10.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 177/1 |
It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont il-liġi pubblika internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 1 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' fanali ta' quddiem ta' vetturi bil-mutur li jitfgħu raġġ tad-dawl il-baxx u/jew raġġ tad-dawl tas-sewqan asimmetriku mgħammra b'bozoz bil-filament tal-kategorija R2 u/jew HSI
Tinkorpora t-test validu kollu sa:
serje 02 ta' emendi — Data tad-dħul fis-seħħ: 8 ta' Settembru 2001
WERREJ
IR-REGOLAMENT
Kamp ta' applikazzjoni
1. |
Definizzjonijiet |
2. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
3. |
Marki |
4. |
Approvazzjoni |
5. |
Speċifikazzjonijiet ġenerali |
6. |
Illuminazzjoni |
7. |
Il-kejl ta' skumdità |
8. |
Fanal ta' quddiem standard |
9. |
Konformità tal-produzzjoni |
10. |
Sanzjonijiet għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
11. |
Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta' tip ta' fanal ta' quddiem |
12. |
Produzzjoni mwaqqfa għal kollox |
13. |
L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi |
14. |
Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
ANNESSI
Anness 1 — |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni jew produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta' tip ta' fanal ta' quddiem skont ir-Regolament Nru 1 |
Anness 2 — |
Fanali ta' quddiem speċjali għal tratturi użati għall-agrikoltura jew għall-forestrija u vetturi oħra li jimxu bil-mod |
Anness 3 — |
Ir-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri ta' kontroll tal-produzzjoni |
Anness 4 — |
Testijiet għall-istabilità tal-prestazzjoni fotometrika tal-fanali ta' quddiem waqt li jkunu qegħdin jintużaw |
Anness 5 — |
Eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni |
Anness 6 — |
Skrinijiet ta' kejl |
Anness 7 — |
Rekwiżiti għal bozoz li jinkorporaw lentijiet magħmula minn materjal tal-plastik — l-ittestjar ta' lentijiet jew kampjuni tal-materjal u ta' fanali kompleti |
Anness 8 — |
Ir-rekwiżiti minimi għat-teħid ta' kampjuni minn spettur |
KAMP TAL-APPLIKAZZJONI (1)
Dan ir-Regolament japplika għall-fanali ta' quddiem ta' vetturi bil-mutur li jistgħu jinkorporaw lentijiet magħmula minn materjal tal-ħġieġ jew tal-plastik.
1. DEFINIZZJONIJIET
Għall-iskop ta' dan ir-Regolament:
1.1. “Lenti” tfisser il-komponent li qiegħed l-aktar lejn in-naħa ta’ barra tal-fanal ta’ quddiem (unità) li jittrażmetti d-dawl minn ġos-superfiċje tal-illuminazzjoni;
1.2. “Kisja” tfisser kwalunkwe prodott jew prodotti applikati fi strat wieħed jew aktar mal-wiċċ ta’ barra ta' lenti;
Il-fanali ta’ quddiem ta’ “tipi” differenti huma fanali ta’ quddiem li jvarjaw f’aspetti essenzjali bħal:
1.3.1. L-isem jew il-marka tal-fabbrika;
1.3.2. Il-karatteristiċi tas-sistema ottika;
1.3.3. L-inklużjoni ta' komponenti addizzjonali li kapaċi jbiddlu l-effetti ottiċi permezz ta' riflessjoni, rifrazzjoni jew assorbiment; u/jew deformazzjoni matul l-operazzjoni;
1.3.4. Kemm huma adattati għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin jew min-naħa tax-xellug jew għaż-żewġ sistemi ta’ traffiku;
1.3.5. Il-kapaċità li jipproduċu raġġ tad-dawl il-baxx jew raġġ tas-sewqan jew it-tnejn;
1.3.6. Il-materjali li jikkostitwixxu l-lentijiet u l-kisja, jekk hemm.
1.3.7. Il-ħowlder maħsub biex jakkomoda l-bozza (jew bozoz) bil-filament ta' waħda mill-kategoriji li ġejjin: R2 u/jew HS1; (2)
2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mill-propjetarju tal-isem kummerċjali jew tat-trejdmark jew mir-rappreżentant akkreditat b’mod xieraq tiegħu. Għandha tispeċifika: Jekk il-fanal ta’ quddiem huwiex maħsub li jipprovdi kemm raġġ tad-dawl il-baxx u kemm raġġ tad-dawl ts-sewqan jew wieħed biss minn dawn ir-raġġi;
Jekk, ladarba l-fanal ta’ quddiem huwiex maħsub biex jipprovdi raġġ tad-dawl il-baxx, huwa ddisinjat kemm għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug u kemm dak li ġej min-naħa tal-lemin jew biss għal traffiku li ġej min-naħa tax-xellug jew għal dak biss li ġej min-naħa tal-lemin.
Jekk il-fanal ta’ quddiem huwa mgħammar b’riflettur li jista’ jiġi aġġustat, il-pożizzjoni(jiet) tal-immontar tal-fanal ta’ quddiem fir-rigward tal-art u tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.
L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata, fir-rigward ta' kull tip ta' fanal ta' quddiem, minn:
2.2.1. Tliet kopji tad-disinni f’dettall suffiċjenti biex jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip u li jirrappreżentaw kif jidher il-fanal ta’ quddiem minn quddiem, b’dettalji tal-istrixxi ta’ appoġġ (ribbing) tal-lenti jekk hemm, u tal-wiċċ tiegħu magħmul mill-qtugħ tiegħu, f’angolu rett; id-disinni għandhom jindikaw l-ispazju rriservat għall-marka tal-approvazzjoni;
Jekk il-fanal ta’ quddiem huwa mgħammar b’riflettur li jista’ jiġi aġġustat, indikazzjoni tal-pożizzjoni(jiet) tal-immontar tal-bozza ta’ quddiem fir-rigward tal-art u tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jekk il-fanal ta’ quddiem se jintuża f’dik (dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss;
2.2.2. Speċifikazzjoni teknika fil-qosor;
2.2.3. Żewġ kampjuni tat-tip tal-fanal ta’ quddiem;
Għat-test tal-materjal tal-plastik li minnu huma magħmula l-lentijiet;
tlettax-il lenti;
2.2.4.1.1. sitta minn dawn il-lentijiet jistgħu jiġu ssostitwiti b’sitt kampjuni ta’ materjal b’daqs mill-inqas ta’ 60 × 80 mm, li għandhom is-superfiċje ta’ barra ċatta jew konvessa u b’erja sostanzjalment ċatta (bir-radju tal-kurvatura ta’ mhux inqas minn 300 mm) fin-nofs ta’ b’daqs ta’ mill-inqas 15 × 15 mm;
2.2.4.1.2. kull lenti jew kampjun ta’ materjal ta’ dan it-tip għandha tkun prodotta bil-metodu li se jintuża fil-produzzjoni fi kwantità kbira;
2.2.4.2. riflettur li miegħu jistgħu jitwaħħlu l-lentijiet b'konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur.
2.3. Il-materjali li minnhom huma magħmula l-lentijiet u l-kisjiet, jekk hemm, għandhom ikollhom magħhom ir-rapport tat-test tal-karatteristiċi ta’ dawn il-materjali u l-kisjiet jekk diġà ġew ittestjati.
2.4. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti sabiex jiġu żgurati kontrolli effettivi fuq il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.
3. L-IMMARKAR (3)
3.1. Il-fanali ta’ quddiem imressqa għall-approvazzjoni għandhom juru l-isem kummerċjali jew it-trejdmark ta’ min qed japplika.
3.2. Għandhom jinkludu, fuq il-lenti u fuq il-parti prinċipali, (4) spazji ta’ daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali li jissemmew fil-paragrafu 4; dawn l-ispazji għandhom ikunu indikati fuq id-disinni li jissemmew fil-paragrafu 2.2.1. hawn fuq.
3.3. Fil-każ ta' fanali ta' quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kemm pajjiżi bi traffiku li ġej min-naħa tal-lemin u ta' pajjiżi bi traffiku li ġej min-naħa tax-xellug, iż-żewġ montaturi tal-unità ottika fuq il-vettura jew tal-bozza bil-filament fuq ir-riflettur għandhom ikunu mmarkati b'ittri kbar R u D, u L u G, rispettivament.
4. APPROVAZZJONI
4.1. Ġenerali
4.1.1. Għandha tingħata l-approvazzjoni jekk il-kampjuni kollha ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem imressqa skont il-paragrafu 2 hawn fuq jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
4.1.2. Fejn bozoz raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ aktar minn Regolament wieħed, tista’ titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda sakemm kull waħda mill-bozoz raggruppati, magħquda jew inkorporati reċiprokament tissodisfa d-dispożizzjonijiet li japplikaw għaliha. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal fanali ta' quddiem li huma mmuntati b'bozza b'żewġ filamenti fejn huwa approvat raġġ wieħed.
4.1.3. Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanal ta' quddiem kopert minn dan ir-Regolament ħlief fil-każ ta' estensjoni tal-approvazzjoni għal tagħmir li jvarja biss fil-kulur tad-dawl mitfugħ.
4.1.4. L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzoni jew tal-produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta' tip ta' fanal ta' quddiem b'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola konformi mal-mudell muri fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament, bl-indikazzjonijiet skont il-paragrafu 2.2.1 u jekk il-fanal ta' quddiem ikun mgħammar b'riflettur li jista' jiġi aġġustat u jekk il-fanal ta' quddiem se jintuża biss għal pożizzjonijiet tal-immontar skont l-indikazzjonijiet fil-paragrafu 2.2.1, l-applikant se jkun obbligat permezz tal-approvazzjoni biex jinforma lill-utent b'mod xieraq dwar il-pożizzjoni(jiet) tal-immontar korretta (korretti).
4.1.5. Minbarra l-marka preskritta fil-paragrafu 3.1., għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni kif deskritta fil-paragrafi 4.2. u 4.3. hawn taħt, fl-ispazji li jissemmew fil-paragrafu 3.2. hawn fuq għal kull fanal ta’ quddiem li kkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament.
4.2. Il-kompożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun komposta minn:
marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tinkludi:
4.2.1.1. ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni; (5)
4.2.1.2. in-numru tal-approvazzjoni preskritt fil-paragrafu 4.1.3.
is-simbolu (jew simboli) addizzjonali li ġejjin:
4.2.2.1. fuq fanali ta' quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' traffiku li ġej min-naħa tax-xellug biss, vleġġa orizzontali, li tipponta lejn il-lemin ta' osservatur li qiegħed faċċata tal-fanal ta' quddiem, jiġifieri mal-ġenb tat-triq li fiha jgħaddi t-traffiku;
4.2.2.2. fuq fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żewġ sistemi tat-traffiku permezz ta’ aġġustament xieraq tal-mod kif tkun irregolata l-unità ottika jew il-bozza bil-filament, vleġġa orizzontali b’ponta fuq kull naħa, bil-ponot jippuntaw rispettivament lejn ix-xellug u lejn il-lemin;
4.2.2.3. fuq fanali ta' quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tad-dawl il-baxx biss, l-ittra “C”;
4.2.2.4. fuq fanali ta' quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tad-dawl tas-sewqan biss, l-ittra “R”;
4.2.2.5. fuq fanali ta' quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' kemm ir-raġġ tad-dawl il-baxx u r-raġġ tad-dawl tas-sewqan, l-ittri “CR”;
4.2.2.6. fuq fanali ta’ quddiem li jinkorporaw lenti magħmula minn materjal tal-plastik, il-grupp tal-ittri “PL” irid jitwaħħal ħdejn is-simboli preskritti fil-paragrafi 4.2.2.3. sa 4.2.2.5. hawn fuq.
4.2.2.7. F’kull każ il-mod operattiv rilevanti użat matul il-proċedura tat-test skont il-paragrafu 1.1.1.1 tal-Anness 4 u l-vultaġġ(i) permess(i) skont il-paragrafu 1.1.1.2 tal-Anness 4 għandhom jiġu stipulati fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni u fuq il-formola tal-komunikazzjoni trażmessi lill-pajjiżi li huma l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim u li japplikaw dan ir-Regolament.
Fil-każijiet li jikkorrispondu, it-tagħmir għandu jiġi mmarkat kif ġej:
Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li huma ddisinjati b’tali mod li l-filament tar-raġġ tad-dawl il-baxx ma jkunx jista' jinxtegħel fl-istess ħin ma’ kwalunkwe funzjoni oħra li ddawwal li magħha jista’ jkun inkorporat reċiprokament: linja mmejla (/) għandha titqiegħed wara s-simbolu tal-bozza tar-raġġ il-baxx fil-marka tal-approvazzjoni.
Fuq fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness 4 għal dan ir-Regolament biss meta jkunu fornuti b’vultaġġ ta’ 6 V jew 12 V, simbolu li jikkonsisti min-numru 24 maqtugħ b’salib immejjel (X), għandu jitqiegħed ħdejn il-ħowlder tal-bozza bil-filament.
4.2.2.8. Iż-żewġ ċifri tan-numru ta' approvazzjoni li jindikaw is-serje ta' emendi fis-seħħ fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni u, jekk meħtieġ, il-vleġġa meħtieġa jistgħu jiġu mmarkati qrib is-simboli addizzjonali ta’ hawn fuq;
4.2.2.9. Il-marki u s-simboli msemmija fil-paragrafi 4.2.1 u 4.2.2 hawn fuq għandhom jinqraw faċilment u ma jitħassrux anke meta l-apparat ikun imwaħħal fil-vettura.
4.3. L-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni
4.3.1. Bozoz indipendenti
L-Anness 5, id-dijagrammi 1 sa 9 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni bis-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq.
