30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/231


It-testi oriġinali KEE/NU biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus KEE/NU TRANS/WP.29/343, disponibbli f’:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 122 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M, N, u O fir-rigward tas-sistemi tat-tisħin tagħhom

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

 

Corrigendum 2 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament, suġġett għan-Notifika lid-Depożitarju C.N.1156.2006.TREATIES-2 bid-data tat-13 ta’ Diċembru 2006

 

Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: 22 ta' Lulju 2009

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet: Ġenerali

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Parti I: Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha

6.

Parti II: Approvazzjoni ta’ sistema tas-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali tagħha

7.

Modifika u estensjoni ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura jew komponent

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

11.

Ismijiet u indirizzi ta' servizzi tekniċi li jwettqu testijiet ta' approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 —

Dokumenti ta’ tagħrif u formoli ta’ komunikazzjoni

Anness 2 —

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

Anness 3 —

Rekwiżiti għas-sistemi tat-tisħin li jaħdmu bis-sħana rkuprata- ARJA

Anness 4 —

Proċedura tat-test għall-kwalità tal-arja

Anness 5 —

Proċedura tat-test għat-temperatura

Anness 6 —

Proċedura tat-test għall-emissjoni tal-egżost tal-ħiters tal-kombustjoni

Anness 7 —

Rekwiżiti addizzjonali għall-ħiters tal-kombustjoni

Anness 8 —

Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-ħiters tal-kombustjoni bl-LPG u sistemi tat-tisħin bl-LPG

Anness 9 —

Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għal ċerti vetturi kif speċifikat fl-ADR

1.   AMBITU

1.1.

Dan ir-regolament japplika għall-vetturi kollha fil-kategoriji M, N u O (1) fejn teżisti sistema tat-tisħin.

L-approvazzjonijiet tat-tip jingħataw skont:

1.2.

Parti I – Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha.

1.3.

Parti II – Approvazzjoni ta’ sistema tat-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali tagħha.

2.   DEFINIZZJONIJIET: ĠENERALI

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

2.1.

“Vettura” tfisser vettura tal-kategorija M, N jew O (1) fejn teżisti sistema tat-tisħin.

2.2.

“Manifattur” tfisser il-persuna jew l-entità li hija responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u għall-assigurazzjoni tal-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti b'mod dirett fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura jew il-komponent li huwa s-suġġett tal-proċess ta' approvazzjoni.

2.3.

“Intern” tfisser il-partijiet ta’ ġewwa tal-vettura użati għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti tal-vettura u/jew għat-tagħbija.

2.4.

“Sistema tat-tisħin għall-kompartiment tal-passiġġier” tfisser kull tip ta' mezz intiż li jżid it-temperatura tal-kompartiment tal-passiġġier.

2.5.

“Sistema tat-tisħin għaż-żona tat-tagħbija” tfisser kull tip ta' mezz intiż li jżid it-temperatura taż-żona tat-tagħbija.

2.6.

“Żona tat-tagħbija” tfisser il-parti ta' ġewwa tal-vettura użata biex takkomoda t-tagħbija, esklużi l-passiġġieri.

2.7.

“Kompartiment tal-passiġġier” tfisser il-parti ta' ġewwa tal-vettura użata biex takkomoda lix-xufier u lill-passiġġieri.

2.8.

“Fjuwil gassuż” tinkludi l-fjuwils li huma gassużi f'temperatura u pressjoni normali (288,2 K u 101,33 kPa), bħalma hu l-gass tal-petroleum likwidifikat (LPG) u l-gass naturali kkompressat (CNG).

2.9.

“Tisħin żejjed” tirreferi għall-kundizzjoni li teżisti meta l-fetħa tal-arja li ssaħħan li tagħti għall-ħiter tal-kombustjoni tkun totalment ibblukkata.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAT-TISĦIN TAGĦHA

3.1.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-limitazzjoni tas-sistema tat-tisħin tagħha għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun akkreditat b’mod xieraq.

3.1.2.

Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u minn dawn id-dettalji li ġejjin:

3.1.2.1.

deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta' vettura fejn għandhom x'jaqsmu l-istruttura, id-dimensjonijiet, il-konfigurazzjoni u l-materjali kostitwenti tagħha;

3.1.2.2.

tfassil tas-sistema tat-tisħin u l-arranġament ġenerali tagħha

3.1.3.

Mudell għad-dokument ta' tagħrif huwa mogħti fl-Anness I, il-Parti 1, l-Appendiċi 1.

3.1.4.

Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq ta’ testijiet ta’ approvazzjoni tat-tip.

3.1.5.

Jekk il-vettura li titressaq għall-approvazzjoni hija mgħammra b’ħiter b’approvazzjoni tat-tip tal-KEE, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tip tal-manifattur ta’ din it-tip ta’ ħiter għandhom jintbagħtu flimkien mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura.

3.1.6.

Jekk il-vettura li titressaq għall-approvazzjoni hija mgħammra b’ħiter li ma għandux l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, għandu jintbagħat lis-servizz tekniku kampjun rappreżentattiv wieħed tat-tip li jitressaq għall-approvazzjoni.

3.2.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ ĦITER

3.2.1.

L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ tip ta’ ħiter bħala komponent għandha titressaq mill-manifattur tas-sistema tat-tisħin.

3.2.2.

Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u minn dawn id-dettalji li ġejjin:

3.2.2.1.

deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta' sistema tat-tisħin fejn għandhom x'jaqsmu l-istruttura, id-dimensjonijiet, il-konfigurazzjoni u l-materjali kostitwenti tagħha;

3.2.2.2.

tfassiliet tas-sistema tat-tisħin u l-arranġament ġenerali tagħha

3.2.3.

Mudell għad-dokument ta' tagħrif huwa mogħti fl-Anness 1, il-Parti 1, l-Appendiċi 2.

3.2.4.

Kampjun rappreżentattiv wieħed tat-tip li jitressaq għall-approvazzjoni għandu jitressaq lis-servizz tekniku.

3.2.5.

Il-kampjun għandu jiġi mmarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka tal-fabbrika tal-applikant u l-ispeċifikazzjoni tat-tip.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk it-tip imressaq għal approvazzjoni għal dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-parti(jiet) relevanti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip għandha tingħata.

