42000A1215(02)



Official Journal L 317 , 15/12/2000 P. 0376 - 0381


Ftehim intern

bejn ir-rapreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implementazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE

IR-RAPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA, LI LTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL,

wara li ikkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, minn hawn il-quddiem referut bħala "it-Trattat",

wara li ikkunsidraw il-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE iffermat fi Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000, minn hawn il-quddiem msejjaħ "il-Ftehim ACP-KE",

wara li kkunsidraw l-abbozz mill-Kummissjoni,

BILLI:

(1) Ir-Rapreżentanti tal-Komunità għandhom ikollhom jadottaw il-pożizzjonijiet komuni fil-Kunsill tal-Ministri li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ACP-KE, minn hawn il-quddiem imsejjaħ "il-Kunsill tal-Ministri ACP-KE". Aktar minn hekk, l-implementazzjoni tad-deċiżjonijiet, tar-rakommandazzjonijiet u ta' l-opinjonijiet ta' dak il-Kunsill jistgħu li jkunu jeħtieġu, skond ma jkun il-każ, azzjoni mill-Komunità, azzjoni konġunta mill-Istati Membri jew azzjoni minn Stat Membru.

(2) Għalhekk, huwa meħtieġ għall-Istati Membri li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet għad-determinar, fl-oqsma li dwarhom huma kompetenti, il-pożizzjonijiet komuni li għandhom ikunu adottati mir-Repreżentanti tal-Komunità fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ACP-KE. Fl-istess oqsma, għandu wkoll ikun għalihom li jieħdu l-miżuri sabiex jimplementaw tali deċiżjonijiet, rakkommandazzjonijiet u opinjonijiet tal-Kunsill skond ma jista' jkun meħtieġ b'azzjoni konġunta mill-Istati Membri jew b'azzjoni minn Stat Membru.

(3) Għal materji koperti bil-Ftehim ACP-KE li jidħlu fi ħdan il-kompetenzi tagħhom, l-Istati Membri ikollhom jawtorizzaw lill-Kunsill sabiex jieħu d-deċiżjonijiet xierqa permezz ta' l-Artikoli 96 u 97 tal-Ftehim ACP-KE.

(4) Dispożizzjonijiet għandhom, fuq l-istess bażi, jsiru għall-Istati Membri li jikkomonikaw bejniethom u mal-Kummissjoni, kwalunkwe trattat, konvenzjoni, ftehim jew arranġament u xi parti ma trattat, konvenzjoni, ftehim jew arranġament li jikkonċerna materji ittrattati fi ħdan il-Ftehim ACP-KE li kienu, jew li sejrin ikunu, imwettqa bejn wieħed jew aktar Stati Membri u wieħed jew aktar Stati ACP.

(5) Proċeduri għandhom għalhekk ikunu stabbiliti li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu iwettqu kwalunkwe kwistjoni li tista' tinħoloq bejniethom f'dak li jirrigwardja il-Ftehim ACP-KE,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni komuni li għandha tittieħed mir-Rapreżentanti tal-Komunità fil-Kunsill tal-Ministri ACP-KE u tal-Kumitat ta' Ambaxxaturi meta huma jikkonsidraw materji li dwarhom l-Istati Membri huma kompetenti, għandhom ikunu adottati mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq abbozz mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru wara li jikkonsulta l-Kummissjoni.

Artikolu 2

Deċiżjonijiet u rakommandazzjonijiet adottati mill-Kunsill tal-Ministri ACP-KE jew mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi fl-oqsma li dwarhom l-Istati Membri huma kompetenti għandhom ikunu implimentati b'atti adottati minn dawn ta' l-aħħar.

Artikolu 3

Il-pożizzjoni tal-Istati Membri għall-implenetazzjoni ta' l-Artikoli 96 u 97 tal-Ftehim ACP-KE għandha, meta dik il-pożizzjoni tikkonċerna materji fi ħdan il-kompetenzi tagħhom, li jkunu adottati mill-Kunsill, li jaġixxi b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Anness.

Jekk il-miżuri ippjanati jikkonċernaw materji li jidħlu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, il-Kunsill jista wkoll jaġixxi fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru.

Artikolu 4

Kwalunkwe trattat, konvenzjoni, ftehim jew arranġament, jew xi parti minn trattat, konvenzjoni, ftehim jew arranġament, indipendentement mill-għamla jew min-natura, li kien, jew li sejjer ikun, konkluż bejn wieħed jew aktar, Stati Membri u wieħed jew aktar Stati ACP u li jikkonċerna materji trattati bil-Ftehim ACP-KE, għandu jkun ikkomunikat fl-ewwel opportunità mill-Istat Membru jew mill-Istati ikkonċernati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. Mat-talba ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni, xi testi hekk ikkomunikati għandhom ikunu diskusi mill-Kunsill.

