16.12.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

158


Ir-Regolament Nru 105 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dwar l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vettura bir-roti u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku ta’ approvazzjonijiet mogħtija skond dawn il-kondizzjonijiet (*)

1.   QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Id-dipożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jgħoddu għall-manifattura ta’ vetturi li jservu ta’ bażi għal vetturi bil-magna tal-kategorija N u trejlers tagħhom tal-kategoriji O2, O3 u O4 (1) maħsuba għat-trasport tal-merkanzija perikoluża u msemmija fit-taqsima 9.1.1 “ta’ l-Anness B tal-Ftehim Ewropew marbut mall-ġarr internazzjonali bit-triq ta’ merkanzija perikoluża” (ADR).

2.   DEFINIZZJONIJIET

GĦALL-FINIJIET TA’ DAN IR-REGOLAMENT:

2.1.   “vettura ta’ bażi” (minn issa ‘l quddiem imsejħa “vettura”), xażi- kabina, kabina għal trejler parzjali, xażi ta’ trejler jew trejler bi struttura awtonoma (mingħajr appoġġ) maħsuba għal ġarr ta’ merkanzija perikoluża;

2.2.   “tip ta’ vettura”, vetturi li bejniethom ma jkollhomx differenzi partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ manifattura speċifikati f’dan ir-Regolament.

3.   TALBA GĦAL APPROVAZZJONI

3.1.   It-talba għal approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ manifattura tagħha titressaq minn min jibni l-vettura jew minn rappreżentant maħtur tiegħu.

Flimkien mat-talba għal approvazzjoni jintehmżu d-dokumenti msemmija aktar ‘il quddiem, fi tliet kopji, u t-tagħrif li ġej:

3.2.1.   deskrizzjoni fid-dettall tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-istruttura tagħha, il-magna (jekk taqbadx b’sistema ta’ kompressjoni (compression ignition) jew b’sistema pożittiva (positive ignition), id-dimensjonijiet tagħha, u l-arranġament u l-materjal użat;

3.2.2.   deskrizzjoni tal-vettura, skond il-paragrafu 9.1.1.1 ta’ l-ADR (EX/II, EX/III, AT, FL, OX);

3.2.3.   abbozz ta’ disinn dwar il-vettura;

3.2.4.   il-massa teknika massima (f’kg) tal-vettura kompluta.

3.3.   Vettura bħala eżempju tat-tip li jrid jiġi approvat għandha titressaq quddiem l-entità teknika responsabbli mit-testijiet ta’ approvazzjoni.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk vettura mressqa għall-approvazzjoni bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tirrispetta d-dispożizzjonijiet tas-sezzjoni 5 li ġejja, l-approvazzjoni għal dan it-tip ta’ vettura tingħata.

4.2.   Kull approvazzjoni tinvolvi l-għoti ta’ numru ta’ approvazzjoni li l-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 02 għas-serje 02 ta’ l-emendi tar-Regolament) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi relattivi għall-aħħar modifikazzjonijiet tekniċi kbar li saru għad-dispożizzjonijiet sad-data ta’ l-għoti ta’ l-approvazzjoni. L-istess Parti li tkun iffirmat ma tistax tattribwixxi dan in-numru għal tip ieħor ta’ vettura fis-sens tal-paragrafu 2.2. hawn fuq.

4.3.   L-approvazzjoni jew l-estensjoni ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura, bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha tintbagħat liż-żewġ Partijiet li jkunu ffirmaw permezz ta’ ċertifikat li jaqbel mal-mudell li jidher fl-Anness 1 li ġej.

Fuq kull vettura konformi ma’ tip ta’ vettura approvata bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandu jitqiegħed b’mod viżibbli, f’post li jintlaħaq faċilment u li jkun indikat fid-dokument ta’ approvazzjoni, timbru ta’ approvazzjoni internazzjonali magħmul minn:

4.4.1.   ċirku li fih għandha titpoġġa l-ittra “E”, segwita minn numru distintiv tal-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni (2);

4.4.2.   minn numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u numru ta’ approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku deskritt fil-paragrafu 4.4.41 u

4.4.3.   minn simbolu ieħor separat min-numru ta’ approvazzjoni u magħmul minn simbolu li jidentifika d-deskrizzjoni tal-vettura, skond il-paragrafu 9.1.1.2 ta’ l-ADR.

