42002D0234



Official Journal L 079 , 22/03/2002 P. 0042 - 0060


Id-Deċiżjoni tar-rappreżentati tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-kunsill

tas-27 ta' Frar 2002

fuq il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-fondi ta' riċerka għall-faħam u l-azzar

(2002/234/KEFA)

IR-RAPPREŻENTATI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI, LI LTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL

Billi:

(1) It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) jiskadi fit-23 ta' Lulju 2002 u l-propjeta' tal-fondi tal-KEFA terġa' taqa' f'idejn l-Istati Membri.

(2) l-Istati Membri esprimew l-għan aħħari tagħhom li jitrasferixxu l-fondi tal-KEFA lill-Kommunità Ewropea (KE) u li jkun stabbilit fond komuni għar-riċerka fl-oqsma marbutai ma' l-industria tal-faħam u l-azzar. B'referenza għar-Reżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew li ltaqa' f'Amsterdam fis-16 ta' Ġunju 1997 u għar-Riżoluzzjonijiet adottati mill-Kunsill u r-Rapreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri fl-20 ta' Lulju 1998 u fil-21ta' Ġunju 1999. L-Istati Membri għadhom iridu dan l-istess għan.

(3) Sabiex tkun aċċertata, b'mod temporanju u sakemm isir it-trasferiment, tmexxija xierqa ta' l-attiv u l-passiv tal-KEFA mill-24 ta' Lulju 2002 il-Kummissjoni għandha tingħata l-kopitu li tamministra dawn il-fondi. Nuqqas fil-fondi waqt dan il-perjodu ta tmexxija temporanja ma tistgħax iżżid ir-responsabbilità ta' dan in-nuqqas fuq l-Istati Membri.

(4) Il-Kummissjoni pproponiet fil-kuntest tat-trasferiment tal-fondi lill-KE li hi għandha tmexxi l-fondi tal-KEFA skond ir-regoli speċifiċi. Fis-Sostanza dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati wkoll f'din id-Deċiżjoni, b'hekk tkun aċċertata konsistenza neċessarja mingħajr ma tiġi affettwata n-natura intergovernattiva tta' din id-Deċiżjoni.

(5) Il-Parlament Ewropew ġie kkonsultat fuq ir-regoli speċjali li għandhom jiġu applikati.

(6) Kkunsidrat li t-tmexxija b'suċċess ta' l-azzjonijiet ta' KEFA teħtieġ il-konfidenza ta' l-operaturi ekonomiċi miġjuba, inter alia, minn previżjoni fuq tul taż-żmien fl-qasam legali.

(7) Għalhekk, huwa meħtieġ li jkun hemm tmexxija temporanja tal-fondi tal-KEFA skond il-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. L-attività u l-passività kollha tal-KEFA, kif dawn huma fit-23 ta' Lulju 2002, għandhom, mill-24 ta' Lulju 2002, jkunu mmexxija mill-Kummissjoni, f'isem l-Istati Membri.

2. Il-valur nett ta' dawn l-attività u l-passività, kif jidhru fil-karta tal-bilanċ tal-KEFA tat-23 ta' Lulju 2003, bla ħsara għall kwalunkwe żieda jew tnaqqis li jista' jirriżulta minn operazzjonijiet ta' likwidazzjoni, għandu jkun meqjus bħala attiv intiż għal riċerka fl-oqsma tal-industrija tal-faħam u l-azzar, imsejħa bħala "KEFA fil-likwidazzjoni". Kif tintemm il-likwidazzjoni dawn għandhom jiġu msejħa bħala "Attiv tal-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar".

3. L-introjtu minn dan l-attiv, imsejjaħ "Fond ta' Riċerka għal Faħam u Azzar", għandu jkun eskulssivament użat għar-riċerka f'dawn l-oqsma ta' l-industria tal-faħam u l-azzar skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni u ta' l-atti adottati fuq il-bażi tagħha.

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet fl-Annessi I, II u III jifformaw parti integrali ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

B'eċċezzjoni għal fejn din id-Deċiżjoni tgħid mod ieħor, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea għandom japplikaw mutatis mutandis għall-attivitajiet magħmula skond din-Deċiżjoni mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi fis-seħħ nhar l-24 ta' Lulju 2002 u tieqaf tapplika mid-data ta' meta l-attività u l-passività tal-fondi tal-KEFA jiġu trasferiti mill-Komunitajiet Ewropej.

Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, 27ta' Frar 2002.

Il-President

F. J. Conde De Saro

--------------------------------------------------

ANNESS I

Miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id- Deċiżjoni

Punt 1

1. Il-Kummissjoni għandha tingħatalha r-responsabbiltà li tieħu ħsieb l-istralċ ta' l-operazzjonijiet finanzjarji tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar li jkunu għadhom ma' ngħalqux meta jiskadi t-Trattat dwar il-KEFA. Meta debitur tal-KEFA jibqa' inadempjenti fil-perjodu tal-likwidità, it-telf riżultanti għndu jitħallas l-ewwel mill-kapital eżistenti u imbagħad mill-introjtu tas-sena fil-kwistjoni. Il-Kumisjoni, qabel ma tħallas xi dejn kontra debitur tal-KEFA li baqa' inadempjenti, għandha teżawrixxi r-rimedji kollha li hemm disponibbli, inklużi s-sejħiet fuq il-garanziji (ipoteki, kawzjonijiet, garanziji bankarji jew oħrajn). Il-Kummissjoni tirriżerva kwalunkwe azzjoni possibbli f'każ li d-debitur jerġa jkollu l-likwidità.

2. Il-likwidazzjoni għandha ssir skond ir-regoli u l-proċedura li tintuża f'dawn l-operazzjonijiet, bl-Istituzzjonijiet tal-Komunità igawdu l-poteri u l-prerogattivi li għandhom skond it-Trattat tal-KEFA u leġislazzjoni sekondarja li tiġi fis-seħħ fit -23 ta' Lulju 2002.

Punt 2

L-attiv għandhu jkun immexxi mill-Kummissjoni b'mod li jkun żgurat rendita fit-tul. L-investiment ta' assi likwidi għandu jkun direzzjonat lejn l-ogħla rendita possibbli ikkumparat mas-sigurtà.

Punt 3

1. Kull sena għandhom isiru rapport ta' telf jew qliegħ, karta tal-bilanċ u rapport finanzjarju li juru, b'mod separat mill-operazzjonijiet finanzjarji tal-Komunitajiet l-oħrajn, l-operazzjonijiet ta' likwidtà msemmija f'punt 1 u t-transazzjonijiet ta' investiment msemmija f'punt 2. Dawn ir-rapporti finanzjarji għandhom ikunu annessi mar-rapporti finanzjarji Annwali magħmula mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 275 tat-Trattat tal-KE u r-Regoli Finanzjarji li japplikaw għal baġit tal-Komunitajiet Ewropej.

2. Il-poteri li għandhom il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti ta' l-Awdituri fuq il-kontroll u tkeċċija, hekk kif miktub fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u i-Regolamenti Finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom japplikaw, b'mod analoġiku, għall-operazzjonijiet msemmija fil-punt 3.1.

Punt 4

1. L-introjtu nett mill-investimenti msemmija fil-punt 2 għandu jitqies bħala introjtu fil-baġit generali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan l-introjtu għandu jintuża għall skop speċifiku; il-finanzjament ta' proġetti ta' riċerka fl-oqsma marbuta ma' l-industrija tal-Faħam u l-Azzar li m'humiex koperti mill-Programm Kwadru għar-Riċerka. Għandhu jifforma l-Fondi ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar u għandu jitmexxa mill-Kummissjoni.

2. L-introjtu imsejjaħ fil-4.1 għandu jkun imqassam, 27,2 % jiġi allokat għar-riċerka marbuta mal-faħam u 72,8 % għar-riċerka marbuta ma' l-Azzar. Jekk jinħass il-bżonn, il-Kunsill, b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, għandha tirrevedi kif jinqasmu l-fondi bejn ir-riċerka marbuta mal-faħam u ma' l-Azzar.

3. Introjtu li ma ġiex użat, u approprjazzjonijiet speċifiċi li ġejjin mill-introjtu li għad baqa' sal-31 ta' Diċembru ta' kwalunkwe sena għandu jitmexxa awtomatikament għas-sena li tkun dieħla. Dawn l-ammonti ma jistgħux jkunu trasferiti għall-affarijiet oħra fil-baġit.

