|
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
273 |
ID-DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
tat–22 ta' settembru 2004
li taħtar imħallef għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej
(2004/655/KE, Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,
Billi:
Skond l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u bħala konsegwenza tar-riżenja tas-Sinjura Fidelma MACKEN, għandu jiġi maħtur imħallef għall-perijodu li fadal tal-mandat tas-Sinjura Fidelma MACKEN,
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sinjur Aindrias Ó CAOIMH hu hawnhekk maħtur imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mid-data tal-ġurament tiegħu sas-6 ta' Ottubru 2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, nhar it-22 ta' settembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
T. DE BRUIJN