28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/15


DEĊIŻJONI MEĦUDA BI FTEHIM KOMUNI BEJN IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-10 ta’ Diċembru 2010

dwar il-post tas-Sede tal-Aġenzija Ewropea GNSS

(2010/803/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 341 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 (1) stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea GNSS.

(2)

Is-sede tal-Aġenzija Ewropea GNSS għandu jiġi ddeterminat,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Aġenzija Ewropea GNSS għandu jkollha s-sede tagħha fi Praga.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni ġħandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

Il-President

V. VAN QUICKENBORNE


(1)  ĠU L 276, 20.10.10, p. 11.