4. Dawn l-appropriazzjonijiet tal-baġit li jikkorrispondu ma' proġetti li jkunu ġew ikkanċellati jiskadu awtomatikament fl-aħħart ta' kull sena finanzjarja. Ir-rimanenti ta' l-allokazzjonijiet li jkunu ġew minn proġetti kkanċellati għandhom jinkitbu fil-karta tal-bilanċ u l-qliegħ u t-telf imsemmi fil-punt 3(1) u għandu jingħata, inizjalment, lill-attiv tal-KEFA fil-likwidazzjoni u imbagħad, kif tintemm il-likwidazzjoni, lill-attiv tal-Fondi ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar. L-Introjtu rimanenti għandu jintikeb fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qliegħ u t-telf.

Punt 5

1. L-introjtu nett disponibbli għall-finanzjament tal-proġetti ta' riċerka għas-sena n + 2 għandu jinkiteb fil-karta tal-bilanċ tal-KEFA fil-likwidazzjoni tas-sena n u, kif tintemm il-likwidazzjoni, fil-karta tal-bilanċ ta' l-attiv tal-Fondi ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar

2. Sabiex tiġi mnaqqsa l-fluttwazzjoni fil-ħlas tar-riċerka minħabba xi ċaqliq fis-swieq finanzjarji, għandu jsir eżerċizzju li jżomm dan iċ-caqliq fiss u wkoll jagħmel tajjeb għal xi kontinġenza. Id-Dettalji tal-kalkulazzjonijiet magħmulin sabiex iċ-ċaqliq monetarju jinżammu fissi u sabiex jiġi determinat l-ammont tad-dispożizzjoni ta' kontinġenza huma miktubin fl-iskeda.

Punt 6

In-nefqa amministrattiva li tirriżulta mil-likwidazzjoni, operazzjonijiet ta' investiment u tmexxija msemmija f'din id-Deċiżjoni, li jikkorespondu għan-nefqa mniżżla fl-Artiolu 20 tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965, liema ammont ġie midbul bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 1977, għandu jsir mill-Kummissjoni bi ħlas f'somma waħda ta' EUR 3,3 miljun fis-sena pro rata temporis li jkun trasferit għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea mir-riżerva kapitali tal-fond.

Punt 7

Il-Kummissjoni għandha tistabilixxi l-ammont ta' l-attiv u l-passiv tal-KEFA fil-karta tal-bilanċ li tgħalaq fit-23 ta' Lulju 2002.

--------------------------------------------------

Skeda għall-Anness I

Proċeduri li għandhom jinżammu sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta' introtju nett li għandu jkun allokat għall-Fon ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar

1. INTRODUZZJONI

L-introjtu nett li jista' jintuża sabiex jitħallsu proġetti ta' riċerka jikkorrispondi għan-nett rimanenti tal-KEFA fil-likwidazzjoni u imbagħad, meta tintemm il-likwidazzjoni, ir-rimanenti nett annwali ta' l-Attiv tal-Fondi ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar. Il-metodu li għandu jintuża jikkonsisti f'li jkun stabbilit il-ħlas tar-riċerka għal faħam u l-Azzar għas-sena n + 2 meta tinħadem il-karta tal-bilanċ għas-sena n, u jitqiies nofs it-tkabbir jew in-nuqqas fir-rimanenti nett flimkien ma' l-aħħar livell ta' ħlas adottat għar-riċerka għal faħam u l-azzar.

2. DEFINIZZJONI

n : sena ta' referenza

Rn : ir-rimanenti nett għas-sena n

Pn : dispożizzjoni ta' kontinġenza għas-sena n

Dn + 1 : allokazzjoni ta' flus għar-riċerka għas-sena n + 1 (li jun stabbilit meta tinħadem il-karta tal-bilanċ għas-sena n-1)

Dn + 2 : allokazzjoni ta' flus għar-riċerka għas-sena n + 2

3. ALGORIŻMU UŻAT

L-algoriżmu użat sabiex jistabbilixxu l-ammont tad-dispożizzjoni ta' kontinġenza u l-allokazzjonijiet għar-riċerka għas-sena n + 2, li jidhru fil-karta tal-bilanċ għas-sena n, huma kif ġej:

3.1. L-ammont tad-disposizjzoni ta’ kontinġenza:

P

=

0,5*

Rn - Dn+1

3.2. Allokazzjoni ta' flus għar-riċerka għas-sena n + 2 (miġjuba ‘l quddiem jew lura għall izjed mitt elf euro viċin. Jekk il-kalkolazzjoni tagħti riżultat li hu eżattament fin-nofs, l-allokazzjoni ta' flus għandha tkun miġjuba ‘l quddiem għall-iżjed mitt elf euro viċin):

D

=

0,5*

Rn - Dn+1

Fejn xieraq, l-ammont bżonnjuż sabiex l-ammont jkun miġjub ‘l quddiem (jew l-ammont rimanenti ta' meta l-ammont ikun miġjub lura) għandu jkun meħud mid- (jew jingħata lid-) dispożizzjoni ta' kontinġenza.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Il-linji ta' gwida finanzjarju multiannwali għat-tmexxija ta' l-attiv tal-KEFA fil-likwidazzjoni u, meta tintemm il-likwidazzjoni, l-attiv tal-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar

Punt 1

Il-linji ta' gwida finanzjarju multiannwali għat-tmexxija ta' l-attiv tal-KEFA fil-likwidazzjoni u, meta tintemm il-likwidazzjoni, l-attiv tal-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar (hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejħa "linji ta' gwida finanzjarji") huma miktubin f'din l-iskeda.

Punt 2

Il-linji ta' gwida finanzjarji għandhom jiġu riveduti jew miżjuda, jekk hem mil-bżonn, kull ħames snin, bl-ewwel perjodu jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2007 għal dan il-għan, u sa mhux iżjed tard mill-ewwel sitt xhur ta' l-aħħar sena tal-perjodu ta' ħames snin, il-Kummissjoni għandha teżamina l-effiċjenza u effettività tal-linji ta' gwida finanzjarji u għandha tipproponi miħri xierqa.

Jekk taħseb li jkun xieraq, il-Kummissjoni tista' tagħmel din l-eżaminazzjoni u tagħti l-proposti tagħha għal emendi xierqa lill-Kunsill qabel ma jiskadi l-perjodu ta' ħames.

--------------------------------------------------

Skeda għall-Anness II

Linji ta' gwida finanzjarji għat-tmexxija ta' l-attiv tal KEFA fil-likwidazzjoni u, meta tintemm il-likwidazzjoni, l-Attiv tal-Fondi ta' Riċerka għal-Faħam u l-Azzar l

1. UŻU TAL-FONDI

(a) L-attiv tal-KEFA fil-likwidazzjoni, inklużi kemm il-portafoll ta' self u l-investimenti tagħha għandhom jiġu użati kif meħtieġ sabiex jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tal–KEFA li jkun għad baqa', bħala self li għadu ma tħallasx, l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn baġits ta' qabel, u ta' xi obbligazzjoni li ma tkunx prevvista.

(b) Fejn jidħol l-attiv tal-KEFA fil-likwidazzjoni li ma jkunx intuża sabiex jintlaħqu l-obbligazzjonijiet imsemmija f'(a), dan għandu jiġi investit sabiex jipprovdi introjtu biex jintuża għall-ħlas tal-kontinwazzjoni tar-Riċerka fl-osma marbuta ma' l-industria tal-faħam u l-azzar.

(ċ) L-ativ tal-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar għandhom jiġu investiti saiex jipprovdu introjtu biex jintuża għall-ħlas tal-kontinwazzjoni tar-Riċerka fl-oqsma marbuta ma' l-industrija tal-faħam u l-azzar.

