Official Journal L 029 , 03/02/2004 P. 0015 - 0015
Id-Deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni minn rappreżentanti ta' l-istati membri, laqgħa f'livell ta' kap ta' stat jew livell governattiv tat-13 ta' Diċembru 2003 dwar il-lok tas-sedji ta' ċerti uffiċċji u aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea (2004/97/KE, Euratom) IR-RAPPREŻENTANTI TA' L-ISTATI MEMBRI, LAQGĦA F'LIVELL TA' KAP TA' STAT JEW LIVELL GOVERNATTIV, Wara li kkunsidraw l-Artikolu 289 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/820/JHA stabbilixxa Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) [1]. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2] stabbilixxa l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA [3] stabbilixxa l-Eurojust. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4] stabbilixxa Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima. (5) Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [5] stabbilixxa Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni. (6) L-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea tal-Ferrovija hija maħsuba fuq il-bażi ta' proposta sottomessa mill-Kummissjoni nhar l-24 ta' Jannar 2002 [6]. (7) L-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Network u ta' l-Informazzjoni hija maħsuba fuq il-bażi ta' proposta sottomessa mill-Kummissjoni fil-11 ta' Frar 2003. (8) L-istabbiliment ta' Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard huwa previst fuq il-bażi ta' proposta sottomessa mill-Kummissjoni fit-8 ta' Awissu 2003. (9) L-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea tal-Kimika hija prevista fuq il-bażi ta' proposta sottomessa mill-Kummissjoni fid-29 ta' Ottubru 2003. (10) Il-lok tas-sedji ta' dawn l-Uffiċċji u Aġenziji għandu jkun determinat. IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 (a) Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għandu jkollu is-sede tiegħu f'Bramshill. (b) L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel għandha jkollha s-sede tagħha f'Parma. (ċ) Il-Eurojust għandu jkollu s-sede tiegħu f'The Hague. (d) L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandha jkollha s-sede tagħha f'Lisbona. (e) L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni għandha jkollha s-sede tagħha f'Köln. (f) L-Aġenzija Ewropea tal-Ferrovija għandha jkollha s-sede tagħha f'Lille-Valenciennes. (g) L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Network u ta' l-Informazzjoni għandha jkollha s-sede tagħha f'belt fil-Greċja li għandha tkun stabbilita mill-Gvern Grieg. (h) Iċ-Ċentru għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għandu jkollu s-sede tiegħu ġo belt fl-Isvezja li għandu jkun stabbilit mill-Gvern Svediż. (i) L-Aġenzija Ewropea tal-Kimika għandha jkollha s-sede tagħha f'Helsinki. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandha tidħol fis-seħħ f'din il-ġurnata. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 2003. Il-President S. Berlusconi [1] ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 1. [2] ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4). [3] ĠU L 63, tas-6.3.2002, p. 1. Id-Deċizjoni kif ġiet emendata mid-Deċizjoni 2003/659ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 44). [4] ĠU L 208, tal-5.8.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1644/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 10). [5] ĠU L 240, tas-7.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, tas-27.9.2003, p. 5). [6] ĠU C 126 E tat-28.5.2002, p. 323. --------------------------------------------------