4.5.   Jekk il-vettura hi konformi ma’ tip ta’ vettura approvata fil-qafas ta’ xi Regolament jew aktar annessati ma’ dan il-Ftehim, fil-pajjiż li ħareġ l-approvazzjoni fid-dawl ta’ dan ir-Regolament, m’hemmx bżonn li jiġi ripetut is-simbolu msemmi fil-paragrafu 4.4.1; f’dan il-każ, ir-Regolament u n-numri ta’ approvazzjoni, kif ukoll is-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li fid-dawl tagħhom tkun ingħatat l-approvazzjoni li tkun ingħatat fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni fid-dawl ta’ dan ir-Regolament, jitqiegħdu fil-kolonni weqfin fuq il-lemin tas-simbolu msemmi fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.   It-timbru ta’ approvazzjoni għandu jkun ċar biex jinqara’ u ma jitħassarx.

4.7.   It-timbru ta’ approvazzjoni jitpoġġa qrib il-pjanċa imwaħħla mill-manifattur u li tagħti l-karatteristiċi tal-vettura, jew fuq din il-pjanċa.

4.8.   L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju tat-timbru ta’ approvazzjoni.

5.   DISPOŻIZZJONIJIET TEKNIĊI

Il-vetturi għandhom, skond id-deskrizzjoni tagħhom, jirrispettaw id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn taħt, skond l-indikazzjonijiet tat-tabella fuq wara ta’ (3).

5.1.1.   TAGĦMIR ELETTRIKU

5.1.1.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

Is-sistema elettrika globali għandha tirrispetta d-dispożizzjonijiet hawn imsemmija skond it-tabella tal-paragrafu 5.1.

5.1.1.2.   Pajpjiet

5.1.1.2.1.   Is-sewwieqa għandhom ikunu kkunsidrati biex jiġi evitat it-tisħin. Huma għandhom ikunu iżolati kif jaqbel. L-installazzjonijiet kollha għandhom ikunu protetti minn fjusis jew diskonnetturi awtomatiċi, minbarra l-installazzjonijiet li ġejjin:

mill-batterija għas-sistema li tixgħel u titfi l-magna

mill-batterija għall-alternator

mill-alternator għall-kaxxa tal-fjusis jew tad-diskonnetturi

mill-batterija għall-istarter tal-magna

mill-batterija għas-sistema li tikkontrolla s-sistema tal-brejkijiet ta’ reżistenza jekk dan hu elettriku jew elettromanjetiku

mill-batterija għall-mekkaniżmu ta’ għoli elettriku tal-fus.

L-installazzjonijiet mhux protetti hawn fuq imsemmija għandhom ikunu l-eqreb possibli.

 

Deskrizzjoni tal-vettura (skond il-paragrafu 9(1) ta’ l-Adr)

Dispożizzjonijiet tekniċi

EX/II

EX/III

AT

FL

OX

 

Tagħmir tekniku

5.1.1.2.

Wajers

 

X

X

X

X

5.1.1.3.

Sistema ta’ diskonnessjoni tal-batterija

 

X

 

X

 

5.1.1.3.1

 

 

X

 

X

 

5.1.1.3.2

 

 

X

 

X

 

5.1.1.3.3

 

 

 

 

X

 

5.1.1.3.4

 

 

X

 

X

 

5.1.1.4.

Batteriji

X

X

 

X

 

5.1.1.5.

Installazzjonijiet b’enerġija kontinwa

 

X

 

X

 

5.1.1.5.1

 

 

 

 

X

 

5.1.1.5.2

 

 

X

 

 

 

5.1.1.6

Installazzjoni elettrika tal-kabina ta’ wara

 

X

 

X

 

5.1.2.

Prevenzjoni tar-Riskju ta’ ħruq

5.1.2.2.

Kabina tal-vettura

5.1.2.2.1.

 

X

X

 

 

 

5.1.2.2.2.

 

 

 

 

 

X

5.1.2.3.