4.2.

Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-preżent 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi maġġuri riċenti li saru lir-Regolament meta ħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew sistema tat-tisħin kif definiti f'dan ir-Regolament.

4.3.

Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta' tip skont dan ir-Regolament għandu jintbagħat lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola minn dawk li jikkonformaw mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, skont il-każ, ta' dan ir-Regolament.

4.4.

Fuq kull vettura li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament u għal kull komponent manifatturat separatament li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, għandu jitwaħħal, b'mod li jispikka u f'post li huwa aċċessibbli malajr u speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru ta' distinzjoni tal-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip (2).

4.5.

Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni skont il-paragrafu 4.2.

4.6.

Jekk tip jikkonforma ma’ tip approvat skont Regolament wieħed jew aktar minn dawk annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.2. ma għandux għalfejn jerġa' jintwera; f'dak il-każ, ir-Regolament(i) li taħthom tkun ħarġet l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f'kolonni weqfin fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.2.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.8.

Fil-każ ta’ vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin il-pjanċa tad-dejta tal-vettura li jwaħħal il-manifattur, jew inkella fuqha.

4.9.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni.

5.   PARTI I — APPROVAZZJONI TA' TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAT-TISĦIN TAGĦHA

5.1.   Definizzjoni

Għall-fini tal-Parti I ta' dan ir-Regolament,

5.1.1.

“Tip ta' vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin” tfisser vetturi li ma jkunux differenti fl-aspetti essenzjali bħalma hu l-prinċipju/i tas-sistema tat-tisħin.

5.2.   Speċifikazzjonijiet

5.2.1.

IL-kompartiment tal-passiġġier ta' kull vettura għandu jkollu sistema tat-tisħin. Jekk fiż-żona tat-tagħbija ta’ vettura jkun hemm sistema tat-tisħin, din għandha tkun waħda konformi ma’ dan ir-Regolament.

5.2.2.

Is-sistema tat-tisħin tal-vettura li titressaq għall-approvazzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament.

5.3.   Rekwiżiti għall-Istallazzjoni tal-Vettura tal-Ħiters tal-Kombustjoni.

5.3.1.   Ambitu

5.3.1.1.

Suġġett għall-paragrafu 5.3.1.2, il-ħiters tal-kombustjoni għandhom jiġu stallati skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.

5.3.1.2.

Vetturi tal-kategorija O bil-ħiter bil-fjuwil likwidu jitqiesu li huma konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.

5.3.2.   Il-pożizzjonar tal-ħiter tal-kombustjoni

5.3.2.1.

Sezzjonijiet tal-body u tal-komponenti l-oħrajn viċin il-ħiter għandhom jiġu protetti minn sħana żejda u mill-possibilità ta' kontaminazzjoni bil-fjuwil jew biż-żejt.

5.3.2.2.

Il-ħiter tal-kombustjoni ma għandux jikkostitwixxi riskju ta’ nar, anki f'każ ta' tisħin żejjed. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala sodisfatt jekk l-istallazzjoni taċċerta distanza adegwata għall-partijiet kollha kif ukoll ventilazzjoni xierqa, bl-użu ta' materjali reżistenti għan-nar u bl-użu ta' kisi kontra s-sħana.

5.3.2.3.

Fil-każ ta' vetturi M2 u M3, il-ħiter tal-kombustjoni ma għandux ikun fil-kompartiment tal-passiġġier. B'danakollu, tista’ tintuża stallazzjoni f'kisi ssiġillat b’mod effettiv li jkun konformi wkoll mal-kundizzjonijiet fil-paragrafu 5.3.2.2.

5.3.2.4.

It-tikketta msemmija fl-Anness 7, il-paragrafu 4, jew kopja tagħha, għandha tkun pożizzjonata b’mod li tkun tista’ tinqara faċilment meta l-ħiter ikun stallat fil-vettura.

5.3.2.5.

Waqt il-pożizzjonar tal-ħiter għandha tittieħed kull prekawzjoni neċessarja biex jiġi kkontrollat ir-riskju ta' xi inċident jew ħsara lill-proprjetà personali.

5.3.3.   Il-forniment tal-fjuwil

5.3.3.1.

Il-kontenitur tal-fjuwil ma għandux ikun fil-kompartiment tal-passiġġier u għandu jkun fornut b’għatu effettiv biex jipprevjeni t-tixrid tal-fjuwil.

5.3.3.2.

Fil-każ ta' ħiters bil-fjuwil likwidu, meta jsir forniment separat minn dak tal-vettura, għandu jkun indikat b’mod ċar it-tip ta’ fjuwil u l-punt minn fejn ikun ittieħed.

5.3.3.3.

Mal-punt fejn jingħata l-fjuwil għandu jitwaħħal avviż li jindika li l-ħiter għandu jintefa qabel ma jerġa’ jingħata l-fjuwil. Barra minn hekk, fil-ktejjeb tat-tħaddim maħruġ mill-manifattur għandha tkun inkluża struzzjoni xierqa.

5.3.4.   Is-sistema tal-egżost

5.3.4.1.

Il-fetħa tal-egżost għandha tkun pożizzjonata b’mod li ma tħallix l-emissjonijiet jidħlu fil-vettura mill-ventilaturi, il-fetħiet tal-arja msaħħna jew mit-twieqi li jinfetħu.

5.3.5.   Il-fetħa tal-arja tal-kombustjoni

5.3.5.1.

L-arja għall-kompatiment tal-kombustjoni tal-ħiter ma għandhiex tinġibed mill-kompartiment tal-passiġġier tal-vettura.

5.3.5.2.

Il-fetħa tal-arja għandha tkun pożizzjonata jew protetta b'tali mod li ma jkunx possibbli li tiġi bblukkata bil-ħmieġ jew bil-bagalji.

5.3.6.   Fetħa tal-arja tat-tisħin

5.3.6.1.

L-arja tat-tisħin li toħroġ tista’ tkun arja friska jew iċċirkolata mill-ġdid u, fejn ma teżistix il-probabbiltà li tkun ikkontaminata mid-dħaħen tal-egżost maħruġa mill-magna tal-propulsjoni, mill-ħiter tal-kombustjoni jew minn xi sors ieħor tal-vettura, għandha tinġibed minn arja nadifa.

