14.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/25


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tat-8 ta' Lulju 2009

ħatra ta’ mħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

(2009/541/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,

Billi, skont l-Artikoli 5 u 7, flimkien mal-Artikolu 47, tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara r-riżenja tas-Sur Daniel SVABY, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-bqija tal-mandat tas-Sur Daniel SVABY, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2010,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Juraj SCHWARCZ hu maħtur imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.

Il-President

C. DANIELSSON