2. ALLOKAZZJONI TA' L-ATTIV

Skond il-punt 1, il-Kummissjoni għandha tqassam l-attiv f'dawn it-tlett kategoriji:

(a) riżervi bżonnjużi sabiex jagħtu garanzija lill-kredituri tal-KEFA li s-self kollu li għadu ma tħallasx u l-interess tiegħu ser jitħallas kollu fid-dati ta' meta dawn jiskadu, b'hekk l-obbligatur jżomm il-klassifika "AAA" jew l-ekwivalenti:

(b) il-fondi meħtieġa bħala garanzija għall-ħlas ta' flus legalment midjuna taħt il-Baġit Operattiv tal-KEFA qabel ma' jintemm it-Trattat tal-KEFA;

(ċ) għall-fondi li m'humiex aktar bżonnjużi għall-iskopijiet imsemmija hawn fuq (minħabba l-ħlas ta' self, jew ta' interessi mingħajr ma jintmessu r-riżervi jew il-kanċellazzjoni eventwali ta' l-obbligazzjonijiet mill-baġit) dawn il-fondi għandhom ikunu allokati għall kategoriji ta' investiment.

3. KATEGORIJI TA' INVESTIMENT

L-attiv imsemmi fil-punt 2 għandhom jiġu investiti b'mod li jiżgura li l-fondi huma disponibbli meta dawn jiġi bżonnhom, waqt li jagħtu l-ogħla dħul possibbli, konsistenti ma' li jinżamm l-ogħla livell ta' sigurtà u stabbilità fuq perjodu twil ta' żmien.

(a) Sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, ser jitħalla li jsir investiment f'dawn l-oqsma ta' attiv biss:

(i) depożitu fiss ma' banek awtorizzati;

(ii) strumenti tas-suq tal-flus b'maturità finali ta' inqas minn sena, maħruġa minn banek awtorizzati jew minn kategoriji oħrajn ta' ħruġ awtorizzat;

(iii) bonds b'rata fissa jew varjabbli, b'maturità li ma taqbiżx l-10 snin, sakemm dawn ikunu maħruġin minn kwalunkwe kategorija ta' ħruġ awtorizzat;

(iv) interessi fl-attività fi skemi kolettivi ta' investiment awtorizzati, sakemm dawn l-invetimenti jkunu limitati għal fondi li għandhom l-għan li jirrispondu għall-andantament ta' indiċi finanzjarju u biss għall-investimenti msemmija fil-punt 2(ċ).

(b) Il-Kummissjoni tista' tagħmel użu mill-operazzjonijiet li ġejjin fejn jidħlu kategoriji ta' l-attiv kif imsemmi f'(a):

(i) ftehim li jerġa' jinxtara u ftehim li dak li jkun reġa inxtara jiġi rritornat, sakemm il-partijiet huma awtorizzati għal dawn it-transazzjonijiet, u sakemm:

- sigurtajiet miżmumin taħt dawn il-kuntratti ma jistgħux jerġgħu ikunu mibjugħin lill-partijiet ħlief il-partijiet kontraenti l-oħrajn qabel ma jistkadi l-kuntratt, u

- il-Kummissjoni żżomm id-dritt li terġa' tixtri s-sigurtajiet li setgħet biegħet meta skada l-kuntratt;

(ii) operazzjonijiet ta' self ta' bonds, pero biss taħt il-kondizzjonijiet u l-proċeduri ta' sistemi rikonoxxuti ta' kompensazzjoni bħal CLEARSTREAM u EUROCLEAR, jew permezz ta' istituzjonijiet finanzjarji ewlenin li jispeċċjalizzaw f'dawn it-tip ta' operazzjonijiet, bla ħsara għal regoli ta' prudenza li huma konfomri mar-regoli tal-Komunità.

(ċ) kontropartijiet "Awtorizzati" kif din l-espressjoni qed tkun użata f'dawn il-linji gwida, huma dawk li ġew magħżula mill-Kummissjoni skond ir-regoli u l-proċeduri msemmija fil-punt 7.

4. LIMITI TA' INVESTIMENTI

(a) L-investimenti għandhom ikunu limitati għall-ammonti li ġejjin:

(i) għal bonds maħruġa jew garantiti mill-Istati Membri jew istituzzjonijiet ta' l-Unjoni, EUR 250 milljun per Stat Membru jew istituzzjoni;

(ii) għal bonds maħruġa jew garantiti minn entitajiet li jisselfu li jkunu sovrani jew supranazzjonali, li għandhom klassifika ta' kreditu ta' mhux inqas minn "AA-" jew l-ekwivalenti tiegħu, EUR 100 miljun għall kull min joħroġhom jew ikun garanti;

(iii) għal depożiti li għandhom u/jew instrumenti monetarji ta' bank awtorizzat, l-inqas minn EUR 100 miljun għal kull bank jew il-5 % tal-fondi tal-bank;

(iv) għal bonds ta' kumpaniji li joħorġuhom, li għandhom klassifika ta' kreditu ta' mhux inqas minn "AAA" jew l-ekwivalenti, EUR 50 miljun għall kull minn joħroġhom;

(v) għal bonds ta' kumpaniji li joħorġuhom, li għandhom klassifika ta' kreditu ta' mhux inqas minn "AA-" jew l-ekwivalenti, EUR 50 miljun għall kull minn joħroġhom;

(vi) għal ażjendi ta' fondi ta investimet kollettiv li għandhom klassifika ta' kreditu ta' mhux inqas minn "AA-" jew l-ekwivalenti, EUR 25 miljun għall kull veikolu.

(b) L-investiment f'ħarġa singola ta' bonds, skond il-limitazzjonijiet imniżżla f'(a) hawn fuq, m'għandux ikun aktar minn 20 % ta' l-ammont totali ta' din il-ħarġa.

(ċ) L-investiment fi kwalunkwe kontroparti singola, skond il-limiti mniżżla f'(a) hawn fuq, u akkumulati bejn l-istrumenti, fejn hu meħtieġ, m'għandux ikun aktar minn 20 % ta' l-assi totali.

(d) Il-klassifika msemmija f'dawn il-linji gwida għandhom ikunu bħal dawk użati minn ta' l-anqas waħda mill-aġenziji internazzjonali ta' klassifika ta' kreditu, kif inhu ġeneralment miftiehem.

5. TRASSFERIMENT GĦALL-BAĠIT TA' L-UNJONI EWROPEA

L-introjtu nett għandu jingħata lill-baġit generali ta' l-Unjoni Ewropea bħala introjtu dedikat u għandu jiġi trasferit mill-Kefa fil-likwidazzjoni u, kif tintemm il-likwidazzjoni, l-Attiv tal-Fondi ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar fejn dan hu neċessarju sabiex jintlaħqu l-obbligazzjonijiet mill-qasam tal-baġit dirett lejn il-programmi ta' riċerka għall-oqsma mrabuta ma' l-industrija tal-faħam u l-azzar.

6. IL-KONTABILITA

It-tmexxija tal-fondi għandha tkun miktuba fil-kontijiet tal-qliegħ u t-telf annwali u fil-karta tal-bilanċ annwali preparata għall-KEFA fil-likwidazzjoni u, kif tintemm il-likwidazzjoni, fl-Attiv tal-Fondi ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar. Dawn għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji ta' kontabbilità aċċettati b'mod ġeneriku bħal dawk provduti fil-KEFA, u b'mod partikolari fir-Raba Direttiva ta-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerta tipi ta' kumpaniji [1] u d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta'Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn [2]. Il-kontijiet għandhom jiġu approvati mill-Kumissjoni u eżaminati mill-Qorti ta' l-Awdituri. Il-Kummissjoni għandha tqabbad azjedni esterni sabiex dawn jagħmlu verifika tal-kontijiet.

7. PROĊEDURI TA' TMEXXIJA

Il-Kummissjoni għandha tagħmel, fejn tidhol il-KEFA fil-likwidazzjoniji u, kif tintnemm il-likwidazzjoni, l-Attiv tal-Fondi ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar, l-operazzjonijiet ta' tmexxija hawnhekk imsemmija f'konformità ma' dawn il-linji gwida u skond ir-regolamenti interni u l-proċeduri li jintżaw għall-KEFA fil-mument tax-xoljiment jew kif tkun modifikata min hemm ‘l quddiem.

Għandu jsir rapport dettaljat ta' l-operazzjonijiet ta' tmexxija taħt dawn il-linji gwida kull tlett xhur u jingħata lill-Istati Membri.

[1] ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 11. Direttiva hekk kif l-aħħar emendate bid-Direttiva 2001/65/KE (ĠU L 283, tas-27.10.2001, p. 28).

[2] ĠU L 372, tal-31.12.1986, p. 1. Direttiva hekk kif l-aħħar emendate bid-Direttiva 2001/65/KE.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Linji ta' gwida tekniċi multiannwali għall-programm tal-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar.