5.3.6.2.

Il-kanal mnejn tidħol l-arja għandu jkun protett b’xibka jew b’mezz xieraq ieħor.

5.3.7.   Fetħa għall-ħruġ tal-arja tat-tisħin

5.3.7.1.

Il-kanali użati biex titwassal l-arja sħuna fil-vettura għandhom ikunu pożizzjonati jew protetti b’mod li ma jkun hemm ebda riskju ta’ inċident jew ħsara kemm-il darba dawn kellhom jintmessu.

5.3.7.2.

Il-fetħa għall-ħruġ tal-arja għandha tkun pożizzjonata jew protetta b'tali mod li ma jkunx possibbli li tiġi bblukkata bil-ħmieġ jew bil-bagalji.

5.3.8.   Kontroll awtomatiku tas-sistema tat-tisħin

5.3.8.1.

Is-sistema tat-tisħin trid tkun waħda li tintefa awtomatikament u l-forniment tal-fjuwil irid jieqaf fi żmien ħames sekondi minn meta tieqaf taħdem il-magna tal-vettura. Jekk ikun diġà attivat mezz manwali, is-sistema tat-tisħin tista' tibqa' taħdem.

6.   PARTI II — APPROVAZZJONI TA' SISTEMA TAT-TISĦIN FIR-RIGWARD TAS-SIKUREZZA OPERAZZJONALI TAGĦHA

6.1.   Definizzjonijiet

Għall-fini tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament,

6.1.1.

“Sistema tat-tisħin” tirreferi għal kull tip ta' mezz intiż li jżid it-temperatura interna tal-vettura, inkluża kwalunkwe żona tat-tagħbija.

6.1.2.

“Ħiter tal-kombustjoni” tirreferi għall-mezz li juża direttament fjuwil likwidu jew gassuż u li ma jużax is-sħana rkuprata tal-magna użata biex imexxi l-vettura.

6.1.3.

“Tip ta' ħiter tal-kombustjoni” tfisser il-mezzi li ma jkunux differenti fl-aspetti essenzjali bħalma huma:

it-tip ta' fjuwil (eż. likwidu jew gassuż),

il-mezz tat-trasferiment (eż. l-arja jew l-ilma),

il-post fil-vettura (eż. il-kompartiment tal-passiġġier jew iż-żona tat-tagħbija).

6.1.4.

“Sistema tat-tisħin bl-użu tas-sħana rkuprata” tirreferi għal kull tip ta' mezz li juża s-sħana rkuprata mill-magna użata biex tmexxi l-vettura biex iżid it-temperatura fl-intern tal-vettura, u dan jista' jinkludi l-ilma, iż-żejt jew l-arja bħala mezz tat-trasferiment.

6.2.   Speċifikazzjonijiet: Ġenerali

Ir-rekwiżiti għal sistemi tat-tisħin huma li:

l-arja msaħħna li tidħol fil-kompartiment tal-passiġġier ma tkunx aktar imniġġsa mill-arja fil-punt tal-fetħa tal-vettura,

ix-xufier u l-passiġġieri, waqt li jkunu fit-triq, ma jkunux jistgħu jiġu f'kuntatt ma' partijiet tal-vettura jew mal-arja msaħħna li tista' tikkawża xi ħruq,

l-emissjonijiet tal-egżost minn ħiters tal-kombustjoni jkunu fil-limiti aċċettabbli.

Il-proċeduri tat-test għall-verifika ta' kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti huma stabbiliti fl-Annessi 4, 5 u 6.

6.2.1.

It-tabella li ġejja tindika liema annessi japplikaw għal kull tip ta' sistema tat-tisħin f'kull kategorija ta’ vettura:

Is-sistema tat-tisħin

Kategorija tal-vettura

Anness 4

Kwalità tal-arja

Anness 5

Temperatura

Anness 6

Egżost

Anness 8

sikurezza tal-LPG

Is-sħana rkuprata mill-magna — ilma

M

 

 

 

 

N

 

 

 

 

O

 

 

 

 

Is-sħana rkuprata mill-magna — arja

Ara n-Nota 1.

M

Iva

Iva

 

 

N

Iva

Iva

 

 

O

 

 

 

 

Is-sħana rkuprata mill-magna — żejt

M

Iva

Iva

 

 

N

Iva

Iva

 

 

O

 

 

 

 

Ħiter tal-fjuwil gassuż —

Ara Nota 2

M

Iva

Iva

Iva

Iva

N

Iva

Iva

Iva

Iva

O

Iva

Iva

Iva

Iva

Ħiter tal-fjuwil Likwidu —

Ara n-Nota 2.

M

Iva

Iva

Iva

 

N

Iva

Iva

Iva

 

O

Iva

Iva

Iva

 

Nota 1:

Sistemi tat-tisħin li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Anness III huma eżentati minn dawn ir-rekwiżiti tat-test.

Nota 2:

Ħiters tal-kombustjoni li jinsabu ’l barra mil-kompartiment tal-passiġġieri u li jużaw l-ilma bħala l-mezz tat-trasferiment jitqiesu li huma konformi mal-Annessi 4 u 5.

6.3.   Speċifikazzjonijiet: Ħiters tal-kombustjoni

Rekwiżiti addizzjonali għall-ħiters tal-kombustjoni huma stipulati fl-Anness 7.

7.   MODIFIKA U ESTENSJONI TA’ APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA JEW TA’ TIP TA’ KOMPONENT

7.1.

Kull modifika tat-tip għandha tiġi notifikata lid-dipartiment amministrattiv li kien approva t-tip. Id-dipartiment imbagħad jista':

7.1.1.

jew iqis li mhuwiex probabbli li l-modifiki li saru se jkollhom effett kuntrarju konsiderevoli u li, f'kull każ, il-vettura jew il-komponent xorta għadhom konformi mar-rekwiżiti; jew inkella

7.1.2.

jitlob lis-servizz tekniku responsabbli li jagħmel it-testijiet biex jagħmel rapport ieħor dwar it-test.

7.2.

Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, bi speċifikazzjoni tal-modifiki, għandha tkun ikkomunikata lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3.

7.3.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni bħal din u tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2, skont il-każ, ta' dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/KEE/324-E/KEE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

Kull vettura jew komponent approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 hawn fuq.

