25.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

130


DEĊIŻJONI MEĦUDA BI QBIL KOMUNI MILL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI LI GĦANDHOM L-EURO BĦALA L-MUNITA TAGĦHOM FIL-LIVELL TAL-KAPIJIET TA' STAT JEW TA' GVERN

tad-19 ta' Mejju 2006

li taħtar Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2006/000/KE)

IL-KAPIJIET TA' STAT JEW TA' GVERN TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA LI GĦANDHOM L-EURO BĦALA MUNITA TAGĦHOM,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 112(2)(b) u 122(4), u l-Artikoli 11.2 u 43.3 tal-Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidraw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (1),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sinjur Jürgen STARK huwa b'dan maħtur bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew b'mandat ta' tmien snin li jibda japplika mill-1 ta' Ġunju 2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, nhar id-19 ta' Mejju 2006.

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  ĠU L 47, 17.2.2006, p. 58.

(2)  Opinjoni mogħtija fis-17 ta' Mejju 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU C 58, 10.3.2006, p. 12.