Tankijiet tal-fjuwil

X

X

 

X

X

5.1.2.4.

Magna

X

X

 

X

X

5.1.2.5.

Sistema ta’ ekżost

X

X

 

X

 

5.1.2.6.

Brejk ta’ reżistenza

 

X

X

X

X

5.1.2.7.

Apparat ta’ sħana bil-kombustjoni

5.1.2.7.1 2 et 5

 

X

X

X

X

X

5.1.2.7.3 et 4

 

 

 

 

X

 

5.1.2.7.6

 

X

X

 

 

 

5.1.3.

Sistema ta’ brejkijiet

5.1.3.1.

Sistema ta’ brejkijiet

 

X

X

X

X

5.1.3.2.

Sistema ta’ brejkijiet

X

 

 

 

 

5.1.4.

Sistema ta’ limitazzjoni tal-veloċità

X

X

X

X

X

5.1.5.

Sistema ta’ igganċjar tat-trejlers

X

X

 

 

 

5.1.1.2.2.   Il-wajers għandhom jitwaħħlu b’mod sod u mqiegħda b’tali mod li s-sewwieqa jkunu mħarsa kif suppost kontra problemi mekkaniċi u ta’ tisħin.

5.1.1.3.   Sistema ta’ diskonnessjoni tal-batterija

5.1.1.3.1.   Għandu jitpoġġa interruttur li hu meħtieġ biex jaqta’ ċ-ċirkwiti elettriċi, l-eqreb, u b’mod prattiku, possibli tal-batterija.

5.1.1.3.2.   Sistema li tippermetti li l-interruttur jinxtegħel u jintefa’ għandha titqiegħed fil-kabina tas-sewwieq. Għandha tkun faċilment aċċessibbli għas-sewwieq u tintwera’ sew. Għandha tkun mgħottija b’għata ta’ protezzjoni, jew bi swiċċ kumplikat, jew b’kull sistema oħra li permezz tagħha hi ma taħdimx involontarjament. Xi sistemi oħra jistgħu jitpoġġew bil-kondizzjoni li jkunu identifikati minn timbru distintiv u jkunu protetti kontra kull tħaddim involontarju.

5.1.1.3.3.   “L-interruttur għandu jkun jista’ jitpoġġa f’kaxxa li jkollha grad ta’ protezzjoni IP65 li jaqbel man-norma CEI 529.”

5.1.1.3.4.   Il-wajers tad-dawl ta’ l-interruttur għandu jkollhom grad ta’ protezzjoni IP54. Madankollu dan mhux mitlub jekk il-wajers ikunu f’kaxxa, li tista’ tkun dik tal-batterija, hu biżżejjed li dawn il-wajers ikunu protetti kontra short-circuits permezz, per eżempju, ta’ għatu tal-gommaplastika.

5.1.1.4.   Batteriji

It-terminali tal-batterija għandhom ikunu iżolati elettrikament jew miskija minn għatu li jiżola mill-kaxxa tal-batterija. Jekk il-batteriji jinsabu xi mkien ieħor milli fil-bonit, huma għandhom jitqiegħdu f’kaxxa tal-batterija ventilat.

5.1.1.5.   Installazzjoni b’enerġija kontinwa

5.1.1.5.1.   Il-partijiet ta’ l-installazzjoni elettrika, inklużi l-wajers, li minnhom jibqa’ jgħaddi l-elettriku meta taħdem is-sistema ta’ diskonnessjoni tal-batteriji, għandhom ikunu tajbin għal użu f’żona perikoluża. Dan it-tagħmir għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet xierqa tan-norma CEI 60079 (4), partijiet 0 u 14 u d-dispożizzjonijiet l-oħra applikabbli tan-norma CEI, partijiet 1, 2, 5, 6, 7, 11, 15 jew 18 (5).