Punt 1

Il-linji ta' gwida tekniċi multiannwali għall-programm tal-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar (hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejjaħ "il-linji ta' gwida tekniċi").

Punt 2

Il-linji ta' gwida tekniċi għandhom ikunu reveduti jew supplimentati, jekk hemm il-bżonn, kull ħames snin, l-ewwel perjodu jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2007. Għal dan il-għan, u sa mhux aktar tard mill-ewwel sitt xhur ta' l-aħħar sena ta' kull perjodu ta' ħames snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel ri-eżami ta' l-operat u l-effettività tal-linji gwida tekniċi u għandha tipproponi kwalunkwe emendi xierqa.

Jekk il-Kummissjoni tara l-bżonn, din għandha tagħmel dan ir-rieżami u tipproponi l-emendi xierqa lill-Kunsill qabel ma jiskadi l-perjodu ta' ħames snin.

--------------------------------------------------

Skeda għall-Anness III

Linji ta' gwida tekniċi għall-programm tal-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar

1. IL-PROGRAMM

1.1. Għanijiet

Bħala kontinwazzjoni tal-Programm ta' Riċerka u Żvilupp Tekniku tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar ("programmi RTD KEFA") u fil-qafas ta' żvilupp sostenibbli, Pogramm ta' Riċerka għall-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ "il-programm") għandu jkun stabbiliti. L-għan tal-programm huwa li jsostni il-kompettittività ta' l-oqsma tal-Komunità marbuta ma' l-industrija tal-Faħam u l-Azzar. Dan il-programm għandu jkun konsistenti ma' l-għanijiet speċifiċi, tekniċi u politiċi ta' l-Unjoni Ewropea, u għandu jikkomplimenta l-attività li sseħħ fl-Istati Membri u fi ħdan il-programmi ta' riċerka tal-Komunità, bħalma huwa il-program kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, teknoloġija, żvilupp u dimostrazzjoni (hawnhekk iżjed il quddiem msejjaħ "Il-Programm QAFAS għar-Riċerka"). Għandu jkun imħeġġeġ il-kordinament, il-komplimentarjetà u s-sinerġija bejn dawn il-programmi, kif ukoll l-iskambju ta' l-informazzjoni bejn il-proġetti ffinanzjati taħt dan il-programm u dawk li huma ffinanzjati taħt il-Programm Kwardu għar-Riċerka.

1.2. Prinċipji Ewlenija

Il-programm għandu jipprovdi għajnuna finanzjarja għall-proġetti ammissibbli, mizuri akkompanjattivi u azzjonijiet oħra msemmija fil-punt 1.5, billi jippromwovu l-koperazzjoni bejn l-ażjendi, ċentri ta' riċerka u universitajiet. Il-programm ikopri l-proċessi tal-produzzjoni, l-użu, il-konservazzjoni tar-riżorsi zviluppi ambjentali u sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-oqsma marbuta ma' l-industrija tal-faħam u l-azzar.

Il-kliem "faħam" u "azzar" huma spjegati fl-Anness A.

1.3. Ambitu

Dawn il-linji gwida jiddeskrivu l-istruttura, it-tmexxija u l-implementazzjoni tal-programm, il-kontenut u l-priorità xjentifiċi u tekniċi bħala kompliment għall-programmi oħrajn ta' riċerka u regoli ta' parteċipazzjoni.

Dawn il-linji gwida jinkludu s-sejħa għall-proposti għall-programm msemmi f'punt 3.1 u l-prioritajiet xjentifiċi/tekniċi u soċjo-ekonomiċi msemmija fl-Annessi B u Ċ, li jistgħu jkunu emendati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fil-punt.

1.4. Parteċipazzjoni

1.4.1. L-Istati Membri

Impriżi, istituzzjoniet ta' riċerka jew persuni naturali li huma stabbiliti fi ħdan territorju ta' Stat Membru jistgħu jipparteċipaw fil-programm u japplikaw għall-assistenza finanzjarja, sakemm dawn għandhom intenzjoni li jagħmlu RTD jew li jistgħu jagħtu kontribut sostanzjali għal din l-attività.

1.4.2. Stati Applikanti

Impriżi, istituzzjonijiet ta' riċerka jew persuni naturali fl-Istati Applikanti huma intitolati sabiex jipparteċipaw mingħajr ma jirċievu xi kontribuzzjoni finanzjarja taħt il-programm, sakemm ma jkunx hemm miftiehem differenti fil-Ftehim Ewropej u fil-protokolli addizzjonali tagħhom, u fid-deċiżjonijiet tal-ħafna Kunsilli ta' Assoċjazzjoni.

1.4.3. Pajjiżi Terzi

Impriżi, istituzzjonijiet ta' riċerka jew persuni naturali minn pajjiżi terzi huma intitolati li jipparteċipaw fuq il-bażi ta' proġetti individwali mingħajr ma jirċievu kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja taħt il-programm, sakemm din il-parteċipazzjoni tkun ta' interess għall-komunità.

1.5. Proġetti ammissibli, miżuri tagħom u azzjonijiet oħra

Riċerka, proġetti pilota u ta' dimostrazzjoni, miżuri tagħhom u azzjonijiet ta' sostenn u preparatorji jistgħu jkunu kollha ffinanzjati taħt il-programm.

Proġett ta' riċerka huwa intiż sabiex ikopri xogħol investigattiv u esperimentali bil-għan li jislet aktar informazzjoni sabiex iħaffef il-milja ta' għanijiet prattiċi u speċifiċi bħalma hi l-kreazzjoni u l-iżvilupp ta' prodotti, proċessi ta' produzzjoni jew servizzi.

Proġett pilota huwa kkaratterizzat mill-kostruzzjoni, l-operazzjoni u l-iżvilupp ta' installazzjoni jew parti sinifikanti ta' installazzjoni fuq skala xierqa u bl-użu ta' komponenti kbar biżżejjed bil-għajn li jiġi eżaminat il-potenzjal li dawn ir-riżultati teoretiċi u mill-laboratorju jkunu mqiegħdha fil-prattika u/jew jkun imkabbar il-fiduċja fid-data teknika u ekonomika bżonnjuża sabiex jintlaħaq l-istadju tad-dimostrazzjoni, u f'ċertu każijiet fl-istadju industriali u/jew kummerċ.

Proġett ta' dimostrazzjoni huwa kkaratterizzat mill-kostruzzjoni u/jew l-operat ta' istallazzjoni fuq skala industriali jew parti sinjifikanti ta' istallazzjoni fuq skala industrijali bil-għan li tgħaqqad flimkien id-data teknika u ekonomika kollha sabiex jipproċedu bl-esplojtazzjoni industrijali u/jew kummerċjali tat-teknoloġija b'riskju minimu.

Miżuri tagħhom jirrelataw mal-promozzjoni ta' l-użu tat-tagħrif milħuq, il-ġbir flimkien tal-proġetti, id-disseminazzjoni tar-riżultati u l-appoġġ għat-taħriġ u l-mobilità tar-riċerkaturi b'konnesjsoni mal-proġetti ffinanzjati taħt il-programm.

Azzjonijiet li jsostnu jew preparatorji huma dawk xierqa għat-tmexxija soda u effettiva tal-programm, bħalma huma l-kontrolli u stimi perjodiċi msemmijja fil-punt 4, l-istudji jew in-network ta' proġetti relatati ffinanzjati taħt l-istess programm.

2. TMEXXIJA TAL-PROGRAMM

Il-programm għandu jkun immexxi mill-Kummissjoni. Il-kumitati u l-gruppi li ġejjin għandhom jkunu stabbiliti sabiex jassistu l-kummissjoni:

(a) Il-Kumitat tal-Faħam u l-Azzar msemmi f'punt 2.1;

(b) il-Gruppi Konsulattivi dwar il-Faħam u l-Azzar msemmija fil-punt 2.2;

(ċ) il-Gruppi tekniċi dwar il-Faħam u l-Azzar msemmija fil-punti 2.3.

2.1. Il-Kumitat tal-Faħam u l-Azzar

2.1.1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Faħam u l-Azzar (hawnhekk iżjed ‘l quddiem msejjaħ "il-Kumitat"). L-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jjistabbilixxu l-proċeduri għall-eżerċizju ta implimentazzjoni ta' poteri mogħtija lill-Kummissjoni [1] għandhom b'analoġija jkunu applikati. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun stabbilit għal tlett xhur.