4.3.2. Bozoz raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament
Fejn il-bozoz raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jinstabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti, tista’ titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda, li tikkonsisti f’ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni, u numru tal-approvazzjoni. Din il-marka tal-approvazzjoni tista’ titqiegħed fi kwalunkwe post tal-bozoz raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm:
4.3.2.1.1. tkun viżibbli wara l-installazzjoni tagħhom;
4.3.2.1.2. l-ebda parti mill-bozoz raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament li tittrażmetti d-dawl ma tista’ titneħħa mingħajr ma, fl-istess ħin, titneħħa l-marka tal-approvazzjoni.
Is-simbolu tal-identifikazzjoni għal kull bozza, xieraq għal kull Regolament li taħtu ngħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje korrispondenti ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali li saru l-aktar reċenti fir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni u, jekk ikun neċessarju, il-vleġġa meħtieġa għandha tkun immarkata:
4.3.2.2.1. jew fuq is-superfiċje x-xierqa li titfa’ d-dawl,
4.3.2.2.2. jew fi grupp, b’tali mod li kull waħda mil-bozoz raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament tista’ tkun identifikata b’mod ċar (ara l-erba’ eżempji possibbli fl-Anness 5).
4.3.2.3. Id-daqs tal-komponenti ta’ marka waħda tal-approvazzjoni ma għandux ikun inqas mid-daqs minimu meħtieġ għall-iċken fost il-marki individwali permezz tar-Regolament li taħtu ngħatat l-approvazzjoni.
4.3.2.4. Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ bozoz raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament skont dan ir-Regolament.
4.3.2.5. L-Anness 5, id-dijagramm 10, għal dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni għall-bozoz raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament mas-simboli addizzjonali kollha msemmija hawn fuq.
Il-bozoz, li l-lenti tagħhom hi użata għal tipi differenti ta' fanali ta' quddiem u li jistgħu jiġu reċiprokament inkorporati jew raggruppati ma' bozoz oħra
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.3.2 hawn fuq huma applikabbli.
4.3.3.1. Barra dan, fejn tintuża l-istess lenti, din tal-aħħar jista’ jkollha fuqha marki tal-approvazzjoni differenti relatati mat-tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jew ta’ unitajiet ta’ fanali, sakemm il-parti prinċipali tal-fanali ta’ quddiem, anki jekk ma tistax tiġi sseparata mil-lenti, tinkludi wkoll l-ispazju deskritt fil-paragrafu 3.2 hawn fuq u jkollha l-marki ta’ approvazzjoni tal-funzjonijiet proprji. Jekk tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jinkludu l-istess parti prinċipali, din tal-aħħar tista’ tingħata marki tal-approvazzjoni differenti.
4.3.3.2. L-Anness 5, id-dijagramm 11, għal dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni relatati mal-każ imsemmi hawn fuq.
5. L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI
5.1. Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmiija fil-paragrafi 6 u 7 hawn taħt.
5.2. Il-fanali ta’ quddiem għandhom ikunu magħmula b’mod li jżommu l-karatteristiċi fotometriċi preskritti tagħhom u li jibqgħu jaħdmu tajjeb meta jkunu użati b’mod normali, minkejja l-vibrazzjonijiet li jistgħu jkunu soġġetti għalihom.
5.3. Il-fanali ta' quddiem għandhom ikunu mgħammra bi strument li bih jistgħu jkunu aġġustati fuq il-vetturi sabiex jikkonformaw mar-regoli applikabbli għalihom. Strument bħal dan m’għandux għalfejn jitwaħħal fuq komponenti li fihom ir-riflettur u l-lenti tat-tixrid ma jistgħux jiġu sseparati, sakemm l-użu ta’ unitajiet bħal dawn isir biss f’vetturi li fuqhom il-mod kif jistgħu jiġu rregolati l-fanali ta’ quddiem jista’ jiġi aġġustat b’xi mezzi oħra. Fejn fanal ta’ quddiem li jipprovdi raġġ tad-dawl tas-sewqan u fanal ta’ quddiem li jipprovdi raġġ tad-dawl il-baxx, kull wieħed mgħammar bil-bozza bil-filament tiegħu, jiġu mmontati biex jifformaw unità komposta, it-tagħmir li jaġġusta għandu jippermetti li kull sistema ottika tkun tista’ tiġi aġġustata b’mod individwali kif ikun hemm bżonn.
Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għall-immontar ta' fanali ta’ quddiem li r-rifletturi tagħhom ma jistgħux jiġu diviżi. Għal dan it-tip ta’ mmontar, japplikaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6 hawn taħt.
5.4. Il-komponenti li permezz tagħhom bozza bil-filament titwaħħal mar-riflettur għandhom ikunu magħmula b'tali mod li, anke fid-dlam, il-bozza bil-filament ma tkun tista' titwaħħal f'ebda pożizzjoni ħlief f'dik it-tajba. Il-ħowlder tal-bozza bil-filament għandu jikkonforma mal-karatteristiċi dimensjonali kif spjegat fid-dokumenti ta' dejta li ġejjin tal-Pubblikazzjoni tal-IEC 61-2:
Bozza bil-filament |
Ħowlder |
Id-dokument ta' dejta |
R2 |
P45t-41 |
7005-95-1 |
H51 |
PX43t |
7005-34-1 |
5.5. Il-fanali ta' quddiem ddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kemm ta' pajjiżi fejn it-traffiku jimxi fuq in-naħa tal-lemin u ta' dawk fejn jimxi fuq in-naħa tax-xellug jistgħu jiġu adattati għal traffiku fuq naħa speċifika tat-triq jew permezz ta' aġġustament xieraq inizjali meta l-vettura tkun kompletata jew permezz ta' ppustjar selettiv mis-sewwieq. Dan l-aġġustment inizjali jew l-ippustjar selettiv għandu jikkonsisti, pereżempju, fit-twaħħil jew tal-unità ottika f'angolu speċifikat fuq il-vettura jew tal-bozza bil-filament f'angolu speċifikat fir-rigward tal-unità ottika. Fil-każijiet kollha, għandhom ikunu possibbli biss żewġ pożizzjonijiet ta' ppustjar preċiżament differenzjati, waħda għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin u waħda għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug, u d-disinn għandu jipprekludi ċaqliq involontarju tal-fanal ta' quddiem minn pożizzjoni waħda għall-oħra jew it-tqegħid tiegħu f'pożizzjoni intermedja. Fejn huma pprovduti żewġ modi differenti ta’ kif tkun irregolata l-bozza bil-filament, il-komponenti għat-twaħħil tal-bozza bil-filament mar-riflettur iridu jiġu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li, f’kull waħda miż-żewġ modi ta’ ppustjar, il-bozza bil-filament tinżamm fil-pożizzjoni bil-preċiżjoni meħtieġa għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa waħda biss tat-triq.
5.6. Għandhom jitwettqu testijiet komplementari skont ir-rekwiżiti tal-Anness 4 sabiex ikun żgurat li waqt l-użu ma jkun hemm l-ebda bidla eċċessiva fil-prestazzjoni fotometrika.
5.7. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 5.2 sa 5.5 għandha tiġi vverifikata viżwalment u, fejn neċessarju, permezz tal-immuntar bi prova.
5.8. Jekk il-lenti tal-fanal ta’ quddiem tkun magħmula minn materjal tal-plastik, it-testijiet għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-Anness 7.
6. L-ILLUMINAZZJONI
6.1.1. Il-fanali ta' quddiem għandhom ikunu magħmula b'tali mod li flimkien ma' bozza(bozoz) tal-filament R2 u/jew HS1 xierqa jagħtu illuminazzjoni adegwata mingħajr ma jgħammxu fil-każ ta' raġġ tad-dawl il-baxx u illuminazzjoni tajba fil-każ tar-raġġ tad-dawl tas-sewqan.
6.1.2. L-illuminazzjoni mitfugħa mill-fanal ta' quddiem għandha tiġi vverifikata fuq skrin vertikali mqiegħed f'distanza ta' 25 m quddiem il-fanal ta' quddiem u f'angoli dritti mal-assi tiegħu (ara l-Anness 6).
6.1.3. Il-fanal ta' quddiem għandu jkun ivverifikat permezz ta' (a) bozza (bozoz) standard bil-filament (etalon) iddisinjati għal vultaġġ stmat ta' 12 V, kwalunkwe filtri sofor selettivi (6)li qed jinbidlu b'filtri bla kulur li huma ġeometrikament identiċi b'fattur ta' trażmissjoni ta' minn tal-inqas 80 fil-mija. Matul il-verifika tal-fanal ta' quddiem il-vultaġġ fit-terminali tal-bozza bil-filament għandu jkun irregolat b'tali mod li jinkisbu l-karatteristiċi li ġejjin:
Bozza bil-filament il-kategorija |
Bejn wieħed u ieħor vultaġġ fornut (V) għal kejl |
Fluss tad-dawl (f'lumens) |
|
ir-raġġ tad-dawl tas-sewqan: filament |
ir-raġġ tad-dawl il-baxx: filament |
||
R2 |
12 |
700 |
450 |
H51 |
12 |
700 |
450 |
6.1.4. Id-dimensjonijiet li jiddeterminaw il-pożizzjoni tal-filament(i) u l-ilqugħ ġewwa l-bozza bil-filament standard huma murija fuq id-dokument ta' dejta rilevanti tar-Regolament Nru 37.
6.1.5. Il-bozza bil-filament standard li tinstab fil-fanal għandha tkun ta' forma u kwalità b'tali mod li ma tikkawżax kwalunkwe riflessjoni jew rifrazzjoni li jaffetwaw b'mod negattiv id-distribuzzjoni tad-dawl. Konformità ma' dan ir-rekwiżit għandha tkun ivverifikata billi titkejjel id-distribuzzjoni tad-dawl miksuba meta fanal ta' quddiem standard ikun mgħammar b'bozza bil-filament standard (etalon).
Ir-raġġ tad-dawl il-baxx irid jipproduċi “punt ta’ waqfien” definit biżżejjed li permezz tiegħu jippermetti aġġustament sodisfaċenti. Il-“punt ta’ waqfien” irid ikun linja dritta orizzontali fuq in-naħa opposta għad-direzzjoni tat-traffiku li għalih huwa maħsub il-fanal ta’ quddiem; fuq in-naħa l-oħra għandha tkun orizzontali jew fi ħdan angolu ta' 15° 'il fuq mil-linja orizzontali.
Il-fanal ta' quddiem għandu jiġi aġġustat b'tali mod li:
6.2.1. fil-każ tal-fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin, il-“punt ta’ waqfien” fuq in-nofs xellugi tal-iskrin (7) ikun orizzontali u, fil-każ tal-fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ traffiku li ġej min-naħa tax-xellug, il-“punt ta’ waqfien” fuq in-nofs lemini tal-iskrin ikun orizzontali;
6.2.2. din il-parti orizzontali tal-“punt ta' waqfien” tinstab fuq l-iskrin 25 cm l-isfel mil-linja ta' barra tal-pjanċa orizzontali li tgħaddi mill-fokus tal-fanal ta' quddiem (ara l-Anness 6 ma' dan ir-Regolament);
6.2.3. l-iskrin huwa fil-pożizzjoni indikata fl-Anness 6. (8)
Meta aġġustat b'dan il-mod, il-fanal ta' quddiem għandu, jekk huwa maħsub li jipprovdi raġġ tad-dawl il-baxx u raġġ tad-dawl tas-sewqan, jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 6.3. u 6.5. hawn taħt. Jekk huwa maħsub primarjament biex jipprovdi raġġ tad-dawl il-baxx, għandu jikkonforma biss mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 6.3. (9)
Meta fanal ta' quddiem aġġustat f'dan il-mod ma jissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 6.3 u 6.5., l-aġġustament tiegħu jista' jinbidel, sakemm l-assi tar-raġġ jew il-punt tal-intersezzjoni HV speċifikat fl-Anness 6 ma' dan ir-Regolament ma jkunx spustjat b'mod laterali b'iktar minn 1 (=44 cm) lejn il-lemin jew ix-xellug. (10) Biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament permezz tal-“punt ta' waqfien”, il-fanal ta' quddiem jista' jiġi parzjalment okkultat sabiex il-“punt ta' waqfien” ikun aktar definit.
Jekk il-fanal ta' quddiem ikun iddisinjat biss biex jipprovdi raġġ tad-dawl tas-sewqan, għandu jiġi aġġustat b'tali mod li l-erja ta' illuminazzjoni massima tkun iċċentrata fuq il-punt ta' intersezzjoni tal-linji hh u vv. Fanal ta' quddiem bħal dan għandu jissodisfa biss ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 6.5.
6.3. L-illuminazzjoni mitfugħa mir-raġġ tad-dawl il-baxx fuq l-iskrin għandha tissodisfa r-rekwiżiti tat-tabella li ġejja: (11)
Il-punt fuq l-iskrin tal-kejl |
L-illuminazzjoni neċessarja f’lux |
|
Il-fanali ta’ quddiem għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin |
Il-fanali ta’ quddiem għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug |
|
Punt R 50 L |
Punt H 50 R |
≤ 0-4 |
Punt 75 R |
Punt 75 L |
≥ 6 |
Punt 50 R |
Punt 50 L |
≥ 6 |
Punt 25 L |
Punt 25 R |
≥ 1,5 |
Punt 25 R |
Punt 25 L |
≥ 1,5 |
Kwalunkwe punt fiż-żona III |
≤ 0,7 |
|
Kwalunkwe punt fiż-żona IV |
≥ 2 |
|
Kwalunkwe punt fiż-żona I |
≤ 20 |
Huwa mifhum li, fejn il-fluss tal-bozza bil-filament standard użat għall-kejl huwa differenti minn 450 lumens, il-miżuri kif meħuda għandhom jiġu kkoreġuti b'mod proporzjonali għar-rati tal-flussi. Ma għandu jkun hemm l-ebda varjazzjonijiet laterali detrimentali għall-viżibilità tajba fi kwalunkwe waħda miż-żoni I, II, III u IV.
