjonijiet tal-viżibbiltà msemmija il-paragrafu 15.2.5.4.1. ta' hawn taħt ma jkunux jistgħu jiġu sodisfatti. F'dan il-każ, huma meħtieġa żewġ mirja li tara wara, waħda fuq ix-xelluq u waħda fuq il-lemin tal-vettura.


ANNESS 1

Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni ke tat tip ta’ komponent għal tagħmir għall-viżjoni indiretta

L-informazzjoni li ġejja, jekk din tkun tapplika, għandha tiġi ppreżentata fi tliet kopji u għandha tinkludi kull lista tal-kontenut.

Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew folder ta’ format A4.

Jekk ikun hemm xi ritratti għandu jkun fihom dettalji suffiċjenti.

1.   Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

2.   Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

3.   Il-mezz tal-idenifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq it-tagħmir: …

4.   Il-kategorija tal-vettura li għalija hu maħsub it-tagħmir: …

5.   Isem u indirizz tal-produttur: …

6.   Il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni: …

7.   Indirizz(i) tal-impjant(i) ta' assemblaġġ: …

Mirja (iddikjara għal kull mera): …

8.1.   Varjant: …

8.2.   It-Tpinġija/iet għall-identifikazzjoni tal-mera: …

8.3.   Id-dettalji tal-metodu tat-twaħħil: …

Tagħmir għal vista indiretta għajr għal mirja: …

Tip u karatteristiċi (eż. deskrizzjoni kompleta tat-tagħmir): …

9.1.1.   Fil-każ ta' tagħmir ta' monitor u kamera, id-distanza tal-individwazzjoni (mm), il-kuntrast, il-firxa tal-luminanza, il-korrezzjoni tal-leħħ qawwi tad-dawl, ir-rappreżentazzjoni (iswed u abjad/bil-kulur), il-frekwenza tat-tennija tal-immaġni, il-limiti tal-luminanza tal-monitor: …

9.2.   tpinġij/ijiet suffiċjentement dettaljata/i biex jidentifikaw it-tagħmir sħiħ, inkluż struzzjonijiet għall-installazzjoni; il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni tat-tip trid tiġi identifikata fuq id-disinji: …


ANNESS 2

Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni ke tat-tip għall-installazzjoni tat-tagħmir tal-viżjoni indiretta

L-informazzjoni li ġejja, jekk din tkun tapplika, għandha tiġi ppreżentata fi tliet kopji u għandha tinkludi kull lista tal-kontenut.

Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew folder ta’ format A4.

Jekk ikun hemm xi ritratti għandu jkun fihom dettalji suffiċjenti.

IN ĠENERALI

1.   Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

2.   Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

3.   Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-vettura (b): …

4.   Fejn tinsab din il-marka: …

5.   Kategorija ta' vettura (c): …

6.   Isem u indirizz tal-produttur: …

7.   Indirizz(i) tal-impjant(i) ta' assemblaġġ: …

KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

8.   Ritratt(i) u / jew disinn(i) ta' vettura rappreżentattiva: …

9.   Il-kabina (kontroll minn quddiem jew normali) (1): …

Il-pożizzjoni tas-sewqan: xellug/lemin (1): …

10.1.   Il-vettura hija mgħammra sabiex tiġi misjuqa fit-traffiku fuq ix-xellug/fuq il-lemin (1).

Il-medda tad-dimensjonijiet tal-vettura (globalment): …

Għal chassis mingħajr karozzerija:

Il-wisa' (2): …

11.1.1.1.   Il-wisa' massima permissibbli: …

11.1.1.2.   Il-wisa' minima permissibbli: …

Għal chassis bil-karrozzerija: …

11.2.1.   Il-wisa' (1):…

IL-Karrozzerija

Tagħmir għall-vista indiretta

Il-Mirja:…

12.1.1.1.   Tpinġija/iet li juru l-pożizzjoni tal-mera f’relazzjoni mal-istruttura tal-vettura: …

12.1.1.2.   Id-dettalji rigward il-metodu tat-twaħħil inkluża dik il-parti tal-istruttura tal-vettura li magħha tkun imwaħħla: …

12.1.1.3.   Tagħmir mhux obbligatorju li jista' jaffettwa l-kamp viżiv li jagħti għal wara: …

12.1.1.4.   Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettroniċi (jekk ikun hemm) tas-sistema tal-aġġustament: …

12.1.2.   Tagħmir għal vista indiretta għajr għal mirja: …

12.1.2.1.   Tpinġijiet iddettaljati biżżejjed bl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni: …


(1)  Ħassar fejn ma japplikax

(2)  “Wisa' globali tal-vettura” hija l-qies li jkun imkejjel skont standard ISO 612-1978, terminu Nru 6.2. Fil-każ ta’ vetturi ta' kategoriji li mhux M1, barra mid-dispożizzjonijiet ta' dak l-istandard, meta titkejjel il-wisa' tal-vettura, wieħed ma għandux iqis it-tagħmir li ġej:

mezzi ta' siġill doganali u l-protezzjoni tagħhom,

mezzi sabiex iżommu t-tarpolin f'postu u l-protezzjoni tagħhom,

mezzi ta' indikazzjoni ta' ħsara fit-tajers,

partijiet flessibbli li jisporġu ‘l barra ta’ sistema għas-soppressjoni tal-isprej,

tagħmir tad-dawl,

għal kowċis, ir-rampi tal-aċċess fil-pożizzjoni tal-użu, il-pjattaformi li jogħlew u tagħmir simili fil- pożizzjoni tal-użu sakemm ma jisporġux iktar minn 10 mm mill-ġenb tal-vettura u l-irkejjen tar-rampi li jagħtu għal quddiem jew lura jkunu ttundjati raġġ ta’ ta' mhux inqas minn 5 mm; it-truf għandhom jinġiebu għat-tond għal raġġ ta' mhux anqas minn 2,5 mm,

tagħmir għal viżjoni indiretta,

indikaturi tal-pressjoni tat-tajers,

turġien li jistgħu jinġibdu lura,

il-parti li tisporġi ‘l barra tal-ġenb tat-tajer immedjatament fuq il-pożizzjoni ta' kuntatt mal-art.


ANNESS 3

IL-KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

 (1)

maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni:

li tikkonċerna (2):

APPROVAZZJONI MOGĦTIJA

APPROVAZZJONI ESTIŻA

APPROVAZZJONI MIĊĦUDA

APPROVAZZJONI IRTIRATA

PRODUZZJONI IMWAQQFA GĦAL KOLLOX

ta' tip ta’ tagħmir għall-viżjoni indiretta, skont ir-Regolament Nru 46

Nru tal-approvazzjoni … Nru tal-estensjoni …

1.

Marka tar-reġistrazzjoni jew marka tat-tagħmir: …

2.

L-isem tal-manifattur għat-tip ta’ tagħmir: …

3.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

4.

Jekk japplika, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

5.

Sottomess għall-approvazzjoni nhar: ….

6.

Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni: …

7.

Id-data tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz …

8.

In-numru tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz …

9.