8.2.

L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikabbli għal kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn.

9.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

L-approvazzjoni maħruġa fir-rigward ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata kemm-il darba ma jitħarsux ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 ta' hawn fuq.

9.2.

Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha tavża b'dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2 ta' dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox jimmanifattura tip ta’ vettura jew komponent approvati skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2 ta’ dan ir-Regolament.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli li jagħmlu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li għandhom jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni maħruġa f'pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2 kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bożnja u l-Ħerżegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakanti), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (l-Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħhom billi jużaw is-simbolu rispettiv tagħhom KEE), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t'Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta u 51 għar-Repubblika tal-Korea. In-numri segwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tad-Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri mogħtija b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.


ANNESS 1

PARTI 1

Appendiċi 1

MUDELL TAD-DOKUMENT TA' TAGĦRIF

(għal tip ta’ vettura skont il-paragrafu 4.3 tar-Regolament li jorbot mal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE ta’ sistema tat-tisħin u ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha)

Jekk is-sistema jew il-partijiet komponenti tagħha għandhom kontrolli elettroniċi għandha tingħata t-tagħrif li tikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.

Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.

It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

0.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: …

0.4.

Fejn jinsab l-immarkar: …

0.5.

Il-kategorija tal-vettura (1): …

0.6.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.7.

L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

1.   KARATTERISTIĊI TA’ KONSTRUZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA

1.1.

Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura:

2.   L-IMPJANT TAL-ENERĠIJA

2.1.

Kodiċi tal-magna tal-manifattur: … (hekk kif immarkat fuq il-magna, jew mezzi oħrajn ta’ identifikazzjoni)

2.2.

Prinċipju ta’ tħaddim: ignition pożittiva/ignition ta’ kompressjoni, b’erba’ strokes/b’żewġ strokes (2)

2.3.

Numru u arranġament taċ-ċilindri: …

2.4.

Qawwa massima netta: … kW b’ … min-1 (valur dikjarat mill-manifattur)

2.5.

Sistema ta’ tkessiħ (likwidu/arja) (2)

2.6.

Issettjar nominali tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tat-temperatura tal-magna: …

2.7.

Kompressur: Iva/Le (2)

2.7.1.

Tip(i) …

2.7.2.

Deskrizzjoni tas-sistema (eż. pressjoni massima taċ-charge: … kPa, wastegate jekk japplika)

3.   KAROZZERIJA

3.1.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin jekk is-sistema tat-tisħin tuża s-sħana tal-fluwidu tat-tkessiħ tal-magna …

3.2.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tat-tisħin jekk l-arja tat-tkessiħ jew il-gassijiet tal-egżost tal-magna jintużaw bħala fonti ta' sħana, inkluż: …

3.2.1.

Dehra ta’ kif inhi mqassma s-sistema tat-tisħin li turi l-pożizzjoni tagħha fil-vettura: …

3.2.2.

Id-disinn kif inhu mqassam il-heat exchanger għas-sistemi tat-tisħin li jużaw il-gassijiet tal-egżost għas-sħana, jew tal-partijiet fejn iseħħ l-iskambju tas-sħana (għas-sistemi tat-tisħin li jużaw l-arja tat-tkessiħ tal-magna għas-sħana): …

3.2.3.

Disinn sezzjonali tal-heat exchanger jew tal-partijiet, rispettivament, fejn iseħħ l-iskambju tas-sħana, b'indikazzjoni tal-ħxuna tal-kisja, il-materjali użati u l-karatteristiċi tal-wiċċ: …

3.2.4.

Għandhom jingħataw speċifikazzjonijiet għal komponenti importanti ulterjuri tas-sistema tat-tisħin bħal, pereżempju, il-fann tal-ħiter, fir-rigward tal-metodu ta' kostruzzjoni tagħhom u dejta teknika: …

3.3.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin bil-kombustjoni u l-kontroll awtomatiku: …

3.3.1.

dehra ġenerali tal-ħiter tal-kombustjoni, is-sistema tad-dħul tal-arja, is-sistema tal-egżost, it-tank tal-fjuwil, is-sistema ta’ forniment tal-fjuwil (inklużi l-valvoli) u l-konnessjonijiet elettriċi b’mod li tidher il-pożizzjoni tagħhom fil-vettura.

3.4.

Konsum elettriku massimu: …kW

Appendiċi 2

MUDELL TAD-DOKUMENT TA' TAGĦRIF

(għal tip ta’ sistema tat-tisħin skont il-paragrafu 4.3 tar-Regolament li jorbot mal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE ta’ sistema tat-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali tagħha)

Jekk is-sistema tat-tisħin jew il-partijiet komponenti tagħha għandhom kontrolli elettroniċi għandha tingħata t-tagħrif li tikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.

1.   ĠENERALI

1.1.

Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.

It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

1.3.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

1.4.

Fil-każ ta’ komponenti, il-post u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-KEE: …

1.5.

L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

2.   ĦITER TAL-KOMBUSTJONI (JEKK DAN JEŻISTI)

2.1.

Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

2.2.

It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

2.3.

Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq is-sistema tat-tisħin: …

2.4.

Fejn jinsab l-immarkar: …

2.5.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

2.6.

L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

2.7.

Il-pressjoni tat-test (fil-każ ta’ ħiter tal-kombustjoni li taħdem bi fjuwil fil-forma ta’ gass ta’ petroleum likwifikat jew xi ħaġa simili, il-pressjoni applikata fil-konnettur tad-dħul tal-gass tal-ħiter): …

2.8.

Deskrizzjoni dettaljata, disinji ta’ kif inhi mqassma u deskrizzjoni tal-immuntar tal-ħiter tal-kombustjoni u l-komponenti tagħha kollha: …

PARTI 2

Appendiċi 1

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))

KOMUNIKAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))

KOMUNIKAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

(1)  Kif iddefinita fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), l-Anness 7 (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2, kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4).

(2)  Aqta’ fejn ma japplikax.


ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

Image

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)

Image

MUDELL C

(Ara l-paragrafu 4.6 ta' dan ir-Regolament)

Image


(*)  Dan in-numru huwa mogħti biss bħala eżempju.


