11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 121/203


Corrigendum għar-Regolament Nru 114 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta':

I.   Modulu ta' Borża ta' l-Arja (airbag) għal Sistema ta' Sostituzzjoni ta' Borża ta' l-Arja;

II.   Sostituzzjoni ta' Rota ta' l-Istering mgħammra b'Modulu ta' Borża ta' l-Arja ta' Tip Approvat;

III.   Sistema ta' Sostituzzjoni ta' Borża ta' l-Arja barra minn dik stallata f'Rota ta' l-Istering

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 373, tas-27 ta' Diċembru 2007 )

Ir-Regolament Nru 114 għandu jaqra hekk:

Regolament Nru 114 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta':

I.   Modulu ta' borża ta' l-arja (airbag) għal Sistema ta' Sostituzzjoni ta' Borża ta' l-Arja;

II.   Sostituzzjoni ta' Rota ta' l-Istering mgħammra b'Modulu ta' Borża ta' l-Arja ta' Tip Approvat;

III.   Sistema ta' Sostituzzjoni ta' Borża ta' l-Arja barra minn dik stallata f'Rota ta' l-Istering.

1.   AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għat-tagħmir aftermarket ta' vetturi li ġej:

1.1.

għal moduli ta' boroż ta' l-arja għal sistemi ta' sostituzzjoni ta' boroż ta' l-arja maħsuba sabiex jiġu stallati fuq vetturi bil-mutur;

1.2.

għal roti ta' l-istering ta' sostituzzjoni għal vetturi ta' kategoriji M1 u N1, mgħammra b'modulu ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat u maħsuba sabiex jiġu stallati bħala sistema addizzjonali ta' restrizzjoni minbarra ċ-ċinturini tas-sigurezza u sistemi oħra ta' trażżin f'vetturi motorizzati, i.e. sistema li, f'każ ta' impatt qawwi, awtomatikament tiftaħ struttura flessibbli maħsuba sabiex tnaqqas is-severità tal-korriment ta' l-okkupanti;

1.3.

għal sistemi ta' boroż ta' l-arja ta' sostituzzjoni minn barra dawk stallati f'roti ta' stering u mgħammra b'moduli ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat bħala sistema addizzjonali ta' trażżin minbarra ċ-ċinturini tas-sigurezza u sistemi oħra ta' trażżin f'vetturi motorizzati ta' kategoriji M1 u N1, i.e. sistema li, f'każ ta' impatt qawwi, awtomatikament tiftaħ struttura flessibbli maħsuba sabiex tnaqqas is-severità tal-korriment ta' l-okkupanti;

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.

“Sistema ta' borża ta' l-arja” tfisser grupp ta' komponenti li, meta stallati f'vettura(i), jaqdu l-funzjonijiet kollha li għalihom jipprovdi l-fabbrikant. Din is-sistema tinkludi bħala minimu, sistema ta' ħelsien li tattiva wieħed jew aktar moduli ta' borża ta' l-arja u s-sistema tal-wiring ta' l-elettriku, jekk preżenti.

2.2.

“Borża ta' l-arja” tfisser materjal flessibbli, li jifforma volum magħluq u li jirċievi l-gass min-neffieħ u jrażżan lill-okkupant.

2.3.

“Modulu ta' borża ta' l-arja” tfisser l-iżgħar sub-assemblaġġ li jinkludi s-sors ta' enerġija għall-ftuħ tagħha u l-borża ta' l-arja involuta fil-ftuħ.

2.4.

“Rota ta' l-istering ta' Sostituzzjoni” (mgħammra b'modulu ta' borża ta' l-arja) tfisser rota ta' l-istering ta' tagħmir (aftermarket) li hija fornita sabiex timmodifika vettura bil-mutur u li tista' tvarja fid-dimensjonijiet ta' funzjoni tagħha, forma u/jew materjal mir-rota ta' l-istering oriġinali pprovduta mill-fabbrikant tal-vettura.

2.5.

“Sistema ta' borża ta' l-arja sostituzzjoni” tfisser sistema ta' borża ta' l-arja ta' tagħmir (aftermarket) li hija fornita sabiex timmodifika vettura bil-mutur, u li tista' tvarja fid-dimensjonijiet ta' funzjoni tagħha, forma, materjali jew operazzjoni minn kull sistema ta' borża ta' l-arja oriġinali pprovduta mill-fabbrikant tal-vettura għal dik il-vettura bil-mutur.

2.6.

Kategoriji ta' moduli ta' boroż ta' l-arja għal sistemi ta' sostituzzjoni ta' boroż ta' l-arja:

2.6.1.

Kategorija A: Strument maħsub sabiex jipproteġi lix-xufier ta' vettura fil-każ ta' impatt frontali.

2.6.2.

Kategorija B: Strument maħsub sabiex jipproteġi lill-passiġġier(i) tas-sit ta' quddiem barra mix-xufier fil-każ ta' impatt frontali.

2.6.3.

Kategorija Ċ: Strument maħsub sabiex jipproteġi lill-passiġgier(i) f'sits oħra minbarra fis-sits ta' quddiem fil-każ ta' impatt frontali.

2.6.4.

Kategorija D: Strument maħsub sabiex jipproteġi l-okkupant(i) tas-sit ta' quddiem fil-każ ta' impatt laterali.

2.7.

“Ħin tal-ħelsien” ifisser il-mument li fih, f'każ ta' impatt li jikkawża l-ftuħ ta' borża ta' l-arja, il-komponenti li jipproduċu dak il-ftuħ jiġu attwati b'mod irriversibbli.

2.8.

“Unità ta' kontroll jew unità ta' ħelsien” tfisser is-sub-assemblaġġ li jinkludi l-komponenti kollha li jippermettu li l-kolliżjoni tiġi osservata u tipproduċi ħelsien.

2.9.

“Sistema ta' wiring” tfisser il-kondutturi kollha ta' l-elettriku u l-konnessjonijiet li jgħaqqdu l-partijiet varji tas-sistema sħiħa ta' borża ta' l-arja ma' xulxin u jekk possibbli mal-vettura.

2.10.

“Massa tal-vettura mingħajr tagħbija” tfisser il-massa tal-vettura f'kundizzjoni li tiġi misjuqa, mhux okkupata u mingħajr tagħbija imma mimlija b'karburant, likwidu li jkessah, lubrikant, għodda u stepni (jekk dawn huma pprovduti bħala tagħmir standard mill-fabbrikant tal-vettura).

2.11.

“Tip ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni” tinkludi moduli ta' borża ta' l-arja li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal:

(a)

il-kategorija ta' modulu ta' borża ta' l-arja,

(b)

il-ġeometrija tal-borża ta' l-arja,

(ċ)

il-materjal tal-borża ta' l-arja,

(d)

il-bokki jew strumenti ekwivalenti,

(e)

il-ġeneratur tal-gass,

(f)

il-prinċipju ta' l-envelop,

(g)

il-materjal, struttura u dimensjonijiet ta' l-għatu,

(h)

il-kompożizzjoni tal-propellant,

(i)

l-istrument ta' twaħħil tal-modulu.

2.12.

“Tip ta' rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammra b'modulu ta' borża ta' l-arja” tfisser roti ta' l-istering ta' tagħmir (aftermarket), li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal:

(a)

il-preżenza ta' borża ta' l-arja,

(b)

id-dimensjoni u dijametru ta' rota ta' l-istering,

(ċ)

il-forma, sa fejn jiġu influwenzati, ir-rendiment ta' sigurtà u ta' saħħa,

(d)

il-materjal,

(e)

id-definizzjoni ta' tip ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni skond paragrafu 2. 11. ta' hawn fuq.

2.13.

“Tip ta' sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni barra minn dik stallata f'rota ta' l-istering” jinkludi sistemi ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni, li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal:

(a)

il-kategorija ta' modulu ta' borża ta' l-arja,

(b)

il-ġeometrija tal-borża ta' l-arja,

(ċ)

il-materjal tal-borża ta' l-arja,

(d)

il-bokki jew strumenti ekwivalenti,

(e)

il-ġeneratur tal-gass,

(f)

il-prinċipju ta' l-envelop,

(g)

il-materjal, struttura u dimensjonijiet tal-għatu,

(h)

il-kompożizzjoni tal-propellant,

(i)

l-istrument ta' twaħħil tal-modulu.

2.14.

“Tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi motorizzati, li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali f'dak li jirrigwarda l-effett fuq ir-riżultati tat-testijiet ta' impatt preskritti f'dan ir-Regolament għal:

(a)

l-istruttura, dimensjoni, verżjoni tal-body u materjali tal-vettura,

(b)

il-massa tal-vettura mingħajr tagħbija, kif definita f'paragrafu 2.10 hawn fuq,

(ċ)

il-kontroll ta' l-istering, is-sit u s-sistema ta' ċinturini ta' sigurezza u sistemi oħra ta' trażżin,

(d)

it-tqegħid u l-orjentazzjoni tal-magna,

(e)

il-partijiet u l-arranġamenti ta' għażla jew armar tal-vettura li jinfluwenzaw ir-rendiment tal-borża ta' l-arja.

3.   APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI

3.1.   Applikazzjoni għal approvazzjoni ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni

3.1.1.

L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' modulu ta' borża ta' l-arja għandha tiġi sottomessa minn min għandu t-trejdmark tal-fabbrikant tal-modulu tal-borza ta' l-arja, il-fabbrikant tal-komponent jew mir-rappreżentanti tagħhom debitament akkreditati.

3.1.2.

Għal kull kategorija ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti li ġejjin u d-dettalji li ġejjin:

3.1.2.1.

Deskrizzjoni teknika, li tinkludi l-istruzzjoni ta' immuntar u tispeċifika t-tip(i) ta' vettura li għalihom huwa maħsub l-modulu ta' borża ta' l-arja,

3.1.2.2.