Il-fanali ta' quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kemm it-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin u dak li ġej min-naħa tax-xellug għandhom, f'kull waħda miż-żewġ pożizzjonijiet tal-unità ottika jew tal-bozza bil-filament, jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq għas-sistema tat-traffiku li tikkorrispondi.
6.4. Il-valuri tal-illuminazzjoni fiż-żoni “A” u “B” kif murija fid-dijagramm P1C fl-Anness 6 għandhom jiġu vverifikati mill-kejl tal-valuri fotometriċi tal-punti 1 sa 8 fuq dan id-dijagramm; dawn il-valuri għandhom ikunu fil-limiti li ġejjin:
1 + 2 + 3 ≥ 0,3 lux, u
4 + 5 + 6 ≥ 0,6 lux, u
0,7 lux ≥ 7 ≥ 0,1 lux u
0,7 lux ≥ 8 ≥ 0,2 lux
Dawn il-valuri l-ġodda ma għandhomx ikunu meħtieġa għall-fanali ta' quddiem li ġew approvati qabel id-data tal-applikazzjoni tas-Suppliment 3 għas-sere 01 ta' emendi għal dan ir-Regolament (2 ta' Diċembru 1992) u lanqas għall-estensjonijiet għal approvazzjonijiet bħal dawn.
Fil-każ tal-fanali ta’ quddiem b’riflettur li jista’ jiġi aġġustat huma applikabbli r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 6.2 sa 6.4 għal kull pożizzjoni tal-immontar kif indikat skont il-paragrafu 2.1 Għandha tintuża l-proċedura li ġejja għall-verifika:
6.5.1. kull pożizzjoni applikata hija rrealizzata fuq il-gonjometru tat-test fir-rigward ta’ linja li tgħaqqad iċ-ċentru tas-sors tad-dawl u l-punt HV fuq l-iskrin ta' mira. Ir-riflettur li jista’ jiġi aġġustat imbagħad jiġi mċaqlaq f’pożizzjoni b'tali mod li d-disinn tad-dawl fuq l-iskrin jikkorrispondi mal-preskrizzjonijiet tal-mira msemmia fil-paragrafi 6.1, 6.2 u/jew 6.4;
6.5.2. bir-riflettur inizjalment imwaħħal skont il-paragrafu 6.5.1., il-fanal ta’ quddiem irid jissodisfa r-rekwiżiti fotometriċi rilevanti msemmija fil-paragrafi 6.2, 6.3 u 6.4;
6.5.3. it-testijiet addizzjonali jitwettqu wara li r-riflettur ikun tressaq vertikalment ± 2 jew tal-inqas fil-pożizzjoni massima, jekk inqas minn 2, mill-pożizzjoni inizjali tiegħu permezz tat-tagħmir li jaġġusta l-fanali ta' quddiem. Wara li l-fanal ta’ quddiem ikun ġie mmirat kollha kemm hu (permezz tal-gonjometru pereżempju) fid-direzzjoni opposta li tikkorrispondi, id-dawl mitfugħ fid-direzzjonijiet li ġejjin għandu jkun ikkontrollat u jibqa’ fil-limiti meħtieġa: ir-raġġ tad-dawl il-baxx: punti HV u 75R (75L rispettivament); ir-raġġ tad-dawl tas-sewqan: punt HV (perċentwali ta' Emax).
6.5.4. jekk l-applikant ikun indika aktar minn pożizzjoni waħda tal-immontar, il-proċedura msemmija fil-paragrafi 6.5.1 sa 6.5.3 għandha tkun irripetuta għall-pożizzjonijiet l-oħra kollha;
6.5.5. jekk l-applikant ma jkunx talab għal pożizzjonijiet speċjali tal-immontar, il-fanal ta’ quddiem għandu jkun immirat għall-kejl imsemmi fil-paragrafi 6.2 sa 6.4 bit-tagħmir li jaġġusta l-fanali ta’ quddiem fil-pożizzjoni intermedja tiegħu. It-testijiet addizzjonali tal-paragrafu 6.5.3 għandhom isiru bir-riflettur imċaqlaq lejn il-pożizzjonijiet estremi tiegħu (minflok ± 2) permezz tat-tagħmir li jaġġusta l-fanali ta’ quddiem.
6.6. Il-kejl tal-illuminazzjoni mitfugħa fuq l-iskrin mir-raġġ tad-dawl tas-sewqan għandhom jittieħdu mal-istess aġġustament tal-fanal ta' quddiem kif isir għall-miżuri skont 6.3 hawn fuq, jew, fil-każ ta' fanal ta' quddiem li jipprovdi raġġ tad-dawl tas-sewqan biss, skont il-paragrafu finali ta' 6.2.3 Fejn jintuża aktar minn sors ta’ dawl wieħed biex jipprovdi r-raġġ ewlieni, il-funzjonijiet għandhom jintużaw flimkien biex ikun iddeterminat il-valur massimu tal-illuminazzjoni (Emax).
L-illuminazzjoni mitfugħa fuq l-iskrin mir-raġġ tad-dawl tas-sewqan għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
Il-punt ta’ l-intersezzjoni (HV) tal-linji hh u vv għandu jinstab fl-isolux b'90 % tal-illuminazzjoni massima.
Il-valur massimu m'għandux ikun inqas minn 32 lux.
Mill-punt tal-intersezzjoni HV, orizzontalment għal-lemin u għax-xellug, l-illuminazzjoni ma għandhiex tkun inqas minn 16 lux sa distanza ta' 1,125 m u mhux inqas minn 4 lux sa distanza ta' 2,25 m. (Fejn il-fluss tal-bozza bil-filament standard użata għall-kejl ma jkunx 700 lumens, il-kejl kif meħud għandu jiġi kkoreġut proporzjonalment mal-proporzjon tal-flussi.)
6.7. Il-valuri tal-illuminazzjoni fuq l-iskrin imsemmija fil-paragrafi 6.3 u 6.5 hawn fuq għandhom jitkejlu permezz ta' ċellula fotoelettrika, li l-parti utli tagħha għandha tkun ristretta fi kwadrat ta' 65 mm kull naħa.
7. IL-KEJL TAL-ISKONFORT
Għandu jitkejjel l-iskonfort ikkawżat mir-raġġ tad-dawl il-baxx tal-fanali ta’ quddiem. (12)
8. FANAL TA' QUDDIEM STANDARD
Fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala fanal ta’ quddiem standard jekk:
8.1. Jissodisfa ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq għall-approvazzjoni;
8.2. Ikollu dijametru effettiv ta' mhux inqas min 160 mm;
Jipprovdi b'bozza bil-filament standard, fil-punti varji u fl-erji msemmija fil-paragrafu 6.3 hawn fuq, illuminazzjoni ugwali għal:
8.3.1. mhux iktar minn 90 % tal-limiti massimi, u
8.3.2. mhux inqas minn 120 % tal-limiti minimi preskritti fit-tabella fil-paragrafu 6.3.
9. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. Il-fanali ta’ quddiem approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu mmanifatturati b’mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 6.
9.2. Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 9.1 ikunu sodisfatti, għandhom isiru kontrolli xierqa tal-produzzjoni.
Id-detentur tal-approvazzjoni għandu, b’mod partikolari:
9.3.1. jassigura l-eżistenza ta’ proċeduri għal kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti;
9.3.2. ikollu aċċess għat-tagħmir ta’ kontroll meħtieġ għall-verifika tal-konformità ma’ kull tip approvat;
9.3.3. jassigura li r-riżultati tat-testijiet tad-dejta huma rreġistrati u li d-dokumenti relatati għandhom jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat bi ftehim mas-servizz amministrattiv;
9.3.4. janalizza r-riżultati ta' kull tip ta' test, sabiex jivverfika u jassigura l-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-prodott, filwaqt li jagħmel konċessjoni għal varjazzjoni fil-produzzjoni industrijali;
9.3.5. jassigura li għal kull tip ta' prodott jitwettqu minn tal-inqas it-testijiet preskritti fl-Anness 3 ma’ dan ir-Regolament;
9.3.6. jassigura li kull ġbir ta’ kampjuni li jagħtu evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità mat-tip tat-test ikkunsidrat għandu jagħti lok għal teħid ta' kampjun ieħor u test ieħor. Il-passi kollha meħtieġa għandhom jittieħdu sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.
L-awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni għat-tip tista’ meta fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta' kontroll dwar il-konformità applikabbli għal kull unità ta' produzzjoni.
9.4.1. F’kull spezzjoni, il-kotba tat-test u r-rekords tal-produzzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-ispettur li jkun qed iżur.
9.4.2. L-ispettur jista’ jagħżel b'mod każwali kampjuni biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat fid-dawl tar-riżultati tal-verifiki tal-manifattur stess.
9.4.3. Meta l-livell tal-kwalità ma jidhirx sodisfaċenti jew jidher li hemm bżonn li tiġi vverifikata l-validità tat-testijiet li jkunu saru bl-applikazzjoni tal-paragrafu 9.4.2 hawn fuq, l-ispettur għandu jagħżel il-kampjuni li għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun wettaq il-provi tal-approvazzjoni tat-tip bl-użu tal-kriterja tal-Anness 8.
9.4.4. L-awtorità kompetenti tista' twettaq kwalunkwe test preskritt f'dan ir-Regolament. Dawn it-testijiet se jsiru fuq kampjuni magħżula b'mod każwali mingħajr ma jikkawżaw distorzjoni tal-impenni ta' kunsinna tal-manifattur u b'konformità mal-kriterja tal-Anness 8.
9.4.5. L-aworità kompetenti għandha tagħmel ħilitha biex tikseb frekwenza ta' spezzjoni ta' darba kull sentejn, Madankollu, dan huwa fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti u l-fiduċja tagħhom fl-arranġamenti biex ikun assigurat kontroll effettiv tal-konformità ta' produzzjoni. Fil-każ fejn jiġu rreġistrati riżultati negattivi, l-awtorità kompetenti għandha tassigura li jittieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex tkun stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni mill-aktar fis possibbli.
9.5. Il-fanali ta’ quddiem b’difetti evidenti jitwarrbu.
9.6. Il-marka ta’ referenza ma titqiesx.
10. SANZJONIJIET GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
10.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunux hemm konformità mar-rekwiżiti speċifikati hawn fuq jew jekk fanal ta’ quddiem li għandu l-marka tal-approvazzjoni ma jikkonformax mat-tip approvat.
10.2. Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qed japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ma' dan ir-Regolament.
11. MODIFIKA U ESTENSJONI TA' APPROVAZZJONI TA' TIP TAL-FANAL TA' QUDDIEM
Kull modifika fit-tip tal-fanal ta’ quddiem għandha tiġi mgħarrfa lid-dipartiment amminstrattiv li approva t-tip tal-fanal ta’ quddiem. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:
11.1.1. Jikkunsidra li mhux probabbli li l-modifiki li saru se jkollhom effett negattiv notevoli u li fi kwalunkwe każ il-fanal ta' quddiem xorta huwa konformi mar-rekwiżiti; jew
11.1.2. Jitlob rapport ta’ test ulterjuri mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.
11.2. Konferma jew rifjut ta’ approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjonijiet, għandha tkun ikkomunikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.1.4 hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
11.3. L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ approvazzjoni għandha tagħti numru ta’ serje għal estensjoni bħal din u tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ma’ dan ir-Regolament.
11.4. Approvazzjonijiet li ngħataw qabel it-18 ta' Marzu 1986 jibqgħu validi.
12. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox milli jimmanifattura fanal ta' quddiem approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti din l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ma’ dan ir-Regolament.
13. ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formuli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew tal-produzzjoni li twaqqfet għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.
14. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
14.1. Sa minn sitt xhur wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 112, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jieqfu milli jagħtu approvazzjonijiet ECE skont dan ir-Regolament.
14.2. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjoni għal din is-serje u kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.
14.3. Approvazzjonijiet mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 112 u l-estensjonijiet kollha ta’ approvazzjonijiet, inklużi dawk għal serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament approvati sussegwentement, għandhom jibqgħu validi indefinittivament.
14.4. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu joħorġu approvazzjonijiet għal fanali ta' quddiem abbażi ta’ dan u ta' kwalunkwe serje ta’ emendi preċedenti għal dan ir-Regolament, sakemm il-fanali ta' quddiem ikunu maħsuba bħala sostituti biex jitwaħħlu fuq vetturi fl-użu.
14.5. Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 112, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad it-twaħħil ta’ fanal ta' quddiem approvat skont ir-Regolament Nru 112 fuq tip ta' vettura ġdida.
14.6. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil ta' fanal ta' quddiem approvat skont dan ir-Regolament fuq tip ta' vettura jew vettura.
14.7. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil ta' fanal ta' quddiem approvat skont dan ir-Regolament kif emendat bi kwalunkwe serje preċedenti ta' emendi fuq vettura fl-użu sakemm il-fanal ta' quddiem ikun maħsub bħala sostitut.
(1) Xejn f’dan ir-Regolament m’għandu jwaqqaf lil Parti Kontraenti li qed tapplika dan ir-Regolament milli tipprojbixxi li fanal ta’ quddiem li jinkorpora lenti magħmula minn materjal tal-plastik approvat skont dan ir-Regolament jingħaqad ma’ tagħmir mekkaniku għat-tindif tal-fanal ta’ quddiem (bil-wajpers).