Għall-applikazzjoni tan-norma CEI 60079, parti 14 (5), għandha tintuża l-klassifika li ġejja:

It-tagħmir elettriku li minnu jgħaddi d-dawl ħin kollu, inklużi l-wajers, li mhux suġġett għall-istruzzjonijiet tal-paragrafi 5.1.1.3 u 5.1.1.4 għandu jirrispetta l-istruzzjonijiet applikabbli għaż-żona 1 għat-tagħmir elettriku b’mod ġenerali jew għall-istruzzjonijiet applikabbli għaż-żona 2 għat-tagħmir elettriku li jinsab fil-kabina tas-sewwieq. Hu għandu jaqbel ma’ l-istruzzjonijiet applikabbli għall-grupp ta’ esplożjoni IIC, klassi ta’ temperatura T6.

Madankollu, għat-tagħmir elettriku li minnu jgħaddi d-dawl ħin kollu li jinsab f’ambjent jew temperatura maħluqa minn materjal mhux elettriku li jinsab fl-istess ambjent u li jaqbeż il-limitu ta’ temperatura T6, il-klassi tat-temperatura tat-tagħmir elettriku li minnu jgħaddi d-dawl ħin kollu għandha tkun mill-anqas tal-klassi T4.

5.1.1.5.2.   Il-konnessjonijiet li ħerġin mis-sistema ta’ diskonnessjoni tal-batteriji għat-tagħmir elettriku li minnu jibqa’ għaddej id-dawl meta s-sistema ta’ diskonnessjoni tal-batteriji tkun qiegħda taħdem, għandhom ikunu protetti kontra tisħin żejjed, b’mezz xieraq bħal fjus, sistema ta’ diskonnessjoni jew sistema ta’ sigurtà (limitatur tal-kurrent).

5.1.1.6.   Dispożizzjonijiet applikabbli għall-parti ta’ l-apparat elettriku li jinsab fuq wara tal-kabina tas-sewwieq

L-apparat kollu għandu jkun iddisinjat, imwettaq u protett b’tali mod li ma jkun jista’ joħloq la ħruq u lanqas short-circuit fil-kondizzjonijiet normali ta’ użu tal-vetturi u biex inaqqas kemm jista’ jkun dawn ir-riskji f’każ ta’ xokk jew deformazzjoni. B’mod partikolari:

5.1.1.6.1.   Pajipjiet

Il-pajpijiet li jinsabu fuq il-parti ta’ wara tal-kabina tas-sewwieq għandhom ikunu imħarsa minn xokkijiet, il-grif u ħakk waqt l-użu normali tal-vettura. Xi eżempji ta’ protezzjoni xierqa huma mgħotija fil-figuri 1, 2, 3 u 4 kif ġej. Madankollu, il-wajers tas-sistemi ta’ brejkijiet ABS m’għandhomx bżonn ta’ protezzjoni supplementari.

5.1.1.6.2.   Dawl

Bozoz bit-tarf bil-kamin ma jistgħux jintużaw.

5.1.1.6.3.   Mekkaniżmu elettriku li jgħolli

Il-mekkaniżmu elettriku li jgħolli l-fus għandu jitpoġġa barra mill-gradi tal-ġenb f’kaxxa stretta.

5.1.2.   PREVENZJONI TAR-RISKJI TAL-ĦRUQ

5.1.2.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

Id-dispożizzjonijiet tekniċi li jidhru aktar ‘il quddiem japplikaw skond it-tabella tal-paragrafu 5.1.

FIGURA

Image

Image

Image

Image

5.1.2.2.   Kabina

5.1.2.2.1.   Għall-bini tal-kabina għandhom jintużaw biss materjali li diffiċilment jieħdu n-nar. Din id-dispożizzjoni titiqies bħala biżżejjed jekk, skond il-proċedura spjegata min-norma ISO 3795:1989, kampjuni ta’ l-elementi tal-kabina li ġejjin ma jippreżentawx veloċità ta’ ħruq għola minn 100 mm/min: imħaded tas-sitijiet, dahar tas-sitijiet, iċ-ċinturini tas-sigurtà, it-tirqim tad-drapp tal-kisi, is-soqfa li jinfetħu, il-brazzi tas-sitijiet, id-drapp kollu li jiksi l-bibien u d-drapp użat fuq quddiem, riffieda tar-ras, twapet fissi, viżiera, purtieri, blinds, għata tar-rota żejda, għatiet tal-kompartiment tas-sewqan, kutri ta’ fuq u materjal ieħor użat fil-kabina, inkluża stoffa u elementi li jistgħu jitferrxu f’każ ta’ inċident minħabba li jassorbu l-enerġija meta jiġu f’kuntatt ma’ min ikun jinsab fil-kabina.