2.1.2. Il-Kumitat jista' jeżamina kwalunkwe mistoqsija mqajma mill-President, kemm fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq id-domanda tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

2.1.3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

2.1.4. Il-punti li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fil-punt 2.1.1:

(a) l-allokazzjoni ta' fondi għal proġetti individwali, skond il-punt 3.3(3);

(b) l-abbozz ta' termini ta' riferenza għall-kontroll u l-eżaminazzjoni tal-programm imsemmi f'punt 4;

(ċ) kwalunkwe emenda ta' l-Appendiċi B u Ċ ta' dawn il-linji gwida;

(d) kwalunkwe kwistjoniji oħra relatata mal-programm.

2.1.5. Il-Kummisjsoni għandha tipprovdi lill-Kumitat informazzjoni fuq il-programm sħiħ kif ukoll fuq il-progress u l-impatt attwali jew anitiċipat ta' l-azzjonijiet tar -RŻT finanzjati.

2.2. Il-Gruppi ta' Konsultazzjoni dwar il-Faħam u l-Azzar

Il-Gruppi ta' Konsultazzjoni dwar il-Faħam u l-Azzar (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "Il-Gruppi Konsultattivi") għandhom ikunu gruppi ta' konsultazzjoni tekniċi indipendenti stabbiliti sabiex jassistu l-Kummissjoni. Għall-oqsma ta' RTD fil-faħam u l-azzar rispettivament, kull Grupp Konsultattiv għandu jagħti parir dwar:

(a) l-iżvilupp globali tal-programm, il-prioritajiet msemmija fl-appendiċi B u Ċ, inklużi xi emendi, u l-pakkett ta' informazzjoni kif msemmija fil-punt 3.1 u fil-linji gwida futuri;

(b) il-konsistenza u d-dupplikazjzoni possibbli ma' programmi ta' RTD oħrajn fil-livell Kommunitarju u nazzjonali;

(ċ) l-istabbiliment ta' prinċipji ta' gwida għall-kontroll ta' proġetti ta' RTD;

(d) ix-xogħol li qed iseħħ taħt proġetti speċifiċi;

(e) id-definizzjoni tal-prioritajiet ta' perjodu qasir tal-programm, skond l-appendiċi B u Ċ;

(f) il-preparazzjoni ta' manwal sabiex ikunu evalwati u magħżula l-azzjonijiet ta' RTD, kif msemmija fil-punt 3.3;

(g) l-evalwazzjoni ta' proposti għall-azzjonijiet ta' RTD u l-priorità li għandha tingħata lil dawn il-proposti, kkunsidrati l-fondi disponibbli;

(g) in-numru, l-kompetenzi u l-istruttura tal-Gruppi Tekniċi msemmija fil-punt 2.3;

(h) Miżuri oħra meta mitluba biex jagħmlu dan mill-Kummissjoni.

Kull Grupp Konsultattiv għandu jkun magħmul minn membri, kif imsemmija fil-punt 2.2.1 u l-punt 2.2.2, maħtura mill-Kummissjoni sabiex iservu f'kapaċità personali għal perjodu ta' ħames snin. Din il-ħatra tista' tkun revokata. Il-Kummisjoni għandha tikkonsidra proposti għall-ħatriet fil-mod kif ġej: fuq proposta mill-Istati Membri; fuq proposta mill-entitajiet msemmija fil-punt 2.2.1 u l-punt 2.2.2; fuq risposta għas-sejħa għall-inklużjoni fuq lista ta' riżerva.

Għandu jkun hemm ta' l-inqas membru wieħed minn kull Stat Membru li hu interessat, u f'kull Grupp ta' Konsultazzjoni bilanċ ta' esperti u għandha tassigura li jkun hemm l-iżjed rappreżentanza ġeografika wiesgħa. Il-membri għandhom ikunu attivi fl-oqsma kkonċernata u għandhom ikunu konxji tal-prioritajiet industrijali.

Il-laqgħat tal-Grupp Konsultattiv għandu jkun presedut mill-Kummissjoni, li wkoll għandha tipprovdi s-segretarjat. Jekk hemm il-ħtieġa, il-President jista' jitlob lill-membri biex jieħdu vot; kull membru għandu d-dritt għal vot wieħed. Il-President jista' jistieden esperti viżitaturi sabiex jieħdu sehem, fejn xieraq, fil-laqgħat.

Jekk hemm il-ħtieġa (eż. sabiex jipprovdu parir fuq oqsma relevanti għaż-żewġ setturi), iż-żewġ Gruppi Konsultattivi għandhom jiltaqgħu f'laqgħat konġunti.

2.2.1. Il-Grupp Konsultattiv dwar il-faħam.

Il-Komposizzjoni tal-Grupp Konsultattiv dwar il-faħam għandha tkun kif ġej:

Membru | Total Massimu |

(a) Minn produtturi/federazzjonijiet nazzjonali tal-faħam jew ċentri ta' riċerka relatati | 8 |

(b) Minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-produtturi tal-faħam fuq livell Ewropew | 2 |

(ċ) Minn min juża l-faħam jew ċentri ta' riċerka relatati | 8 |

(d) Minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil min juża l-faħam fuq livell Ewropew | 2 |

(e) Minn Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-ħaddiema | 2 |

(f) Minn organizzazzjonijiet li jirrapprezentaw lill-fornituri ta' l-apparat | 2 |

| 24 |

Il-Membri jrid ikollhom tagħrif ġenerali wiesgħa u kompetenza f'wieħed jew iżjed minn dawn l-oqsma li ġejjin: it-tħaffir tal-faħam mill-minjieri u l-użu tiegħu, punti ambjentali u soċjali, inklużi aspetti ta' sigurtà.

2.2.2. Il-Grupp Konsultattiv dwar l-Azzar

Il-komposizzjonni tal-Grupp Konsultattiv dwar l-Azzar għandu jkun kif ġej:

Membri | Total Massimu |

(a) Minn produtturi/federazzjonijiet nazzjonali tal-faħam jew ċentri ta' riċerka relatati | 21 |

(b) Minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-produtturi tal-faħam fuq livell Ewropew | 2 |

(ċ) Minn Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-ħaddiema | 2 |

(d) Minn organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw pproċessar downstream l-industriji jew ta' l-azzar utenti | 5 |

| 30 |

Il-Membri jrid ikollhom tagħrif ġenerali wiesgħa u kompetenza f'wieħed jew iżjed minn dawn l-oqsma li ġejjin: materji prima; xogħol fuq ħadid; xogħol fuq l-azzar; ikkastjar kontinwu; irrumblar ta' pjanċi fis-sħana jew fil-kesħa; irfinar ta' l-azzar u/jew trattament tal-wiċċ; żvillupp ta' gradi u/jew prodotti ta' l-azzar; użu jew propretajiet ta' l-azzar; punti ambjenta li u soċjali inklużi aspetti tas-sigurtà.

2.3. Il-Gruppi Tekniċi ta' Faħam u l-Azzar

L-għan tal-Gruppi Tekniċi tal-Faħam u l-Azzar huwa li jassistu l-Kummissjoni fil-kontroll tar-riċerka u proġetti pilota/demostrattivi. Il-membri għandhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni u għandhom jiġu mis-setturi relatati ma' l-industrija tal-faħam u l-azzar, organizazzjonijiet ta' riċerka jew industriji ta' l-utenti li għandu jkollhom responsabbilità għall-istrateġija tar-riċerka, tmexxija jew produzzjoni.

3. IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM

3.1. Sejħa għall-proposti

Qed tiġi stabbilita sejħa miftuħa u kontinwa b'din id-Deċiżjoni, bil-15 ta' Settembru ta' kull sena tkun id-data sabiex jagħtu l-proposti għall-evalwazzjoni, u jibda fis-sena 2002.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika, inklużi ir-Riċerka Komunitarja u S-Servizz ta' Żvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS) jew sit ta' l-internet korrispondenti, pakkett ta' informazzjoni fuq il-programm, ir-regoli tal-parteċipazzjoni, metodi ta' amministrazzjoni tal-proposti u l-proġetti, formoli ta' applikazzjoni, regoli ta kif għandhom jiġu sottomessi l-proposti, kuntratti modelli, spejjeż permessi, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima li tista' ssir u metodi ta' ħlas.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni skond ir-regoli miktuba fil-pakkett ta' informazzjoni, li tista tingħata kopja tad-dokument mill-Kummissjoni jekk din tintalab.