(2) Applikazzjoni għall-approvazzoni ta' bozza tal-filament: ara r-Regolament Nru. 37. “Tip ta” bozza tal-filament ma għandhiex tiġi mfixkla ma' “kategorija tal-bozza tal-filament”. Dan ir-Regolament huwa dwar il-fanali ta' quddiem li jużaw bozoz tal-filament ta' kategoriji R2 u/jew HS1. Dawn il-kategoriji ta' bozoz tal-filament huma differenti essenzjalment fid-disinn tagħhom u, b'mod aktar partikolari, fil-kappa. Huma għandhom ikunu tali li ma jistgħux jinbidlu, imma fi ħdan kategorija ta' lampa tal-filament normalment ikun hemm diversi tipi.
(3) Fil-każ ta' fanali ta' quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-traffiku li jimxi fuq naħa waħda tat-triq biss (jew il-lemin jew ix-xellug), huwa wkoll irrakkomandat li l-erja li tista' tiġi okkultata biex tipprevjeni nuqqas ta' kumdità għal dawk li jużawh f'pajjiż fejn it-traffiku jimxi fuq in-naħa opposta tat-triq għandha tiġi mmarkata mingħajr ma titħassar fuq il-lenti ta' quddiem. Madanakollu, dan l-immarkar mhux neċessarju fejn l-erja tidher b’mod ċar mid-disinn.
(4) Jekk il-lenti ma tistax tinqala' mill-unità ewlenija tal-fanal ta' quddiem, spazju fuq il-lenti għandu jkun suffiċjenti.
(5) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi l-Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 (vojt), 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30-36 (vojt) u 37 għat-Turkija. In-numri sussegwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jidħlu għall-Ftehim li jikkonċerna l-Adozzjoni tal-Kundizzjonijiet Uniformi tal-Approvazzjoni u r-Rikonoxximent Reċiproku tal-Approvazzjoni għal Tagħmir u Partijiet ta' Vettura Mmotorizzata, u n-numri hekk mogħtija għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.
(6) Dawn il-filtri għandhom jikkonsistu fil-komponenti kollha, inkluż il-lenti, li huma maħsuba biex jagħtu kulur lid-dawl.
(7) L-iskrin tal-aġġustament għandu jkun wiesa’ biżżejjed li jippermetti li jiġi eżaminat il-“punt ta’ waqfien” fuq firxa ta’ mill-anqas 5 fuq kull naħa tal-linja vv.
(8) Jekk, fil-każ ta' fanal ta' quddiem iddisinjat biex jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tad-dawl il-baxx biss, l-assi fokali tiddifferixxi sostanzjalment mid-direzzjoni ġenerali tar-raġġ, għandu jsir aġġustament laterali fl-aħjar mod li jissodisfa r-rekwiżiti għall-illuminazzjoni fil-punti 75 u 50.
(9) Fanal ta' quddiem b “Raġġ tad-dawl il-baxx” ta' dan it-tip jista' jinkorpora raġġ tad-dawl tas-sewqan għal liema l-ebda speċifikazzjoni mhijiex stabbilita.
(10) Il-limitu tan-nuqqas ta' aġġustament ta' 1 fuq in-naħa tax-xellug mhuwiex inkompatibbli man-nuqqas ta' aġġustament vertikali. Dan tal-aħħar huwa llimitat biss mir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.5.
(11) Ara Anness 2 dwar is-suġġett tal-fanali ta' quddiem speċjali għall-tratturi tal-agrikoltura jew tratturi għall-forestrija u vetturi oħra li jimxu bil-mod.
(12) Dan ir-rekwiżit se jkun soġġett għal rakkomandazzjoni għall-benefiċċju tal-amministrazzjonijiet.
ANNESS 1
KOMUNIKAZZJONI
(mudell massimu: A4 (210 x 297 mm))
(1) |
maħruġ minn: |
L-isem tal-amministrazzjoni … … … |
dwar (2): |
APPROVAZZJONI MOGĦTIJA APPROVAZZJONI ESTIŻA APPROVAZZJONI RRIFJUTATA APPROVAZZJONI RTIRATA PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX |
ta’ tip tal-fanal ta’ quddiem skont ir-Regolament Nru 1
Nru tal-Approvazzjoni … Nru tal-Estensjoni …
1. |
L-isem jew il-marka kummerċjali tat-tagħmir: … |
2. |
L-isem tal-manifattur għat-tip ta' tagħmir: … |
3. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur: … |
4. |
Jekk japplika, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: … |
5. |
Imressaq għall-approvazzjoni fi: … |
6. |
Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni: … |
7. |
Data tar-rapport tat-test: … |
8. |
Numru tar-rapport tat-test: … |
9. |
Deskrizzjoni qasira: Il-kategorija kif deskritta mill-immarkar rilevanti: (3) … In-numru u l-kategorija tal-bozza jew bozoz bil-filament: … Kulur tad-dawl mitfugħ: abjad/isfar selettiv (2)… |
10. |
Il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: … |
11. |
Raġuni(jiet) għal estensjoni (jekk applikabbli): … |
12. |
Approvazzjoni mogħtija/estiża/rrifjutata/rtirata (2) … |
13. |
Post: … |
14. |
Data: … |
15. |
Firma: … |
16. |
Il-lista ta’ dokumenti ddepożitati mas-Servizz Amministrattiv li ta l-approvazzjoni hija annessa ma’ din il-komunikazzjoni u tista’ tinkiseb fuq talba. |
(1) Numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta/estenda/irrifjuta/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Aqta' dak li ma japplikax.
(3) Indika l-immarkar xieraq magħżul mil-lista t’hawn taħt:
Test ta 'immaġni
ANNESS 2
Fanali ta' quddiem speċjali għal tratturi tal-agrikoltura jew tal-forestrija u vetturi oħra li jimxu bil-mod
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għal fanali ta' quddiem speċjali għal tratturi tal-agrikoltura jew tal-forestrija u vetturi oħra li jimxu bil-mod, tali fanali ta' quddiem huma maħsuba biex jipprovdu kemm raġġ tad-dawl tas-sewqan kif ukoll raġġ tad-dawl il-baxx u għandhom dijametru D ta' inqas minn 160 mm, (1) bil-modifiki li ġejjin:
(a) |
Ir-rekwiżiti minimi għall-illuminazzjoni stipulati fil-paragrafu 6.3 għandhom jitnaqqsu fil-proporzjon soġġetti għal-limiti assoluti aktar baxxi li ġejjin: 3 lux jew fil-punt 75 R jew fil-punt 75 L; 5 lux jew fil-punt 50 R jew fil-punt 50 L; 1,5 lux fiż-żona IV; |
(b) |
Minflok is-simbolu CR stipulat fil-paragrafu 4.2.2.5. tar-Regolament, il-fanal ta' quddiem għandu jkun immarkat bl-ittra M fi trijangolu li jipponta 'lisfel; |
(c) |
Fil-komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni, il-punt 9 fl-Anness 1 għandu jaqra: “Fanal ta' quddiem għal vetturi li jimxu bil-mod biss”. |
(1) Jekk is-superfiċje li jidher tar-riflettur ma tkunx ċirkulari, id-dijametru għandu jkun dak ta’ ċirku bl-istess erja daqs is-superfiċje li tidher utli tar-riflettur.
ANNESS 3
Rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni
1. ĠENERALI
1.1. Mill-aspetti mekkaniċi u ġeometriċi, ir-rekwiżiti għall-konformità għandhom jitqiesu sodisfatti jekk il-varjanti ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura koperti fir-rekwiziti ta' dan ir-Regolament.
Fir-rigward tal-prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta qed jiġu ttestjati l-prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kwalunkwe fanal ta’ quddiem magħżul b'mod każwali u mgħammar b’bozza bil-filament standard,
1.2.1. ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament. Għall-valuri B 50 L (jew R) u ż-żona III, id-devjazzjoni mhux favorevoli massima tista’ tkun rispettivament ta’:
B 50 L (jew R) |
0,2 lx ekwivalenti għal 20 fil-mija |
|
0,3 lx ekwivalenti għal 30 fil-mija |
Iż-żona III |
0,3 lx ekwivalenti għal 20 fil-mija |
|
0,45 lx ekwivalenti għal 30 fil-mija |
jew jekk
1.2.2.1. jew ir-raġġ tad-dawl il-baxx, il-valuri preskritti f’dan ir-Regolament jintlaħqu f’HV (b’tolleranza ta’ +0,2 lx) u relatati ma' dik il-mira tal-inqas punt ta’ kull erja delimitata fuq l-iskrin tal-kejl (f’25 m) b’ċirku b’radju ta’ 15 cm madwar il-punti B 50 L (jew R) (1) (b’tolleranza ta’ +0,1 lx), 75 R (jew L), 25 R, 25 L, u fl-erja kollha taż-żona IV li mhijiex aktar minn 22,5 cm ’il fuq mil-linja 25 R u 25 L;
1.2.2.2. u jekk, għar-raġġ għas-sewqan, HV tkun tinstab fl-isolux 0,75 Emax, tiġi osservata, għall-valuri fotometriċi fi kwalunkwe punt tal-kejl speċifikat fil-paragrafu 6.6 ta’ dan ir-Regolament, tolleranza ta’ +20 fil-mija għall-valuri massimi u –20 fil-mija għall-valuri minimi.
1.2.3. Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, jista’ jinbidel l-allinjament tal-fanal ta’ quddiem, sakemm l-assi tar-raġġ ma jkunux imċaqalqa lateralment b’aktar minn 1 lejn il-lemin jew lejn ix-xellug. (2)
1.2.4. Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-fanali ta' quddiem għandhom jiġu rripetuti bl-użu ta’ bozza bil-filament standard oħra.
1.3. Fir-rigward tal-verifika tal-modifika tal-pożizzjoni vertikali tal-linja ta' waqfien taħt l-effett tas-sħana, wieħed għandu japplika l-proċedura ta’ hawn taħt:
Wieħed mill-fanali ta’ quddiem li huwa parti mill-kampjun għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness 4 wara li jkun soġġett għal tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 4.
Il-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk Δ r ma jeċċedix 1,5 mrad.
Jekk dan il-valur jeċċedi 1,5 mrad imma ma jkunx ta’ aktar minn 2,0 mrad, fanal ta' quddiem ieħor għandu jiġi soġġett għat-test biex b'hekk il-medja intermedja tal-valuri assoluti rreġistrati fuq iż-żewġ kampjuni ma teċċedix l-1,5 mrad.
1.4. Irid ikun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità.
Il-prestazzjoni fotometrika ta' fanal ta' quddiem li qed jitfa' dawl isfar selettiv għandha tkun il-valuri inklużi f'dan ir-Regolament immultiplikati b'0,84.
2. IR-REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR
Id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq mill-inqas it-testijiet li ġejjin għal kull tip ta’ fanali ta’ quddiem, f’intervalli xierqa. Dawn it-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Jekk kwalunkwe teħid ta’ kampjuni juri nuqqas ta’ konformità fir-rigward tat-tip ta’ test ikkonċernat, għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati aktar kampjuni. Il-manifattur għandu jieħu passi biex jassigura l-konformità tal-produzzjoni konċernata.
2.1. In-natura tat-testijiet
It-testijiet ta’ konformità f'dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u l-verifika tat-tibdil tal-pożizzjoni vertikali tal-linja ta' waqfien taħt l-effett tas-sħana.
2.2. Il-metodi użati fit-testijiet
2.2.1. Ġeneralment, it-testijiet għandhom jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
2.2.2. Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-awtorità kompetenti li hi responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur huwa responsabbli li jipprova li l-metodi applikati huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.
2.2.3. L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrar regolari tal-apparat tat-test u l-korrelazzjoni tiegħu ma’ kejl magħmula minn awtorità kompetenti.
2.2.4. F'kull każ il-metodi ta' riferenza se jkunu dawk ta' dan ir-Regolament, speċjalment għall-iskop tal-verifika amministrattiva u t-teħid tal-kampjuni.
2.3. In-natura tat-teħid tal-kampjuni
Il-kampjuni tal-fanali ta’ quddiem għandhom jintgħażlu b'mod każwali mill-produzzjoni ta’ grupp uniformi. Grupp uniformi jfisser sett ta’ fanali ta’ quddiem tal-istess tip, iddefinit skont il-metodi ta’ produzzjoni tal-manifattur.
Il-valutazzjoni ġeneralment għandha tkopri serje ta' produzzjoni minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista' jgħaqqad flimkien rekords dwar l-istess tip minn bosta fabbriki, sakemm dawn joperaw bl-istess sistema ta' kwalità u l-istess ġestjoni tal-kwalità.
2.4. Il-karatteristiċi fotometriċi mkejla u rreġistrati
Il-fanal ta’ quddiem li huwa parti mill-kampjun għandu jkun soġġett għall-kejl fotometriċi fil-punti pprovduti fir-Regolament, bil-qari li jkun illimitat fil-punti Emax, HV (3), HL, HR (4) fil-każ ta’ raġġ tad-dawl tas-sewqan, u għall-punti B 50 L (jew R), HV, 75 R (jew L) u 25 L (jew R) fil-każ tar-raġġ tad-dawl il-baxx (ara d-dijagramm fl-Anness 6).
2.5. Il-kriterji ta' x'inhu aċċettabbli
Il-manifattur huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju ta’ statistika tar-riżultati tat-test u għad-definizzjoni, bi ftehim mal-awtorità kompetenti, tal-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu biex jintlaħqu l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 9.1 ta’ dan ir-Regolament.
Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta’ suċċess f’kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 8 (l-ewwel teħid ta' kampjuni) tkun ta’ 0,95.
(1) L-ittri fil-parentesi jirreferu għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug.
(2) Il-limitu tan-nuqqas ta' aġġustament ta' 1 fuq in-naħa tal-lemin jew tax-xellug mhuwiex inkompatibbli man-nuqqas ta' aġġustament vertikali. Dan tal-aħħar huwa llimitat biss mir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.5.
(3) Meta r-raġġ tad-dawl tas-sewqan huwa inkorporat reċiprokament mar-raġġ tad-dawl il-baxx, HV fil-każ tar-raġġ tad-dawl tas-sewqan għandu jkun l-istess punt tal-kejl bħal fil-każ tar-raġġ tad-dawl il-baxx..
(4) Il-punti HL u HR “hh” jinsabu 1,125 m lejn in-naħa tax-xellug u lejn in-naħa tal-lemin tal-punt HV rispettivament.
ANNESS 4
It-testijiet għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika tal-fanali ta’ quddiem waqt l-użu
Ladarba l-valuri fotometriċi jkunu tkejlu skont il-preskrizzjoniiet ta’ dan ir-Regolament, fil-punti għal Emax għar-raġġ tad-dawl tas-sewqan u HV, 50 R, B 50 L għar-raġġ tad-dawl il-baxx (jew HV, 50 L, B 50 R għall-fanali ta’ quddiem ddisinjati għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug) għandu jiġi ttestjat kampjun tal-fanal ta’ quddiem komplet għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika waqt l-użu. “Fanal ta’ quddiem komplet” għandu jinftiehem bħala l-fanal komplet innifsu inklużi dawk il-partijiet u l-bozoz ta' madwaru li jistgħu jaffetwaw id-diżintegrazzjoni termali tiegħu.
1. TEST GĦALL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOMETRIKA
It-testijiet għandhom jitwettqu f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f’temperatura tal-ambjent ta’ 23 °C ± 5 °C, bil-fanal ta’ quddiem komplet li jkun immontat fuq bażi li tirrapreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura.
1.1. Il-fanal ta’ quddiem nadif
Il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għal 12-il siegħa kif deskritt fis-sottoparagrafu 1.1.1 u jiġi vverifikat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.1.2.
1.1.1. Il-Proċedura tat-Test
Il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għall-ħin speċifikat sabiex:
(a) |
fil-każ fejn se tiġi approvata funzjoni li ddawwal waħda biss (raġġ għas-sewqan jew dak għaddieni), għandu jinxtegħel il-filament li jikkorrispondi għall-ħin preskritt, (1) |
(b) |
fil-każ ta' fanal għaddieni u fanal tas-sewqan reċiprokament inkorporati (bozza b'żewġ filamenti jew żewġ bozoz bil-filament): Jekk l-applikant jiddikjara li l-fanal ta' quddiem se jintuża b'filament wieħed mixgħul (2) f'ħin wieħed, it-test għandu jitwettaq skont din il-kundizzjoni, bl-attivazzjoni ta' kull waħda mill-funzjoni speċifikata b'mod suċċessiv għal nofs iż-żmien speċifikat fil-paragrafu 1.1; Fil-każijiet l-oħra kollha, il-fanal ta' quddiem għandu jkun soġġett għaċ-ċiklu li ġej sakemm jintlaħaq il-ħin speċifikat: 15-il minuta, bil-filament tar-raġġ tad-dawl il-baxx mixgħul 5 minuti, il-filamenti kollha mixgħula, |
(c) |
fil-każ ta' funzjonijiet tad-dawl raggruppati il-funzjonijiet individwali kollha għandhom jinxtegħlu fl-istess ħin għaż-żmien speċifikat għall-funzjonijiet tad-dawl individwali
|
1.1.1.2. Il-vultaġġ tat-test
Il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat b'tali mod li jforni qawwa li hija 15 % ogħla mill-qawwa stmata speċifikata fir-Regolament għal bozoz bil-filament (ir-Regolament Nru 37) b'vultaġġ stmat ta' 6 V jew 12 V, u 26 % ogħla mill-qawwa stmata għal bozoz bil-filament ta' 24V.
Il-qawwa applikata għandha tikkonforma fil-każijiet kollha mal-valur korrispondenti ta’ bozza bil-filament b’vultaġġ stmat ta’ 12 V, minbarra fil-każ fejn l-applikant għall-approvazzjoni jispeċifika li l-fanal ta’ quddiem jista’ jintuża b’vultaġġ differenti. Fil-każ tal-aħħar, it-test għandu jitwettaq bil-bozza bil-filament li l-qawwa tagħha hija l-ogħla li tista’ tintuża.
1.1.2. Ir-riżultati tat-test
1.1.2.1. Spezzjoni viżwali
Ladarba l-fanal ta’ quddiem ikun ġie stabbilizzat għat-temperatura tal-ambjent, il-lenti tal-fanal ta’ quddiem u l-lenti ta’ barra, jekk hemm, għandhom jitnaddfu b’ċarruta tal-qoton nadifa u niedja. Imbagħad irid jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tkun innotata ebda tagħwiġa, deformazzjoni, xaqq jew bidla fil-kulur kemm tal-lenti tal-fanal ta’ quddiem u kemm tal-lenti ta’ barra, jekk hemm.
1.1.2.2. It-test fotometriku
Biex ikunu konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament, il-valuri fotometriċi għandhom jiġu vverifikati fil-punti li ġejjin:
Ir-raġġ tad-dawl il-baxx:
50 R - B 50 L - HV għall-fanali ta’ quddiem iddisinjati għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin
50 L - B 50 R - HV għall-fanali ta’ quddiem iddisinjati għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug.
Ir-raġġ tad-dawl tas-sewqan:
Il-punt ta’ Emax
Tista’ titwettaq mira oħra sabiex issir konċessjoni għal kwalunkwe diformazzjoni tal-bażi tal-fanal ta’ quddiem minħabba sħana (il-bidla fil-pożizzjoni tal-linja ta’ waqfien hija koperta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness). Hija permissibbli diskrepanza ta’ 10 % bejn il-karatteristiċi fotometriċi u l-valuri mkejla qabel it-test inklużi t-tolleranzi tal-proċedura fotometrika.
1.2. Il-fanal ta’ quddiem maħmuġ
Wara l-ittestjar kif speċifikat fil-paragrafu 1.1. hawn fuq, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għal siegħa kif deskritt fil-paragrafu 1.1.1., wara li jiġi ppreparat kif preskritt fil-paragrafu 1.2.1, u jkun ivverifikat kif preskritt fil-paragrafu 1.1.2.
1.2.1. Il-preparamenti għall-fanal ta’ quddiem
1.2.1.1. It-taħlita tat-test
1.2.1.1.1. Għall-fanal ta’ quddiem bil-lenti ta’ barra tal-ħġieġ:
It-taħlita tal-ilma u l-aġent li jniġġes li għandha tiġi applikata mal-fanal ta’ quddiem għandha tkun magħmula minn:
9 partijiet skont il-piż ta’ ramel tas-silika b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 µ m,
parti skont il-piż ta’ trab tal-karbonju veġetali (tal-fagu) b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 µm,
0,2 partijiet skont il-piż ta’ NaCMC (3), u
ammont xieraq ta’ ilma distillat, b’konduttività ta’ ≤ 1 mS/m.
Ma jridux ikunu għaddew aktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita.
1.2.1.1.2. Għall-fanal ta’ quddiem bil-lenti ta’ barra ta’ materjal tal-plastik:
It-taħlita tal-ilma u l-aġent li jniġġes li għandha tkun applikata mal-fanal ta’ quddiem għandha tkun magħmula minn:
9 partijiet skont il-piż ta’ ramel tas-silika b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 µ m,
parti skont il-piż ta’ trab tal-karbonju veġetali (tal-fagu) b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 μ m,
0,2 parti skont il-piż ta’ NaCMC (3)
13-il parti skont il-piż ta’ ilma distillat b’konduttività ta’ ≤1 mS/m, u
2 ± parti skont il-piż ta’ surface-actant (4)
Ma jridux ikunu għaddew aktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita.
1.2.1.2. L-applikazzjoni tat-taħlita tat-test mal-fanal ta’ quddiem
It-taħlita tat-test għandha tkun applikata b’mod uniformi mas-superfiċje kollha li titfa’ d-dawl tal-fanal ta’ quddiem u mbagħad titħalla tinxef. Din il-proċedura għandha tiġi rripetuta sakemm il-valur tal-illuminazzjoni jkun naqas għal 15-20 % tal-valuri mkejla għal kull wieħed mill-punti li ġejjin taħt il-kundizzjonijiet deskritti f’dan l-Anness:
Il-punt ta' Emax fid-distribuzzjoni fotometrika tar-raġġ tad-dawl tas-sewqan għal bozza bir-raġġ tad-dawl tas-sewqan/bir-raġġ tad-dawl il-baxx.
Il-punt ta' Emax fid-distribuzzjoni fotometrika tar-raġġ tad-dawl tas-sewqan għall-bozza bir-raġġ tad-dawl tas-sewqan ta'.50 R u 50 V (5) għal bozza bir-raġġ tad-dawl il-baxx biss, iddisinjata għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin.
50 L u 50 V għal bozza bir-raġġ tad-dawl il-baxx biss, iddisinjata għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug.
1.2.1.3. It-tagħmir għall-kejl
It-tagħmir għall-kejl għandu jkun ekwivalenti għal dak użat matul it-testijiet tal-approvazzjoni tal-fanal ta’ quddiem. Għandha tintuża bozza bil-filament standard (riferenza) għall-verifika fotometrika.
2. IT-TEST GĦALL-BIDLA FIL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-LINJA TA' WAQFIEN TAĦT L-EFFETT TAS-SĦANA
Dan it-test jikkonsisti f’li wieħed jivverifika li t-tendenza vertikali tal-linja tal-linja ta’ waqfien taħt l-influwenza tas-sħana ma teċċedix valur speċifikat għall-bozza bir-raġġ tad-dawl il-baxx li qed tintuża.
Il-fanal ta’ quddiem ittestjat skont il-paragrafu 1. ta' dan l-Anness għandu jkun soġġett għat-test deskritt fil-paragrafu 2.1. ta' dan l-Anness mingħajr ma jitneħħa minn jew ikun aġġustat mill-ġdid fir-rigward għal kif kien imwaħħal matul it-test.
2.1. Test
It-test għandu jitwettaq f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f’temperatura tal-ambjent ta’ 23 °C ± 5 °C.
Il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem biex jitfa’ raġġ tad-dawl il-baxx mingħajr ma jkun żarmat jew aġġustat mill-ġdid fir-rigward għal kif kien imwaħħal matul it-test, bl-użu ta’ bozza bil-filament prodotta fi kwantità kbira li ntużat (speċjalment biex tiġi stabilizzata) għal mill-inqas siegħa. (Għall-fini ta’ dan it-test, il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2 ta' dan l-Anness). Il-pożizzjoni tal-linja ta’ waqfien fil-parti orizzontali tagħha (bejn vv u l-linja vertikali li tgħaddi mill-punt B 50 L għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin jew B 50 R għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug) għandha tkun ivverifikata 3 minuti (r3) u 60 minuta (r6o) rispettivament wara li titħaddem.
Il-kejl tal-varjazzjoni fil-pożizzjoni tal-linja ta' waqfien kif spjegat hawn fuq irid jiġi effettwat permezz ta’ kull metodu li jagħti preċiżjoni sodisfaċenti u riżultati li jkunu jistgħu jiġu riprodotti.
2.2. Ir-riżultati tat-test
2.2.1. Ir-riżultat espress f'milliradians (mrad) għandu jkun ikkunsidrat bħala aċċettabbli meta l-valur assolut Δ rI = r3 – r60 irreġistrat fuq il-fanal ta' quddiem ma jkunx aktar minn 1,0 mrad (Δ rI ≤ 1,0 mrad).
2.2.2. Madankollu, jekk dan il-valur huwa ta’ aktar minn 1,0 mrad imma mhux ta’ aktar minn 1,5 mrad (1,0 mrad < ΔrI ≤ 1,5 mrad) fanal ta’ quddiem ieħor għandu jiġi ttestjat kif deskritt fil-paragrafu 2.1 wara li jkun ġie soġġett għaċ-ċiklu kif deskritt hawn taħt għal tliet darbiet konsekuttivi, sabiex tiġi stabbilizzata l-pożizzjoni tal-partijiet mekkaniċi tal-fanal ta’ quddiem fuq bażi li tirrapreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura:
It-tħaddim tar-raġġ tad-dawl il-baxx għal siegħa, (il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2 hawn fuq).
Fanal baxx mitfi għal siegħa.
It-tip tal-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk il-valur intermedju (jiġifieri bejn iż-żewġ estremi) tal-valuri assoluti ΔrI imkejla fuq l-ewwel kampjun u ΔrII imkejla fuq it-tieni kampjun mhuwiex ta’ aktar minn 1,0 mrad.
(1) Meta l-fanal ta’ quddiem ittestjat huwa raggruppat u/jew reċiprokament inkorporat ma' bozoz li jagħtu s-sinjal, dawn tal-aħħar għandhom jinxtegħlu sakemm idum it-test. Fil-każ ta’ bozza tal-indikejter, għandha tinxtegħel billi tteptep, b’waqtiet tkun mixgħula u b’waqtiet oħra tkun mitfija, b’rata ta’ bejn wieħed u ieħor wieħed għal wieħed (1:1).