Tpinġijiet dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu l-verifikazzjoni tal-pożizzjonijiet maħsuba għall-marka ta' approvazzjoni kif rikjest taħt paragrafu 4.1.4. ta' hawn taħt.

3.1.2.3.

Għandhom jiġu sottomessi numru biżżejjed ta' moduli ta' borża ta' l-arja lis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet u verifikazzjoni ta' konformità mal-paragrafi 5. u 6. rilevanti ta' dan ir-Regolament.

3.2.   Applikazzjoni għal approvazzjoni ta' rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni ma' modulu ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat

3.2.1.

L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni ma' modulu ta' borża ta' l-arja għandha tiġi sottomessa mill-persuna li għandha t-trejdmark tar-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni jew mill-fabbrikant, jew mir-rappreżentant tagħhom debitament akkreditat.

3.2.2.

Għal kull kategorija ta' rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammra b'modulu ta' borża ta' l-arja, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti li ġejjin u d-dettalji li ġejjin:

3.2.2.1.

deskrizzjoni teknika, li tinkludi istruzzjonijiet ta' immuntar,

3.2.2.2.

tpinġijiet dettaljati biżżejjed,

3.2.2.3.

tpinġijiet li juru l-pożizzjoni tal-modulu(i) tal-boroż ta' l-arja u fejn jeħel(lu) mar-rota ta' l-istering,

3.2.2.4.

il-pożizzjoni maħsuba għal marka ta' approvazzjoni u rikjesta taħt paragrafu 4.2.4. ta' hawn taħt,

3.2.2.5.

Numru biżżejjed ta' roti ta' stering ta' sostituzzjoni mgħammra b'moduli ta' borża ta' l-arja u vetturi li jirrappreżentaw it-tipi li għandha tkun approvata r-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni tagħhom għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta' approvazzjoni sabiex jivverifika konformità mal-paragrafi 5. u 6. rilevanti ta' dan ir-Regolament.

3.3.   Applikazzjoni għal approvazzjoni ta' sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja barra minn dik stallata f'rota ta' l-istering

3.3.1.

L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni barra minn dik stallata f'rota ta' l-istering għandha tkun sottomessa mill-persuna li għandha t-trejdmark tas-sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja jew mill-fabbrikant, jew mir-rappreżentanti tagħhom debitament akkreditati.

3.3.2.

Għal kull tip ta' sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti li ġejjin u d-dettalji li ġejjin:

3.3.2.1.

deskrizzjoni teknika, li tinkludi struzzjonijiet ta' immuntar,

3.3.2.2.

tpinġijiet dettaljati biżżejjed,

3.3.2.3.

tpinġijiet li juru l-pożizzjoni tas-sistema(i) tal-borża ta' l-arja u fejn jeħel(lu) mal-vettura,

3.3.2.4.

il-pożizzjoni maħsuba għal marka ta' approvazzjoni u rikjesta taħt paragrafu 4.3.4. ta' hawn taħt,

3.3.2.5.

Numru biżżejjed ta' sistemi ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni rappreżentattivi tat-tipi li għalihom għandha tkun approvata s-sistema ta' sostituzzjoni, u għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta' approvazzjoni sabiex jivverifika konformità mal-paragrafi 5. u 6. rilevanti ta' dan ir-Regolament.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Approvazzjoni ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja

4.1.1.

Jekk il-kampjuni tal-modulu tal-borża ta' l-arja sottomessi għal approvazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5. u 6. relevanti ta' hawn taħt, għandha tingħata approvazzjoni għal dan it-tip ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja.

4.1.2.

Numru ta' approvazzjoni għandu jingħata għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri (00 fil-preżent) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-iktar emendi tekniċi riċenti prinċipali li saru lir-Regolament fil-ħin tal-għoti ta' l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja.

4.1.3.

Notifika ta' approvazzjoni jew ta' ċaħda jew estensjoni jew rtirar ta' approvazzjoni jew ta' produzzjoni definittivament imwaqqfa ta' tip ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja, skond dan ir-Regolament, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formula li tikkonforma mal-mudell f'Anness 1 għal dan ir-Regolament.

4.1.4.

Il-kampjuni ta' moduli ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja għandhom jkunu mmarkati b'mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem kummerċjali jew marka tal-fabbrikant u marka ta' approvazzjoni li tikkonsisti fi:

4.1.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” li jigi segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni

4.1.4.2.

numru ta' approvazzjoni,

4.1.4.3.

simbolu addizzjonali, li jindika l-kategorija ta' modulu ta' borża ta' l-arja (ara paragrafu 2.6. ta' hawn fuq).

4.1.5.

Il-marka ta' approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar u li ma jitħassrux.

4.1.6.

Anness 4 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-marka ta' approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali msemmi hawn fuq.

4.2.   Approvazzjoni ta' rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni ma' modulu ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat

4.2.1.

Jekk tip ta' rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni b'modulu ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat sottomess għal approvazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5. u 6. rilevanti ta' hawn taħt, għandha tingħata approvazzjoni ta' dak it-tip ta' rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammra b'modulu ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat.

4.2.2.

Numru ta' approvazzjoni għandu jkun assenjat għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri (00 fil-preżent) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-iktar emendi tekniċi riċenti prinċipali li saru lir-Regolament fil-ħin tal-għoti ta' l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru għal tip ieħor ta' rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni.

4.2.3.

Notifika ta' approvazzjoni jew ta' ċaħda jew estensjoni jew irtirar ta' approvazzjoni jew ta' produzzjoni definittivament imwaqqfa ta' tip ta' rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammra b'modulu ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat skond dan ir-Regolament, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formula li tikkonforma mal-mudell f'Anness 2 għal dan ir-Regolament.

4.2.4.

Il-kampjuni ta' roti ta' stering ta' sostituzzjoni b'borża ta' l-arja u l-btieten (adapters) għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew marka kummerċjali tal-fabbrikant u marka ta' approvazzjoni li tikkonsisti fi:

4.2.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” li jigi segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni

4.2.4.2.

numru ta' approvazzjoni,

4.2.4.3.

simbolu addizzjonali, li jindika l-kategorija ta' modulu ta' borża ta' l-arja (ara paragrafu 2.6. hawn fuq).

4.2.5.

Il-marka ta' approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar u li ma jitħassarx.

4.2.6.

Il-marka ta' approvazzjoni għandha titqiegħed fuq ir-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni u fuq il-buttun (adapters). Jekk ir-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni u l-buttun huma f'biċċa waħda, marka ta' approvazzjoni waħda u marka waħda bl-isem jew marka kummerċjali tal-fabbrikant hija biżżejjed.

4.2.7.

Anness 5 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-marka ta' approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali msemmi hawn fuq.

4.3.   Approvazzjoni ta' sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja barra minn dik stallata f'rota ta' l-istering

4.3.1.

Jekk sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja barra minn dik stallata f'rota ta' l-istering sottomessa għal approvazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5. u 6. rilevanti ta' hawn taħt, għandha tingħata approvazzjoni ta' dak it-tip ta' sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja.

4.3.2.

Numru ta' approvazzjoni għandu jkun assenjat għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri (00 fil-preżent) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-iktar emendi tekniċi riċenti prinċipali li saru lir-Regolament fil-ħin tal-għoti ta' l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru għal tip ieħor ta' sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja.

4.3.3.

Notifika ta' approvazzjoni jew ta' ċaħda jew estensjoni jew irtirar ta' approvazzjoni jew ta' produzzjoni definittivament imwaqqfa ta' sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja, skond dan ir-Regolament, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formula li tikkonforma mal-mudell f'Anness 3 għal dan ir-Regolament.

4.3.4.

Il-kampjuni ta' sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja għandhom jkunu mmarkati b'mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew marka kummerċjali tal-fabbrikant u marka ta' approvazzjoni li tikkonsisti fi:

4.3.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” li jigi segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni

4.3.4.2.

numru ta' approvazzjoni,

4.3.4.3.

simbolu addizzjonali, li jindika l-kategorija ta' modulu ta' borża ta' l-arja (ara paragrafu 2.6. hawn fuq).

4.3.5.

Il-marka ta' approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali għandhom ikunu jinqraw b'mod ċar u li ma jitħassarx.

4.3.6.

Anness 6 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-marka ta' approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali msemmi hawn fuq.

5.   REKWIŻITI

5.1.

Rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja, rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammra b'modulu ta'borża ta' l-arja ta' tip approvat, jew ta' sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni barra minn dik stallata f'rota ta' l-istering.

5.1.1.

Qabel ma tingħata approvazzjoni ta' tip skond paragrafi 4.1., 4.2. u/jew 4.3., l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti sabiex tiżgura:

5.1.1.1.

stallazzjoni, manutenzjoni, tiswija u żarmar tas-sistema mit-tekniċi mħarrġa biss skond il-manwal, li għandhom jkunu ppreparati mill-applikant ta' l-approvazzjoni.

5.1.1.2.

sostituzzjoni ta' parti jew is-sistema kollha wara li jkun skada l-perjodu garantit ta' funzjonament,

5.1.1.3.

immarkar u notifiki għal persuni ta' salvataġġ, immarkar u informazzjoni għall-użu ta' sistemi ta' trażżin ta' tfal.

5.1.2.

Interferenza minn oqsma manjetiċi ma għandhomx ifixklu l-operazzjoni tas-sistema tal-borża ta' l-arja.

5.1.3.

Sistema sħiħa għandha tinkludi strument li javża lill-persuna li tagħmel użu jekk is-sistema ta' borża ta' l-arja ma hijiex f'kundizzjoni li taħdem kif kien maħsub.