5.1.2.2.2.   Għajr jekk il-kabina tkun magħmula minn materjal li diffiċlment jieħu n-nar, plakka tal-metall jew ta’ xi materjal xieraq ieħor, daqs it-tapp tat-tank (ċisterna), għandha titqiegħed fuq wara tal-kabina. It-twieqi kollha tal-kabina jew tal-protezzjoni kontra s-sħana għandhom ikunu mitbuqin ermetikament, ikunu magħmulin minn ħġieġ li jirreżisti n-nar u jkollhom qafas li ma jinħaraqx. Bejn it-tank u l-kabina jew il-protezzjoni kontra s-sħana għandu jitħalla spazju vojt ta’ mill-anqas 15-il ċentimetru.

5.1.2.3.   Tankijiet tal-fjuwil

It-tankijiet tal-fjuwil għat-tħaddim tal-magna tal-vettura għandhom ikunu skond l-istruzzjonijiet li ġejjin:

5.1.2.3.1.   f’każ li jintilef xi fjuwil, dan għandu jaqa’ ma’ l-art mingħajr ma jmiss mal-partijiet sħan tal-vettura jew tat-tagħbija;

5.1.2.3.2.   it-tankijiet bil-petrol għandhom ikunu mgħammra b’apparat ta’ tifi tan-nar effikaċi li jadatta għat-tapp li minnu jimtela’ l-fjuwil jew minn apparat li jippermetti li t-tapp tat-tank jibqa’ mitbuq ermetikament.

5.1.2.4.   Magna

Il-magna li tmexxi l-vetturi għandha tkun mgħammra u mqiegħda b’tali mod li tevita kull periklu għat-tgħabija minħabba tisħin jew ħruq. Fil-każ tal-vetturi EX/II u EX/III, il-magna għandha tinxtegħel b’mod kompressat (compression ignition).

5.1.2.5.   Sistema ta’ ekżost

L-apparat tas-sistema ta’ l-ekżost kif ukoll il-pajpijiet ta’ l-ekżost għandhom jitqiegħdu jew ikunu protetti sabiex jiġi evitat kull periklu għat-tgħabija minħabba tisħin jew ħruq. Il-partijiet tas-sistema ta’ l-ekżost li jinsabu direttament taħt it-tank tal-fjuwil (disil) għandhom ikunu mbegħdin b’mill-anqas 100 mm jew ikunu protetti minn skrin termiku.

5.1.2.6.   Brejkijiet ta’ reżistenza tal-vettura

Il-vetturi mgħammra b’sistema ta’ brejkijiet ta’ reżistenza li minnha joħorġu temperaturi għoljin, li tinsab wara d-dahar ta’ wara tal-kabina, għandhom ikunu mgħammra b’apparat ta’ iżolazzjoni termika bejn dan l-apparat u ċ-ċisterna jew it-tgħabija, li tkun imwaħħla bis-sod u mqiegħda b’tali mod li jiġi evitat kull tisħin, anke lokalizzat, tad-dahar taċ-ċisterna jew tat-tgħabija. Barra minn hekk, dan l-apparat ta’ iżolazzjoni termika għandu jħares l-apparat kontra ħruġ jew telf, anke b’mod aċċidentali, tal-prodott li jkun qiegħed jinġarr. Protezzjoni li, per eżempju, ikollha kisja doppja tkun meqjusa bħala sodisfaċenti.

5.1.2.7.   Apparat ta’ sħana bil-kombustjoni

5.1.2.7.1.   (Riservat)

5.1.2.7.2.   L-apparat ta’ sħana bil-kombustjoni u l-pajpijiet minn fejn joħroġ il-gass għandhom iddisinjati, imqiegħda u prottetti jew miksija b’tali mod li ma jkunx hemm ir-riskju ta’ tisħin jew qbid tan-nar tat-tgħabija. Ir-rispett ta’ din l-istruzzjoni jitlob li d-depożitu jew is-sistema ta’ ħruġ ta’ l-apparat ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet analogi għal dawk tat-tankijiet tal-fjuwil u mad-dispożizzjonijiet ta’ ħruġ mill-vetturi fil-paragrafi 5.1.2.3 u 5.1.2.5. rispettivament.