Deskrizzjoni qasira …

Indikazzjoni tat-tagħmir: Mera, kamera/monitor, tagħmir ieħor (2)

Tagħmir għall-viżjoni indiretta tal-Klassi I, II, III, IV, V, VI, S (2)

Simbolu Formula kif definit fil-paragrafu 6.1.3.1.1 ta’ dan ir-Regolament: iva/le (2)

10.

Il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: …

11.

Raġuni(jiet) għall-estensjoni (fejn applikabbli): …

12.

Approvazzjoni mogħtija/miċħuda/estiża/irtirata (2)

13.

Post: …

14.

Data: …

15.

Firma: …

16.

Il-lista tad-dokumenti ddepożitati mas-Servizz Amministrattiv li ta l-approvazzjoni hija annessa ma’ din il-komunikazzjoni u tista’ tinkiseb fuq talba.


(1)  In-numru li jiddistinwi l-pajjiż li ta/estenda/irrifjuta/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolamenti).

(2)  Aqta’ fejn ma japplikax.


ANNESS 4

IL-KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

 (1)

maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni:

li tikkonċerna (2):

APPROVAZZJONI MOGĦTIJA

APPROVAZZJONI ESTIŻA

APPROVAZZJONI MIĊĦUDA

APPROVAZZJONI IRTIRATA

PRODUZZJONI IMWAQQFA GĦAL KOLLOX

ta' tip ta’ vettura fir-rigward tal-immuntar tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta, skont ir-Regolament Nru 46

Numru ta' Approvazzjoni: … Nru tal-Estensjoni: …

1.   Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

2.   Tip u deskrizzjoni (ijiet) kommerċjali ġenerali: …

Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: …

3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

4.   Kategorija tal-vettura: (M1, M2, M3, N1, N2 ≤ 7,5 t, N2 > 7,5 t, N3) (2)

5.   Isem u indirizz tal-produttur: …

6.   L-Indirizz/i tal-impjant/i tal-produzzjon: …

7.   Informazzjoni addizzjonali: (fejn japplika): Ara l-appendiċi

8.   Is-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: …

9.   Id-data tar-rapport tat-test: …

10.   Numru tar-rapport tat-test: …

11.   Rimarki (jekk ikun il-każ): Ara l-Appendiċi

12.   Post: …

13.   Data: …

14.   Firma: …

15.   L-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

Appendiċi għall-formola tal-komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip Nru … fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip ta’ ta’ vettura fir-rigward tal-immuntar tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta, skont ir-Regolament Nru 46

1.   It-trejdmark jew il-marka tal-mirja u t-tagħmir supplimentari għall-viżjoni indiretta u n-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti: …

2.   Klassijiet tal-mirja u t-tagħmir għall-viżjoni indiretta (I, II, III, IV, V, VI, VII, S) (2)

3.   Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura li tkopri t-tagħmir li ġej għall-viżjoni indiretta: …

4.   Dejta għall-identifikazzjoni tal-punt R tal-pożizzjoni bil-qiegħda tas-sewwieq: …

5.   Il-wisa’ massima u minima tal-karrozzerija li fir-rigward tagħha l-mera u t-tagħmir għall-viżjoni indiretta jkun ingħata approvazzjoni tat-tip (fil-każ tax-xażi/kabina msemmija fil-paragrafu 15.2.2.3): …

6.   Id-dokumenti li ġejjin, li jkollhom fuqhom in-numru tal-approvazzjoni tat-tip li jidher hawn fuq, huma annessi ma’ dan iċ-ċertifikat:

tpinġijiet li juru kif inhu mmuntat it-tagħmir għall-viżjoni indiretta

tpinġijiet u pjanijiet li juru l-pożizzjoni ta’ mmuntar u l-karatteristiċi tal- parti tal-istruttura fejn jitwaħħal it-tagħmir għall-viżjoni indiretta.

7.   Rimarki: (eż. validu għat-traffiku fuq il-lemin/xellug) (2)


(1)  In-numru li jiddistinwi l-pajjiż li ta/estenda/irrifjuta/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolamenti).

(2)  Aqta’ fejn ma japplikax.


ANNESS 5

Arranġament għall-marka tal-approvazzjoni ta' tagħmir għall-viżjoni indiretta

(Ara l-paragrafu 5.4 tar-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' tagħmir għall-viżjoni indiretta tindika li l-mera hija mera għall-viżjoni fuq wara tal-Klassi II, li ġiet approvata fl-Olanda (E 4) skont ir-Regolament Nru 46 u skont in-numru tal-approvazzjoni 022439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li r-Regolament Nru 46 diġà kien jinkorpora s-serje 02 ta’ emendi fi żmien l-approvazzjoni.

Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali jridu jitqiegħdu qrib iċ-ċirku u jew ’il fuq jew ’l isfel mill-“E” jew fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta’ dik l-ittra. In-numri tan-numru tal-approvazzjoni jridu jkunu fuq l-istess naħa tal-“E” u orjentati fl-istess direzzjoni. Is-simbolu addizzjonali jrid ikun dijametrikament oppost għan-numru tal-approvazzjoni. L-użu ta’ numri Rumani bħala numri tal-approvazzjoni għandu jkun evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra.


ANNESS 6

METODU TAT-TEST GĦALL-ISTABBILIMENT TAR-RIFLETTIVITÀ

1.   DEFINIZZJONIJIET

Id-dawl A tal-istandard CIE (1): Id-dawl kolorimetriku, li jirrispetta r-radjatur sħiħ fi T68 = 2 855,6 K.

1.1.2.   Is-Sors A tal-istandard CIE (1): Bozza tad-dawl tal-filament mimlija bil-gass tat-tungstenu li taħdem f'temperatura ta' kulur ikkorelat ta' T68 = 2 855,6 K.

1.1.3.   Osservatur kolorimetru tal-istandard CIE 1931 (1): Riċevitur tar-radjazzjoni li l-karatteristiċi kolorimetri tiegħu jikkorrispondu għall-valuri tristimulus spettrali Formula (λ), Formula (λ), Formula (λ) (ara t-tabella).

1.1.4.   Il-valuri tat-tristimulus spettrali tas-CIE (1): Il-valuri tat-tristimulus tal-komponenti spettrali ta' spettru ta' ekwi-enerġija fis-sistema tas-CIE (XYZ).

1.1.5.   Il-Viżjoni Fotopika (1): Il-viżjoni bil-għajn normali meta tiġi addattata għal-livelli tad-dawl rifless ta' mill-inqas numru ta' cd/m.

2.   L-APPARAT

2.1.   In ġenerali

L-apparat għandu jikkonsisti minn sors tad-dawl, kontenitur għall-kampjun tat-test, unità ta' riċevitur b'photodetector u arloġġ li jindika (ara l-Figura 1), u mezz biex jelimina l-effetti tad-dawl barrani.

Ir-riċevitur jista' jinkorpora sfera li tintegra d-dawl biex tiffaċilita l-kejl ta' kemm jistgħu jirriflettu l-mirja mhux ċatti (konvessi) (ara l-Figura 2).

2.2.   Il-karatterstiċi spettrali tas-sors tad-dawl u r-riċevitur

Is-sors tad-dawl għandu jikkonsisti minn sors A tal-istandard tas-CIE u ottika assoċjata biex jipprovdi raġġ tad-dawl kważi- kollimat. Huwa rrakkommandat stabbilizzatur tal-vultaġġ sabiex iżomm voltaġġ fiss fil-bozza matul it-tħaddim tal-istrument.