5.1.4.

Moduli ta' borża ta' l-arja għal sistemi ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni ta' kategorija A għandhom ikunu ddisinjati b'mod illi, meta jiġu sottomessi għal test skond ir-rekwiżiti ta' paragrafu 5.2.2.7., test statiku ta' ftuħ, il-borża ta' l-arja tista' tiġi mbuttata fil-ġenb wara l-ftuħ sħiħ.

5.1.5.

Tossiċità u ħruq

Għandu jiġi ppreżentat ċertifikat li jikkonferma li n-natura, konċentrazzjoni u temperatura tal-gassijiet u partiċelli solidi meħlusa fil-ftuħ tal-borża ta' l-arja ma humiex tali li jikkaġunaw korriment serju lill-okkupanti tal-vettura. L-awtoritajiet responsabbli għal ħruġ ta' l-approvazzjoni għandhom jirriservaw id-dritt li jivverifikaw l-eżattezza tad-dikjarazzjoni.

5.2.   Rekwiżiti għal approvazzjoni ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni

5.2.1.

Kull modulu ta' borża ta' l-arja għandu jaqbel mar-rekwiżiti ta' l-“Istandard Internazzjonali ISO 12097-2 VETTURI TAT-TRIQ-ITTESTJAR TA' KOMPONENT TA' BORŻA TA' L-ARJA-PARTI 2: Ittestjar ta' modulu ta' borża ta' l-arja” verżjoni: 1996-08-00, sabiex jiggarantixxi s-sigurezza ta' operazzjoni ta' modulu ta' borża ta' l-arja.

Moduli ta' borża ta' l-arja maħsuba għal sits ta' quddiem mgħammra b'sistemi ta' boroż ta' l-arja tal-ġnub għandhom jaqblu, sa fejn huwa possibbli, mar-rekwiżiti ta' l-istandard ISO imsemmi hawn fuq (għal eżempju ta' testijiet skond paragrafu 5.2.2.).

Il-fabbrikant tal-modulu għandu jgħid li t-testijiet imsemmija hawn fuq saru b'riżultati ta' test pożittivi. F'każ ta' dubji l-awtorità ta' approvazzjoni responsabbli għal ħruġ ta' approvazzjoni għandha tirriserva d-dritt li tivverifika l-eżattezza ta' din l-istqarrija.

5.2.2.

Minflok paragrafu 5.2.1., programm ta' test imnaqqas huwa permess li juri bħala minimu l-elementi ta' test li ġejjin:

5.2.2.1.

Test ta' waqa'

5.2.2.2.

Test ta' impatt mekkaniku

5.2.2.3.

Test simultanju ta' temperatura b'vibrazzjoni

5.2.2.4.

Test ta' ċiklu ta' umdità termali

5.2.2.5.

Test ta' simulazzjoni ta' radjazzjoni solari

5.2.2.6.

Test ta' xokk ta' temperatura

5.2.2.7.

Test ta' ftuħ statiku

5.3.   Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni ma' modulu ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat

5.3.1.

Qabel approvazzjoni ta' tip tingħata skond paragrafu 4.2., l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti sabiex isiru:

5.3.1.1.

test ta' sħana tar-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni (il-partijiet kollha minbarra l-modulu ta' borża ta' l-arja), kif deskritt f'paragrafu 6.2.1.1., sabiex jiggarantixxi rabta tal-materjali kollha.

5.3.1.2.

test ta' tgħawwiġ, kif deskritt f'paragrafu 6.2.1.2., sabiex jiggarantixxi deformazzjoni minima tar-rimm tar-rota ta' l-istering,

5.3.1.3.

test ta' torque, kif deskritt f'paragrafu 6.2.13., sabiex jiggarantixxi ebusija biżżejjed meta r-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni hija mgħobbija b'mod tanġenzjali mar-rimm ta' rota ta' l-istering,

5.3.1.4.

test ta' affatikament, kif deskritt f'paragrafu 6.2.1.4., sabiex jiggarantixxi perjodu garantit ta' funzjonament biżżejjed.

5.3.2.

Fir-rigward tar-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni, għandu jkun garantit li d-dijametru effettiv ma huwiex sostanzjalment iżgħar mid-dijametru effettiv tar-rota ta' l-istering stallata mill-fabbrikant tal-vettura. Dan ir-rekwiżit jitqies sodisfatt meta d-dijametru effettiv tar-rota ta' l-istering ma huwiex anqas minn 0,9 drabi d-dijametru effettiv tar-rota ta' l-istering użata mill-fabbrikant tal-vettura.

5.3.3.

Id-daqs u l-immuntar tar-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni mal-kolonna ta' l-istering trid tkun ġewwa d-dimensjonijiet u t-tolleranzi speċifikati mill-fabbrikant tal-vettura. Inkella l-fabbrikant ta' sostituzzjoni għandu juri lis-Servizz Tekniku l-funzjoni xierqa ta' kwalunkwe metodu ieħor ta' immuntar li jintagħżel.

5.3.4.

Ir-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni għandha tħalli x-xufiera veduta diretta għall-istrumenti importanti kollha u indikaturi bħal

(a)

l-ispidomiter u

(b)

sinjali li juru:

indikatur ta' direzzjoni

dawl prinċipali

fog lamp ta' wara

sinjal ta' periklu

sistema awtomatika kontra l-qfil

operazzjoni ħażina tas-sistema ta' twaqqif

indikatur tal-funzjoni tal-borża ta' l-arja

It-testijiet għandhom isiru skond il-preskrizzjonijiet imniżżla f'paragrafu 6.2.2.

5.3.5.

Roti ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammra b'moduli ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat għandhom ikunu b'mod li, meta stallati f'vettura, din il-vettura taqdi r-rekwiżiti ta' paragrafi 5.2.1.1., 5.2.1.2., 5.2.1.3., 5.2.1.4. u 5.2.1.5. ta' Regolament Nru 94, 01 serje ta' emendi.

F'każ ta' dubju, meta tiġi verifikata l-konformità tar-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammra b'modulu ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata attenzjoni lil data jew riżultati ta' test ipprovduti mill-applikant għal approvazzjoni, u dawn jistgħu jiġu kkunsidrati meta tkun qegħda tiġi kkunsidrata l-validità tat-test ta' approvazzjoni magħmul mis-servizz tekniku.

5.4.   Rekwiżiti għal approvazzjoni ta' sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja barra minn dik stallata f'rota ta' l-istering

5.4.1.

Sistemi ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni għandhom jkunu mgħammra b'modulu ta' borża ta' l-arja approvat jew għandu jintwera għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku, responsabbli għal dan it-test, li s-sistema użata taqbel mar-rekwiżiti preskritti f'paragrafi 5.1. u 5.2. hawn fuq.

5.4.2.

Sistemi ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni barra minn dawk stallati f'roti ta' l-istering għandhom ikunu b'mod li, meta stallati f'vettura, il-vettura tissodisfa f'każ ta' sistema ta' borża ta' l-arja ta'

5.4.2.1.

kategorija B, ir-rekwiżiti ta' paragrafi 5.2.1.1., 5.2.1.2., 5.2.1.3., 5.2.1.4., u 5.2.1.5. ta' Regolament Nru 94, 01 serje ta' emendi;

5.4.2.2.

kategorija Ċ, ir-rekwiżiti ta' paragrafi 5.2.1.1., 5.2.1.2., 5.2.1.3., 5.2.1.4., u 5.2.1.5. ta' Regolament Nru 94, 01 serje ta' emendi; kif ukoll manikini strumentati għandhom jiġu użati għal verifikazzjoni tar-rendiment tas-sistema ta' borża ta' l-arja;

5.4.2.3.

kategorija D, ir-rekwiżiti ta' paragrafi 5.2.1.1., 5.2.1.2., 5.2.1.3., 5.2.1.4., u 5.2.1.5. ta' Regolament Nru 95, 01 serje ta' emendi; f'dan il-każ il-manikin ta' impatt tal-ġenb għandu jintuża għat-test.

6.   TESTIJIET

6.1.   Testijieti ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja

It-testijiet għandhom isiru skond ISO 12097-Parti 2, verżjoni 1996-08-00.

6.2.   Testijiet ta' rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni ma' modulu ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat

6.2.1.

Testijiet ta' saħħa:

6.2.1.1.   Testijiet ta' sħana:

Ir-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni (minbarra l-modolu ta' borża ta' l-arja) hija esposta għat-temperaturi li ġejjin li jsiru f'ċiklu wieħed:

16-il siegħa bi

15 oC ± 2 oC

30 minuta bi

+ 22 oC ± 2 oC

3 sigħat bi

+ 80 oC ± 2 oC

30 minuta bi

22 oC ± 2 oC

Dan it-test ma għandu jħalli l-ebda deformazzjoni permanenti ikbar mit-tolleranzi tad-disinn, jew xi qsim jew fratturi.

6.2.1.2.   Test tat-tgħawwiġ

Ir-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni hija esposta għal temperatura ta' mill-anqas - 15 oC ± 2 oC għal 16-il siegħa. Ir-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni hija mbagħad immuntata bil-buttun tagħha fuq xaft riġidu u r-rimm tar-rota ta' l-istering hija suġġetta għal tagħbija statika ta' 70 daN ± 0,5 daN li taħdem b'mod perpendikolari mal-pjan tar-rimm. It-test ta' tagħbija jrid jiġi applikat fuq ir-rimm u bejn żewġ spokes li jiffurmaw l-akbar angolu.

Dan it-test ma jista' jħalli l-ebda deformazzjoni permanenti fuq ir-rimm tar-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni li tkun akbar minn 8 fil-mija tad-dijametru tar-rota ta' l-istering. Ma jkun hemm l-ebda sinjali ta' qsim jew fratturi, li jaffettwaw is-sigurezza operazzjonali tar-rota ta' l-istering.

