Official Journal L 194 , 23/07/2002 P. 0035 - 0035
Id-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-kunsill tad-19 ta' Lulju 2002. Dwar il-Konsegwenzi ta' l-iskadenza taż-żmien stipulat tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) Trattat dwar il-ftehim internazzjonali milħuq mill-KEFA (2002/595/KE) Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, iltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, billi: (1) Bis-saħħa ta' l-Artikolu 97 tiegħu, it-trattat tal-KEFA jiskadi fit-23 ta' Lulju 2002. (2) Diversi ftehim internazzjonali ma' pajjiżi terzi ġew konkluzi mill-KEFA. (3) F'dawn il-ftehim m'hemmx previst l-eventwalità ta' l-iskadenza taż-żmien tat-Trattat tal-KEFA. (4) Is-suġġett tat-trattat tal-KEFA, fl-iskadenza taż-żmien tiegħu, ikun kopert mit-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej. (5) Huwa fl-interess tal-KEFA u tas-setturi konċernati li dawn il-ftehim internazzjonali għandhom jibqgħu fis-seħħ lil hinn mid-data ta' l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u għandhom jgħaddu f'idejn il-Komunitajiet Ewropej. IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Mill-24 ta' Lulju 2002, id-drittijiet u l-obligazzjonijiet li jaqgħu taħt il-ftehim internazzjonali konklużi mill-KEFA għandhom jittieħdu mill-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tibda' isseħħ fil-jum tal-publikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Din id-DEĊIŻJONI għanda tapplika mill-24 ta' Lulju 2002. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 2002. Il-President T. Pedersen --------------------------------------------------