(2) Jekk żewġ bozoz tal-filament jew aktar ikunu mixgħula fl-istess ħin meta l-fanal ta’ quddiem ikun qed iteptep, dan m’għandux jitqies li jkun f'użu normali tal-filamenti fl-istess ħin.
(3) Il-Na CMC jirrapreżenta l-melħ tas-sodju tal-carboxymethylcellulose, li s-soltu jissemma bħala CMC. Il-NaCMC użat fit-taħlita tal-ħmieġ għandu jkollu grad ta’ sostituzzjoni (DS) ta’ 0,60 - 0,7 u viskożità ta’ 200 - 300 cP għal 2 % f’temperatura ta’ 20 °C.
(4) It-tolleranza fuq il-kwantità hi minħabba l-ħtieġa li jinkiseb ħmieġ li jinfirex kif suppost fuq il-lenti kollha tal-plastik.
(5) Il-punt 50V jinstab 375 mm ’l isfel minn HV ful il-linja vertikali v-v fuq l-iskrin f’distanza ta’ 25 m.
ANNESS 5
EŻEMPJI TAL-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
(Ara l-paragrafu 4 ta’ dan ir-Regolament)
Dijagramm 1
Il-fanal ta’ quddiem li għandu l-marka tal-approvazzjoni murija hawn fuq huwa fanal ta' quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward kemm tar-raġġ tad-dawl il-baxx u kemm tar-raġġ tad-dawl tas-sewqan, u li huwa ddisinjat għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin biss:
Nota:
In-numru tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu viċin iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-ittra “E”, jew lejn in-naħa tal-lemin jew lejn in-naħa tax-xellug ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-ittra “E” u jħarsu lejn l-istess direzzjoni.
L-użu ta’ numri Rumani bħala numru tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex tiġi evitata konfużjoni ma' simboli oħra.
Dijagramm 2
|
Dijagramm 3a
|
Dijagramm 3b
Il-fanal ta’ quddiem li għandu l-marka tal-approvazzjoni murija hawn fuq huwa fanal ta' quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward kemm tar-raġġ tad-dawl il-baxx u kemm tar-raġġ tad-dawl tas-sewqan, u huwa ddisinjat:
Għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug biss |
Kemm għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin kif ukoll għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug, permezz ta' aġġustament kif mixtieq tal-unità ottoka jew bozza. |
Dijagramm 4
|
Dijagramm 5
|
Il-fanal ta’ quddiem li għandu l-marka tal-approvazzjoni murija hawn fuq huwa fanal ta' quddiem li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tad-dawl il-baxx biss, u hija ddisinjata:
Għaż-żewġ sistemi ta' traffiku. |
Għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin biss. |
Dijagramm 6
|
Dijagramm 7
|
Il-fanal ta’ quddiem li għandu l-marka tal-approvazzjoni murija hawn fuq huwa fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament:
Fir-rigward tar-raġġ tad-dawl il-baxx biss, u ddisinjat għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug biss. |
Fir-rigward tar-raġġ tad-dawl tas-sewqan biss. |
Dijagramm 8
|
Dijagramm 9
|
Identifikazzjoni tal-fanal ta' quddiem li jinkorpora l-lenti tal-materjal tal-plastik li tissodisfa r-Regolement Nru 1:
Kemm għar-raġġ tad-dawl il-baxx kif ukoll għar-raġġ tad-dawl tas-sewqan u ddisinjati għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin biss. |
Għar-raġġ tad-dawl il-baxx biss, u ddisinati għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug biss. |
Il-filament tal-bozza bir-raġġ tad-dawl il-baxx ma għandux jinxtegħel fl-istess ħin mal-filament tal-bozza bir-raġġ tad-dawl tas-sewqan u/jew xi fanal ta' quddiem ieħor li miegħu huwa reċiprokament inkorporat.
Marki ssimplifikati għall-bozoz raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament
Dijagramm 10
(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-istrument li jagħmel is-sinjali bid-dawl. Dawn ma humiex parti mill-marka tal-approvazzjoni).
MUDELL A
MUDELL B
MUDELL C
MUDELL D
Nota: L-erba' eżempji murija hawn fuq jikkorrispondu ma’ apparat tad-dawl li jkollu fuqu marka tal-approvazzjoni relatata ma':
Bozza b’pożizzjoni fuq quddiem approvata skont is-serje 01 tal-emendi għar-Regolament Nru 7,
Fanal ta' quddiem b'raġġ tad-dawl il-baxx iddisinjat għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin u għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug, approvat b'konformita' mas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament Nru 1 u li jinkorpora lenti tal-materjal tal-plastik,
Fanal ta' quddiem ta' kontra ċ-ċpar approvat skont is-serje 02 tal-emendi għar-Regolament Nru 19 u li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik,
Fanal fuq quddiem li jindika d-direzzjoni tal-kategorija 1a approvat f'konformità mas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 6.
Dijagramm 11
Bozza inkorporata reċiprokament ma’ fanal ta’ quddiem
Eżempju 1
L-eżempju t’hawn fuq jikkorrispondi mal-immarkar ta’ lenti ta’ materjal tal-plastik maħsuba biex tintuża f’tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem, jiġifieri:
jew: fanal ta’ quddiem b'raġġ tad-dawl tas-sewqan iddisinjat għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin u min-naħa tax-xellug u raġġ tad-dawl għall-bogħod b'intensità massima inkluża bejn 86 250 u 101 250 kandelas, approvat fil-Ġermanja (E1) skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 20 kif emendat bis-serje 02 ta’ emendi,
li huwa inkorporat reċiprokament ma’
fanal aħmar tan-naħa ta' quddiem approvat skont is-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 7;
jew:fanal ta’ quddiem b'raġġ tad-dawl tas-sewqan iddisinjat għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin u min-naħa tax-xellug u raġġ tad-dawl għall-bogħod, approvat fil-Ġermanja (E1) skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1 kif emendat bis-serje 01 ta’ emendi,
li huwa inkorporat reċiprokament mal-bozza li tinstab fl-istess pożizzoni ta' quddiem bħal t'hawn fuq;
anki wkoll: wieħed mill-fanali ta’ quddiem imsemmija hawn fuq approvati bħala bozza unika. Il-parti prinċipali tal-fanal ta' quddiem għandha jkollha l-uniku numru validu ta’ approvazzjoni, pereżempju:
Eżempju 2
L-eżempu t'hawn fuq jikkorrispondi mal-immarkar ta' lenti tal-materjal tal-plastik użata fl-immontar ta' żewġ fanali ta' quddiem approvati fi Franza (E2), li jikkonsistu f'fanal ta' quddiem li jarmi raġġ tad-dawl il-baxx iddisinjat għaż-żewġ sistemi ta' traffiku u raġġ tad-dawl tas-sewqan b'intensita' massima kompriża bejn x u y candelas, li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1, kif emendat mis-serje 01 ta' emendi u ta' fanal ta' quddiem li jarmi raġġ tad-dawl tas-sewqan b'intensita' massima li tinkludi bejn w u z candelas, li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 20, kif emendat mis-serje 02 tal-emendi l-intensita' massima tar-raġġi tas-sewqan tkun tinkludi bejn 86 250 u 101 250 candelas.
ANNESS 6
L-ISKRINS TAL-KEJL
A. Il-fanal ta’ quddiem għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin
(Dimensjonijiet f'mm)
h-h: il-pjanċa orizzontali |
li jgħaddi mill-fokus tal-fanal ta' quddiem |
v-v: il-pjanċa vertikali |
B. Il-fanal ta’ quddiem għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug
(Dimensjonijiet f'mm)
h-h: pjanċa orizzontali |
li jgħaddi mill-punt fokali tal-fanal ta’ quddiem |
v-v: pjanċa vertikali |
C. Punti ta' kejl ta' valuri tal-illuminazzjoni
Nota: Id-dijagramm juri l-punti tal-kejl għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin. Il-punti 7 u 8 jiċċaqalqu lejn il-post korrispondenti tagħhom fuq in-naħa tal-lemin tal-istampa għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug.
ANNESS 7
Ir-rekwiżiti għall-fanali li jinkorporaw lentijiet magħmula minn materjal tal-plastik - l-ittestjar tal-kampjuni tal-lentijiet jew dawk tal-materjal u tal-fanali kompleti
1. L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI
1.1. Il-kampjuni pprovduti skont il-paragrafu 2.2.4 ta’ dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafi 2.1 sa 2.5 hawn taħt.
1.2. Iż-żewġ kampjuni ta’ fanali kompleti pprovduti skont il-paragrafu 2.2.3 ta’ dan ir-Regolament u li jinkorporaw lentijiet ta’ materjal tal-plastik għandhom, fir-rigward tal-materjal tal-lenti, jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafu 2.6 hawn taħt.
1.3. Il-kampjuni tal-lentijiet ta’ materjal tal-plastik jew kampjuni tal-materjal għandhom ikunu soġġetti, flimkien mar-riflettur li miegħu huma maħsuba li jitwaħħlu (fejn japplika), għat-testijiet tal-approvazzjoni fl-ordni kronoloġika indikat fit-Tabella A riprodotta fl-Appendiċi 1 ma' dan l-Anness.
1.4. Madankollu, jekk il-manifattur tal-bozza jista' jipprova li l-prodott ikun diġa' għadda mit-testijiet preskritti fil-paragrafi 2.1-2.5 hawn taħt, jew it-testijiet ekwivalenti skont Regolament ieħor, ma jkunx hemm bżonn li dawn it-testijiet jiġu rripetuti; it-testijiet preskritti fit-tabella B tal-Appendiċi 1 biss għandhom ikunu obbligatorji.
2. TESTIJIET
2.1. Ir-reżistenza għal bdil fit-temperatura
2.1.1. Testijiet
Tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandhom ikunu soġġetti għal ħames ċikli ta’ tibdil ta’ temperatura u ta’ umdità (HR = umdità relattiva) b'konformità mal-programm li ġej:
3 siegħat fi 40 C ± 2° C u 85-95 % RH;
1 siegħa fi 23 C ± 5° C u 60-75 % RH;
15-il siegħa fi –30° C ±2° C;
1 siegħa fi 23 C ± 5° C u 60-75 % RH;
3 siegħat fi 80° C ±2° C;
1 siegħa fi 23 C ± 5° C u 60-75 % RH.
Qabel dan it-test, il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ta’ 23° ± 5° C u 60-75 % RH għal mill-inqas erba’ siegħat.
Nota: Il-perjodi ta’ siegħa f’temperatura ta’ 23° C ± 5° C għandhom jinkludu l-perjodi ta’ tranżizzjoni minn temperatura għall-oħra li huma neċessarji sabiex ikunu evitati l-effetti ta’ xokk termali.
2.1.2. Kejl fotometriku
2.1.2.1. Metodu
Se jsir kejl fotometriku fuq il-kampjuni qabel u wara t-test.
Dan il-kejl għandu jittieħed billi tintuża bozza standard, fil-punti li ġejjin:
B 50 L u 50 R għar-raġġ tad-dawl il-baxx ta’ bozza bir-raġġ tad-dawl il-baxx jew bozza bir-raġġ tad-dawl il-baxx/bir-raġġ tad-dawl tas-sewqan (B 50 R u 50 L fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug);
Ir-rotta ta’ Emax għar-raġġ tad-dawl tas-sewqan ta’ bozza bir-raġġ tad-dawl tas-sewqan jew bozza bir-raġġ tad-dawl il-baxx/bir-raġġ tad-dawl tas-sewqan;
2.1.2.2. Riżultati
Il-varjazzjoni bejn il-valuri fotometriċi mkejla fuq kull kampjun qabel u wara t-test m’għandhomx jeċċedu l-10 % inklużi t-tolleranzi tal-proċedura fotometrika.
2.2. Ir-reżistenza għall-aġenti atmosferiċi u kimiċi
2.2.1. Ir-reżistenza għal aġenti atmosferiċi
Tliet kampjuni ġodda (lentijiet jew kampjuni tal-materjal) għandhom ikunu esposti għal radjazzjoni minn sors li għandu firxa tal-enerġija spettrali simili għal dik ta' korp iswed f'temperatura ta' bejn 5 500K u 6 000K. Il-filtri xierqa għandhom jitqiegħdu bejn is-sors u l-kampjuni sabiex inaqqsu kemm jista' jkun ir-radjazzjonijiet b'distanzi bejn il-punti korrispondenti f'mewġiet elettromanjetiċi iżgħar minn 295 nm u akbar minn 2 500 nm. Il-kampjuni għandhom ikunu esposti għal illuminazzjoni enerġetika ta' 1 200 W/m2 ± 200 W/m2 għal perjodu fejn l-enerġija luminuża li jirċievu tkun ugwali għal 4 500 MJ/m2 ± 200 MJ/m2. Fil-kompartiment, it-temperatura mkejla fuq il-pannell l-iswed imqiegħed fuq livell flimkien mal-kampjuni għandha tkun 50° C ± 5° C. Sabiex tiġi żgurata espożizzjoni regolari, il-kampjuni għandhom iduru madwar is-sors ta' radjazzjoni b'veloċità ta' bejn il-1 u 5 1/min. Il-kampjuni għandhom jiġu sprejjati b'ilma distillat b'konduttività ta' inqas minn 1 mS/m f'temperatura ta' 23 C ± 5° C, b'konformità maċ-ċiklu li ġej:
sprejjar; |
: |
5 minuti; |
inxif |
: |
25 minuta. |
2.2.2. Ir-reżistenza għal aġenti kimiċi
Wara li jkunu saru t-test deskritt fil-paragrafu 2.2.1 hawn fuq u l-kejl deskritt fil-paragrafu 2.2.3.1 hawn taħt, il-wiċċ ta’ barra tat-tliet kampjuni msemmija għandu jiġi ttrattat kif deskritt fil-paragrafu 2.2.2.2 bit-taħlita ddefinita fil-paragrafu 2.2.2.1 aktar ’l isfel.