6.2.1.3.   Test tat-torque

Ir-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni huwa mmuntat bil-buttun tiegħu fuq xaft riġidu u suġġett statikament għal tagħbija ta' 70 daN ± 0,5 daN applikata b'mod tanġenzjali mar-rimm tar-rota ta' l-istering. Id-deformazzjoni permanenti li tirriżulta minn dan it-test ma tistax tkun akbar minn grad wieħed fid-direzzjoni ta' rotazzjoni. It-test ma għandu jħalli l-ebda sinjali ta' qsim jew fratturi, li jistgħu jaffettwaw is-sigurezza operazzjonali tar-rota ta' l-istering. Ir-rimm tar-rota ta' l-istering huwa mbagħad suġġett għal tagħbija tanġenzjali li tikkorispondi għal torque jew 22 daNm ± 0,5 daNm. Dan ma għandux jaffettwa s-sigurezza operazzjonali tar-rota ta' l-istering anki jekk id-deformazzjoni permanenti hija akbar minn grad wieħed fid-direzzjoni ta' rotazzjoni.

6.2.1.4.   Test ta' affatikament

Ir-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni huwa immuntat bir-rimm tiegħu f'morsa ta' test ta' muntaġġ, kif muri f'Anness 7, figura ta' eżempju tad-dispożittiv tat-test ta' affatikament, u suġġett għal-test ta' ċiklu ta' tagħbija ta' tolleranza sinusojdali b'torque ta' 14 daNm ± 0,5 daNm fi frekwenza ta' 1,5 Hz ± 0,25 Hz.

Ir-rota ta' l-istering ta' sostituzjoni għandha tkun tiflaħ mill-anqas 1 × 105 ċikli ta' tagħbija mingħajr ma juri sinjali ta' qsim jew fratturi li jistgħu jaffettwaw is-sigurezza operazzjonali tagħha.

6.2.2.   Testijiet ta' rekwiżiti ta' stallazzjoni u l-veduta tax-xufier tal-pannell ta' l-istrument.

6.2.2.1.

Il-veduta tax-xufier ta':

(a)

l-ispidomiter

(b)

l-indikaturi:

tad-direzzjoni

tad-dawl ewlieni

tal-lampa ta' wara taċ-ċpar

tas-sinjal ta' avviż ta' periklu

tas-sistema awtomatika kontra l-qfil

ta' operazzjoni ħażina tas-sistema ta' twaqqif

tal-funzjoni tal-borża ta' l-arja

għandha tiġi żgurata. Il-viżibiltà hija assessjata permezz ta' evalwazzjoni kumparattiva ta' ritratti tal-pannell ta' l-istrument tal-vettura ittestjata, mgħammra b'rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni. Il-punti H huma mkejla wara li l-vettura tkun ġiet allinjata fuq id-dispożittiv ta' kejl bi tliet dimesjonijiet.

Ir-relazzjoni bejn il-vettura u s-sistema ta' koordinati hija stabbilita permezz ta' punti ta' riferenza tal-body.

Jekk koordinati tal-punt R mhumiex magħrufa, il-punt H huwa determinat billi tuża manikin ta' 50 punt perċentwali. Is-sit tax-xufier huwa aġġustat kif ġej:

(a)

sit fl-aktar pożizzjoni lura ta' l-istrument għal aġġustament lonġitudinali;

(b)

serħan tad-dahar inklinat b'mod li jikkorrispondi ma' l-angolu ta' 25o tad-dahar tal-manikin;

(ċ)

strumenti ta' aġġustamenti oħrajn f'pożizzjoni ċentrali.

Kamera ta' 35 mm inklinata b'15o lejn il-pjan orizzontali użata sabiex tissimula viżjoni binokulari u jittieħdu ritratti minn kull waħda mill-punti ta' l-għajnejn.

Il-pożizzjoni tal-punti ta' l-għajnejn relatata mal-punt R jew H fis-sistema ta' koordinati skond l-ISO 4130 (dimensjonijiet f'mm).

x

y

z

 

x

y

z

0

–32,5

+ 635,0

 

0

+32,5

+ 635,0

Għall-kamera, il-punti ta' l-għajnejn huma determinati f'35 mm quddiem il-pjan ta' rappreżentazzjoni (normalment il-pjan tal-film) u fuq l-ass ċentrali tas-sistema ottika.

6.2.2.2.   Operazzjoni ta' l-elementi ta' kontroll

Eżaminazzjoni ssir sabiex jinstab jekk id-distanzi minimi jew massimi ndikati taħt l-elementi ta' kontroll per eżempju għall-indikatur ta' direzzjoni u l-fanali ta' quddiem li jleħħu u r-rimm tar-rota ta' l-istering humiex miżmuma. Għalhekk, operazzjoni sodisfaċenti ta' l-elementi ta' kontroll u mmaniġġar sodisfaċenti tar-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni għandhom jiġu żgurati:

(a)

il-kejl “a” b'limitazzjoni minima ta' 30 mm jirreferi għall-element ta' kontroll bl-iżgħar distanza għar-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni. Dan jiddenota l-iqsar distanza bejn l-element ta' kontroll u l-pjan ta' wara tar-rimm tar-rota ta' l-istering faċċata tal-pannell ta' l-istrumenti.

(b)

Il-kejl “b” b'limitazzjoni ta' valur massimu ta' 130 mm jiddenota d-distanza miċ-ċentru ta' l-element ta' kontroll ta' l-indikatur ta' direzzjoni u l-pjan ta' quddiem tar-rimm tar-rota ta' l-istering faċċata tax-xufier.

6.2.2.3.   Ittestjar ta' l-istallazzjoni

Il-kundizzjonijiet ta' l-istallazzjoni, id-dijametru tar-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni kif mqabbla mal-verżjoni oriġinali tal-fabbrikant tal-vettura, it-tqegħid mill-ġdid tad-direzzjoni tal-kontroll ta' indikatur, il-funzjoni ta' strument ta' avviż li jinstema' u l-funzjoni ta' indikatur tal-borża ta' l-arja huma kkunsidrati fl-eżaminazzjoni. Il-funzjoni tas-sensuri li jikkontrollaw is-sit tax-xufier jew is-sit(s) tal-passiġġier(i) u li jipprovdu stat ta' ftuħ lill-kontrollatur tal-borża ta' l-arja għandhom jkunu eżaminati, jekk disponibbli.

6.2.2.4.   Ittestjar ta' l-adapters

Id-dimensjonijiet ta' iffitjar (eż ingranaġġi tax-xaft ta' l-istering) huma mqabbla mad-dimensjonijiet kif ipprovduti mill-fabbrikant permezz ta' projjettur ta' profil.

Is-saħħa ta' l-adapter ta' sostituzzjoni huwa kkontrollat bl-issikkar ta' l-iskorfina/vit ta' twaħħil billi tapplika d-doppju tat-torque speċifikat mill-fabbrikant tal-vettura iżda mhux iktar minn 85 Nm.

Eżaminazzjonijiet xierqa għandhom isiru sabiex jiġi ivverifikat li l-adapters għal tipi ta' vettura b'sistemi kontra s-serq integrati f'rota ta' l-istering huma konformi mal-karatteristiċi ta' qbil tar-rota ta' l-istering prodotta mill-fabbrikant tal-vettura f'termini ta' saħħa, dimensjonijiet u l-materjali u funzjoni, jew testijiet tas-sistema kontra s-serq skond ir-Regolament Nru 18 għandhom isiru biex jintwera li s-sistema tar-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni hija konformi mar-Regolament fuq imsemmi.

6.2.3.

Test(ijiet) ta' impatt frontali ma' vettura/i għal rota(i) ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammra b'modulu ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat.

Roti ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammra b'moduli ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat għandhom ikunu b'mod illi, meta stallati f'vettura, din il-vettura tkun konformi mar-rekwiżiti ta' paragrafi 5.2.1.1., 5.2.1.2., 5.2.1.3., 5.2.1.4. u 5.2.1.5. ta' Regolament Nru 94, 01 serje ta' emendi.

F'każ ta' dubju, meta tiġi verifikata l-konformità tar-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammra b'modulu ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandu jingħata każ ta' kull riżultati ta' data jew test ipprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni, u dawn jistgħu jiġu kkunsidratti fil-validazzjoni tat-test ta' approvazzjoni li jsir mis-servizz tekniku.

6.3.   Testijiet ta' sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni minbarra dik stallata fir-rota ta' l-istering

6.3.1.   Testijiet ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni

Is-sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni għandha tkun mgħammra b'modulu approvat ta' borża ta' l-arja jew tal-fabbrikant tas-sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni għandu juri għas-sodisfazzjoni tas-servizz tekniku, responsabbli għal dan it-test, li s-sistema hija konformi mar-rekwiżiti kif stabbilti f'paragrafi 5.1. u 5.2. ta' hawn fuq.

6.3.2.

Sistemi ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni minbarra dawk stalliti f'roti ta' l-istering għandhom ikunu b'mod li meta jkunu stallati fil-vettura, dik il-vettura tkun konformi ma':

6.3.2.1.

f'każ ta' sistema ta' borża ta' l-arja ta' kategorija B, ir-rekwiżiti ta' paragrafi 5.2.1.1., 5.2.1.2., 5.2.1.3., 5.2.1.4., u 5.2.1.5. ta' Regolament Nru 94, 01 serje ta' emendi;

6.3.2.2.

f'każ ta' sistema ta' borża ta' l-arja ta' kategorija Ċ, ir-rekwiżiti ta' paragrafi 5.2.1.1., 5.2.1.2., 5.2.1.3., 5.2.1.4., u 5.2.1.5. ta' Regolament Nru 94, 01 serje ta' emendi; minbarra hekk, manikin strumentat għandu jintuża għall-verifika tar-rendiment tas-sistema ta' borża ta' l-arja;

6.3.2.3.

f'każ ta' sistema ta' borża ta' l-arja ta' kategorija D, ir-rekwiżiti ta' paragrafi 5.2.1.1., 5.2.1.2., 5.2.1.3., 5.2.1.4., u 5.2.1.5. ta' Regolament Nru 95, 01 serje ta' emendi; f'dan il-każ il-manikin ta' impatt laterali għandu jintuża għal dan it-test.

