29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
407 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
tas-6 ta' April 2006
li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzjatal-Komunitajiet Ewropej
(2006/279/KE, Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,
Billi:
Skond l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u bħala konsegwenza tar-riżenja tas-Sur Antonio LA PERGOLA, għandu jiġi maħtur imħallef għall-perjodu li fadal tal-mandat tas-Sur Antonio LA PERGOLA, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2006,
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Antonio TIZZANO huwa b'dan maħtur imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mid-data tal-ġurament tiegħu sas-6 ta' Ottubru 2006.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' April 2006.
Il-President
G. WOSCHNAGG