Ir-riċevitur għandu jkollu photo-detector b'rispons spettrali pproporzjonat għall-funzjoni fotopika tal-luminosità ta' osservatur kolorimetriku standard tas-CIE(1931) (ara t-tabella). Tista' tintuża kull kombinazzjoni oħra ta' dawl/filtru/riċevitur li jagħtu l-ekwivalenti ġenerali ta' dawl A tal-istandard tas-CIE u viżjoni fotopika. Meta tintuża sfera li tintegra fir-riċevitur, il-wiċċ ta' ġewwa tal-isfera għandu jkun miksi b'kisja bajda mhux selettiva spettralment u matta (diffusiva).

2.3.   Il-kundizzjoniiet ġeometriċi

L-angolu tar-raġġ tad-dawl inċidentali (θ) għandu preferibbilment ikun 0,44 ± 0,09 rad (25 ± 5°) mill-perpendikolar tal-wiċċ tat-test u ma għandux jaqbeż il-limitu ta' fuq tat-tolleranza (jiġifieri 0,53 rad jew 30°). L-assi tar-riċevitur għandu jagħmel angolu (θ) ma' dan il-perpendikolar daqs dak tar-raġġ inċidentali tad-dawl (ara l-Figura 1). Ir-raġġ inċidentali tad-dawl mal-wasla fuq il-wiċċ tat-test għandu jkollu dijametru ta' mhux inqas minn 13 mm (0,5 pulzieri). Ir-raġġ tad-dawl rifless ma għandux ikun usa' miż-żona sensittiva tal-photodetector, ma għandux ikopri iktar minn 50 % ta' din iż-żona u għandu jkopri kemm jista' jkun possibbli l-istess segment kif użat matul il-kalibrazzjoni tal-istrument.

Meta tintuża sfera li tintegra fis-segment tar-riċevitur, l-isfera għandu jkollha dijametru minimu ta' 127 mm (5 pulzieri). Il-kampjun u l-fetħiet tar-raġġ tad-dawl inċidentali fil-ħajt tal-isfera għandhom ikunu ta' tali daqs li jħallu jgħaddu r-raġġi intieri inċidentali u tad-dawl rifless. Il-photodetector għandu jitqiegħed b’tali mod li ma jirċevix id-dawl dirett jew tar-raġġ tad-dawl inċidentali jew ta' dan rifless.

2.4.   Il-Karatteristiċi elettriċi tal-unità tal-indikatur-photodetector

Il-produzzjoni mill-photodetector kif murija fuq l-arloġġ indikatur għandha tkun funzjoni tal-intensità tad-dawl taż-żona foto-sensittiva. Għandhom jiġu pprovvduti mezzi (elettriċi u/jew ottiċi) biex jiffaċilitaw l-aġġustamenti għaż-żero u tal-kalibrazzjoni. Dawn il-mezzi ma għandhomx jaffettwaw il-linearità jew il-karatteristiċi spettrali tal-istrument. L-eżattezza tal-unità tal-indikatur tar-riċevitur għandu jkun fi ±2 % ta' skala sħiIħa, jew ±10 % tad-daqs tar-riżultat, liema minnhom ikun l-izgħar.

2.5.   Il-kontenitur tal-kampjun

Il-mekkaniżmu għandu jkun kapaċi li jsib il-kampjun tat-test b’mod li l-assi tad-driegħ tas-sors u r-riċevitur jintersettjaw fuq il-wiċċ li jirrifletti. Il-wiċċ li jirrifletti jista' jkun qiegħed ġewwa jew fuq il-wiċċ jew l-ieħor tal-mera kampjun, skont jekk ikunx wiċċ tal-ewwel, wiċċ tat-tieni jew mera priżmatika tat-tip li “tinqaleb”.

3.   IL-PROĊEDURA

3.1.   Il-Metodu dirett tal-kalibrazzjon

Fil-metodu dirett tal-kalibrazzjoni, l-arja tintuża bħala l-istandard tar-riferiment. Dan il-metodu japplika għal dawk l-istrumenti, li huma mibnija b’mod li jippermettu l-kalibrazzjoni fil-punt ta' 100 % billi jxenglu r-riċevitur għal pożizzjoni direttament fuq l-assi tas-sors tad-dawl (ara l-Figura 1),

Jista' jkun meħtieġ, f'ċerti kazi (bħal meta uċuħ ta' riflessività baxxa jiġu mkejla) li jintuża punt ta' kalibrar intermedjarju (bejn 0 u 100 % fuq l-iskala) b’dan il-metodu. F'dawn il-każijiet, għandu jiddaħħal filtru newtru tad-densità ta' trażmissjoni magħrufa fil-mogħdija ottika, u l-kontroll tal-kalibrazzjoni għandu mbagħad jiġi aġġustat sakemm l-arloġġ jaqra t-trażmissjoni perċentwali tal-filtru newtru tad-densità. Dan il-filtru għandu jitneħħa qabel ma jiġi mwettaq il-kejl tar-riflessività.

3.2.   Il-metodu tal-kalibrazzjoni indiretta

Il-metodu tal-kalibrazzjoni indiretta japplika fil-każ tal-istrumenti b'ġeometrija fissa ta' sors u riċevitur. Huwa meħtieġ standard tar-riflessjoni kkalibrat u miżmum kif jixraq. L-istandard tar-riferiment għandu preferibbilment ikun mera ċatta b'valur ta' riflessjoni qrib kemm jista' jkun għal dak tal-kampjuni tat-test.

3.3.   Il-kejl tal-mera ċatta

Ir-riflessjoni tal-kampjuni tal-mirja ċatti tista' titkejjel fuq strumenti li jużaw jew il-metodu tal-kalibrazzjoni jew diretta jew indiretta. Il-valur tar-riflessjoni jinqara direttament mill-arloġġ li jindika.

3.4.   Il-kejl tal-mera mhux ċatta (konvessa)

Il-kejl tar-riflessjoni ta' mirja mhux ċatti (konvessi) jeħtieġ l-użu ta' strumenti li jinkorporaw sfera li tintegra fl-unità tar-riċevitur (ara l-Figura 2). Jekk l-arloġġ li jindika l-istrumenti jindika taqsimiet ne mal-mera standard ta' riflettanza ta' E %, imbagħad, b'mera ta' riflessjoni mhux magħrufa, it-taqsimiet nx iridu jikkorrispondu ma' riflessjoni ta' X % skont il-formola:

Formula

Figura 1:

Ir-riflettometru ġġeneralizzat li juri l-mudelli mwaqqfa sperimentali taż-żewġ metodi tal-kalibrazzjoni

Image

Figura 2:

Ir-riflettometru ġġeneralizzat, li jinkorpora sfera integranti fir-riċevitur

Image

Il-valuri tristimulus spettrali għall-osservatur kolorimetriku standard tas-CIE 1931  (2)

Din it-tabella hija meħuda mill-pubblikazzjoni tas-CIE 50 (45) (1970)

λ

nm

Formula

(λ)