7.   ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UTENT

7.1.

Il-fabbrikant tas-sistemi ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni għandu jinkludi fl-istruzzjonijiet ta' operazzjonijiet kull rakkomandazzjoni jew prekawzjoni li għandha tittieħed matul l-użu, tiswija jew distruzzjoni tas-sistema jew ta' xi komponent tagħha.

7.1.1.

B'mod partikolari:

7.1.1.1.

Jekk is-sistema hija mgħammra bi strument ta' kontroll li jservi sabiex jinforma lil min juża bil-kundizzjoni ta' operazzjoni tagħha, għandu jiġi ndikat b'mod ċar kif il-messaġġi mwassla mis-sistema, ta' kull tip, għandhom jiġu interpretati. Għandha tingħata indikazzjoni tal-kejl li jittieħed f'każ ta' messaġġ ta' avviż ta' funzjonament ħażin, flimkien ma' deskrizzjoni ta' kull riskju involut jekk tuża l-vettura f'kundizzjoni bħal dik;

7.1.1.2.

Għandu jiġi ndikat jekk xogħol ta' manutenzjoni jew tiswija għandux isir esklussiament minn ħaddiema imħarrġa b'mod speċjali, u jekk hemm xi riskju involut fiż-żarmar tas-sistema;

7.1.1.3.

Il-proċedura li għandha tiġi segwita f'każ ta' ingaġġ għandha tiġi spjegata. B'mod partikolari, għandhom jingħataw dettalji ta' kull prekawzjoni li għandha tittieħed fir-rigward ta' prodotti ġenerati minn ingaġġ, fil-forma ta' gassijiet, likwidi jew solidi. Bl-istess mod, jekk hemm xi periklu mill-partijiet tas-sistema bħala riżultat ta' ingaġġ bħal per eżempju ħruxija perikoluża jew trufijiet perikolużi li jaqtgħu, temperatura perikoluża, therrija perikoluża, eċċ., dawn il-perikoli għandhom jiġu deskritti, flimkien ma' metodi ta' kif jistgħu jiġu evitati;

7.1.1.4.

Jekk ir-rimi tas-sistema/i ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet perikolużi kemm direttament għall-bniedem jew għall-ambjent, proċedura xierqa biex dawn is-sitwazzjonijiet jiġu evitati għandha tiġi ndikata. Din tista' tikkonsisti f'metodu biex deliberatament tiftaħ il-borża ta' l-arja jekk xħin tkun miftuħa ma tikkaġunax sitwazzjoni perikoluża, f'obligazzjoni li tirritorna s-sistema jew parti minnha lill-kostruttur jew fabbrikant, jew f'xi miżura oħra xierqa.

7.2

Is-sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni għandha ġġorr tabelli u informazzjoni għall-użu ta' sistemi ta' trażżin ta' tfal skond ir-Regolament Nru 94.

Sistemi ta' borża ta' l-arja b'moduli ta' borża ta' l-arja ta' kategoriji A, B, Ċ, jew D għandhom iġorru l-kitba “AIRBAG” fuq in-naħa ta' ġewwa taċ-ċirkonferenza tar-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni jew fuq l-għata tal-modulu ta' borża ta' l-arja; din il-kitba għandha tkun imwaħħla b'mod li żżomm u tkun tidher faċilment.

Minn barra dan, fil-każ ta' sistema ta' borża ta' l-arja għall-protezzjoni minn quddiem għall-użu ta' kull pożizzjoni ta' bilqiegħda tal-passiġġier, it-tabella li ġejja għandha tkun imwaħħla b'mod permanenti mal-wiċċ li jidher ta' l-għata tal-modulu tal-borża ta' l-arja (hawnhekk qed tintwera dik l-informazzjoni minima li għandha tiġi nkluża).

Din it-tabella għandha tiġi pprovduta fil-lingwa/i tal-pajjiż fejn l-istrument huwa mibjugħ.

Daqs minimu tat-tabella: 60 × 120 mm.

Image 1

Skizz tat-tabella, linji vertikali u orizzontali suwed suwed

Disinn artistiku iswed fuq sfond abjad

Ċirku u linja ħomor fuq sfond abjad

Kliem ta' taħt suwed fuq sfond abjad

Kliem ta' fuq u simbolu suwed fuq sfond isfar

ATTENZJONI

TPOĠĠIX is-sit tat-tfal li jħares lura fuq is-sit ta' quddiem mgħammar b'airbag

MEWT JEW ĠRIEĦI SERJI jistgħu jiġu kkaġunati

8.   KONFORMITÀ TA' PRODUZZJONI

Il-konformità ta' proċeduri ta' produzzjoni għandha tissodisfa dawk stabbiliti fil-Ftehim, appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista' f'kull ħin tivverifika l-metodi ta' kontroll ta' konformità applikati għal kull unità ta' produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifikazzjonijiet għandha tkun ta' darba kull sentejn. Fejn jiġu reġistrati xi riżultati negattivi f'xi waħda minn dawn il-verifikazzjonijiet, il-frekwenza tagħhom tista' tiżdied .

8.2.   Konformità ta' produzzjoni ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni

Moduli ta' borża ta' l-arja approvati skond dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'mod li jkunu konformi mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżi stabbiliti f'paragrafi 5.1. u 5.2. ta' hawn fuq.

8.3.   Konformità ta' produzzjoni tar-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammara b'modulu ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat

Roti ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammra b'moduli ta' borża ta' l-arja ta' tip approvat u approvati skond dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'mod li jkun konformi mat-tip approvat billi jissodisfaw r-rekwiżi stabbiliti f'paragrafi 5.1. u 5.3. ta' hawn fuq.

8.4.   Konformità ta' produzzjoni ta' sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni minbarra dik stallata ġo rota ta' l-istering

Sistemi ta' sostituzzjoni ta' borża ta' l-arja minbarra dawk stallati f'rota ta' l-istering approvati skond dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'mod li jkun konformi mat-tip approvat billi jissodisfaw r-rekwiżi stabbiliti f'paragrafi 5.1. u 5.4. ta' hawn fuq.

9.   PIENI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni, tip ta' rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammar b' borża ta' l-arja ta' tip approvat, jew tip ta' sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni minbarra dik stallata f'rota ta' l-istering, skond dan ir-Regolament, tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbilti f'paragrafu 8. ta' hawn fuq ma jiġux sodisfatti.

10.   MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA' MODULU TA' BORŻA TA' L-ARJA GĦAL SISTEMA TA' BORŻA TA' L-ARJA TA' SOSTITUZZJONI JEW IT-TIP TA' ROTA TA' L-ISTERING TA' SOSTITUZZJONI B'MODULU TA' BORŻA TA' L-ARJA TA' TIP APPROVAT JEW IT-TIP TA' SISTEMA TA' BORŻA TA' L-ARJA TA' SOSTITUZZJONI, MINBARRA DIK STALLATA FUQ ROTA TA' L-ISTERING

10.1.

Kull modifikazzjoni tat-tip tas-sistema fuq imsemmija għandha tiġi mgħarrfa lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva t-tip. Id-dipartiment jista' imbagħad jew:

10.1.1.

jiddeċiedi li l-modifiki magħmula aktarx ma jkollhomx effett negattiv apprezzabbli u li jiġri x'jiġri l-modulu jew is-sistema ta' rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni xorta tissodisfa r-rekwiżiti,

10.1.2.

jirrikjedi rapport tat-test ulterjuri mis-servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-testijet.

10.2.

Konferma jew ċaħda ta' approvazzjoni, li tispeċifika l-bidliet, għandha tiġi mgħarrfa permezz tal-proċedura speċifikata f'paragrafi 4.1. sa 4.3. ta' hawn fuq lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim li japplika dan ir-Regolament.

10.3.

L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-estensjoni ta' l-approvazjoni għandha tagħti numru ta' serje għal estensjoni bħal dik u tgħarrfu lill-Partijiet tal-Ftehim ta' 1958 l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formula ta' komunikazzjoni konformi mal-mudelli f'Annessi 1, 2 u 3 ta' dan ir-Regolament.

11.   PRODUZZJONI MWAQQFA DEFINITTAVAMENT

Jekk min għandu approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta' modulu ta' borża ta' l-arja għal sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni jew rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni mgħammar b'borża ta' l-arja tat-tip approvat jew tip ta' sistema ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni minbarra dik stallata fi rota ta' l-istering taħt dan ir-Regolament, għandu jinforma lill-awtorità li tkun tat dik l-approvazzjoni. Xħin tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma lill-Partijiet tal-Ftehim ta' l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formula ta' komunikazzjoni konformi mal-mudelli f'Anness 1, 2 u 3 ta' dan ir-Regolament.

12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA' SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TESTIJIET TA' APPROVAZZJONI U TA' DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti għal dan il-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jgħarrfu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli għat-tmexxija ta' testijiet ta' approvazzjoni u ta' dipartiment amministrattivi li jagħtu approvazzjoni u li għandhom jintbagħtulhom formuli, li jinħarġu f'pajjiżi oħra, li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew ċaħda jew irtirar ta' approvazzjoni.

ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 2

Test ta 'immaġni

Anness 2

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 x 297 mm))

Image 3

Test ta 'immaġni

ANNESS 3

KOMUNIKAZZJONI

format massimu: A4 (210 x 297 mm))

Image 4

Test ta 'immaġni

ANNESS 4

EŻEMPJU TA' MARKA TA' APPROVAZZJONI GĦAL MODULU TA' BORŻA TA' L-ARJA GĦAL SISTEMA TA' BORŻA TA' L-ARJA TA' SOSTITUZZJONI

Image 5

Test ta 'immaġni

a = 5 mm min.

Il-modulu ta' borża ta' l-arja li jġorr il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq huwa modulu ta' borża ta' l-arja ta' kategorija A approvat fi Franza (E2) taħt in-numru 002439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta' approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-rekwiżiti tar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu.

Nota:

In-numru ta' approvazzjoni u s-simbolu(i) addizjonali jridu jitqegħdu viċin iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-“E” jew fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta' dik l-ittra.

In-numri tan-numru ta' approvazzjoni jridu jkunu fuq l-istess naħa tal-“E” u orjentati fl-istess direzzjoni. Is-simbolu(i) addizzjonali jrid(u) jkun(u) opposti għal kollox għan-numru ta' approvazzjoni. L-użu tan-numri Rumani bħala numri ta' approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma' simboli oħra.

ANNESS 5

EŻEMPJU TA' MARKA TA' APPROVAZZJONI GĦAL ROTA TA' L-ISTERING TA' SOSTITUZZJONI MGĦAMMRA B'MODULU TA' BORŻA TA' L-ARJA TA' TIP APPROVAT

Image 6

Test ta 'immaġni

a = 5 mm min.

Ir-rota ta' l-istering ta' sostituzzjoni li ġġorr il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq hija rota ta' l-istering b'modulu ta' borża ta' l-arja ta' kategorija A u approvata fi Franza (E2) taħt in-numru 002439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta' approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-rekwiżiti tar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu.

Nota:

In-numru ta' approvazzjoni u s-simbolu(i) addizjonali jridu jitqegħdu viċin iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-“E” jew fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta' dik l-ittra.

In-numri tan-numru ta' approvazzjoni jridu jkunu fuq l-istess naħa tal-“E” u orjentati fl-istess direzzjoni. Is-simbolu(i) addizzjonali jrid(u) jkun(u) opposti għal kollox għal dik ta' approvazzjoni. L-użu tan-numri Rumani bħala numri ta' approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma' simboli oħra.

ANNESS 6

EŻEMPJU TA' MARKA TA' APPROVAZZJONI GĦAL SISTEMA TA' BORŻA TA' L-ARJA TA' SOSTITUZZJONI BARRA MINN DIK STALLATA F'ROTA TA' L-ISTERING

Image 7

Test ta 'immaġni

a = 8mm min.

Il-modulu ta' borża ta' l-arja ta' sostituzzjoni li jġorr il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq huwa sistema ta' borża ta' l-arja ta' kategorija B approvat fi Franza (E2) taħt in-numru 002439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta' approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-rekwiżiti tar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu.

Nota:

In-numru ta' approvazzjoni u s-simbolu(i) addizjonali jridu jitqegħdu viċin iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-“E” jew fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta' dik l-ittra.

Iċ-ċifri tan-numru ta' approvazzjoni jridu jkunu fuq l-istess naħa tal-“E” u orjentati fl-istess direzzjoni. Is-simbolu(i) addizzjonali jrid(u) jkun(u) opposti għal kollox għan-numru ta' approvazzjoni. L-użu tan-numri Rumani bħala numri ta' approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma' simboli oħra.

Anness 7

STRUMENT GĦAL TEST TA' AFFATIKAMENT

Image 8

Test ta 'immaġni

ANNESS 8

PROĊEDURA SABIEX JIĠI DDETERMINAT IL-PUNT “H” U L-ANGOLU ATTWALI TAT-TORSO FIL-POŻIZZJONI TA' BILQIEGĦDA F'VETTURI BIL-MUTUR

1.   GĦAN

Il-proċedura deskritta f'dan l-Anness hija użata sabiex tistabbilixxi l-lokazzjoni tal-punt “H” u l-angolu attwali tat-torso għal pożizzjoni waħda jew aktar ta' bilqiegħda f'vettura bil-mutur u sabiex tivverifika r-relazzjoni ta' data mkejla sabiex tiddisinja speċifikazzjonijiet mill-fabbrikant tal-vettura

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta' dan l-Anness:

2.1.

Data ta' riferenza” tfisser karatteristika waħda jew aktar ta' pożizzjoni ta' bilqegħda milli ġejjin :

2.1.1.

il-punt “H” u l-punt “R” u r-relazzjoni tagħhom,

2.1.2.

l-angolu attwali tat-torso u l-angolu maħsub tat-torso u r-relazzjoni tagħhom,

2.2.

“Il-magna ta' tliet dimensjonijiet tal-punt ‘H’” (magna 3-D H) tfisser il-mezz użat għad-determinazzjoni tal-punti “H” u angli attwali tal-ġisem. Dan il-mezz huwa deskritt f'appendiċi 1 ta' dan l-Anness;

2.3.

“Punt ‘H’” ifisser iċ-ċentru tal-pern tat-torso u l-ġenb tal-magna 3-D H stallata fis-sit tal-vettura skond paragrafu 4 hawn taħt. Il-punt “H” jinstab fiċ-ċentru tal-linja taċ-ċentru tal-mezz li huwa bejn il-buttuni tad-dehra tal-punt “H” fuq il-ġenb tagħhom tal-magna 3-D H. Il-punt “H” teoretikament jikkorrispondi mal-punt “R” (għal tolleranzi ara paragrafu 3.2.2. hawn taħt). Meta ddeterminat skond il-proċedura deskritta f'paragrafu 4, il-punt “H” huwa kkunsidrat fiss f'relazzjoni ma' l-istruttura tal-kuxxin tas-sit u li jiċċaqlaq magħha meta s-sit jiġi aġġustat;

2.4.

“Punt ‘R’” jew “punt ta' riferenza ta' bilqegħda” jfisser punt ta' disinn definit mill-fabbrikant tal-vettura għal kull pożizzjoni ta' bilqiegħda u stabbilit fir-rigward għas-sistema ta' tliet dimensjonijiet ta' riferenza;

2.5.

“Linja tat-torso” tfisser il-linja taċ-ċentru tal-probe tal-magna 3-D H bil-probe fil-pożizzjoni l-aktar lura;

2.6.

“Angolu attwali tat-torso” jfisser l-angolu mkejjel bejn il-linja vertikali minn ġol-punt “H” u l-linja tat-torso permezz ta' l-użu tal-kwadrant ta' l-angolu ta' wara fuq il-magna 3-D H . L-angolu attwali tat-torso teoretikament jikkorrispondi mal-angolu tat-torso tad-disinn (għal tolleranzi ara paragrafu 3.2.2. hawn taħt);

2.7.

“Disinn ta' l-angolu tat-torso” jfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali minn ġol-punt “R” u l-linja tat-torso f'pożizzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni ddisinjata tad-dahar tas-sit stabbilita mill-fabbrikant tal-vettura;

2.8.

“Pjan ta' ċentru ta' l-okkupant”(C/LO) ifisser il-pjan medjan tal-magna 3-D H pożizzjonata f'kull pożizzjoniiddesinjata ta' bilqiegħda; hija rappreżentata mill-koordinat tal-punt “H” fuq l-ass “Y”. Għal sits individwali, il-pjan taċ-ċentru tas-sit jaqbel mal-pjan taċ-ċentru ta' l-okkupant. Għal sits oħra, il-pjan taċ-ċentru ta' l-okkupant huwa speċifikat mill-fabbrikant;

2.9.

“Sistema ta' riferenza ta' tliet dimensjonijiet” tfisser sistema kif deskritta f'appendiċi 2 ta' dan l-Anness;

2.10.

“Marki fiduċjali” huma punti fiżiċi (toqob, uċuħ, marki jew indentaturi) fuq il-body tal-vettura kif definit mill-fabbrikant;

2.11.

“Qagħda ta' kejl tal-vettura” tfisser il-pożizzjoni tal-vettura kif definita mill-koordinati tal-marki fiduċjali fis-sistema ta' riferenza ta' tliet dimensjonijiet.

3.   REKWIŻITI

3.1.   Preżentazzjoni tad-data

Għal kull pożizzjoni ta' bilqiegħda fejn data ta' riferenza hija meħtieġa sabiex turi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti, id-data kollha li ġejja jew selezzjoni xierqa minnha għandha tiġi ppreżentata fil-forma ndikata f'Appendiċi 3 ta' dan l-Anness:

3.1.1.

il-koordinati tal-punt “R” relattivi għas-sistema ta' riferenza ta' tliet dimensjonijiet;

3.1.2.

l-angolu ta' disinn tat-torso;

3.1.3.

l-indikazzjonijiet kollha neċessarji sabiex taġġusta s-sit (jekk huwa aġġustabbli) mal-pożizzjoni tal-kejl li hija mniżżla f'paragrafu 4.3. ta' hawn taħt.

3.2.   Relazzjoni bejn data mkejla u speċifikazzjonijiet ta' disinn.

3.2.1.

Il-koordinati tal-punt “H” u l-valur ta' l-angolu attwali tat-torso miksub mill-proċedura imniżżla f'paragrafu 4. hawn taħt għandhom jiġu mqabbla, rispettivament, mal-koordinati tal-punt “R” u l-valur ta' l-angolu tat-torso tad-disinn indikat mill-fabbrikant.

3.2.2.

Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punt “R” u l-punt “H” u r-relazzjoni bejn l-angolu tat-torso ta' disinn u l-angolu tat-torso attwali għandhom jkunu kkunsidrati soddisfaċenti għal pożizzjoni ta' bilqiegħda li qegħda tiġi kkunsidrata jekk il-punt “H”, kif definit mill-koordinati tiegħu, qiegħed ġo kwadru ta' tul ta' 50 mm kull naħa bi ġnub orizzontali u vertikali u d-djagonali ta' liema jiltaqgħu fil-punt “R”, u jekk l-angolu tat-torso attwali huwa ġo 5o ta' l-angolu tat-torso ta' disinn.

3.2.3.

Jekk dawn il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti, il-punt “R” u l-angolu tat-torso ta' disinn, għandhom jintużaw sabiex juru qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

3.2.4.

Jekk il-punt “H” jew l-angolu attwali tat-torso ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' paragrafu 3.2.2. ta' hawn fuq, il-punt “H” u l-angolu attwali tat-torso għandu jiġi ddeterminat darbtejn oħra (tliet darbiet b'kollox). Jekk ir-riżultati ta' tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet ta' paragrafu 3.2.3. ta' hawn fuq.

3.2.5.

Jekk ir-riżultati ta' mill-anqas tnejn minn tliet operazzjonijiet deskritti f'paragrafu 3.2.4. ta' hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' paragrafu 3.2.2. ta' hawn fuq, jew jekk il-verifikazzjoni ma tistax issir għax il-fabbrikant tal-vettura ma tax informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-punt “R” jew dwar l-angolu ta' disinn tat-torso, in-nofs tat-tliet punti mkejla jew il-medja tat-tliet angli mkejla għandha tintuża u tiġi meqjusa bħala applikabbli fil-każijiet kollha fejn issir riferenza għal-punt “R” jew l-angolu ta' disinn tat-torso f'dan ir-Regolament .

4.   PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT “H” U L-ANGOLU ATTWALI TAT-TORSO

4.1.

Il-vettura għandha tkun kkundizzjonata minn qabel, fid-diskrezzjoni tal-fabbrikant, f'temperatura ta' 20 ± 10 oC sabiex tiżgura li l-materjal tas-sit jilħaq it-temperatura tal-kamra. Jekk fuq is-sit li għandu jiġi iċċekkjat qatt ma poġġa ħadd bilqiegħda, persuna ta' 70 sa 80 kg għandha tpoġġi fuq is-sit darbtejn għal minuta sabiex trattab il-kuxxin u lura. Fuq talba tal-fabbrikant, l-assemblaġġi kollha tas-sits ma għandhom jibqgħu mgħobbija għal perjodu minimu ta' 30 min. qabel l-istallazzjoni tal-magna 3-D H.

4.2.

Il-vettura għandha tkun fil-qagħda tal-kejl definita f'paragrafu 2.11. ta' hawn fuq.

4.3.

Is-sit, jekk huwa aġġustabbli, għandu jkun aġġustat l-ewwel fil-pożizzjoni l-aktar lura normali ta' sewqan jew rikba, kif indikat mill-fabbrikant tal-vettura, wara li jiġi kkunsidrat l-aġġustament lonġitudinali tas-sit biss, li jeskludi ivvjaġġar ta' sit użat għal skopijiet oħra minn barra pożizzjoni sewqan jew rikba normali. Fejn jeżistu modi oħra ta' aġġustament ta' sit (vertikali, angolari, sit lura, eċċ.) dawn għandhom ikunu aġġustati fil-pożizzjoni speċifikata mill-fabbrikant tal-vettura. Għal sits b'sospensjoni, il-pożizzjoni vertikali għandha tkun imwaħħla b'mod riġidu u taqbel mal- pożizzjoni normali ta' sewqan speċifikata mill-fabbrikant.

4.4.

L-erja tal-pożizzjoni ta' bilqiegħda f'kuntatt mill-magna 3-D H għandha tkun mgħottija b'qoton ta' musulina, ta' daqs suffiċjenti u ta' nisġa xierqa, deskritta bħala drapp ta' qoton sempliċi li jkollhu nisġa ta' 18,9 fil għal kull ċm u jiżen 0,228 kg/m2 jew drap minsuġ jew mhux minsuġ li jkollu l-istess karatteristiċi. Jekk test isir fuq sit barra mill-vettura, l-art fuq liema s-sit jitpoġġa għandu jkollha l-istess karatteristiċi essenzjali bħall-art tal-vettura ġewwa liema s-sit huma maħsub li jintuża.

4.5.

Qiegħed l-assemblaġġ tas-sit u d-dahar tal-magna 3-D H b'mod illi l-pjan ċentrali tal-passiġġier (C/LO) jaqbel mal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H. Jekk il-fabbrikant jagħmel talba f'dan is-sens, il-magna 3-D H tista' tiċċaqlaq 'il ġewwa mis-C/LO jekk il-magna 3-D H tinsab tant 'il barra illi t-tarf tas-sit ma jippermettix livellar tal-magna 3-D H.

4.6.

Għaqqad l-assemblaġġ tas-sieq ma' l-assemblaġġ tal-bażi tas-sit, individwalment jew billi tuża T-bar u assemblaġġ tas-sieq. Linja minn ġol-buttuni tal-veduta tal-punt “H” għandhom ikunu paralleli mal-art u perpendikolari għal-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sit.

4.7.

Aġġusta l-pożizzjonijiet tas-saqajn tal-magna 3-D H kif ġej:

4.7.1.   Pożizzjoni ta' bilqiegħda magħzula: xufier u passiġġier ta' quddiem ta' barra

4.7.1.1.

L-assemblaġġi tas-saqajn kollha għandhom jitmexxew 'il quddiem b'mod li s-saqajn ikunu f'pożizzjoni naturali fuq il-qiegħa, bejn il-pedali ta' operazzjoni jekk ikun hemm bżoon. Fejn hu possibli s-sieq tax-xelleg għandha tkun imqiegħda f'ċirka l-istess distanza lejn ix-xellug tal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H bħalma s-sieq tal-lemin hija lejn il-lemin. L-invell użat sabiex jivverifika l-orjentazzjoni trasversali tal-magna 3-D H jinġieb b'pożizzjoni orizzontali bl-aġġustament mil-ġdid tal-bażi tas-sit jekk neċessarju, jew bl-aġġustament ta' l-assemblaġġi tas-saqajn ta' wara. Il-linja li tgħaddi minn ġol-buttuni ta' veduta tal-punt “H” għandha tinżammu perpendikolari għall-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sit.

4.7.1.2.

Jekk is-sieq tax-xellug ma tistax tinżamm b'mod parallel mas-sieq tal-lemin u s-sieq tax-xellug ma tistax tiġi mwieżna mill-istruttura, mexxi s-sieq tax-xellug sakemm tiġi mwieżna. L-allinjament tal-buttuni tal-veduta għandu jinżamm.

4.7.2.   Pożizzjoni ta' bilqiegħda magħzula: fuq in-naħa ta' wara 'il barra

Għas-sits ta' wara jew sits awżiljarji, is-saqajn għandhom jitqiegħdu kif indikat mill-fabbrikant. Jekk is-saqajn imbagħad jistrieħu fuq partijiet tal-qiegħa li huma f'livelli differenti, l-ewwel sieq li tagħmel kuntatt mas-sit ta' quddiem għandha sservi ta' riferenza u s-sieq l-oħra għandha tiġi rranġata b'mod li l-invell li jagħti l-orjentazzjoni trasversa tas-sit tad-dispożittiv jindika l-pożizzjoni orizzontali.

4.8.

Applika l-piżijiet tas-sieq u l-ġenb u llivella l-magna 3-D H.

4.9.

Mejjel il-bażi tad-dahar 'il quddiem lejn l-istrument ta' blukkaġġ u iġbed il-magna 3-D H 'il bogħod mid-dahar tas-sit permezz ta' T-bar. Erġa' qiegħed il-magna 3-D H fuq is-sit permezz ta' wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin:

4.9.1.

Jekk il-magna 3-D H aktarx tiżżerżaq lura, uża l-proċedura li ġejja. Ħalli l-magna 3-D H tiżżerzaq lura sakemm ma jibqax neċessarju li jkun hemm piż fuq it-T-bar li jżomm il-magna milli tmur 'il quddiem i.e. sakemm il-bażi tas-sit tmiss mad-dahar tas-sit. Jekk neċessarju, erġa' qiegħed is-sieq t'isfel.

4.9.2.

Jekk il-magna 3-D H ma tiżżerżaqx lura, uża l-proċedura li ġejja. Żerżaq il-magna 3-D H lura billi tapplika piż li jiġbed lura orizzontalment mat-T-bar sakemm il-bażi tas-sit tmiss id-dahar tas-sit (ara figura 2 ta' Appendiċi 1 ta' dan l-Anness).

4.10.

Applika piż ta' 100 ± 10 N ma' l-assemblaġġ tad-dahar u l-bażi ta' magna 3-D H fejn jiltaqgħu l-kwadrant ta' l-angolu tal-ġenb u l-kontenitur tat-T-bar. Id-direzzjoni ta' l-applikazzjoni tal-piż għandha tinżamm matul il-linja li tgħaddi minn fejn l-intersezzjoni ta' hawn fuq, kemm kemm 'il fuq mill-kontenitur tal-virga tal-ġenb (ara figura 2 ta' l-appendiċi 1 ta' dan l-Anness). Imbagħad, b'attenzjoni, erġa' qiegħed il-bażi tad-dahar mad-dahar tas-sit. Il-bqija tal-proċedura għandha ssir b'attenzjoni sabiex il-magna 3-D H ma tiżżerżaqx 'il quddiem.

4.11.

Stalla l-piżijiet tal-lemin u x-xellug tal-warrani u mbagħad, waħda waħda, it-tmien piżijiet tat-torso. Żomm il-livell tal-magna 3-D H.

4.12.