3.2. Kontenut tal-proposti

Il-proposti għandom ikunu relatati mal-prioritajiet xjentifiċi/tekniċi u soċjo-ekonomiċi miktuba fl-Appendiċi B u Ċ.

Kull proposta għandha jkollha deskrizzjoni dettaljata tal-proġett propost kif ukoll informazzjoni kollha fuq l-għanijiet, soċjetajiet kummerċjali (inkluż r-rwol preċiż ta' kull soċju), l-istruttura ta' l-amministrazzjoni, riżultati antiċipati, applikazzjonijiet mistennija kif ukoll eżaminazzjoni tal-benefiċċi mistennija industrijali, ekonomiċi, soċjali u ambjentali.

In-nefqa totali proposta kif ukoll il-qsim tagħha trid tkun realistika u effettiva, u l-proġett irid ikun mistenni li jipproduċi l-proporzjon ta bejn in-nefqa/benefiċċji favorevoli.

3.3. Evalwazzjoni u għażla tal-proposti u kontroll tal-proġetti

Il-Kummissjoni għanda tassigura evalwazzjoni kunfidenzali, xierqa u ġusta tal-proposti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika manwal għall-evalwazzjoni u l-għażla ta' l-azzjonijiet ta' RTD kif msemmi fil-punt 2.2(f).

L-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti għanda ssir taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni kif ġej:

1. Wara li jirċievu u jirreġistraw il-proposti u tkun verifikata l-eliġibilità tagħhom, il-Kummissjoni għandha tevalwhom bl-għajnuna tal-Grupp ta' Konsultazzjoni relevanti msemmi fil-punt 2.2(ġ)u, jekk hu neċessarju, esperti indipendenti;

2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tal-proposti adottati skond il-mertu;

3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq l-għażla tal-proġetti u l-allokazzjoni tal-fondi, assistita mill-Kumitat, skond il-proċedura msemmija fil-punt 2.1.1.

Il-Kummissjoni għandha, assistita mill-Gruppi Tekniċi msemmija fil-punt 2.3, tikkontrolla l-proġetti ta; riċerka u l-attivitajiet.

3.4. Kuntratti

Proġetti bbażati fuq proposti, miżuri u azzjonijiet magħżula msemmija f'punt 1.5 għandhom jagħmlu parti mill-għan tal-kuntratt. Il-Kuntratti għandhom ikunu bbażati fuq mudelli ta' kuntratti relevanti magħmula mill-Kummissjoni, tenut kont, kif xieraq, tan-natura ta' l-attivitajiet kkonċernati.

Il-Kuntratti għandhom jiddefinixxu l-kontribuzzjoniijet finanzjarji allokati taħt dan il-programm fuq il-bażi ta' nefqa permessibbli, kif ukoll ir-regoli li jirrigrwardjaw id-dikjarazzjoni tan-nefqa, l-għeluq ta' kontijiet u verfika.

3.5. Kontribuzzjoni Finanzjarja

Il-programm għandu jkun bbażat fuq kuntratti ta' RŻT bi qsim ta' fondi. Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali, kif ukoll kwalunkwe forma ta' finanzjament publiku addizzjonali għandu jkun konformi mar-regoli applikkabbli għall-għanuna mill-Istati.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu preċedenti, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima, espresso bħala persentaġġ tan-nefqa permessibbli msemmija fil-punt 3.6, għandha tkun:

(a) għal proġetti ta' riċerka: | sa 60 % |

(b) għal proġetti pilota u ta' dimostrazzjoni: | sa 40 % |

(ċ) għal miżuri akkompanjanti, support u annzjonijiet preparatorji: | sa 100 % |

3.6. Nefqa permissibbli

In-nefqa permessibbli għandha tkopri biss n-nefqa attwali sabiex isir ix-xogħol imsemmi fil-kuntratt. Kontraenti, kuntraenti assoċċjati u sub-kontraenti ma jistgħux jitolbu rati stimati jew kummerċjali. In-nefqa permessibbli għandha tkun maqsuma fl-erbgħa kategoriji li ġejjin:

3.6.1. Nefqa għall-apparat

In-nefqa sabiex jinxtara jew jinkera aparat relatat direattament ma' l-eżekuzzjoni tal-proġett għandha ssir bħala nefqa diretta. In-nefqa permessibbli sabiex jinkera l-apparat m'għandiex tkun iktar min-nefqa permessibbli għax-xiri ta' l-apparat.

3.6.2. Nefqa għall-istaff

In-nefqa tas-sigħat attwali għal-proġett magħmula minn staff xjentifiku, postgradwat jew tekniku kif ukoll n-nefqa għall-ħaddiema manwali direttament impjegati mill-parti kontraenti għandha tkun nefqa diretta. Kwalunkwe nefqa għall-istaff addizzjonali (eż. borża ta' studju) għandu jkollha l-approvazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni. Is-siegħat ta' xogħol għandhom ikunu reġistrati u ċċertifikati.

3.6.3. Nefqa għall-ħidma

In-Nefqa għall-ħidma marbuta direttament ma' l-eżekuzzjoni tal-proġett għandha tkun limitata biss għall-ispiża ta:

(a) materja prima;

(b) oġġetti żgħar ta' konsum regolari;

(ċ) l-użu ta' oġġetti li jiġu kkonsumati;

(d) enerġija;

(e) il-manteniment u t-tiswija ta' l-apparat;

(f) it-trasport ta' l-apparat jew il-prodotti;

(g) l-alterazzjoni jew it-trasformazzjoni ta' apparat diġa eżistenti;

(h) servizzi ta' l-informatika;

(i) il-kiri ta' l-apparat;

(j) analiżi mixxellanji;

(k) eżamijiet u provi speċjali;

(l) assistenza minn terzi partijtiet;

(m) infiq għal vjaġġar u sussistenza.

3.6.4. Spejjeż indiretti

Kwalunkwe spejjeż oħrajn ("spejjeż amministrattivi" jew "spejjeż ġenerali") li jista' jkun hemm b'konnessjoni mal-proġett u li m'humiex identifikati speċifikament fil-kategoriji preċedenti għandhom ikunu koperti b'somma waħda li tammonta għal 30 % tan-nefqa permissibbli għall-istaff kif msemmi f'punt 3.6.2.

3.7. Rapporti tekniċi

Għall-proġetti ta' riċerka, pilota u demostrattivi, kif msemmi f'punt 1.5, għandu jsir rapport kull sit xhur mill-kontraent(i). Dawn ir-rapporti għandhom jintużaw sabiex jiddeskrivu l-progrees tekniku li jkun sar. Kif jitlesta x-xogħol, għandu jsir rapport finali li jkun fiħ eżami ta' l-impatt u l-esplojtazzjoni. Dan ir-rapport għandu jkun ippubblikat mill-Kummissjoni f'verżjoni sħiħa jew mqassra skond l-importanza strateġika tal-proġett. Id-Deċiżjoni għandha tiddieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni, jekk hemm il-ħtieġa, tal-Grupp Konsultattiv relevanti. Fejn xieraq, jistgħu jintalbu u jiġu ppubblikati rapporti finali dwar miżuri akkompanjanti kif ukoll dwar azzjonijiet ta' support jew preparatorji.

4. REVIŻJONI ANNWALI, KONTROLLI U STIMA TAL-PROGRAMM

Il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni annwali ta' l-attivitajiet li jaqgħu taħt il-programm u l-progress tax-xogħol ta' RTD. Ir-rapport b'din ir-reviżjoni għandu jingħata lill-Kumitat.

Il-programm għandu jkun soġġett għal attività ta' kontroll, inkluża stima tal-benefiċċji mistennija. Rapport fuq din l-attività għandu jsir sa' l-aħħar ta' l-2006, u min hemm ‘l quddiem kull ħames snin. Dawn ir-rapporti għandhom jingħataw lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat u lill-Gruppi Konsultattivi.

għandha ssir stima tal-programm hekk kif jitlestew il-proġetti ffinanzjati kull perjodu ta' ħames snin, bl-ewwel perjodu jispiċċa fl-2008. Għandhom jiġu stmati l-benefiċċji li qed jagħti RŻT lis-soċjetà u lis-setturi relevanti. Ir-rapport ta' stima għandu jiġi ppubblikat.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi termini ta' referenza għall-attività ta' kontroll u ta' stima; il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat. Kemm il-kontroll kif ukoll l-istima għandhom isiru minn bordijiet ta' esperti bi kwalifiki avanzati maħtura mill-Kummissjoni.

