42003D0767



Official Journal L 277 , 28/10/2003 P. 0016 - 0016


Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri deċiżjoni meħuda bi qbil komuni, fil-livell ta' kapijiet ta' stat jew gvern, mill-gvernijiet ta' l-istati membri li għandhom l-ewro bħala l-munita tagħhom.

tas-16 ta' Ottubru 2003

li taħtar il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2003/767/KE)

Il-KAPIJIET TA' STAT JEW GVERN TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA LI GĦANDHOM L-EWRO BĦALA L-MUNITA TAGĦHOM,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 112(2)(b) u l-Artikolu 122(4) tiegħu, u l-Artikoli 11.2 u 43.3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidraw ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew [3],

Billi:

(1) Mr Wim Duisenberg, President tal-Bank Ċentrali Ewropew, f'ittra bid-data tad-9 ta' Jannar 2003 mibgħuta lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jirriżenja minn President tal-Bank fid-9 ta' Lulju 2003,

(2) F'ittra bid-data tas-17 ta' April 2003 mibgħuta lill-President tal-Kunsill Ewropew, Mr. Wim Duisenberg aċċetta li jibqa' fil-kariga sakemm ikun maħtur is-suċċessur tiegħu,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Mr Jean-Claude TRICHET huwa b'dan maħtur President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal kariga ta' tmien snin mill-1 ta' Novembru 2003, bir-riżenja ta' Mr Wim Duisenberg tkun aċċettata u tieħu effett f'dak il-jum.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Ottubru 2003.

Il-President

S. Berlusconi

[1] ĠU L 181, tad-19.07.03, pġ. 45.

[2] Opinjoni tat-23 ta' Settembru 2003 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 187, tas-7.08.03, pġ. 16.

--------------------------------------------------