Mejjel il-bażi tad-dahar 'il quddiem sabiex tnaqqas it-tensjoni minn fuq id-dahar tas-sit. Bandal il-magna 3-D H minn naħa għall-oħra minn ġo ark ta'10o (5o fuq kull naħa tal-pjan ċentrali vertikali) għal tliet ċikli sħaħ sabiex titneħħa kull frizzjoni miġbura bejn il-magna 3-D H u s-sit.

Matul l-azzjoni tat-tbandil, it-T-bar tal-magna 3-D H aktarx ivarjaw mill-allinjament orizzontali u vertikali speċifikat. It-T-bar għalhekk għandha tiġi miżmuma permezz ta' l-applikazzjoni ta' piż xieraq laterali matul il-movimenti ta' tbandil. Għandha tingħata attenzjoni meta tkun qed tinżamm t-T-bar u mbandla l-magna 3-D H sabiex jiġi żgurat li l-ebda piż ta' barra ma jiġi applikat bi żball f'direzzjoni vertikali, lura jew 'il quddiem.

Is-saqajn tal-magna 3-D H ma għandhomx jinżammu f'dan l-istadju. Jekk is-saqajn ibiddlu l-pożizzjoni, għandhom jitħallew joqgħodu f'dik il-qagħda għal dak il-mument.

B'attenzjoni, erġa' ħu l-bażi tad-dahar mad-dahar tas-sit u ċċekkja ż-żewġ invelli għall-pożizzjoni żero. Jekk ikun seħħ xi moviment tas-saqajn matul l-operazzjoni ta' tbandil tal-magna 3-D H, għandhom jerġgħu jitqiegħdu kif ġej:

Darba waħda u darba l-oħra, erfa' kull sieq minn mal-qiegħa fl-ammont minimu neċessarju sakemm ma jinkiseb l-ebda moviment addizzjonali tas-saqajn. Matul l-irfigħ, is-saqajn għandhom ikunu ħielsa li jduru; u ebda piżijiet 'il quddiem jew laterali m'għandhom jiġu applikati. Meta kull sieq hija mqegħda f'pożizzjoni 'l isfel, l-għarqub għandu jkun imiss ma' l-istruttura iddisinjata għal dan.

Iċċekja l-invell laterali għall-pożizzjoni żero; jekk neċessarju, applika piż laterali fuq il-wiċċ tal-bażi tad-dahar, biżżejjed biex jillivella l-bażi tas-sit tal-magna 3-D H fuq is-sit.

4.13.

Waqt li żżomm it-T-bar biex ma tħallix il-magna 3-D H tiżżerżaq 'il quddiem fuq il-kuxxin tas-sit, kompli kif ġej:

(a)

erġa' qiegħed il-bażi tad-dahar mad-dahar tas-sit;

(b)

applika u erħi piż orizzontali lura, li ma jeċċedix 25 N, mal-virga ta' l-angolu ta' wara f'għoli ċirka taċ-ċentru tal-piż tat-torso sakemm il-kwadrant ta' l-angolu tal-ġenb jindika li ntlaħqet pożizzjoni stabbli wara li jintreħa l-piż. Għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li ebda piżijiet 'l isfel jew laterali huma applikati lill-magna 3-D H. Jekk ikun hemm bżonn li jsir aġġustament ieħor tal-livell tal-magna 3-D H, dawwar il-bażi tad-dahar 'il quddiem, erġa' illivella, u rrepeti l-proċedura minn paragrafu 4.12.

4.14.

Ħu l-kejl kollu:

4.14.1.

il-koordinati tal-punt “H” huma mkejla relattivament għas-sistema ta' riferenza ta' tliet dimensjonijiet;

4.14.2.

L-angolu attwali tat-torso jinqara fil-kwadrant ta' l-angolu ta' wara tal-magna 3-D H bis-sonda fil-pożizzjoni tagħha kollha lura.

4.15.

Jekk ikun mixtieq li l-istallazzjoni tal-magna 3-D H terġa' titħaddem, l-assemblaġġ tas-sit għandu jibqa' mingħajr piż għal perjodu ta' mill-inqas 30 min. qabel ma terġa' titħaddem. Il-magna 3-D H ma għandiex titħalla mgħobbija bil-piż fuq l-assemblaġġ tas-sit iktar mill-ħin li hemm bżonn biex isir it-test.

4.16.

Jekk is-sits fl-istess ringiela jistgħu jitqiesu bħala simili (sit f'forma ta' bank, sits identiċi, eċċ.) punt “H” u “angolu attwali tat-torso” wieħed għandhom jiġu determinati għal kull ringiela ta' sits, bil-magna 3-D H deskritta f'Appendiċi 1 ta' dan l-Anness impoġġija f'post meqjus bħala rappreżentattiv tar-ringiela. Dan il-post għandu jkun:

4.16.1.

fil-każ tar-ringiela tal-quddiem, is-sit tax-xufier;

4.16.2.

fil-każ tar-ringiela jew ringieli ta' wara, sit estern.

ANNESS 8

Appendiċi 1

DESKRIZZJONI TAL-MAGNA TAL-PUNT “H” TA' TLIET DIMENSJONIJIET (*1)

(Magna 3-D H)

1.   Bażijiet tad-dahar u s-sit

Il-bażijiet tad-dahar u s-sit huma magħmula bi plastik u metall imsaħħaħ jissimulaw s-sider u l-koxxa tal-bniedem u huma mekkanikament imdendla fil-punt “H”. Il-kwadrant huwa mwaħħal mas-sonda mdendla fil-punt “H” biex jitkejjel l-angolu attwali tat-torso. Virga aġġustabbli tal-koxxa, imwaħħla mal-bażi tas-sit, tistabbilixxi l-linja ċentrali tal-koxxa u sservi bħala linja bażi għall-kwadrant ta' l-angolu tal-ġenba.

2.   Elementi tal-ġisem u sieq

Partijiet tan-naħa t'isfel tas-sieq huma mwaħħla mal-assemblaġġ tal-bażi tas-sit fit-T-bar li tgħaqqad l-irkubbtejn, li hija estensjoni laterali tal-virga aġġustabbli tal-koxxa. Kwadranti huma inkorporati fil-partijiet t'isfel tas-sieq biex ikejjlu angli ta' l-irkoppa. Assemblaġġi taż-żarbun u s-sieq huma kalibrati biex jitkejjel l-angolu tas-sieq. Żewġ invelli jorjentaw l-istrument fl-ispazju. Piżijiet ta' elementi tal-ġisem huma mqiegħda fiċ-ċentri ta' gravita rispettivi sabiex jipprovdu penetrazzjoni tas-sit ekwivalenti għal raġel ta' 76 kg. Il-ġogi kollha tal-magna 3-D H għandhom jiġu ċċekjati għal moviment ħieles mingħajr frizjoni notevoli.

Image 9

Test ta 'immaġni

Image 10

Test ta 'immaġni

ANNESS 8

Appendiċi 2

SISTEMA TA' RIFERENZA TA' TLIET DIMENSJONIJIET

1.   

Is-sistema ta' riferenza ta' tliet dimensjonijiet hija definita minn tliet pjani ortogonali stabbiliti mill-fabbrikant tal-vettura (ara figura).

2.   

Il-qagħda ta' kejl tal-vettura hija stabbilita bit-tqegħid tal-vettura fuq il-wiċċ ta' sostenn b'mod illi l-koordinati tal-marki fiduċjali jikkorrispondu għall-valuri ndikati mill-fabbrikant.

3.   

Il-koordinati tal-punt “R” u l-punt “H” huma stabbiliti relativvament għall-marki fiduċjali definiti mill-fabbrikant tal-vettura.

Image 11

Test ta 'immaġni

ANNESS 8

Appendiċi 3

DATA TA' RIFERENZA DWAR POŻIZZJONIJIET TA' BILQIEGĦDA

1.   Kodifikazzjoni tad-data ta' riferenza

Id-data ta' riferenza tinsab f'sensiela konsekuttiva għal kull pożizzjoni ta' bilqiegħda. Pożizzjonijiet ta' bilqiegħda huma identifikati b'kodiċi ta' żewġ numri. L-ewwel ċifra hija numru Għarbi u jagħżel ir-ringiela tas-sits, u jingħadd minn quddiem għal wara tal-vettura. It-tieni ċifra hija ittra kbira li tindika l-post tal-pożizzjoni ta' bilqiegħda f'ringiela kif tidher fid-direzzjoni “il quddiem tal-vettura; l-ittri li ġejjin għandhom jintużaw:

 

L = xellug

 

C = ċentru

 

R = lemin

2.   Deskrizzjoni tal-qagħda ta' kejl tal-vettura:

2.1.

Koordinati tal-marki fiduċjali

X …………………………

Y …………………………

Z …………………………

3.   Lista tad-data ta' riferenza

3.1.

Pożizzjoni ta' bilqiegħda: …………………………

3.1.1.

Koordinati tal-punt ‘R’

X …………………………

Y …………………………

Z …………………………

3.1.2.

Angolu ta' disinn tat-torso: …………………………

3.1.3.

Speċifikazzjonijiet għall-aġġustament tas-sit (*2)

orizzontali : …………………………

vertikali : …………………………

angulari : …………………………

angolu tat-torso : …………………………

Nota: Lista ta' data ta' riferenza għal-pożizzjonijiet oħra ta' bilqiegħda taħt 3.2., 3.3., eċċ.


(*1)  Għal dettallji tal-kostruzzjoni tal-magna 3-D H ikkuntattja lis-Society of Automobile Engineers (SAE), 400 Commonwealth Drive, Warrendale, Pennsylvania 15096, Stati Uniti ta' l-Amerka.

Il-magna taqbel ma' dik deskritta f'ISO Standard 6549-1980.

(*2)  Aqta” fejn ma japplikax.