5.1.2.7.3.   It-tifi tas-sistemi ta’ tisħin bil-kombustjoni għandu jsir mill-anqas permezz tal-metodi li ġejjin:

a)

Tifi manwali mixtieq mill-kabina tas-sewwieq,

b)

Twaqqif involontarju tal-magna tal-vettura; f’dan il-każ l-apparat ta’ tisħin jista’ jitqabbad manwalment mis-sewwieq;

c)

Tħaddim ta’ pompa tal-kombustibbli fuq il-vettura bil-magna għall-merkanzija perikoluża li tinġarr.

5.1.2.7.4.   Tista’ ssir azzjoni residwa wara li s-sistema tat-tisħin supplementari tkun intfiet. Rigward il-metodi tal-paragrafi 5.1.2.7.3 b) u c) hawn fuq imsemmija, id-dħul ta’ l-arja fil-kombustibbli għandu jitwaqqaf permezz ta’ miżuri xierqa wara ċiklu ta’ azzjoni residwa ta’ mhux aktar minn 40 sekonda.

Għandhom jintużaw biss sistemi ta’ tisħin bil-kombustjoni li l-apparat li jibdel is-sħana tagħhom ikun ippruvat li jista’ jiflaħ għal ċiklu ta’ azzjoni residwa mnaqqas ta’ 40 sekonda matul il-ħin ta’ użu normali tagħhom.

5.1.2.7.5.   Is-sistema ta’ tisħin bil-kombustjoni għandha tinxtegħel manwalment. Is-sistema ta’ programmazzjoni huma pprojbiti.

5.1.2.7.6.   L-apparat ta’ tisħin li juża kombustjoni tal-gass mhux awtorizzat.

5.1.3.   SISTEMA TA’ BBREJKJAR

Il-vetturi suġġetti għall-istruzzjonijiet tan-nota 10 221 ta’ l-ADR għandhom jirrispettaw l-istruzzjonijiet applikabbli tar-Regolament Nru 13, inklużi dawk ta’ l-Anness 5, modifikat, skond id-dati ta’ applikazzjoni li huma speċifikati fih.

5.1.3.1.   Il-vetturi deskritti mill-kodiċi EX/III, AT, FL u OX għandhom jirrispettaw l-istruzzjonijiet kollha relatati mar-Regolament Nru 13, inklużi dawk ta’ l-Anness 5.

5.1.3.2.   Il-vetturi deskritti mill-kodiċi EX/II għandhom jirrispettaw l-istruzzjonijiet kollha relatati mar-Regolament Nru 13, minbarra dawk ta’ l-Anness 5 li ma jgħoddux.

5.1.4.   SISTEMA TA’ LIMITAZZJONI TAL-VELOĊITÀ

Il-vetturi bil-magna (fwies tal-ġarr u tratturi għal semi-trejlers) ta’ piż massimu li jaqbeż it-12-il tomna għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ limitazzjoni tal-veloċità skond l-istruzzjonijiet tekniċi tar-Regolament Nru 89. Is-sistema tkun irregolata b’tali mod li l-veloċità ma taqbiżx id-90km/siegħa, minħabba t-tolleranza teknika tas-sistema.

5.1.5.   SISTEMA TA’ IGGANĊJAR TAT-TREJLERS

Is-sistema ta’ l-igganċjar tat-trejlers għandha tkun konformi ma’ l-istruzzjonijiet tekniċi tar-Regolament Nru 55, modifikat, skond id-dati ta’ applikazzjoni li huma speċifikati fuqu.