Formula

(λ)

Formula

(λ)

380

0,001 4

0,000 0

0,006 5

390

0,004 2

0,000 1

0,020 1

400

0,014 3

0,000 4

0,067 9

410

0,043 5

0,001 2

0,207 4

420

0,134 4

0,004 0

0,645 6

430

0,283 9

0,011 6

1,385 6

440

0,348 3

0,023 0

1,747 1

450

0,336 2

0,038 0

1,772 1

460

0,290 8

0,060 0

1,669 2

470

0,195 4

0,091 0

1,287 6

480

0,095 6

0,139 0

0,813 0

490

0,032 0

0,208 0

0,465 2

500

0,004 9

0,323 0

0,272 0

510

0,009 3

0,503 0

0,158 2

520

0,063 3

0,710 0

0,078 2

530

0,165 5

0,862 0

0,042 2

540

0,290 4

0,954 0

0,020 3

550

0,433 4

0,995 0

0,008 7

560

0,594 5

0,995 0

0,003 9

570

0,762 1

0,952 0

0,002 1

580

0,916 3

0,870 0

0,001 7

590

1,026 3

0,757 0

0,001 1

600

1,062 2

0,631 0

0,000 8

610

1,002 6

0,503 0

0,000 3

620

0,854 4

0,381 0

0,000 2

630

0,642 4

0,265 0

0,000 0

640

0,447 9

0,175 0

0,000 0

650

0,283 5

0,107 0

0,000 0

660

0,164 9

0,061 0

0,000 0

670

0,087 4

0,032 0

0,000 0

680

0,046 8

0,017 0

0,000 0

690

0,22 7

0,008 2

0,000 0

700

0,011 4

0,004 1

0,000 0

710

0,005 8

0,002 1

0,000 0

720

0,02 9

0,001 0

0,000 0

730

0,001 4

0,000 5

0,000 0

740

0,000 7

0,000 2 (*)

0,000 0

750

0,000 3

0,000 1

0,000 0

760

0,000 2

0,000 1

0,000 0

770

0,000 1

0,000 0

0,000 0

780

0,000 0

0,000 0

0,000 0

FIGURA SPJEGATTIVA

Eżempju ta’ tagħmir għall-kejl tal-fattur tar-riflessjoni tal-mirja sferikali

Image

(1)  Definizzjonijiet meħuda mill-pubblikazzjoni tas-CIE 50 (45), il-Vokabularju Internazzjonali Elettroniku, Grupp 45: id-Dawl

(2)  Tablla mqassra. Il-valuri tal Formula (λ) = V (λ) jiġu approssimati għal erba' punti deċimali.

(*)  Mibdul fi-1966 (2 flok 3)


ANNESS 7

Proċedura għall-istabbiliment tar-raġġ tal-kurvatura “r”tal-wiċċ li jirrifletti ta' mera

1.   KEJL

1.1.   It-Tagħmir

Jintuża “sferometru” bħal dak deskritt fil-Figura 1 ta’ dan l-anness li jkollu d-distanzi indikati bejn il-labra tat-traċċjar tal-gauge tal-wiċċ tal-arloġġ u saqajn fissi tal-istangetta.

1.2.   Il-punti tal-kejl

1.2.1.   Ir-raġġi prinċipali tal-kurvatura għandhom jiġu mkejla fi tliet punti lokati qrib kemm jista' jkun f'terz, nofs u żewġ terzi tad-distanza matul l-ark tal-wiċċ li jirrifletti li jgħaddu minn ġoċ-ċentru ta' dan il-wiċċ u paralleli mas-segment b, jew tal-ark li jgħaddi minn ġoċ-ċentru tal-wiċċ li jirrifletti li jkun perpendikolari għalih jekk dan l-ark ikun itwal.

1.2.2.   Meta, minħabba d-daqs tal-wiċċ li jirrifletti, ma jkunx possibbli li jinkiseb kejl fid-direzzjonijiet iddefiniti fil-paragrafu 2.1.1.6 ta’ dan ir-Regolament, is-servizzi tekniċi responsabbli mit-testijiet jistgħu jieħdu l-kejl fil-punt imsemmi f'żewġ direzzjonijiet perependikolari qrib kemm jista' jkun ta' dawk stabbiliti hawn fuq.

2.   KALKOLU TAR-RAĠĠ TAL-KURVATURA “r”

“r” espress f'mm jiġi kkalkolat mill-formola

Formula

fejn:

rp1

=

ir-raġġ tal-kurvatura fl-ewwel punt tal-kejl,

rp2

=

ir-raġġ tal-kurvatura fit-tieni punt tal-kejl,

rp3

=

ir-raġġ tal-kurvatura fit-tielet punt tal-kejl.

Figura 1:

sferometru

Image

ANNESS 8

Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-punt “H” u tal-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bil-qiegħda fil-vetturi bil-magna

1.   L-ISKOP

Il-proċedura deskritta f’dan l-Anness tintuża biex jiġi stabbilit fejn jinsab il-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għal pożizzjoni bil-qiegħda waħda jew għal diversi pożizzjonijiet bil-qiegħda f’vettura motorizzata u biex tkun ivverifikata r-relazzjoni tad-dejta mkejla mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn mogħtija mill-manifattur tal-vettura (1).

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:

“Id-data ta referenza” tfisser karatteristika waħda jew diversi karatteristiċi minn dawn li ġejjin ta’ pożizzjoni bil-qiegħda:

2.1.1.   il-punt “H” u l-punt “R” u r-relazzjoni tagħhom;

2.1.2.   l-angolu effettiv tat-torso u l-angolu tad-disinn tat-torso u r-relazzjoni tagħhom.

2.2.   “Il-magna tridimensjonali‘H’tal-punt” (magna 3-D H) tfisser l-apparat użat għad-determinazzjoni tal-punti “H” u tal-angoli effettivi tat-torso. Dan l-apparat huwa deskritt fl-Appendiċi 1 ma’ dan l-Anness.

2.3.   “Il-punt ‘H’” tfisser iċ-ċentru tal-pern tat-torso u tal-koxxa tal-magna 3-D H installata fis-sit tal-vettura skont il-paragrafu 4. ta’ aktar ’l isfel. Il-punt “H” jinsab fiċ-ċentru tal-linja ċentrali tal-apparat li hi bejn il-buttuni tal-viżjoni tal-punt “H” fuq kull naħa tal-magna 3 DH. Il-punt “H” jikkorrispondi teoretikament għall-punt “R” (għal tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2 isfel). Ladarba jkun iddeterminat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 4., il-punt “H” jitqies bħala fiss f’relazzjoni mal-istruttura tal-kuxxin tas-sit u li jiċċaqlaq magħha meta s-sit ikun aġġustat;

2.4.   “Il-punt ‘R’” jew “il-punt ta’ referenza ta’ bil-qiegħda” jfissru punt ta’ disinn iddefinit minn manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni bil-qiegħda u stabbilit fir-rigward tas-sistema tridimensjonali ta’ referenza;

2.5.   “Il-linja tat-torso” tfisser il-linja ċentrali tas-sonda tal-magna 3-D H bis-sonda tkun fil-pożizzjoni għal kollox lura.