ANNESS 3

REKWIŻITI GĦAS-SISTEMI TAT-TISĦIN LI JAĦDMU BIS-SĦANA RKUPRATA – ARJA

1.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6.2 ta' dan ir-Regolament jitqiesu sodisfatti fir-rigward ta’ sistemi tat-tisħin li jinkludu heat exchanger li minn fuq iċ-ċirkwit ewlieni tiegħu jgħaddu gassijiet tal-egżost jew arja mniġġsa, u dan kemm-il darba jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.

il-kisi taċ-ċirkwit ewlieni tal-heat exchanger ma għandux jippermetti nixxija fi pressjoni li tilħaq u li tinkludi ż-2 bars;

3.

il-kisi taċ-ċirkwit ewlieni tal-heat exchanger ma għandux jinkludi komponenti li jinqalgħu minn posthom;

4.

il-kisi tal-heat exchanger fejn isir l-iskambju tas-sħana għandu jkun oħxon mill-inqas 2 mm jekk magħmul minn azzar mhux liegi;

4.1.

fil-każi meta jintużaw materjali oħrajn (inklużi materjali komposti jew miksija), il-ħxuna tal-kisja għandha tkun tali li taċċerta li l-heat exchanger ikollu l-istess tul ta' żmien li jibqa' tajjeb bħal fil-każ riferit fil-paragrafu 4;

4.2.

jekk il-kisja tal-heat exchanger fejn isir l-iskambju tas-sħana tkun żmaltata, il-kisja fejn ikun ġie applikat l-iżmalt għandha tkun mhux anqas minn 1 mm ħoxna u dan l-iżmalt għandu jkun sod, ma jippermettix nixxija u ma jkunx poruż.

5.

it-tubu li jgħaddu minnu l-gassijiet tal-egżost għandu jinkludi żona tat-test għall-korrużjoni twila mill-inqas 30 mm, u din iż-żona tkun eżattament fin-naħa t’isfel tal-heat exchanger, ma tkunx mgħottija u tkun aċċessibbli malajr;

5.1.

il-kisja ta' din iż-żona tat-test tal-korrużjoni ma tridx tkun eħxen mit-tubi għall-gassijiet tal-egżost ġewwa l-heat exchanger u l-materjali u l-proprjetajiet tal-wiċċ ta' din il-parti għandhom ikunu komparabbli ma' dawk ta' dawn it-tubi;

5.2.

jekk il-heat exchanger jifforma unità waħda mas-silencer tal-egżost tal-vettura, il-kisja barranija ta' dan tal-aħħar għandha titqies bħala ż-żona konformi mal-punt 5.1 fejn tista’ sseħħ xi korrużjoni.

6.

Fil-każ ta' sistemi tat-tisħin bis-sħana rkuprata li jużaw l-arja li tkessaħ il-magna biex jarmu s-sħana, il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament jitqiesu sodisfatti mingħajr l-użu ta' heat exchanger, u dan kemm-il darba jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

6.1.

l-arja li tkessaħ li tintuża biex issaħħan tiġi f'kuntatt biss mal-uċuħ tal-magna li ma jinkludux partijiet li jinqalgħu, u

6.2.

il-konnessjonijiet bejn il-kisi ta' dan iċ-ċirkwit tal-arja li tkessaħ u l-uċuħ użati għat-trasferiment tas-sħana ma jkunux jippermettu l-ħruġ tal-gass u jkunu reżistenti għaż-żejt.

Dawn il-kundizzjonijiet jitqiesu sodisfatti jekk, pereżempju:

madwar kull sparking plug ikun hemm ilqugħ li jattira xi nixxija ta’ gass ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja li ssaħħan;

il-ġonta bejn ras iċ-ċilindru u l-pajp tal-egżost tkun ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja li ssaħħan;

ikun hemm protezzjoni doppja kontra xi nixxija bejn ras iċ-ċilindru u ċ-ċilindru, u kwalunkwe nixxija li tirriżulta mill-ewwel ġonta tinġibed ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja li ssaħħan, jew il-protezzjoni minn xi nixxija bejn ras iċ-ċilindru u ċ-ċilindru tibqa’ hemm meta l-iskorfini ta' ras iċ-ċilindru jkunu ssikkati fil-kiesaħ f'terz tat-torque nominali preskritt mill-manifattur, jew

iż-żona fejn ras iċ-ċilindru hija teħel maċ-ċilindru tkun ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja li ssaħħan.


ANNESS 4

PROĊEDURA TAT-TEST GĦALL-KWALITÀ TAL-ARJA

1.

Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, għandu jitwettaq it-test li ġej:

1.1.

Ħaddem il-ħiter għal siegħa fi produzzjoni massima f’kundizzjonijiet ta' arja wieqfa (b’veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), bit-twieqi kollha magħluqin u, fil-każ ta' ħiter tal-kombustjoni, bil-magna tal-propulsjoni mitfija. Jekk, madankollu, meta tkun ingħażlet il-produzzjoni massima l-ħiter jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, il-kejl jista’ jsir qabel ma jintefa.

1.2.

Il-proporzjon ta’ CO fl-arja ambjentali għandu jitkejjel billi jittieħdu kampjuni minn:

1.2.1.

punt barra l-vettura viċin kemm jista’ jkun għall-fetħa tal-arja li ssaħħan, u

1.2.2.

punt fl-intern tal-vettura inqas minn 1 m mill-fetħa fejn toħroġ l-arja msaħħna.

1.3.

Għandu jittieħed qari għal ħin rappreżentattiv ta' 10 minuti.

1.4.

Il-qari mill-pożizzjoni deskritta fil-paragrafu 1.2.2 għandu jkun inqas minn 20 ppm CO ogħla mill-pożizzjoni deskritta fil-paragrafu 1.2.1.

2.

Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip ta’ ħiters bħala komponenti, it-test li ġej għandu jitwettaq wara t-testijiet tal-Annessi 5, 6 u l-paragrafu 1.3 tal-Anness 7.

2.1.

Iċ-ċirkwit ewlieni tal-heat exchanger għandu jkun suġġett għal test taċ-ċarċir biex jiġi aċċertat li l-arja mniġġsa ma titħallatx mal-arja msaħħna intiża għall-kompartiment tal-passiġġieri.

2.2.