6.   MODIFIKAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURA U ESTENSJONI TA’ L-APPROVAZZJONI

Is-servizz amministrattiv li jkun ħareġ l-approvazzjonijiet tat-tip tal-vettura għandhom jkun mgħarraf b’kull modifikazzjoni tat-tip tal-vettura, li wara jista’:

6.1.1.   jew iqis li l-modifikazzjonijiet li jkunu saru ma jkunux ħallew effett konsiderevoli u li, f’kull każ, il-vettura tibqa’ konformi ma’ l-istruzzjonijiet;

6.1.2.   jew jitlob rapport ta’ test ġdid mill-entità teknika responsabbli mit-testijiet

6.2.   Il-konferma jew ir-revoka ta’ l-approvazzjoni għandha tintbagħat, flimkien mal-modifikazzjoni, lill-Partijiet li jkunu ffirmaw, skond il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3.

6.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni għandha tatribwixxi numru ta’ serje lil kull dokument ta’ komunikazzjoni, stipulat għall-estensjoni msemmija, u tinforma lill-Partijiet l-oħra dwar dan permezz ta’ dokument ta’ komunikazzjoni skond il-mudell ta’ l-anness 1 li ġej.

7.   KONFORMITA’ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri ta’ konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu jaqblu ma’ dawk stipulati fl-appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), u jinkludu l-istruzzjonijiet li ġejjin:

7.1.   kull vettura approvata bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tinbena b’tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi tirrispetta l-istruzzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 5 hawn fuq.

7.2.   l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-approvazzjoni tista’, kull ħin, tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni. Dawn il-verifiki normalment isiru darba kull sentejn.

8.   PENALI GĦAL PRODUZZJONI MHUX KONFORMI

8.1.   L-approvazzjoni maħruġa għal tip ta’ vettura, b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tista’ tiġi rtirata jekk l-istruzzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 7 hawn fuq ma jkunux irrispettati.

8.2.   Jekk Parti li tkun iffirmat il-Ftehim ta’ l-1958 u li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li hi tkun ħarġet qabel, hi marbuta biex tgħarraf immedjatament lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ dokument ta’ komunikazzjoni skond il-mudell ta’ l-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

9.   PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX

Jekk is-sid ta’ approvazzjoni iwaqqaf b’mod definittiv il-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura approvata fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, hu għandu jgħarraf lill-awtorità li toħroġ l-approvazzjoni, li min-naħa tagħha tgħarraf lill-Parijiet kollha li jkunu ffirmaw il-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ dokument ta’ komunikazzjoni skond il-mudell ta’ l-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

10.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi, l-ebda Parti li tkun iffirmat il-Ftehim u li tapplika dan ir-Regolament ma tista’ tirrifjuta li toħroġ approvazzjoni KEE skond dan ir-Regolament modifikat mis-serje 02 ta’ emendi.

10.2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2002, il-Partijiet li jkunu ffirmaw u li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu joħorġu l-omolgazzjonijet KEE u l-estensjonijiet ta’ tali approvazzjonijiet għat-tipi ta’ vetturi li jirrispettaw l-istruzzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, preċedentement modifikat mis-serje ta’ emendi.

10.3.   Mill-1 ta’ Jannar 2003 ‘il quddiem, il-Partijiet li jkunu ffirmaw u li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx joħorġu approvazzjonijiet KEE u estensjonijiet ta’ tali approvazzjonijiet ħlief jekk it-tip ta’ vettura li trid tiġi approvata jrrispetta l-istruzzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, preċedentement modifikat mis-serje ta’ emendi 02.

10.4.   L-ebda Parti li tkun iffirmat u li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta approvazzjoni nazzjonali għal tip ta’ vettura approvata fil-qafas tas-serje 02 ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament.

10.5.   Sal-31 ta’ Diċembru 2002, l-ebda Parti li tkun iffirmat u li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta approvazzjoni nazzjonali għal tip ta’ vettura approvata skond is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament.

10.6.   Mill-1 ta’ Jannar 2003 ‘il quddiem, il- il-Partijiet li jkunu ffirmaw u li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel tħaddim) għal vettura li ma tirrispettax l-istruzzjonijiet tas-serje 02 ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament.