2.6.   “L-angolu effettiv tat-torso” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali mil-punt “H” u l-linja tat-torso bl-użu tal-angolu ta’ wara tal-kwadrant fil-magna 3-D H. L-angolu attwali tat-torso jikkorrispondi teoretikament mal-angolu tat-torso ddisinjat (għal tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2 taħt).

2.7.   “L-angolu tad-disinn tat-torso” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali mill-punt “R” u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li jikkorrispondi għall-pożizzjoni tad-disinn tad-dahar tas-sit stabbilit mill-manifattur tal-vettura;

2.8.   “Il-pjan ċentrali tal-okkupant” (C/LO) ifisser il-pjan medjan tal-magna 3-DH pożizzjonat f’kull pożizzjoni ta’ bil-qiegħda ddisinjata; huwa rappreżentat mill-koordinati tal-punt “H” fuq l-assi tal-“Y”. Għal sits individwali, il-pjan ċentrali tas-sit jikkoinċidi mal-pjan ċentrali tal-okkupant. Għal sits oħra, il-pjan ċentrali tal-okkupant jkun speċifikat mill-manifattur;

2.9.   “Is-sistema tridimensjonali ta referenza” tfisser sistema skont kif deskritta fl-Appendiċi 2 ma’ dan l-Anness;

2.10.   “Il-marki ta’ riferiment” huma punti fiżiċi (toqob, superfiċji, marki jew marki li juru qtugħ) fil-karozzerija tal-vettura skont kif iddefinit mill-manifattur;

2.11.   “Il-pożizzjoni ta’ kejl tal-vettura” tfisser il-pożizzjoni tal-vettura skont kif iddefinita mill-koordinati tal-marki ta’ riferiment fis-sistema tridimensjonali ta’ referenza.

3.   REKWIŻITI

3.1.   Il-preżentazzjoni tad-dejta

Għal kull pożizzjoni bil-qiegħda fejn tkun meħtieġa dejta ta’ referenza sabiex tintwera konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti, għandha tkun ippreżentata għażla xierqa mid-dejta li ġejja jew id-dejta kollha li ġejja fil-forma indikata fl-Appendiċi 3 ma’ dan l-Anness:

3.1.1.   il-koordinati tal-punt “R” b’mod relattiv għas-sistema tridimensjonali ta’ referenza;

3.1.2.   l-angolu tad-disinn tat-torso;

3.1.3.   l-indikazzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikun aġġustat is-sit (jekk ikun aġġustabbli) għall-pożizzjoni tal-kejl stabbilita fil-paragrafu 4.3 ta’ aktar ’l isfel.

3.2.   Ir-relazzjoni bejn id-dejta mkejla u l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn

3.2.1.   Il-koordinati tal-punt “H” u l-valur tal-angolu effettiv tat-torso miksub permezz tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4. ta’ aktar ’l isfel għandhom ikunu pparagunati, rispettivament, mal-koordinati tal-punt “R” u mal-valur tal-angolu tad-disinn tat-torso indikat mill-manifattur tal-vettura.

3.2.2.   Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punt “R” u tal-punt “H” u r-relazzjoni bejn l-angolu tad-disinn tat-torso u l-angolu effettiv tat-torso għandhom jitqiesu bħala sodisfaċenti għall-pożizzjoni bil-qiegħda konċernata jekk il-punt “H”, kif inhu ddefinit mill-koordinati tiegħu, ikun fi ħdan kwadru b’ġenb twil 50 mm bi ġnub orizzontali u vertikali li d-djagonali tagħhom jaqtgħu lil xulxin fil-punt “R”, u jekk l-angolu effettiv tat-torso jkun fi ħdan 5 gradi mill-angolu tad-disinn tat-torso.

3.2.3.   Jekk dawn il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, il-punt “R” u l-angolu tad-disinn tat-torso, għandhom jintużaw biex juru konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.2.4.   Jekk il-punt “H” jew l-angolu effettiv tat-torso ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.2 ta’ aktar ’il fuq, il-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għandhom jiġu ddeterminati darbtejn oħra (tliet darbiet b’kollox). Jekk ir-riżultati ta’ tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.3 ta’ aktar ’il fuq.

3.2.5.   Jekk ir-riżultat ta’ mill-inqas tnejn mit-tliet operazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 3.2.4 ta’ hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.2 ta’ aktar ’il fuq, jew jekk il-verifika ma tistax issir minħabba li l-manifattur tal-vettura naqas milli jipprovdi l-informazzjoni rigward il-pożizzjoni tal-punt “R” jew rigward l-angolu tad-disinn tat-torso, għandu jintuża ċ-ċentru tal-massa tat-tliet punti mkejla jew il-medja tat-tliet angoli mkejla u għandu jitqies bħala applikabbli fil-każi kollha fejn il-punt “R” jew l-angolu tad-disinn tat-torso jissemma f’dan ir-Regolament.

4.   IL-PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT “H” U TAL-ANGOLU EFFETTIV TAT-TORSO

4.1.   Il-vettura għandha tkun ikkundizzjonata minn qabel skont id-diskrezzjoni tal-manifattur, f’temperatura ta’ 20 ± 10 °C sabiex ikun żgurat li l-materjal tas-sit jilħaq it-temperatura tal-kamra. Jekk is-sit li se jiġi kkontrollat qatt ma jkun poġġa ħadd fuqu, persuna jew apparat ta’ bejn is-70 u t-80 kg għandha tpoġġi fuqu darbtejn għal minuta sabiex jintlewew il-kuxxin u d-dahar. Fuq it-talba tal-manifattur, il-montaturi kollha tas-sit ma għandhomx jitgħabbew għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel l-installazzjoni tal-magna 3-D H.

4.2.   Il-vettura għandha tkun fil-pożizzjoni tal-kejl iddefinita fil-paragrafu 2.11 ta’ aktar ’il fuq.

4.3.   Is-sit, jekk ikun aġġustabbli, għandu l-ewwel ikun aġġustat għall-pożizzjoni l-iktar lura fil-pożizzjoni normali tas-sewqan jew tal-ivvjaġġar, kif ikun indikat mill-manifattur tal-vettura, waqt li jitqies biss l-aġġustament lonġitudinali tas-sit, u jiġi eskluż l-ivvjaġġar fis-sit użat għal finijiet oħra li mhumiex il-pożizzjonijiet normali tas-sewqan jew tal-ivvjaġġar. Fejn modi oħrajn ta’ aġġustament tas-sedil jeżistu (dahar tas-sedil vertikali, angolari, eċċ.) dawn ikunu mbagħad aġġustati għall-pożizzjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura. Għal sits bis-sospensjoni, il-pożizzjoni vertikali għandha tkun iffissata b’mod riġidu waqt li tikkorrispondi għal pożizzjoni normali ta’ sewqan kif inhu speċifikat mill-manifattur.

4.4.   L-erja tal-pożizzjoni bil-qiegħda li tkun f’kuntatt mal-magna 3-D H għandha tkun miksija bi drapp tal-qoton tal-musulina, ta’ qies suffiċjenti u b’tessut adattat, deskritt bħala drapp tal-qoton sempliċi li jkollu 18,9 ħajt għal kull ċm2 u li jiżen 0,228 kg/m2 jew li jkun drapp innitjat jew mhux minsuġ li jkollu karatteristiċi ekwivalenti.