Dan ir-rekwiżit għandu jitqies sodisfatt jekk, fi pressjoni mkejla ta' 0,5 hPa, ir-rata tan-nixxija mill-heat exchanger tkun inqas minn 30 dm3/s, jew ekwivalenti għal dan.


ANNESS 5

PROĊEDURA TAT-TEST GĦAT-TEMPERATURA

1.

Ħaddem il-ħiter għal siegħa fi produzzjoni massima f'kundizzjonijiet ta' arja wieqfa (b’veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), bit-twieqi kollha magħluqin. Jekk, madankollu, meta tkun ingħażlet il-produzzjoni massima l-ħiter jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, il-kejl jista' jsir aktar kmieni. Jekk l-arja msaħħna tinġibed minn barra l-vettura, it-test għandu jitwettaq f'temperatura ambjentali ta' mhux inqas minn 15 °C.

2.

It-temperatura tal-wiċċ ta' kull parti tas-sistema tat-tisħin li x'aktarx tiġi f'kuntatt max-xufier tal-vettura waqt l-użu normali fit-triq għandha titkejjel b'termometru tal-kuntatt. L-ebda parti jew partijiet minn dawn ma għandhom jaqbżu t-temperatura ta' 70 °C għall-metall mhux miksi jew dik ta’ 80 °C għal materjali oħrajn.

2.1.

Fil-każ li parti jew partijiet tas-sistema tat-tisħin wara s-sedil tax-xufier, u fil-każ ta' tisħin żejjed, it-temperatura ma għandhiex taqbeż il-110 °C.

2.2.

Fil-każ ta' vetturi fil-kategoriji M1 u N, l-ebda parti mis-sistema li x'aktarx tiġi f'kuntatt ma' passiġġieri bilqiegħda waqt l-użu normali tal-vettura fit-triq, bl-eċċezzjoni l-gradilja tal-fetħa għal barra, ma għandha taqbeż it-temperatura ta' 110 °C.

2.3.

Fil-każ ta' vetturi fil-kategoriji M2 u M3, l-ebda parti mis-sistema li x'aktarx tiġi f'kuntatt ma' passiġġieri bilqiegħda waqt l-użu normali tal-vettura fit-triq ma għandha taqbeż it-temperatura ta' 70 °C għall-metall mhux miksi jew dik ta’ 80 °C għal materjali oħrajn.

3.

Fil-każ li jkun partijiet tas-sistema tat-tisħin esposti barra mill-kompartiment tal-passiġġieri, u fil-każ ta' tisħin żejjed, it-temperatura ma għandhiex taqbeż il-110 °C.

It-temperatura tal-arja msaħħna li tidħol fil-kompartiment tal-passiġġier ma għandhiex taqbeż il-150 °C li trid titkejjel fiċ-ċentru tal-fetħa.


ANNESS 6

PROĊEDURA TAT-TEST GĦALL-EMISSJONI TAL-EGŻOST TAL-ĦITERS TAL-KOMBUSTJONI

1.

Ħaddem il-ħiter għal siegħa fi produzzjoni massima f'kundizzjonijiet ta' arja wieqfa (b’veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), u temperatura ambjentali ta' 20 ± 10 °C. Jekk, madankollu, meta tkun ingħażlet il-produzzjoni massima l-ħiter jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, il-kejl jista’ jsir qabel ma jintefa.

2.

L-emissjonijiet xotti u konċentrati tal-egżost, imkejla bl-użu ta' arloġġ adegwat, ma għandhomx jaqbżu l-valuri indikati fit-tabella li ġejja:

Parametru

Ħiters li jużaw fjuwils gassużi

Ħiters li jużaw fjuwil likwidu

CO

0,1 % vol.

0,1 % vol.

NOx

200  ppm

200  ppm

HC

100  ppm

100  ppm

Unità ta’ referenza Bacharach (1)

1

4

3.

It-test għandu jkun ripetut f’kundizzjonijiet ekwivalenti għal veloċità tal-vettura ta’ 100 km/s (jew il-veloċità massima tal-vettura f'każijiet fejn il-veloċità massima hija inqas minn 100 km/s). Taħt dawn il-kundizzjonijiet, il-valur tal-CO ma għandux jaqbeż iż-0,2 % vol. Jekk it-test ikun twettaq fuq il-ħiter bħala komponent, ma għandux għalfejn jiġi ripetut fil-każ tat-tip ta' vettura li jkun immuntat fiha l-ħiter.


(1)  Tintuża l-unità ta’ referenza “Bacharach” ASTM D 2156.


ANNESS 7

REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ĦITERS TAL-KOMBUSTJONI

1.

L-istruzzjonijiet dwar l-operat u l-manutenzjoni għandhom ikunu fornuti ma' kull ħiter u, fil-każ ta' ħiters intiżi għas-suq ta’ wara l-bejgħ, għandhom jiġu pprovduti wkoll struzzjonijiet għall-istallazzjoni.

2.

Għandu jkun stallat (jew bħala parti mill-ħiter tal-kombustjoni jew bħala parti mill-vettura) tagħmir ta' sigurtà biex jikkontrolla l-operat ta' kull ħiter tal-kombustjoni f'emerġenza. Dan għandu jkun iddisinjat b'tali mod li jekk ma tinkiseb l-ebda fjamma meta titqabbad il-magna, jew inkella l-fjamma tintefa waqt l-operat, il-ħin tal-ignition u tal-bidu tal-forniment tal-fjuwil ma jaqbiżx l-erba' minuti f'każ ta' ħiters li jaħdmu bil-fjuwil likwidu jew, fil-każ ta' ħiters li jaħdmu bil-fjuwil gassuż, ma jaqbiżx il-minuta jekk il-mezz li jissorvelja l-fjamma huwa termoelettriku, jew 10 sekondi jekk huwa awtomatiku.

3.

Il-kompartiment tal-kombustjoni u l-heat exchanger ta' ħiters li jużaw l-ilma bħala mezz ta' trasferiment għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw pressjoni ta’ darbtejn akbar mill-pressjoni normali tal-operat jew ta’ żewġ bars (gauge), skont liema hi l-akbar. Il-pressjoni tat-test għandha tkun annotata fid-dokument ta' tagħrif.

4.