Artikolu 5

Jekk Stat Membru jikkonsidra li jkun meħtieġ li jinvoka l-Artikolu 98 tal-Ftehim ACP-KE f'materji li dwarhom l-Istati Membri huma kompetenti, dan għandu l-ewwel jikkonsulta lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni.

Jekk il-Kunsill tal-Ministri ACP-KE ikollu jilħaq deċiżjoni dwar azzjoni mill-Istat Membru referut fl-ewwel paragrafu, il-pożizzjoni mressqa mill-Komunità għandha tkun dik tal-Istat Membru ikkonċernat, sakemm ir-Repreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, jiddeċiedu mod ieħor.

Artikolu 6

Kwistjonijiet li jinqalgħu bejn l-Istati Membri li jikkonċernaw il-Ftehim ACP-KE, l-Annessi u l-Protokolli mhemuża miegħu jew il-Ftehim Internazzjonali konklużi għall-implimentazzjoni ta' l-imsemmi Ftehim ACP-KE għandhom, fuq it-talba ta' min iressaq il-petizjoni l-aktar kmieni, ikunu ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizja tal-Komunitajiet Ewropej skond il-manjera stabbilita fit-Trattat u fil-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizja li huwa anness mat-Trattat.

Artikolu 7

Ir-Rapreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, jistgħu fi kwalunkwe żmien jemendaw dan il-Ftehim, billi jaġixxu unanimament fuq abbozz mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, wara li jikkonsultaw mal-Kummissjoni.

Artikolu 8

Dan il-Ftehim għandu jkun approvat minn kull Stat Membru skond il-ħtiġiet kostituzzjonali tiegħu. Il-gvern ta' kull Stat Membru għandu jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Basta li d-dispożizzjonijiet ta' l-ewwl paragrafu jkunu ġew imwettqa, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-istess waqt bħall-Ftehim ACP-KE [1]. Għandu jibqa fis-seħħ għall-perijodu ta' dak il-Ftehim.

Artikolu 9

Dan il-Ftehim, li huwa mħejji f'oriġinali wieħed fil-lingwi Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grierg, Taljan, Portugiż, Spanjol, u Svediż, il-ħdax il-test ikun ugwalment awtentitiċi, għandu jkun iddepożitat fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li għandu jittrasmetti kopja ċertifikata lill-kull wieħed mill-Gvernijiet tal-Istati Firmatarji.

Hecho en Bruselas, el dieciocho de septiembre del año dos mil.Udfærdiget i Bruxelles den attende september to tusind.Geschehen zu Brüssel am achtzehnten September zweitausend.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα οκτώ Σεπτεμβρίου δύο χιλιάδες.Done at Brussels on the eighteenth day of September in the year two thousand.Fait à Bruxelles, le dix-huit septembre deux mille.Fatto a Bruxelles, addì diciotto settembre duemila.Gedaan te Brussel, de achttiende september tweeduizend.Feito em Bruxelas, em dezoito de Setembro de dois mil.Tehty Brysselissä kahdeksantenatoista päivänä syyskuuta vuonna kaksituhatta.Som skedde i Bryssel den artonde september tjugohundra.

Pour le gouvernement du Royaume de BelgiqueVoor de Regering van het Koninkrijk BelgiëFür die Regierung des Königreichs Belgien

+++++ TIFF +++++

For regeringen for Kongeriget Danmark

+++++ TIFF +++++

Für die Regierung der Bundesrepublik Deutschland

+++++ TIFF +++++

Για την Κυβέρνηση της Еλληνικής Δημοκρατίας

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno del Reino de España

+++++ TIFF +++++

Pour le gouvernement de la République française

+++++ TIFF +++++

Thar ceann Rialtas na hÉireannFor the Government of Ireland

+++++ TIFF +++++

Per il Governo della Repubblica italiana

+++++ TIFF +++++

Pour le gouvernement du Grand-Duché de Luxembourg

+++++ TIFF +++++

Voor de Regering van het Koninkrijk der Nederlanden

+++++ TIFF +++++

Für die Regierung der Republik Österreich

+++++ TIFF +++++

Pelo Governo da República Portuguesa

+++++ TIFF +++++

Suomen hallituksen puolestaPå finska regeringens vägnar

+++++ TIFF +++++

På svenska regeringens vägnar

+++++ TIFF +++++

For the Government of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

+++++ TIFF +++++

[1] Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim għandha tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill

--------------------------------------------------