Jekk it-test isir fuq sit barra mill-vettura, l-art li fuqha jitqiegħed is-sit għandu jkollha l-istess karatteristiċi essenzjali (2) bħall-art tal-vettura li fiha jkun maħsub li għandu jintuża s-sit.

4.5.   Qiegħed is-sit u l-assemblea tal-magna 3-D H sabiex il-pjan ċentrali tal-okkupant (C/LO) jaħbat mal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H. Fuq it-talba tal-manifattur, il-magna 3-D H tista’ titmexxa ’l ġewwa rigward is-C/LO jekk il-magna 3-D H titqiegħed tant ’il barra li t-tarf tas-sit mhux se jippermetti l-livellar tal-magna 3-D H

4.6.   Qabbad l-assemblei tas-sieq u tal-parti ta’ isfel tar-riġel mal-assemblea tal-pjan tas-sedil, jew individwalment jew permezz tat-T-bar u l-assemblea tal-parti ta’ isfel tar-riġel. Linja li tgħaddi mill-buttuni tal-vista tal-punt “H” għandha tkun parallela għall-art u perpendikulari għall-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sit.

Aġġusta l-pożizzjonijiet tas-saqajn u tar-riġel tal-magna 3-D H kif ġej:

4.7.1.   Pożizzjoni bil-qiegħda maħsuba: is-sewwieq u passiġġier fuq quddiem fuq in-naħa ta’ barra

4.7.1.1.   Il-montaturi tas-saqajn u tar-riġel għandhom jitmexxew ’il quddiem b’tali mod li s-saqajn jieħdu l-pożizzjonijiet naturali mal-art, bejn il-pedali operattivi jekk ikun meħtieġ. Fejn ikun possibbli, is-sieq xellugija għandha tinsab bejn wieħed u ieħor fl-istess distanza fuq ix-xellug tal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H bħas-sieq leminija fuq il-lemin. L-invell li jivverifika l-orjentazzjoni trasversali tal-magna 3-D H jinġieb fil-pożizzjoni orizzontali permezz tal-aġġustament mill-ġdid tal-qiegħ tas-sit jekk ikun meħtieġ, jew billi jiġu aġġustati l-montaturi tar-riġel u tas-sieq. Il-linja li tgħaddi mill-buttuni tal-vista tal-punt “H” għandha tinżamm perpendikulari għall-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sit.

4.7.1.2.   Jekk ir-riġel xellugi ma jistax jinżamm parallel għar-riġel lemini u s-sieq xellugija ma tistax tiġi appoġġjata mill-istruttura, ċaqlaq is-sieq xellugija sakemm tkun appoġġjata. L-allinjament tal-buttuni tal-vista għandu jinżamm.

4.7.2.   Pożizzjoni bil-qiegħda maħsuba: fuq wara fuq in-naħa ta’ barra

Għal sits ta’ wara jew għal sits awżiljarji, is-saqajn jinsabu kif jiġi speċifikat mill-manifattur. Jekk is-saqajn imbagħad iserrħu fuq partijiet tal-art li jkunu fuq livelli differenti, is-sieq li l-ewwel tiġi f’kuntatt mas-sit ta’ quddiem għandha sservi bħala referenza u s-sieq l-oħra għandha tkun irranġata b’tali mod li l-invell li jagħti l-orjentazzjoni trasversali tas-sit tal-apparat jindika l-linja orizzontali.

4.7.3.   Pożizzjonijiet bil-qiegħda oħra maħsuba:

Il-proċedura ġenerali indikata fil-paragrafu 4.7.1 ta’ aktar ’il fuq għandha tkun segwita għajr għal dik li s-saqajn għandhom jitqiegħdu skont kif ġie speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

4.8.   Applika l-parti ta’ isfel tar-riġel u l-piżijiet tal-koxox u invella l-magna 3-D H.

Xaqleb id-dahar tal-magna ’l quddiem sal-punt estrem ta’ quddiem u iġbed il-magna 3-D H lil hinn mid-dahar tas-sit bl-użu tat-T-bar. Qiegħed mill-ġdid il-magna 3-D H fuq is-sit permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

4.9.1.   Jekk il-magna 3-D H jkollha t-tendenza li tiżżerżaq lura, uża l-proċedura li ġejja. Ħalli l-magna 3-D H tiżżerżaq lura sakemm ma tkunx aktar meħtieġa tagħbija orizzontali ’l quddiem li trażżan fuq it-T-bar, jiġifieri sakemm il-qiegħ tas-sit jiġi f’kuntatt mad-dahar tas-sit. Jekk neċessarju erġa’ ppożizzjona l-parti ta’ isfel tar-riġel;

4.9.2.   Jekk il-magna 3-D H ma jkollhiex it-tendenza li tiżżerżaq lura, uża l-proċedura li ġejja. Żerżaq il-magna 3-D H lura billi tapplika tagħbija orizzontali lura fuq it-T-bar sakemm il-qiegħ tas-sit jiġi f’kuntatt mad-dahar tas-sit. (ara l-Figura 2 tal-Appendiċi 1 ma’ dan l-Anness).

4.10.   Applika tagħbija ta’ 100 ± 10 N fuq il-montatura tad-dahar u tal-qiegħ tal-magna 3-D H fejn jissallbu l-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn u l-kisi tat-T-bar. Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tinżamm ma’ linja li tgħaddi mal-intersezzjoni ta’ fuq għal punt eżatt fuq il-kisi tal-iżbarra tal-koxxa (ara l-Figura 2 tal-Appendiċi 1 ma’ dan l-Anness). Imbagħad bil-mod reġġa’ lura d-dahar tal-magna għad-dahar tas-sedil. Trid tingħata attenzjoni tul il-bqija tal-proċedura sabiex ma jitħalliex li l-magna 3-D H tiżżerżaq ’il quddiem.

4.11.   Installa l-piżijiet tal-lemin u tax-xellug tal-warrani u mbagħad, b’mod alternattiv, it-tmien piżijiet tat-torso. Żomm il-livell tal-magna 3-D H.

4.12.   Xeqleb il-pjan tad-dahar ’il quddiem biex tneħħi t-tensjoni fuq id-dahar tas-sedil. Ċaqlaq il-magna 3-D H minn naħa għall-oħra f’ark ta’ 10° (5° fuq kull naħa tal-pjan ċentrali vertikali) għal tliet ċikli sħaħ biex tneħħi kwalunkwe frizzjoni li tkun inġemgħet bejn il-magna 3-D H u s-sit.

Waqt l-azzjoni ta’ ċaqliq, it-T-bar tal-magna 3-D H jista’ jkollha t-tendenza li tiżvija mill-allinjament orizzontali u vertikali speċifikat. It-T-bar għandu għalhekk jinżamm bl-applikazzjoni ta’ tagħbija laterali xierqa matul il-movimenti ta’ tbandil. Għandha tingħata attenzjoni waqt li tinżamm it-T-bar u waqt li tiġi mċaqilqa l-magna 3-D H sabiex ikun żgurat li l-ebda tagħbija esterna involontarja ma tkun applikata f’direzzjoni vertikali jew ’il quddiem u lura.