Il-ħiter għandu jkollu tikketta tal-manifattur li turi l-isem tal-manifattur, in-numru tal-mudell u t-tip flimkien mal-produzzjoni ratata tagħha f'kilowatts. It-tip tal-fjuwil għandu jidher ukoll u, meta rilevanti, il-vultaġġ tal-operat u l-pressjoni tal-gass.

5.

Għeluq imdewwem tal-combustion air blowers

5.1.

Jekk hemm immuntat combustion air blower, għandu jkun ipprovdut ukoll għeluq imdewwem fil-każ ta' tisħin żejjed u f'każ ta' interruzzjoni tal-provvista tal-fjuwil.

5.2.

Miżuri oħrajn biex jipprevjenu d-danni minħabba d-deflagrazzjoni u l-korrużjoni tal-egżost jistgħu jiġu applikati jekk il-manifattur iforni provi għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tal-effetti ekwivalenti tagħhom.

6.

Rekwiżiti għall-provvista tal-elettriku

6.1.

Ir-rekwiżiti tekniċi kollha affettwati mill-vultaġġ għandhom ikunu fl-iskala tal-vultaġġ ta' ±16 % taċ-ċifra ratata. Madankollu, jekk tkun ipprovduta protezzjoni għall-vultaġġ baxx u/jew għall-vultaġġ għoli, ir-rekwiżiti għandhom jintlaħqu f’vultaġġ ratat u fil-viċinanza immedjata tal-punti tal-għeluq.

7.

Dawl tat-twissija

7.1.

Sinjalatur li jidher ċar fil-firxa viżiva tal-operatur għandu jinforma meta l-ħiter tal-kombustjoni jinxtegħel jew jintefa.


ANNESS 8

Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-ħiters tal-kombustjoni bl-LPG u sistemi tat-tisħin bl-LPG

1.   SISTEMI TAT-TISĦIN BL-LPG GĦALL-UŻU FIT-TRIQ FIL-VETTURI BIL-MUTUR

1.1.

Jekk sistema tat-tisħin bl-LPG f’vettura bil-magna tista’ tintuża wkoll meta l-vettura tkun qed timxi, il-ħiter tal-kombustjoni bl-LPG u s-sistema tagħha ta’ forniment għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

1.1.1.

Il-ħiter tal-kombustjoni bl-LPG għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-istandard armonizzat EN 624:2000 (Speċifikazzjonijiet għal apparati bl-LPG partikulari Tagħmir ta’ tisħin b’ċirkwit magħluq li jaħdem bl-LPG għall-istallazzjoni fil-vetturi u d-dgħajjes).

1.1.2.

F’każijiet ta’ kontenitur tal-LPG stallat b’mod permanenti, il-komponenti kollha tas-sistema li huma f’kuntatt mal-LPG fil-fażi likwida (il-komponenti kollha mill-unità tal-mili għal vaporizzatur/ir-regolatur tal-pressjoni) u l-istallazzjoni tal-fażi likwida assoċjata għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament Nru 67, il-Partijiet I u II u mill-Annessi minn 3 sa 10, 13 u minn 15 sa 17.

1.1.3.

L-istallazzjoni tal-fażi gassuża tas-sistema tat-tisħin bl-LPG f’vettura għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-istandard armonizzat EN 1949:2002 (1) (Speċifikazzjonijiet għall-istallazzjoni ta’ sistemi bl-LPG għall-finijiet ta’ abitazzjoni f’vetturi b’akkomodazzjoni bi skop ta’ divertiment u f’vetturi oħra tat-triq).

1.1.4.

Is-sistema ta’ forniment bl-LPG għandha tkun imfassla b’tali mod li l-LPG ikun fornut bil-pressjoni meħtieġa u fil-fażi korretta għall-ħiters tal-kombustjoni bl-LPG li tkun stallata. Huwa awtorizzat li l-LPG jitneħħa mill-kontenitur tal-LPG li jkun stallat b’mod permanenti, u dan kemm fil-fażi gassuża kif ukoll f’dik likwida.

1.1.5.

Il-fetħa tal-likwidu tal-kontenitur tal-LPG li jkun stallat b’mod permanenti biex iforni l-LPG lill-ħiter għandha tkun ipprovduta b’service valve ikkontrollat mill-bogħod b’valv għall-fluss eċċessiv kif mitlub mill-paragrafu 17.6.1.1. tar-Regolament Nru 67. Is-service valve ikkontrollat mill-bogħod b’valv għall-fluss eċċessiv għandu jkun ikkontrollat b’mod li jingħalaq awtomatikament fi żmien ħames minuti minn meta tieqaf il-magna tal-vettura, irrispettivament mill-pożizzjoni tas-swiċċ tal-ignition. Jekk fi żmien dawn il-ħames sekondi jkun attivat is-swiċċ “on” tal-ħiter jew tas-sistema tal-forniment tal-LPG, is-sistema tat-tisħin tista’ tibqa’ għaddejja. It-tisħin dejjem jista’ jerġa’ jitqabbad.

1.1.6.

Jekk l-LPG ikun fornut fil-fażi gassuża mill-kontenitur tal-LPG li jkun stallat b’mod permanenti jew miċ-ċilindru(i) portabbli tal-LPG separat, għandhom jittieħdu provviżjonijiet xierqa sabiex ikun żgurat li:

1.1.6.1.

ebda LPG likwidu ma jista’ jidħol fir-regolatur tal-pressjoni jew fil-ħiter tal-kombustjoni tal-LPG. Ikun jista’ jintuża separatur, u

1.1.6.2.

ma jista’ jkun hemm l-ebda ħruġ mhux ikkontrollat kawża ta’ skonnettjar aċċidentali. Għandhom jiġu pprovduti mezzi li jwaqqfu l-fluss tal-LPG permezz tal-istallazzjoni ta’ apparat eżatt wara, f’ċilindru jew f’regolatur immuntat fl-għamla ta’ kontenitur, jew, jekk ir-regolatur jintrama ’l bogħod miċ-ċilindru jew mill-kontenitur, għandu jiġi stallat apparat eżatt quddiem it-tubu jew il-pajp miċ-ċilindru jew mill-kontenitur u għandu jiġi stallat apparat addizzjonali ġewwa jew wara r-regolatur.