2.2.2.1. It-taħlita tat-test
It-taħlita tat-test għandha tkun magħmula minn 61,5 % n-heptane, 12,5 % toluene, 7,5 % ethyl tetrachloride, 12,5 % trichlorethylene u 6 % xylene (volum %).
2.2.2.2. L-applikazzjoni tat-taħlita tat-test
Xarrab biċċa ċarruta tal-qoton (skont ISO 105) sakemm ma tkunx tista’ tixrob aktar fit-taħlita ddefinita fil-paragrafu 2.2.2.1 hawn fuq u, f’għaxar sekondi, applikaha għal 10 minuti mal-wiċċ ta’ barra tal-kampjun bi pressjoni ta’ 50 N/cm2, li tikkorrispondi għal forza ta’ 100 N applikata fuq superfiċje tat-test kbira 14 × 14 mm.
Matul dan il-perjodu ta’ għaxar minuti, il-biċċa drapp tkun mgħaddsa mill-ġdid fit-taħlita b’mod li l-kompożizzjoni tal-likwidu applikat tkun dejjem l-istess bħad-doża speċifikata tat-test.
Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni, huwa permess li wieħed jagħmel tajjeb għall-pressjoni magħmula fuq il-kampjun biex jiġu evitati x-xquq.
2.2.2.3. It-tindif
Fit-tmiem tal-applikazzjoni tat-taħlita tat-test, il-kampjuni għandhom jitnixxfu fl-arja għall-beraħ u mbagħad għandhom jinħaslu bis-soluzzjoni deskritta fil-paragrafu 2.3 (Reżistenza għad-diterġenti) fuq 23° ± 5° C.
Wara, il-kampjuni għandhom jitlaħalħu b’attenzjoni b’ilma distillat li ma fihx aktar minn 0,2 % fil-mija ta’ impuritajiet f’temperatura ta’ 23° C ± 5° C u mbagħad jintmesħu b’ċarruta ratba.
2.2.3. Riżultati
2.2.3.1. Wara t-test tar-reżistenza għall-aġenti atmosferiċi, il-wiċċ ta’ barra tal-kampjuni m’għandux ikollu xquq, brix, tixlif u deformazzjonijiet, u l-varjazzjoni intermedja (i.e. bejn żewġ estremi) fit-trażmissjoni , imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ma' dan l-Anness ma għandhiex teċċedi 0,020 (Δtm ≤ 0,020).
2.2.3.2. Wara t-test ta' reżistenza għall-aġenti kimiċi, il-kampjuni ma għandhom ikollhom l-ebda traċċa ta' tbajja' kimiċi li probabbli jikkawżaw varjazzjoni fit-tixrid tal-fluss, li l-varjazzjoni intermedja , imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness ma għandhiex teċċedi 0,020 (Δ dm ≤ 0,020).
2.3. Ir-reżistenza għad-diterġenti u għall-idrokarboni
2.3.1. Ir-reżistenza għad-diterġenti
Il-wiċċ ta’ barra tat-tliet kampjuni (il-lentijiet jew il-kampjuni tal-materjal) għandu jissaħħan għal temperatura ta’50° ± 5° u wara jiġi mgħaddas għal ħames minuti f’taħlita miżmuma f’temperatura ta’ 23° ± 5° u magħmula minn 99 parti ta’ ilma distillat li ma fihx aktar minn 0.02 % ta’ impuritajiet u parti ta’ alkylaryl sulphonate.
Fi tmiem it-test, il-kampjuni jitnixxfu fuq 50° C± 5° C. Is-superfiċje tal-kampjuni għandha titnaddaf b'ċarruta niedja.
2.3.2. Ir-reżistenza għall-idrokarboni
Il-wiċċ ta’ barra ta’ dawn it-tliet kampjuni għandu mbagħad jingħorok ħafif għal minuta b’ċarruta tal-qoton imxarrba f’taħlita magħmula minn 70 % n-heptane u 30 % toluene (volum %), u wara għandu jitnixxef fl-arja għall-beraħ.
2.3.3. Riżultati
Wara li dawn iż-żewġ testijiet t’hawn fuq jitwettqu suċċessivament, il-valur intermedju (i.e. bejn żewġ estremi) tal-varjazzjoni fit-trażmissjoni , imkejjel fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ma' dan l-Anness m’għandux jeċċedi 0,010 (Δtm ≤ 0,010).
2.4. Ir-reżistenza għad-deterjorazzjoni mekkanika
2.4.1. Il-metodu tad-deterjorazzjoni mekkanika
Il-wiċċ ta’ barra tat-tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandu jkun soġġett għat-test ta’ deterjorazzjoni mekkanika uniformi bil-metodu deskritt fl-Appendiċi 3 għal dan l-Anness.
2.4.2. Riżultati
Wara dan it-test, il-varjazzjonijiet:
tat-trażmissjoni:
u tad-distribuzzjoni:
għandhom jitkejlu skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 fl-erja speċifikata fil-paragrafu 2.2.4 hawn fuq. Il-valur medju tat-tliet kampjuni għandu jkun tali li: (Δ tm ± 0,100); (Δdm ± 0,050).
2.5. It-test tat-twaħħil tal-kisi, jekk hemm
2.5.1. Il-preparazzjoni tal-kampjun
Superfiċje b’erja ta’ 20 mm × 20 mm tal-kisi ta’ lenti għandha tinqata’ b’xafra jew b’labra f’tabella bil-kaxxi b’daqs bejn wieħed u ieħor ta’ 2 mm × 2 mm. Il-pressjoni fuq ix-xafra jew fuq il-labra għandha tkun biżżejjed li tal-inqas taqta’ l-kisi.
2.5.2. Id-deskrizzjoni tat-test
Trid tintuża strixxa li teħel b'forza ta' twaħħil ta’ 2 N/(cm ta’ daqs) ±20 % imkejla skont il-kundizzjonijiet standard speċifikati fl-Appendiċi 4 ma' dan l-Anness. Dan it-tejp li jeħel, li għandu jkun minn tal-inqas 25 mm wiesgħa, għandu jingħafas għal mill-inqas ħames minuti fuq is-superfiċje ppreparata kif preskritt fil-paragrafu 2.5.1.
Imbagħad it-tarf tat-tejp li jwaħħal għandu jitqiegħed b’tali mod li s-saħħa tat-twaħħil mas-superfiċje kkunsidrata hija bbilanċjata b’forza perpendikulari ma' dik is-superfiċje. F’dan l-istadju, it-tejp għandu jitqatta’ b’veloċità kostanti ta’ 1,5 m/s ±0,2 m/s.
2.5.3. Riżultati
M’għandu jkun hemm l-ebda ħsara evidenti fl-erja mqassma f’kaxxi. Il-ħsarat fl-intersezzjonijiet bejn il-kaxxi jew fit-truf tal-qatgħat għandhom ikunu permessi, sakemm l-erja tal-ħsara ma teċċedix il-15 % tas-superfiċje mqassma f’kaxxi.
2.6. It-testijiet tal-bozza kompleta li tinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik
2.6.1. Ir-reżistenza għad-deterjorazzjoni mekkanika tas-superfiċje tal-lenti
2.6.1.1. Testijiet
Il-lenti tal-kampjun tal-bozza Nru 1 għandha tkun soġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.4.1 hawn fuq.
2.6.1.2. Riżultati
Wara t-test, ir-riżultati tal-qisien fotometriċi li saru fuq il-fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament ma għandhomx jeċċedu, b’aktar minn 30 %, il-valuri massimi preskritti fil-punti B 50 L u HV u ma għandhomx ikunu aktar minn 10 % taħt il-valuri minimi preskritti fil-punt 75 R (fil-każ tal-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug, il-punti li għandhom ikunu kkunsidrati huma B 50 R, HV u 75 L).
2.6.2. It-test tat-twaħħil tal-kisi, jekk hemm
Il-lenti tal-kampjun tal-bozoz Nru 2 għandha tkun soġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.5 hawn fuq.
3. IL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Fir-rigward tal-materjali użati għall-manifattura tal-lentijiet, il-bozoz tas-serje għandhom ikunu rikonoxxuti bħala konformi ma' dan ir-Regolament jekk:
3.1.1. Wara test ta’ reżistenza għall-aġenti kimiċi u test ta’ reżistenza għad-diterġenti u għall-idrokarburi, il-wiċċ ta’ barra tal-kampjuni ma jurix la xaqq, la barxa, la laqxa, la deformazzjoni viżibbli għall-għajnejn (ara paragrafi 2.2.2, 2.3.1 u 2.3.2);
3.1.2. Wara t-test deskritt fil-paragrafu 2.6.1.1, il-valuri fotometriċi fil-punti tal-kejl ikkunsidrati fil-paragrafu 2.6.1.2 ikunu fil-limiti preskritti għall-konformità tal-produzzjoni f’dan ir-Regolament.
3.2. Jekk ir-riżultati tat-test ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet għandhom jiġu ripetuti fuq kampjun ieħor ta’ fanali ta’ quddiem magħżula b'mod każwali.
APPENDIĊI 1
ORDNI KRONOLOĠIKA TAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI
A. It-testijiet fuq il-materjali tal-plastik (il-lentijiet jew il-kampjuni ta’ materjal ipprovduti skont il-paragrafu 2.2.4 ta’ dan ir-Regolament).
Testijiet tal-Kampjuni |
Lentijiet jew kampjuni tal-materjal |
Lentijiet |
|||||||||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
11 |
12 |
13 |
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
||
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
|
|
|
||
|
x |
x |
x |
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
||
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
x |
B. It-testijiet fuq il-fanali kompleti (ipprovduti skont il-paragrafu 2.2.3. ta’ dan ir-Regolament).
Testijiet |
Bozza kompluta |
|||
Nru tal-kampjun |
||||
|
1 |
2 |
||
|
x |
|
||
|
x |
|
||
|
|
x |
APPENDIĊI 2
Metodu ta’ kejl tad-distribuzzjoni u tat-trażmissjoni tad-dawl
1. IT-TAGĦMIR (ara d-dijagramm)
Ir-raġġ tal-kollimatur K b’nofs diverġenza huwa limitat b’dijaframma DT b’fetħa ta’ 6 mm li miegħu sserraħ l-istruttura li fuqha hemm il-kampjun.
Lenti konverġenti akromatika L2, korretta għall-aberrazzjonijiet sferiċi tgħaqqad id-dijaframma DT mar-riċevitur R; id-dijametru tal-lenti L2 għandu jkun tali li ma tinħoloqx dijaframma bid-dawl imxerred mill-kampjun f’lembut b’nofs angolu ta’ fuq ta’ .
Id-dijaframma annulari DD, bl-angoli u titqiegħed fi pjan fokali tal-immaġini tal-lenti L2.
Il-parti ċentrali mhux trasparenti tad-dijaframma hija meħtieġa biex jiġi eliminat id-dawl li ġej direttament mis-sors tad-dawl. Għandu jkun possibbli li titneħħa l-parti ċentrali tad-dijaframma mir-raġġ tad-dawl, b'tali mod li tmur lura eżattament fil-pożizzjoni tal-bidu tagħha.
Id-distanza L2 DT u d-distanza fokali F2 (1) tal-lenti L2 għandha tintgħażel b’mod li l-immaġini ta’ DT tkopri kompletament ir-riċevitur R.
Meta l-fluss inizjali li jolqot is-superfiċje jissemma għal 1 000 unità, il-preċiżjoni assoluta ta’ kull qari għandha tkun ta’ aħjar minn unità waħda.
2. IL-KEJL
Għandu jittieħed il-qari li ġej:
Qari |
Bil-kampjun |
Mal-parti ċentrali ta' DD |
Kwantita' rappreżentata |
T1 |
le |
le |
Il-fluss li jolqot is-superfiċje fil-qari inizjali |
T2 |
iva (qabel it-test) |
le |
Il-fluss trażmess mill-materjal il-ġdid f’medda ta’ 24° C |
T3 |
iva (wara t-test) |
le |
Il-fluss trażmess mill-materjal il-ġdid f’medda ta’ 24° C |
T4 |
iva (qabel it-test) |
iva |
Il-fluss imxerred mill-materjal il-ġdid |
T5 |
iva (wara t-test) |
iva |
Il-fluss imxerred mill-materjal ittestjat |
(1) Għal L2 huwa rrikkmandat li tintuża distanza fokali ta’ madwar 80 mm.
APPENDIĊI 3
METODU TAT-TEST Bl-ISPREJ
1. IT-TAGĦMIR TAT-TEST
1.1. It-tagħmir li jisprejja (spray gun)
It-tagħmir li jisprejja wżat għandu jkun mgħammar b’żennuna b’dijametru ta’ 1,3 mm li tippermetti rata ta’ ċirkolazzjoni tal-likwidu ta’ 0,24 ± 0,02 l/minuta u għandu pressjoni operattiva ta’ 6,0 bars - 0, + 0,5 bar.
Taħt dawn il-kundizzjonijiet ta’ tħaddim għandu jinkiseb disinn ta’ mrewħa b’dijametru ta’ 170 mm ± 50 mm fuq is-superfiċje esposta għad-deterjorazzjoni, f’distanza ta’ 380 mm ± 10 mm miż-żennuna.