Is-saqajn tal-magna 3-D H ma għandhomx ikunu mrażżna jew miżmuma waqt dan il-pass. Jekk is-saqajn jibdlu l-pożizzjoni, għall-mument għandhom jitħallew jibqgħu f’dik il-pożizzjoni.

B’attenzjoni rritorna d-dahar tal-magna lejn id-dahar tas-sit u kkontrolla li ż-żewġ invelli jkunu fil-pożizzjoni żero. Jekk ikun sar kwalunkwe moviment tas-saqajn matul l-operazzjoni taċ-ċaqliq tal-magna 3-D H, iridu jitqiegħdu mill-ġdid fil-pożizzjoni kif ġej:

B’mod alternattiv, għolli kull sieq mill-art l-ammont minimu meħtieġ sakemm ma jkun hemm l-ebda moviment tas-saqajn addizzjonali. Waqt li tkun qed tgħolli, is-saqajn għandhom ikunu ħielsa li jduru; u ma għandha tiġi applikata l-ebda tagħbija ’il quddiem jew fil-ġenb. Meta kull sieq titqiegħed lura fil-pożizzjoni ’l isfel, l-għarqub għandu jkun imiss mal-istruttura ddisinjata għal dan;

Ikkontrolla li l-invell laterali jkun fil-pożizzjoni żero; jekk ikun meħtieġ, applika tagħbija laterali fil-quċċata tad-dahar tal-magna li tkun suffiċjenti biex ikun livellat is-sit tal-magna 3-D H fuq is-sit.

4.13.   Waqt li żżomm it-T-bar biex ma tħalliex li l-magna 3-D H tiżżerżaq ’il quddiem fuq il-kuxxin tas-sit, ipproċedi kif ġej:

(a)

irritorna d-dahar tal-magna lejn id-dahar tas-sit;

(b)

alterna bejn l-applikazzjoni u r-rilaxx ta’ tagħbija orizzontali lura, li ma teċċedix il-25 N, lejn l-iżbarra tal-angolu ta’ wara f’għoli li bejn wieħed u ieħor ikun fiċ-ċentru tal-piżijiet tat-torso sakemm il-kwadrant tal-angolu tal-koxxa jindika li intlaħqet pożizzjoni stabbli wara li t-tagħbija tħalliet. Dan għandu jsir bil-għaqal sabiex ikun assigurat li ebda tagħbija esterjuri ’l isfel jew laterali ma hi applikata għall-magna 3-D H. Jekk livell ieħor ta’ aġġustament tal-magna 3-D H hu neċessarju, dawwar id-dahar tal-magna ’l quddiem, erġa’ invella, u rrepeti l-proċedura mill-paragrafu 4.12.

Ħu l-qisien kollha ta’ dawn li ġejjin:

4.14.1.   Il-koordinati tal-punt “H” jitkejlu fir-rigward tas-sistema tridimensjonali ta’ referenza.

4.14.2.   L-angolu effettiv tat-torso jinqara fil-kwadrant tal-angolu tad-dahar tal-magna 3-D H bis-sonda tkun f’pożizzjoni għal kollox lura.

4.15.   Jekk tkun mixtieqa ripetizzjoni tal-installazzjoni tal-magna 3-D H, il-montatura tas-sit għandha tibqa’ mhux mgħobbija għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel ir-ripetizzjoni. Il-magna 3-D H ma għandhiex titħalla mgħobbija fuq il-montatura tas-sit għal iktar mill-ħin meħtieġ biex jitwettaq it-test.

Jekk is-sits fl-istess ringiela jistgħu jitqiesu bħala simili (sit għal tnejn minn nies jew aktars, sits identiċi, eċċ.) għandu jkun iddeterminat biss punt “H” wieħed u “angolu effettiv tat-torso” wieħed għal kull ringiela ta’ sits, bil-magna 3-D H deskritta fl-Appendiċi 1 ma’ dan l-Anness tkun bil-qiegħda f’post meqjus bħala rappreżentattiv għar-ringiela. Dan il-post għandu jkun:

4.16.1.   fil-każ tar-ringiela ta’ quddiem, is-sit tas-sewwieq;

4.16.2.   fil-każ tar-ringiela jew tar-ringieli ta’ wara, sit fuq in-naħa ta’ barra.


(1)  Fi kwalunkwe pożizzjoni bil-qiegħda għajr dik tas-sits ta’ quddiem fejn il-punt “H” ma jistax ikun iddeterminat billi tintuża l-“magna tridimensjonali tal-punt ‘H’ jew il-proċeduri, il-punt ‘R’ indikat mill-manifattur jista” jitqies bħala referenza skont id-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti.

(2)  L-angolu mxeqleb tad-differenza tal-għoli b’immuntar fuq is-sedil, texture tal-wiċċ, eċċ.

APPENDIĊI 1

DESKRIZZJONI TAL-MAGNA TRIDIMENSJONALI TAL-PUNT “H” (1)

(magna 3-D H)

1.   Il-qigħan tad-dahar u tas-sit

Il-qigħan tad-dahar tas-sit huma mibnija minn plastik u minn metall rinforzat; huma jagħmluha ta’ torso u ta’ koxxa umana u huma mekkanikament impernjati fil-punt “H”. Kwadrant ikun marbut mas-sonda impernjata fil-punt “H” sabiex ikejjel l-angolu effettiv tat-torso. Żbarra aġġustabbli tal-koxxa, imwaħħla mal-qiegħ tas-sit, tistabbilixxi l-linja ċentrali tal-koxxa u sservi bħala linja bażi għall-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn.

2.   L-elementi tal-ġisem u tar-riġel

Is-segmenti tal-parti ta’ isfel tar-riġel huma mqabbda mal-assemblea tal-pjan tas-sedil bit-T-bar li tgħaqqad l-irkobbtejn, li hi estensjoni laterali tal-iżbarra aġġustabbli tal-koxxa. Il-kwadranti huma inkorporati fis-segmentazzjonijiet tal-parti ta’ isfel tar-riġel biex ikejlu l-angoli tal-irkobbtejn. Il-montaturi taż-żarbun u tas-sieq huma kkalibrati sabiex jitkejjel l-angolu tas-sieq. Żewġ invelli jorjentaw l-apparat fl-ispazju disponibbli. It-tagħbijiet tal-element tal-ġisem jitqiegħdu fiċ-ċentri tal-gravità korrispondenti sabiex jipprovdu penetrazzjoni fis-sit ekwivalenti għal raġel ta’ 76 kg. Għandhom ikunu kkontrollati l-ġogi kollha tal-magna 3-D H għal moviment ħieles mingħajr ma wieħed jiltaqa’ ma’ frizzjoni li wieħed sinifikanti.

Figura 1

L-ispeċifikazzjoni tal-elementi tal-magna 3-D H

Image

Figura 2

Id-dimensjonijiet tal-elementi tal-magna 3-D H u d-distribuzzjoni tat-tagħbija

Image

(1)  Għad-dettalji tal-binja tal-magna 3-D H irreferi għas-Society of Automotive Engineers [Soċjetà tal-Inġiniera tal-Karozzi] (SAE), 400 Commonwealth Drive, Warrendale, Pennsylvania 15096, United States of America. Il-magna tikkorrispondi għal dik deskritta fl-Istandard ISO 6549:1980.