1.1.7.

Jekk l-LPG huwa fornut fil-fażi likwida, l-unità tal-vaporizzatur u tar-regolatur tal-pressjoni għandha tissaħħan kif suppost permezz ta' sors ta’ sħana adegwat.

1.1.8.

Fil-vetturi bil-magna li jużaw l-LPG fis-sistemi a’ propulsjoni tagħhom, il-ħiter tal-kombustjoni bl-LPG jista' jiġi mqabbad mal-istess kontenitur tal-LPG li jkun stallat b’mod permanenti li jforni l-LPG lill-magna, u dan kemm-il darba jkunu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ sikurezza tas-sistema ta’ propulsjoni. Jekk għat-tisħin ikun qed jintuża kontenitur tal-LPG separat, dan il-kontenitur għandu jkun ipprovdut b’unità ta’ mili għalih.

2.   SISTEMI TAT-TISĦIN BL-LPG GĦALL-UŻU STAZZJONARJU BISS F’VETTURI BIL-MAGNA U T-TREJLERS TAGĦHOM

2.1.

Il-ħiter tal-kombustjoni bl-LPG u s-sistema ta’ forniment tagħha ta’ sistema tat-tisħin bl-LPG li hija intiża biex tintuża biss meta l-vettura ma tkunx miexja għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin.

2.1.1.

Għandhom jitwaħħlu tikketti permanenti fuq il-kompartiment fejn ikunu maħżuna ċ-ċilindri portabbli tal-LPG u viċin ħafna tal-mezz li jikkontrolla s-sistema tat-tisħin. Dawn ikunu jagħtu struzzjonijiet li meta l-vettura tkun miexja, il-ħiter bl-LPG ma għandhiex titħaddem u l-valv taċ-ċilindru portabbli tal-LPG għandu jingħalaq.

2.1.2.

Il-ħiter tal-kombustjoni bl-LPG għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.1. hawn fuq.

2.1.3.

L-istallazzjoni tal-fażi gassuża tas-sistema tat-tisħin tal-LPG għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.3 hawn fuq.


(1)  Imħejji mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) (http://www.cenorm.be/CENORM/index.htm).


ANNESS 9

Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għal ċerti vetturi kif speċifikat fl-ADR

1.   Ambitu

Dan l-anness japplika għal ċerti vetturi li l-Ftehim Ewropew li jikkonċerna t-Tagħbija Internazzjonali tal-Oġġetti Perikolużi fuq it-Triq (ADR) jinkludi rekwiżiti speċifiċi għalihom fir-rigward ta’ ħiters tal-kombustjoni u l-istallazzjoni tagħhom.

2.   Definizzjonijiet

Għall-iskop ta’ dan l-Anness, l-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi EX/II, EX/III, AT, FL, OX u MEMU huma kif definiti fil-Kapitolu 9.1 tal-ADR.

Vetturi approvati bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli għall-vetturi EX/III skont dan l-Anness għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli għall-vetturi MEMU.

3.   Dispożizzjonijiet Tekniċi

3.1.   Ġenerali (il-vetturi EX/II, EX/III, AT, FL OX u MEMU)

3.1.1. (1)

Il-ħiters tal-kombustjoni u l-passaġġ tal-egżost tal-gass għandhom jiġu ddisinjati, pożizzjonati, protetti u koperti b’tali mod li jilqgħu kontra kull riskju inaċċettabbli ta’ tisħin jew ta’ qbid tan-nar tat-tagħbija. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala sodisfatt jekk it-tank tal-fjuwil u s-sistema tal-egżost tal-apparat jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Kull tank tal-fjuwil għall-forniment tal-apparat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Fil-każ ta’ xi nixxija, il-fjuwil għandu jitbattal f’livell mal-art mingħajr ma jiġi f’kuntatt ma’ partijiet jaħarqu tal-vettura jew tat-tagħbija;

(b)

It-tankijiet tal-fjuwil li jkun fihom il-petrol għandhom ikunu mgħammra bi flame trap effettiva fil-fetħa tal-filler jew b’għata li tippermetti li l-ftuħ jibqa’ ssiġillat ermetikament.

Is-sistema tal-egżost kif ukoll il-pajpijiet tal-egżost għandhom ikunu diretti u protetti biex jevitaw kull periklu lit-tagħbija minħabba tisħin jew nar. Partijiet mis-sistema tal-egżost pożizzjonati direttament taħt it-tank tal-fjuwil (diżil) għandu jkollhom spazju ta’ mill-inqas 100 mm jew ikunu protetti minn kisja termali.

3.1.2.

Il-ħiter tal-kombustjoni għandu jinxtegħel manwalment. Il-mezzi ta’ pprogrammar għandhom ikunu pprojbiti.

3.2.   Vetturi EX/II, EX/III u MEMU

Ħiters tal-kombustjoni li jużaw fjuwils gassużi mhumiex awtorizzati.

3.3.   Vetturi FL

3.3.1.

Il-ħiters tal-kombustjoni għandhom jitwaqqfu milli joperaw tal-anqas b'dawn il-metodi:

(a)

Tifi intenzjonat, manwali, mill-kabina tas-sewwieq;

(b)

It-twaqqif tal-magna tal-vettura; f’dan il-każ il-mezz tat-tisħin jista’ jerġa’ jitqabbad manwalment mis-sewwieq;

(c)

Startjar ta’ feed pump fuq il-vettura bil-magna għat-tagħbija perikoluża li tinġarr.

3.3.2.

L-after running huwa awtorizzat wara li l-ħiters tal-kombustjoni jkunu twaqqfu mill-operat tagħhom. Għall-metodi tal-paragrafu 3.3.1. (b) u (c) il-provvista tal-arja tal-kombustjoni għandha tiġi interrotta b’miżuri addattati wara ċiklu ta’ tħaddim ta’ mhux aktar minn 40 sekonda. Għandhom jintużaw biss dawk il-ħiters li tkun ingħatatilhom prova li l-heat exchanger huwa reżistenti għaċ-ċiklu tal-after-running imnaqqas ta’ 40 sekonda għall-ħin tal-użu normali tagħhom.


(1)  Il-konformità ma’ dan il-paragrafu għandha tiġi vverifikata fuq il-vettura kompluta.