42000A0922(07)



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0090 - 0096


Ftehim dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija

għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li fih ir-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Ellenika aderixxew permezz tal-Ftehim iffirmati fis-27 ta' Novembru 1990 fil-25 ta' Ġunju 1991 u fis-6 ta' Novembru 1992 rispettivament

IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, ir-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, il-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU u r-RENJU TA' L-OLANDA, Partijiet fil-Konvenzjoni li qed timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, minn issa ‘l quddiem magħrufa bħala "l-Konvenzjoni ta' l-1990" kif ukoll ir-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Ellenika li ssieħbu fil-Konvenzjoni ta' l-1990 permezz tal-Ftehim iffirmati fis-27 ta' Novembru 1990, fil-25 ta' Ġunju 1991 u fis-6 ta' Novembru 1992 rispettivament

min-naħa l-waħda,

u r-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA, min-naħa l-oħra,

Filwaqt li jikkunsidraw l-iffirmar f'Brussel fil-ġurnata tat-tmienja u għoxrin ta' April tas-sena elf disa' mija u ħamsa u disgħin tal-Protokoll dwar l-Adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija fil-Ftehim Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, hekk kif emendat bil-Protokolli dwar id-Dħul tal-Gvernijiet tar-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Ellenika iffirmati fis-27 ta' Novembru 1990, fil-25 ta' Ġunju 1991 u fis-6 ta' Novembru 1992 rispettivament,

Fuq il-bażi ta' l-Artikolu 140 tal-Konvenzjoni ta' l-1990,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Repubblika ta' l-Awstrija qegħda b'dan tissieħeb għall-Konvenzjoni ta' l-1990.

Artikolu 2

1. L-uffiċjali msemmija fl-Artikolu 40(4) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 fir-rigward tar-Repubblika ta' l-Awstrija se jkunu:

(a) l-uffiċjali ta' l-öffentlicher Sicherheitsdienst (aġenziji responsabbli għaż-żamma tas-sigurtà pubblika), speċifikament:

- l-uffiċjali tal-Bundesgendarmerie (Ġendarmerija federali),

- l-uffiċjali tal-Bundessicherheitswachekorps (pulizija federali taħt il-kmand tal-Kap tal-Pulizija Federali lokali),

- l-uffiċjali tal-Kriminalbeamtenkorps (pulizija kriminali),

- l-uffiċjali tar-rechtskundiger Dienst bei Sicherheitsbehörden (dipartiment legali anness ma' l-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi), awtorizzati sabiex joħorġu ordnijiet diretti u jesegwixxu miżuri ta' sfurzar.

(b) uffiċjali tad-dwana, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim bilaterali addattati msemmija fl-Artikolu 40(6) tal-Konvenzjoni ta' l-1990, fir-rigward tal-poteri tagħhom b'konnessjoni mat-traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, traffikar fl-armi u l-isplussivi, u t-trasport illeċitu ta' skart tossiku u ta' periklu.

2. L-awtorita msemmija fl-Artikolu 40(5) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 fir-rigward tar-Repubblika ta' l-Awstrija se tkun: il-Generaldirektion für die öffentliche Sicherheit (Direttorat-Ġenerali għas-Sigurtà Pubblika) fil-Ministeru Federali ta' l-Intern.

Artikolu 3

L-uffiċjali msemmija fl-Artikolu 41(7) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 fir-rigward tar-Repubblika ta' l-Awstrija se jkunu:

1. l-uffiċjali tal-öffentlicher Sicherheitsdienst (aġenziji responsabbli għaż-żamma tas-sigurtà pubblika), speċifikament:

- l-uffiċjali tal-Bundesgendarmerie (Ġendarmerija federali),

- l-uffiċjali tal-Bundessicherheitswachekorps (pulizija federali taħt il-kmand tal-Kap tal-Pulizija Federali lokali),

- l-uffiċjali tal-Kriminalbeamtenkorps (pulizija kriminali),

- l-uffiċjali tar-rechtskundiger Dienst bei Sicherheitsbehörden (dipartiment legali anness ma' l-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi), awtorizzati sabiex joħorġu ordnijiet diretti u jesegwixxu miżuri ta' sfurzar.

2. uffiċjali tad-dwana, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim bilaterali addattati msemmija fl-Artikolu 41(10) tal-Konvenzjoni ta' l-1990, fir-rigward tal-poteri tagħhom b'konnessjoni mat-traffikar illeċitu ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, traffikar fl-armi u l-isplussivi, u t-trasport illeċitu ta' skart tossiku u ta' periklu.

Artikolu 4

Il-Ministeru kompetenti msemmi fl-Artikolu 65(2) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 rigward ir-Repubblika Portugiża se jkun il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja.

Artikolu 5

1. Dan il-Ftehim għandu jkun suġġett għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni. L-istrumenti tar-ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mal-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li għandu jinnotifika lill-Partijiet Miftiehma kollha bl-istess strumenti.

2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-depożitu ta' l-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni u approvazzjoni mill-Istati li għalihom il-Konvenzjoni ta' l-1990 daħlet fis-seħħ u mir-Repubblika ta' l-Awstrija.

Fir-rigward ta' Stati oħrajn, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-depożitu ta' l-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tagħhom, basta dan il-Ftehim ikun daħal fis-seħħ skond id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti.

3. Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jinnotifika lil kull wieħed mill-Partijiet Miftehma bid-data tad-dħul fis-seħħ.

Artikolu 6

Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jittrasmetti lill-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija kopja ċertifikata tal-Konvenzjoni ta' l-1990 fil-lingwa Olandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża u Spanjola.

Bħala xhieda ta' dan, il-firmatarji ta' hawn taħt, debitament awtorizzati għal dan l-iskop, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussel illum it-28 ta' April tas-sena elf disa' mija u ħamsa u disgħin f'kopja oriġinali individwali fil-lingwa Olandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża u Spanjola, bis-seba' testi jkunu ugwalment awtentiċi, u b'tali kopja oriġinali tibqa' depożitata fl-Arkivji tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li għandu jibgħat kopja ċertifikata lil kull wieħed mill-Partijiet Miftiehma.

Għall-Gvern tar-Renju tal-Belġju

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Ellenika

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' Spanja

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Franċiża

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Taljana

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' l-Olanda

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Portugiża

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ATT FINALI

I. Fil-mument ta' l-iffirmar tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija fil-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li fih ir-Repubblika Taljana u li fih ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika Ellenika issieħbu permezz tal-Ftehim iffirmati fis-27 ta' Novembru 1990, fil-25 ta' Ġunju 1991 u fis-6 ta' Novembru 1992 rispettivament, ir-Repubblika ta' l-Awstrija ffirmat għall-Att Finali, il-Minuti u d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri u Segretarji ta' l-Istat li ġew iffirmati fl-istess ħin ta' l-iffirmar tal-Konvenzjoni ta' l-1990.

Il-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija ffirma d-Dikjarazzjonijiet Konġunti u nnota id-Dikjarazzjonijiet unilaterali hemm kontenuti.

Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jittrasmetti lill-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija kopja ċertifikata ta' l-Att Finali, il-Minuti u d-Dikjarazzjoni konġunta tal-Ministri u Segretarji ta' l-Istat, li ġew iffirmati fi żmien l-iffirmar tal-Konvenzjoni ta' 1990, fil-lingwa Olandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża u Spanjola.

II. Fil-mument ta' l-iffirmar tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika Portugiża fil-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, li fiha r-Repubblika Taljana ssieħbet permezz tal-Ftehim iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, il-Partijiet Miftiehma adottaw id-Dikjarazzjonijiet li ġejjin:

1. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta' Adeżjoni

Il-Partijiet Kontraenti għandhom, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Adeżjoni, jinfurmaw lil xulxin dwar iċ-ċirkostanzi kollha li jistgħu ikollhom impatt sinifikanti fuq l-oqsma koperti mill-Konvenzjoni ta' l-1990 u t-tiġjib fis-seħħ tal-Ftehim ta' Adeżjoni.

Il-Ftehim ta' Adeżjoni m'għandux jinġieb fis-seħħ bejn l-Istati li għalihom il-Konvenzjoni ta' l-1990 inġiebet fis-seħħ u r-Repubblika ta' l-Awstrija sakemm il-prekondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' l-1990 ikunu ġew imwettqa f'dawn l-Istati u l-kontrolli fil-fruntieri esterni ikunu effettivi hemmhekk.

Fir-rigward ta' kull wieħed mill-Istati l-oħrajn, dan il-Ftehim ta' Adeżjoni m'għandux jinġieb fis-seħħ sakemm il-prekondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' l-1990 ikunu ġew imwettqa f'dak l-Istat u l-kontrolli fil-fruntieri esterni jkunu effettivi hemmhekk.

2. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta' l-1990

Il-Partijiet Miftiehma jispeċifikaw li fil-waqt ta' l-iffirmar tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija għall-Konvenzjoni ta' l-1990, l-arranġamenti komuni tal-viża imsemmija fl-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 għandhom jittieħdu bħala li jfissru l-arranġamenti komuni applikati mill-Partijiet Firmatarji ta' din il-Konvenzjoni sa mid-19 ta' Ġunju 1990.

III. Il-Partijiet Miftiehma ħadu nota tad-Dikjarazzjoni mir-Repubblika ta' l-Awstrija dwar il-Ftehim fuq l-Adeżjoni tar-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Portugiża, u r-Repubblika Ellenika.

Il-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija jinnota l-kontenut tal-Ftehim dwar is-Adeżjoni tar-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika Ellenika fil-Konvenzjoni ta' l-1990, iffirmati fis-27 ta' Novembru 1990, il-25 ta' Ġunju 1991 u s-6 ta' Novembru 1992 rispettivament u tal-kontenut ta' l-Atti Finali u d-Dikjarazzjonijiet annessi ma' l-imsemmija Ftehim.

Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jibgħat kopja ċertifikata ta' l-istrumenti fuq ċitati lill-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija.

Magħmul fi Brussel illum it-tmienja u għoxrin jum ta' April tas-sena elf disa' mija u ħamsa u disgħin f'kopja oriġinali individwali fil-lingwa Olandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża u Spanjola, bis-seba' testi ikunu ugwalment awtentiċi, u b'tali kopja oriġinali tibqa' depożitata fl-Arkivji tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li għandu jibgħat kopja ċertifikata lil kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti.

Għall-Gvern tar-Renju tal-Belġju

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Ellenika

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' Spanja

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Franċiża

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Taljana

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' l-Olanda

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Portugiża

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------