APPENDIĊI 2

SISTEMA TA’ REFERENZA TRI-DIMENSJONALI

1.   Is-sistema tridimensjonali ta’ referenza hija ddefinita minn tliet pjani ortogonali stabbiliti mill-manifattur tal-vettura (ara l-figura) (1).

2.   Il-pożizzjoni tal-kejl tal-vettura tiġi stabbilita billi l-vettura titqiegħed fuq is-superfiċje ta’ appoġġ b’tali mod li l-koordinati tal-marki ta’ riferiment jikkorrispondu għall-valuri indikati mill-manifattur.

3.   Il-koordinati tal-punt “R” u tal-punt “H” jiġu stabbiliti f’relazzjoni għall-marki ta’ riferiment iddefiniti mill-manifattur tal-vettura.

Figura

Is-sistema tridimensjonali ta’ referenza

Image

(1)  Is-sistema ta’ referenza tikkorrispondi għall-Istandard ISO 4130:1978.

APPENDIĊI 3

ID-DEJTA TA’ REFERENZA LI TIKKONĊERNA L-POŻIZZJONIJIET BIL-QIEGĦDA

1.   L-ikkodifikar tad-dejta ta’ referenza

Id-dejta ta’ referenza hija elenkata b’mod konsekuttiv għal kull pożizzjoni bil-qiegħda. Il-pożizzjonijiet bil-qiegħda huma identifikati b’kodiċi ta’ żewġ ċifri. L-ewwel figura hija numru Għarbi u tindika r-ringiela tas-sits, li tingħadd minn quddiem għal wara tal-vettura. It-tieni figura hija ittra kapitali li tindika fejn tinsab il-pożizzjoni bil-qiegħda f’ringiela, kif tidher fid-direzzjoni ta’ moviment ’il quddiem tal-vettura; għandhom jintużaw l-ittri li ġejjin:

L

=

xellug

C

=

ċentru

R

=

lemin

2.   Id-deskrizzjoni tal-pożizzjoni tal-kejl tal-vettura

2.1.   Il-koordinati tal-marki ta’ riferiment

X …

Y …

Z …

3.   Il-lista tad-dejta ta’ referenza

Pożizzjoni bil-qiegħda: …

3.1.1.   Il-koordinati tal-punt “R”

X …

Y …

Z …

3.1.2.   L-angolu tad-disinn tat-torso …

3.1.3.   L-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tas-sit (1)

orizzontali: …

vertikali: …

angulari: …

angolu tat-torso: …

Nota: Elenka d-dejta ta’ referenza għal aktar pożizzjonijiet bil-qiegħda skont il-paragrafi 3.2, 3.3, eċċ.


(1)  Aqta’ fejn ma japplikax.


ANNESS 9

(riservat)


ANNESS 10

IL-KALKOLU TAL-INDIVIDWAZZJONI TAD-DISTANZA

1.   IT-TAGĦMIR TAL-MONITOR-KAMERA GĦALL-VIŻJONI INDIRETTA

1.1.   Ir-riżoluzzjoni limitu ta' kamera

Ir-riżoluzzjoni limitu ta' kamera hija ddefinita bil-formola:

Formula

fejn:

ωc

il-limitu tar-riżoluzzjoni tal-kamera (minuti tal-ark)

βc

l-angolu tal-viżjoni tal-kamera (°)

Nc

in-numru tal-linji tal-video tal-kamera (#)

Il-fabbrikant għandu jforni l-valuri għal βc u Nc.

1.2.   Id-determinazzjoni tad-distanza kritika tal-viżjoni tal-monitor

Għal monitor li jkollu ċerti qisien u proprjetajiet, tista' tiġi kkalkolata distanza għall-monitor li ġo fiha l-individwazzjoni tad-distanza tkun dipendenti biss fuq it-twettiq tax-xogħol tal-kamera. Din id-distanza kritika rm,c tal-viżjoni hija ddefinita bi:

Formula

fejn:

rm,c

id-distanza kritika tal-viżjoni (m)

Hm

l-għoli tal-immaġni fuq il-monitor (m)

Nm

in-numru tal-linji tal-video tal-monitor (-)

ωeye

il-limitu tar-riżoluzzjoni tal-osservatur (minuti tal-ark)

In-numru 60 huwa għall-qlib minn minuti tal-ark għall-gradi.

Il-fabbrikant għandu jforni l-valuri għal Hm u Nm.

ωeye = 1

1.3.   Determinazzjoni tad-distanza tal-individwazzjoni

1.3.1.   Id-distanza massima tal-individwazzjoni ġewwa d-distanza kritika tal-viżjoni meta, minħabba l-installazzjoni, id-distanza bejn il-monitor u l-għajn tkun inqas mid-distanza kritika tal-vista, id-distanza massima tal-individwazzjoni li tista' tinkiseb għandha tiġi ddefnita bi:

Formula

fejn:

rd

id-distanza tal-individwazzjoni [m]

Do

id-dijametru tal-oġġett [m]

ƒ

il-fattur limitu taż-żieda

ωc, βc u Nc skont il-paragrafu 1.1

D0 = 0,8 m

ƒ = 8

1.3.2.   Id-distanza tal-individwazzjoni ikbar mid-distanza kritika tal-vista. Meta, minħabba l-installazzjoni, id-distanza bejn il-monitor u l-għajn tkun iktar mid-distanza kritika tal-vista, id-distanza massima tal-individwazzjoni li tista' tinkiseb għandha tiġi ddefinita:

Formula

fejn:

rm

id-distanza tal-vista għall-monitor (m)

Dm

id-dijagonal tal-iskrin tal-monitor (pulzieri)

Nm

in-numru tal-linji tal-video tal-monitor (-)

βc u Nc skont il-paragrafu 1.1.

Nm u ωeye skont il-paragrafu 1.2.

2.   IR-REKWIŻITI FUNZJONALI SEKONDARJI

Imsejsa fuq il-kundizzjonijiet tal-installazzjoni, għandu jiġi ddeterminat jekk it-tagħmir sħiħ ikunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti funzjonali elenkati fil-paragrafu 6.2.2 ta’ dan ir-Regolament, b'mod speċjali l-korrezzjoni tal-leqqa, il-luminanza minima u massima tal-monitor. Għandu jiġi stabbilit ukoll il-grad tal-indirizzatar tal-korrezzjoni tal-leqqa u l-angolu li fih id-dawl tax-xemx jista' jolqot monitor u dawn għandhom jiġu pparagunati mar-riżultati korrispondenti tal-kejl mill-kejl tas-sistema. Dan jista' jiġi bbażat jew fuq mudell iġġenerat bil-CAD, determinazzjoni tal-angoli tad-dawl għat-tagħmir meta mmuntat fuq il-vettura rilevanti, jew billi jitwettaq il-kejl rilevanti fuq il-vettura rilevanti kif deskritt fil-paragrafu 6.2.2.2 ta’ dan ir-Regolament.