5. KLAWSOLA TRANŻITORJA

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiggarantixxi transizzjoni mingħajr ostakli mill programmi ta' RTD tal-KEFA għal dan il-programm. Il-kuntratti tal-KEFA li jkunu għadhom validi kif jiskadi t-trattat tal-KEFA għandhom jiġu mmexxija mill-Kummissjoni skond l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-kuntratt, bil-għan li jkunu armonizzati l-kuntratti tal-KEFA u l-kuntratti taħt dan il-programm.

[1] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

--------------------------------------------------

Appendiċi A

Programm ta' riċerka tal-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar

Definizzjoni tal-Kliem "faħam" u "azzar"

1. FAĦAM

(a) Antraċit;

(b) Trab ta' l-antraċit ppressat;

(ċ) Kokk u semi-kokk dderivat minn antraċit;

(d) Linjite;

(e) Trab tal-linjite ppressat;

(f) Kokk u semi-kokk dderivat minn linjite.

Il-kelma "antraċit" tinkludi faħam ta' tip "A" (faħam sub-bituminuż) għoli u medju kif spjegat fis-"Sistema internazzjonali ta' kodifikazzjoni tal-faħam" tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU. Il-kelma "linjite" tinkludi faħam "Ċ" (jew ortho-linjiti) ta' livell baxx u faħam "B" coals (jew meta-linjite) ta' livell baxx ta' l-istess klassifikazzjoni. Għall-linjite, il-programm għandu jgħodd biss għal-linjite użat għal produzzjoni ta' l-elettriku jew għal produzzjoni kkombinata ta' sħana/elettriku u mhux intiża għal produzzjoni ta' trab b'mod ppressat jew semi-kokk.

2. ĦADID U AZZAR

(a) Materja prima għal ħadid u l-azzar, bħall-blata li fiha l-metall, sponge iron u skart tal-ħadid;

(b) Ħadid għadu ħiereġ mill-kalkara (inkluż metall sħun) u ligi tal-ħadid;

(ċ) Prodotti mhux raffinati u semi-irfinat tal-ħadid, azzar ordinarju u speċjali (inklużi prodotti intiżi li jerġgħu jiġu użati jew re-rolling) bħalma huma kast ta' l-azzar likwidu bil-kast kontinwu jew b'mod ieħor, u prodotti semi-irfinati bħalma huma mases ta' ħadid għall-forma, ingotti, vireg tal-ħadid, blokka tax-xogħol u strippi;

(d) Prodotti tal-ħadid magħmulin bis-sħana, azzar ordinarju jew speċjali (prodotti li jkollhom kowting jew mingħajru, eskluż l-ikkastjar ta' l-azzar, kiwi ta' metall u prodotti metalluġiċi f'forma ta' trab), bħal binarji, palanki, forom strutturali,vireg, vireg tal-wajer, pjanċi u pjanċi universali, stripep u pjanċi u tubi tondi u kwadri;

(e) Prodotti tal-ħadid lesti, azzar ordinarju jew speċjali (bil-kowt jew mingħajr kowt), bħall stripep u pjanci rolljati u pjanċi elettriċi;

(f) Prodotti fl-ewwel fażi ta' l-ipproċessar ta' l-azzar li jistgħu jżidu l-kompettitività tal-prodotti tal-ħadid u ta' l-azzar, bħal prodotti f'forma ta' tubi, prodotti miġbuda u b'finitura, prodotti rroljati u ffurmati mhux mingħajr sħana.

--------------------------------------------------

Appendiċi B

Programm tal-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar

Prioritajiet xjentifiċi/tekniċi u soċjo-ekonomiċ

RTD tal-faħam

L-iżvilupp ta' riċerka u teknika jifforma mezz importanti ħafna ta' sostenn għall-għanijiet tal-Komunità għall-enerġija fejn tidħol il-fornitura tal-faħam għall-Komunità, il-bidla tal-faħam b'mod kompetittiv u li ma jagħmilx ħsara għall-ambjent u l-użu tiegħu. Barra minn dan, it-tkabbir tad-dimensjoni internazzjonali tas-suq tal-faħam u l-problemi fuq iskala globali li huma marbuta ma' dan il-qasam ifisser li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu rwol prinċipali sabiex tnaqqas l-isfidi marbuta mat-teknoloġija moderna, sigurta' fil-mini fejn jitħaffer il-faħam, u protezzjoni ta' l-ambjent fuq livell globali billi jkun żgurat it-trasferiment tas-sengħa u l-informazzjoni meħtieġa għall-progress teknoloġiku, kondizzjonijiet tax-xogħol aħjar (saħħa u sigurtà) u protezzjoni ta' l-ambjent aħjar. L-oqsma ta' priorità huma msemmija fil-punti 1 – 4 hawn isfel, l-ordni tagħhom ma tirrapreżenta l-ebda forma ta' priorità bejniethom.

1. TITJIB TAL-POSIZZJONI KOMPETITTIVÀ TAL-FAĦAM TAL-KOMUNITÀ

L-għan huwa li jitnaqqsu l-ispejjes totali tal-produzzjoni tal-faħam mill-mini tat-tħaffir, titjieb il-kwalità tal-prodotti u jitnaqqsu l-ispejjes sabiex jintuża l-faħam. Il-proġetti ta' riċerka jinkludu il-katina tal-produzzjoni sħiħa:

- metodi moderni sabiex jkunu eeżaminati d-depożiti;

- pjan ta' integrazzjoni tal-mini tat-tħaffir;

- teknoloġiji tat-tħaffir għall-faħam li huma effiċċjenti ħafna u l-parti l-kbira bi tħaffir awtomatiku li jikkorrispondu mal-karatteristiċi ġeografiċi tad-depożiti ta' faħam naturali Ewropej;

- teknoloġiji xierqa ta' sostenn;

- Sistemi ta' trasport;

- Servizzi ta' provvista tad-dawl, u sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni, trasmissjoni, kontrolli u kontroll tal-proċess;

- tekniki ta' preparazzjoni tal-faħam, għal bżonnijiet tas-suq tal-konsumatur;

- tibdil fil-faħam;

- kombustjoni tal-faħam.

Il-proġetti ta' riċerka għandhom ikollhom l-għan li jilħqu progress xjentifiku u teknoloġiku bil-għan li nifhmu iżjed il-karatteristiċi u l-kontroll tad-depożiti f'relazzzjoni mal-pressa tal-blat, emissjonijiet tal-gass, ir-riskju ta' splużjoni, ventilazzjoni u l-fatturi l-oħra kollha li jolqtu t-tħaffir mill-mini. Il-proġetti ta' riċerka li għandhom dawn l-għanijiet għandhom jippreżentaw il-prospett tar-riżultati applikabbli kemm fiż-żmien qasir kif ukoll f'dak medju lill-parti sostanzjali tal-produzzjoni fil-Komunità.

Għandha tingħata preferenza lill-proġetti li jippromwovu, ta' l-anqas waħda minn dawn li ġejjin:

(a) integrazzjoni ta' tekniki individwali f'sistemi u metodi u l-iżvilupp ta' metodi ta' tħaffir integrati;

(b) tnaqqis sostanzjali tan-nefqa għall-produzzjoni;

(ċ) benefiċċji fis-sigurtà fil-mini u lill-ambjent.

2. SAĦĦA U SIGURTA' FIL-MINI TAT-TĦAFFIR

L-iżvilupp meħtieġ imsemmi għandu jkun akkompanjat bi sforzi xierqa għas-sigurtà fil-mini, kif ukoll fil-kontroll tal-gass, ventilazzjoni u arja kkondizzjonata. Iżjed minn dan, il-kondizzjonijiet tax-xogħol taħt l-art jġibu magħho mil-bżonn għal żvilupp speċifiku fejn għandu x'jaqsam is-saħħa u s-sigurtà.

