16.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

52


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI

tat-22 ta’ Ġunju 2006

li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

(2006/481/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,

Billi:

Skond l-Artikoli 5 u 7, flimkien ma' l-Artikolu 47 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u konsegwentement għar-riżenja tas-Sinjura Pernilla LINDH, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perjodu li fadal tal-mandat tagħha, jiġifieri sal-31 ta' Awwissu 2007,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Nils WAHL huwa b'dan maħtur imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej mid-data tal-ġurament tiegħu sal-31 ta' Awwissu 2007.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 22 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

G. WOSCHNAGG