1.2. It-taħlita tat-test
It-taħlita tat-test hija magħmula minn:
Ramel tas-silika b’ebusija ta’ 7 fuq l-iskala Mohr, bid-daqs taż-żrara ikun bejn 0 u 0,2 mm u b’distribuzzjoni kważi normali, b’fattur angolari ta’ 1,8 sa 2;
Ilma b’ebusija li ma teċċedix il-205 g/m3 għal taħlita li tinkludi 25 g ta’ ramel għal kull litru ta’ ilma.
2. TEST
Is-superfiċje ta’ barra tal-lentijiet tal-fanali għandha tiġi soġġetta għal darba jew għal aktar minn darba għall-azzjoni tal-merżuq tar-ramel kif deskritt hawn fuq. Il-merżuq għandu jiġi sprejjat kważi b’mod perpendikulari għas-superfiċje li se tkun ittestjata.
Id-deterjorament huwa vverifikat permezz ta’ kampjun jew bosta kampjuni tal-ħġieġ imqiegħda viċin il-lentijiet li jridu jiġu ttestjati. It-taħlita għandha tiġi sprejjata sakemm il-varjazzjoni fit-tixrid tad-dawl fuq il-kampjun jew il-kampjuni mkejla bil-metodu deskritt fl-Appendiċi 2, tkun tali li:
Bosta kampjuni ta’ referenza jistgħu jkunu wżati biex jivverifikaw l-omoġeneità tad-deterjorament fuq is-superfiċje sħiħa li jrid jiġi ttestjat.
APPENDIĊI 4
TEST TA’ ADEŻJONI TAT-TEJP LI JEĦEL
1. IL-FINI
Dan il-metodu jippermetti li tiġi ddeterminata l-forza lineari tat-twaħħil ta’ tejp li jwaħħal ma’ pjanċa tal-ħġieġ skont kundizzjonijiet standard.
2. IL-PRINĊIPJU
Il-kejl tal-forza neċessarja sabiex jinqala’ tejp li jwaħħal minn ma’ pjanċa tal-ħġieġ f’angolu ta’ 90°.
3. IL-KUNDIZZJONIJIET ATMOSFERIĊI SPEĊIFIKATI
Il-kundizzjonijiet tal-ambjent għandhom ikunu b’temperatura ta’ 23° C ± 5° C u umdità relattiva (RH) ta' 65 ± 15 %.
4. IL-BIĊĊIET TAT-TEST
Qabel it-test, il-kampjun tar-romblu tat-tejp li jwaħħal għandu jkun ikkondizzjonat għal 24 siegħa fl-atmosfera speċifikata (ara l-para. 3 hawn fuq).
Minn kull romblu, irid isir test fuq 5 biċċiet żgħar ta’ 400 mm fit-tul. Il-biċċiet żgħar jittieħdu mir-romblu wara li jitwarrbu l-ewwel tliet dawriet.
5. IL-PROĊEDURA
It-test għandu jsir taħt il-kundizzjonijiet ambjentali speċifikati fil-paragrafu 3.
Ħu l-ħames biċċiet tat-test filwaqt li tħoll it-tejp b’mod radjali b’veloċità ta’ madwar 300 mm/sek, imbagħad applikahom fi 15-il sekonda bil-mod kif ġej:
Applika t-tejp mal-pjanċa tal-ħġieġ progressivament b’moviment ħafif ta’ għerik bis-saba’ mat-tul kollu, mingħajr pressjoni eċċessiva, b’mod li ma titħalla l-ebda bużżieqa tal-arja maqbuda bejn it-tejp u l-pjanċa tal-ħġieġ.
Ħalli kollox jistrieħ għal 10 minuti fil-kundizzjonijiet atmosferiċi speċifikati.
Aqla’ madwar 25 mm mill-biċċa tat-test minn mal-folja fi pjan perpendikulari għall-assi tal-biċċa tat-test. Waħħal il-folja u itwi lura t-tarf ħieles tat-tejp f’90°. Applika saħħa b’tali mod li l-linja ta’ separazzjoni bejn il-folja u t-tejp tkun perpendikolari għal din is-saħħa u perpendikolari għall-folja.
Iġbed sabiex taqla’ b’veloċità ta’ 300 mm/s ± 30 mm/s u rreġistra l-forza meħtieġa.
6. IR-RIŻULTATI
Il-ħames valuri miksuba għandhom jiġu rranġati f’ordni u jittieħed il-valur medjan bħala r-riżultat ta’ dan il-kejl. Dan il-valur għandu jiġi espress fi Newtons għal kull ċentimetru ta’ wisa’ tat-tejp.
ANNESS 8
IR-REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TEĦID TA' KAMPJUNI MINN SPETTUR
1. ĠENERALI
1.1. Mill-aspetti mekkaniċi u ġeometriċi, ir-rekwiżiti għall-konformità jitqiesu sodisfatti skont il-kundizzjonijiet, fejn jeżistu, ta' dan ir-Regolament jekk il-varjanti ma jaqbżux il-varjanti inevitabbli tal-manifattura.
Fir-rigward tal-prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta qed jiġu ttestjati l-prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kwalunkwe fanal ta’ quddiem magħżul b'mod każwali u mgħammar b’bozza bil-filament standard;
1.2.1. ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament. Għall-valuri B 50 L (jew R) u ż-Żona III, id-devjazzjoni massima tista’ tkun rispettivament ta’:
B 50 L (jew R) |
0,2 lx ekwivalenti għal 20 fil-mija |
|
0,3 lx ekwivalenti għal 30 fil-mija |
Iż-żona III |
0,3 lx ekwivalenti għal 20 fil-mija |
|
0,45 lx ekwivalenti għal 30 fil-mija |
jew jekk
1.2.2.1. għar-raġġ tad-dawl il-baxx, il-valuri preskritti f’dan ir-Regolament jintlaħqu f’HV (b’tolleranza ta’ 0,2 lx) u rrelatati ma' dik il-mira tal-inqas punt ta’ kull erja llimitata fuq l-iskrin tal-kejl (f’25 m) b’ċirku b’radju ta’ 15 cm madwar il-punti B 50 L (jew R) (b’tolleranza ta’ 0,1 lx), 75 R (jew L), 25 R, 25 L, u fl-erja kollha taż-żona IV li mhijiex aktar minn 22,5 cm ’il fuq mil-linja 25 R u 25 L;
1.2.2.2. u jekk, għar-raġġ tad-dawl tas-sewqan, HV tkun tinstab fl-isolux 0,75 Emax, tiġi osservata, għall-valuri fotometriċi fi kwalunkwe punt tal-kejl speċifikat fil-paragrafu 6.6 ta’ dan ir-Regolament, tolleranza ta’ +20 fil-mija għall-valuri massimi u –20 fil-mija għall-valuri minimi. Il-marka ta’ referenza ma titqiesx.
1.2.3. Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, jista’ jinbidel l-allinjament tal-fanal ta’ quddiem, sakemm l-assi tar-raġġ ma jkunx imċaqlaq lateralment b’aktar minn 1 lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.
1.2.4. Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-fanal ta' quddiem għandhom jiġu rripetuti bl-użu ta’ bozza bil-filament standard oħra.
1.2.5. Il-fanali ta’ quddiem b’difetti evidenti jitwarrbu.
1.2.6. Il-marka ta’ referenza ma titqiesx.
1.3. Iridu jaqblu mal-koordinati tal-kromatiċità.
Il-prestazzjoni fotometrika ta' fanal ta' quddiem li qed jitfa' dawl isfar selettiv għandha tkun il-valuri inklużi f'dan ir-Regolament immultiplikati b'0,84.
2. L-EWWEL TEĦID TA' KAMPJUNI
Fl-ewwel teħid tal-kampjuni jintgħażlu erba’ fanali ta’ quddiem b'mod każwali. L-ewwel kampjun ta' tnejn ikun immarkat A, it-tieni kampjun ta’ tnejn ikun immarkat B.
2.1. Il-konformità mhix ikkontestata
Wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni murija fid-Dijagramm 1 ta’ dan l-Anness il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem fid-direzzjonijiet mhux favorevoli huma:
2.1.1.1. il-kampjun A
A1 |
fanal ta’ quddiem wieħed |
0 fil-mija |
|
fanal ta' quddiem wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
A2 |
żewġ fanali ta' quddiem aktar minn |
0 fil-mija |
|
iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
mur għall-kampjun B |
|
2.1.1.2. il-kampjun B
B1 |
iż-żewġ fanali ta’ quddiem |
0 fil-mija |
2.1.2. jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A jiġu sodisfatti.
2.2. Il-konformità hija kkontestata
Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fid-Dijagramm 1 ta’ dan l-Anness il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab li jassigura li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti (l-allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem huma:
2.2.1.1. il-kampjun A
A3 |
fanal ta' quddiem wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
fanal ta' quddiem wieħed aktar minn |
20 fil-mija |
|
iżda mhux aktar minn |
30 fil-mija |
2.2.1.2. il-kampjun B
B2 |
Fil-każ ta’ A2 |
|
|
fanal ta' quddiem wieħed aktar minn |
0 fil-mija |
|
iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
fanal ta' quddiem wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
B3 |
Fil-każ ta’ A2 |
|
|
fanal ta’ quddiem wieħed |
0 fil-mija |
|
fanal ta' quddiem wieħed aktar minn |
20 fil-mija |
|
iżda mhux aktar minn |
30 fil-mija |
2.2.2. jew jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A mhumiex sodisfatti.
2.3. L-approvazzjoni rtirata
Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 10 jekk, wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fid-Dijagramm 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta' quddiem huma:
2.3.1. il-kampjun A
A4 |
fanal ta' quddiem wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
fanal ta' quddiem wieħed aktar minn |
30 fil-mija |
A5 |
żewġ fanali ta' quddiem aktar minn |
20 fil-mija |
2.3.2. il-kampjun B
B4 |
Fil-każ ta’ A2 |
|
|
fanal ta' quddiem wieħed mhux aktar minn |
0 fil-mija |
|
iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
fanal ta' quddiem wieħed aktar minn |
20 fil-mija |
B5 |
Fil-każ ta’ A2 |
|
|
żewġ fanali ta' quddiem aktar minn |
20 fil-mija |
B6 |
Fil-każ ta’ A2 |
|
|
fanal ta’ quddiem wieħed |
0 fil-mija |
|
fanal ta' quddiem wieħed aktar minn |
30 fil-mija |
2.3.3. jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni A u B ma jkunux sodisfatti.
3. TEĦID RIPETUT TA' KAMPJUNI
Fil-każ ta’ A3, B2, B3 jeħtieġ teħid ripetut ta’ kampjuni, it-tielet kampjun C ta’ żewġ fanali ta' quddiem u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ fanali ta' quddiem, magħżula mill-istokk immanifatturat wara l-allinjament, fi żmien xahrejn wara n-notifika.
3.1. Il-konformità mhijiex ikkontestata
Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fid-Dijagramm 1 ta’ dan l-Anness il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem huma:
3.1.1.1. kampjun C
C1 |
fanal ta’ quddiem wieħed |
0 fil-mija |
|
fanal ta' quddiem wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
C2 |
żewġ fanali ta' quddiem aktar minn |
0 fil-mija |
|
iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
mur għall-kampjun D |
|
3.1.1.2. kampjun D
D1 |
Fil-każ ta’ C2 |
|
|
iż-żewġ fanali ta’ quddiem |
0 fil-mija |
3.1. 2. jew jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C ikunu sodisfatti.
3.2. Il-konformità hija kkontestata
Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fid-Dijagramm 1 ta’ dan l-Anness il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab li jassigura li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti (l-allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem huma:
3.2.1.1. kampjun D
D2 |
Fil-każ ta’ C2 |
|
|
fanal ta' quddiem wieħed aktar minn |
0 fil-mija |
|
iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
fanal ta' quddiem wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
3.2.1.2. jew jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C ma jkunux sodisfatti:
3.3. L-approvazzjoni tkun irtirata
Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 10 jekk, wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fid-Dijagramm 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta' quddiem huma:
3.3.1. kampjun C
C3 |
fanal ta' quddiem wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
fanal ta' quddiem wieħed aktar minn |
20 fil-mija |
C4 |
żewġ fanali ta' quddiem aktar minn |
20 fil-mija |
3.3.2. kampjun D
D3 |
Fil-każ ta’ C2 |
|
|
fanal wieħed ta' quddiem 0 jew aktar minn |
0 fil-mija |
|
fanal ta' quddiem wieħed aktar minn |
20 fil-mija |
3.3.3. jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni C u D ma jkunux sodisfatti.
4. MODIFIKA TAL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-LINJA TA' WAQFIEN
Biex tkun verifikata l-modifika tal-pożizzjonijiet vertikali tal-linja ta' waqfien taħt l-effett tas-sħana, wieħed għandu japplika l-metodu ta’ hawn taħt:
Wieħed mill-fanali ta’ quddiem tal-kampjun A wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni fid-Dijagramm 1 ta’ dan l-Anness għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness 4 wara li jkun soġġett għal tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 4.
Il-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk Δ r ma jeċċedix 1,5 mrad.
Jekk dan il-valur jeċċedi 1,5 mrad imma mhuwiex ta’ aktar minn 2,0 mrad, it-tieni fanal ta’ quddiem tal-kampjun A għandu jkun soġġett għat-test li permezz tiegħu il-valur medju bejn iż-żewġ estremi tal-valuri assoluti rreġistrati fuq iż-żewġ kampjuni m’għandux jeċċedi 1,5 mrad.
Madankollu, jekk ma jkunx hemm konformità ma’ dan il-valur ta’ 1,5 mrad fuq il-kampjun A, iż-żewġ fanali ta’ quddiem tal-kampjun B għandhom ikunu soġġetti għall-istess proċedura u l-valur ta’ Δ r għal kull wieħed minnhom m’għandux jeċċedi 1,5 mrad.
Dijagramm 1