3. PROTEZZJONI EFFIĊJENTI TA' L-AMBJENT U ŻVILUPP FL-UŻU TAL-FAĦAM BĦALA EGĦJUN TA' ENERĠIJA NADIFA

Proġetti ta' riċerka b'dan l-għan iftixxu li jiminimizzaw l-impatt ta' l-operazzzjonijiet ta' tħaffir u l-użu tal-faħam fil-Komunità fl-atmesfera, fl-ilma u wiċċ l-art fil-qafas ta' l-istrateġija tat-tmexxija integrata fit-tniġġiż. Minħabba li l-industrija tal-faħam tal-Komunità għaddejja minn ristrutturar kontinwu, ir-riċerka hi diretta f'li tnaqqas l-impatt ambjentali tal-mini ta' taħt l-art li ħa jkollhom jgħalqu.

Għandha tingħata preferenza lill-proġetti li jinkludu:

(a) tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, b'mod partikolari il-metanu, mid-depożiti tal-faħam;

(b) it-tqegħid lura fil-mini ir-rimi tal-faħam, fly ash u prodotti ta' desulfurizazzjoni, fejn relevanti, b'forom oħra ta' skart;

(ċ) is-sistemazzjoni ta' munzelli ta' skart, u l-użu industrijali ta' rimi mill-produzzjoni u l-konsum tal-faħam;

(d) il-protezzjoni tas-saff ta' l-ilma ta' taħt l-art u l-purifikazzjoni ta' ilma maħmuġ mill-mini tat-tħaffir;

(e) it-tnaqqis fl-impatt ambejntali ta' installazzjonijiet li jużaw l-iktar faħam u linjite tal-Komunità;

(f) il-protezzjoni ta' installazzjonijiet fuq wiċċ l-art kontra l-effetti tas-subsidenza fiż-żmien twil jew qasir;

(g) tnaqqsi mill-emissjonijiet mill-użu tal-faħam.

4. TMEXXIJA TA' DIPENDENZA ESTERNA FUQ PROVVISTA TA' L-ENERĠIJA

Il-proġetti ta' riċerka b'dan il-għan għandhom x'jaqsmu mal-prosetti ta' provvista ta' enerġija fit-tul u jikkonċernaw l-iżvilupp – f'oqsma ekonomiċi, marbuta ma' l-enerġija u ma' l-ambjent - ta' depożiti ta' faħam li ma jistgħux jkunu estratti ekonomikament b'tekniki ta' tħaffir. Il-proġetti jistgħu studji, id-definizzjoni ta' strateġiji, riċerka fundamentali jew applikata, u l-eżami ta' teknoloġiji innovattivi li joffru propsetti għall-iżvilupp tar-riżorsi tal-faħam tal-Komunità.

Għandha tingħata preferenza lill-proġetti li jintergraw tekniki komplimentarji bħalma huma l-assorbiment tal-metanu jew diossidu tal-karbonju, metanu estratt mis-sodda tal-faħam, u l-vaporizzazzjoni tal-faħam ta' taħt l-art, eċċ.

--------------------------------------------------

Appendiċi Ċ

Il-Programm ta' riċerka għall-Fondi ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar

Prioritajiet xjentifiċi/tekniċi u soċjo-ekonomiċi

RTD ta' l-azzar

Bl-għan ġenerali illi titkattar il-kompetittività u l-kontribut għall-iżvilupp sostenibbli, l-emfasi ġenerali ta' RTD hi fuq l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda jew żviluppati li jiggarantixxu l-produzzjoni ekonimika, nadifa u b'sigurtà ta' l-azzar u ta' prodotti ta' l-azzar li huma kkaratterizzati b'imġieba tal-prodott li qed tikber b'mod b'saħħtu, b'konvenjenza għall-użu, sodisfazzjon min-naħa tal-konsumaturi, ħajja tal-prodott iżjed twila, ġbir lura tal-prodott u riċiklaġġ iħfef. L-oqsma ta' priorità huma msemmija fil-punti 1 – 3 hawn isfel, l-ordni tagħhom ma tirrapreżenta l-ebda forma ta' priorità bejniethom.

1. TEKNIĊI ĠODDA U TITJIB FIL-PRODUZZJONI TA' L-AZZAR U TAL-FINITURA

RTD għandha tiżviluppa l-proċess ta' produzzjoni ta' l-azzar bil-għan li tirranġa l-kwalità' tal-prodott u titkabbar il-produttività. it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet, il-konsum ta' l-enerġija u l-impatt ambjentali kif ukoll l-iżvilupp ta' l-użu tal-materja prima u l-konservazzjoni tar-riżorsi għandha tifforma parti integrali mill-iżviluppi milħuqa. Il-proġetti ta' riċerka għandhom jindirizzaw l-oqsma li ġejjin:

- proċessi ġodda u żviluppati ta' tanqqis tal-blata tal-metall;

- proċessi u operazzjoniejit ta' ħdim tal-ħadid;

- proċessi tal-forn li jaħdmu bil-ark ta' l-elettriku;

- proċessi ta' ħdim ta' l-azzar;

- tekniki ta' metallurġija sekondarji;

- tekniki ta' ikkastjar kontinwu u ta' qrib il-forma bażika bl-użu jew mingħajr l-użu ta' rolljar dirett;

- tekniki ta' rrolljar, tal-finitura u tal-kowting;

- tekniki ta' rolljar bis-sħana jew mingħajr sħana, pickling u proċessi ta' finitura;

- proċessi ta' instrumentazzjoni, kontroll u awtomazzjoni;

- iż-żamma u l-effikaċita' tal-linji ta' produzzjoni.

2. RTD U L-UTILIZAZZJONI TA' L-AZZAR.

RTD dwar l-utilizazzjoni ta' l-azzar hi essenzali sabiex jintalħqui l-ħtiġijiet futuri ta' l-utenti ta' l-azzar u sabiex jinħolqu opportunitajiet ta' swieq ġodda. Il-proġetti ta' riċerka għandhom jidirizzaw l-oqsma li ġejjin:

- tipi ġodda ta' azzar għall-applikazzjoni komplessi;

- karatteristiċi ta' l-azzar li jindirizzaw il-bżonnijiet mekkaniċi f'temperaturi għoljin jew baxxi bħal saħħa u durabilità, reżistenza għall-użu ta' l-azzar, ttikil, korrożività, u reżistenza kontra l-ksur;

- tiżdied il-ħajja tas-servizz tal-prodott, b'mod partikolari billi tiġi żviluppata r-reżistenza ta' l-azzar u ta' l-istrutturi ta' l-azzar għas-sħana u għal-korrosività;

- kompożiti li għandhom l-azzar u strutturi sandwich;

- mudelli għal simulazzjoni ta' previżjoni fuq microstrutturi u kwalitajiet mekkaniċi;

- metodi ta' sigurtà fl-istruttura u fid-disinn, b'mod partikolari fir-reżistenza għan-nar u t-terremoti;

- tekniċi marbuta ma' l-iffurmar, il-welding u t-twaħħil ta' l-azzar u materjali oħra;

- standardizzar ta' metodi ta' eżami u stima.

3. KONSERVAZZJONI TA' RIŻORSI U ŻVILUPP TAL-KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL

Kemm fil-produzjoni ta' l-azzar kif ukoll fl-użu tiegħu, il-konservazzjoni tar-riżorsi, il-preżervazzjoni ta' l-eko-sistema u l-punti tas-sigurtà għandhom jagħmlu parti integrali mix-xogħol ta' RTD. Il-proġetti ta' riċerka għandhom jindirizzaw l-oqsma li ġejjin:

- tekniki sabiex jiġi riċiklat azzar li m' għadux jintuża minn ejjgħun differenti u klassifikazzjoni ta' skart ta' l-azzar;

- tipi ta' azzar u disinn ta' strutturi mibnija sabiex jiffaċilitaw il-ġbir ta' rimi ta' l-azzar u li jkun konvertit t'azzar li jista' jintuża;

- kontroll u protezjoni ta' l-ambjent fil-post tax-xogħol u fil-madwar;

- restawr ta' siti ta' strutturi tal-ħadid;

- tijib tal-kondizjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tal-ħajja fil-post tax-xogħol;

- metodi ergonomiċi;

- saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

- tnaqqis mill-espożizzjoni għall-emissjonijiet fuq ix-xogħol.

--------------------------------------------------