11.   ISIMIJIET U INDIRIZZI TA’ ENTITAJIET TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U TAS-SERVIZZI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet li ffirmaw il-Ftehim ta’ l-1958 u li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jgħarrfu lis-segretarjat ta’ l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti bl-ismijiet u l-indirizzi ta’ entitajiet tekniċi responsabbli mit-testijiet ta’ approvazzjoni u b’dawk tas-servizzi amministrattivi li joħorġu l-approvazzjoni u li lilhom iridu jintbagħatu d-dokumenti ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni, ta’ rifjut jew ta’ revoka ta’ l-approvazzjoni maħruġa f’pajjiżi oħra.


(*)  It-titlu ta’ qabel tal-Ftehim:

Serje 01 ta’ Emendi – Data ta’ dħul fis-seħħ: 13 ta’ Jannar 2000.

Serje 02 ta’ Emendi – Data ta’ dħul fis-seħħ: 5 ta’ Diċembru 2001.

Emenda 1 għas-Serje 02 ta’ Emendi - Data ta’ dħul fis-seħħ: 13 ta’ Marzu 2002.

Emenda 2 għas-Serje 02 ta’ Emendi - Data ta’ dħul fis-seħħ: 13 ta’ Novembru 2002.

Emenda 3 għas-Serje 02 ta’ Emendi - Data ta’ dħul fis-seħħ: 12 ta’ Marzu 2003.

(1)  Hekk kif definiti fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni miġbura dwar il- manifattura tal-vetturi (R.E.3) (dokument TANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għall-Islovenja, 27 għall-Islovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnja Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (l-approvazzjonijiet jinħarġu mill-Istati membri li jużaw is-simboli tal-KEE rispettivi tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja u 46 għall-Ukrajna. In-numri li ġejjin huma mogħtija lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġiku li bih se jirratifikaw il-Ftehim dwar l-adozzjoni ta’ l-istruzzjonijiet tekniċi uniformi applikabbli għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitqiegħdu jew jintużaw fuq vettura bir-roti u l-kondizzjonijiet ta’ għarfien reċiproku ta’ l-approvazzjonijiet maħruġa skond dawn id-deskrizzjonijiet. Ġaladarba dawn jissieħbu ma’ dan il-ftehim, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jgħarraf lill-partijiet li jkunu ffirmaw b’dawn in-numri.

(3)  In this Regulation, references to other ECE Regulations shall be deemed to refer also to any other international rules that apply the same technical requirements as the respective ECE Regulation. References to specific sections of the respective ECE Regulations shall be interpreted accordingly.

(4)  Id-dispożizzjonijiet tal-Parti 14 tan-norma CEI/60079, ma jgħoddux aktar fuq id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(5)  Minn naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet ġenerali tan-norma EN 50014 u d-dispożizzjonijiet supplementari tan-normi EN 50015, 50016, 50017, 50018, 50019, 50020, 50021 jew 50028 jistgħu japplikaw.


ANNESS I

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

EŻEMPJI TA’ TIMBRI TA’ APPROVAZZJONI

Image

It-timbru ta’ approvazzjoni li jidher hawn fuq, imwaħħal mal-vettura, juri li t-tip tal-vettura, maħsuba għall-ġarr ta’ merkanzija perikoluża, kienet approvata fl-Olanda (E4) bl-applikazzjoni tar-Regolament Nru 105 */, bin-numru 022492 u li jinkludi l-istruzzjoni EX/II (skond il-marġinu 220 301 (2) ta’ l-ADR). L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni nħarġet skond l-istruzzjonijiet tar-Regolament Nru 105, inkluża s-serje 02 ta’ emendi.

Image

It-timbru ta’ approvazzjoni li jidher hawn fuq, imwaħħal mal-vettura, jindika li t-tip ta’ din il-vettura kien approvat fl-Olanda (E4), b’applikazzjoni tar-Regolamenti Nri 105 u 13 (1) L-ewwel żewġ ċifri tan-numri ta’ approvazzjoni jfissru li fid-dati li fihom l-approvazzjonijiet rispettivi nħarġu, ir-Regolament Nru 105 kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi, filwaqt li r-Regolament Nru 13 kien diġà jinkludi s-serje 09 ta’ emendi meta l-approvazzjoni nħarġet.


(1)  It-tieni numru tar-Regolament hu mgħoti biss bħala eżempju.