Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0308 - 0316
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Diċembru 1998 dwar l-użu kordinat ta' konsulenti dwar dokumenti (SCH/Com-ex (98) 59 rev.) IL-KUMITAT EŻEKUTTIV, Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, Wara li kkunsidra l-Artikoli 12 u 26 tal-Konvenzjoni msemmija hawn fuq, Wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 1998 (dokument SCH/Com-ex (98) dikj 3), IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: 1. Il-pjan għall-użu kordinat ta' konsulenti dwar dokumenti fir-rigward ta' traffiku ta' l-ajru u marittimu u fir-rigward ta' rappreżentazzjonijiet konsulari (dokument SCH/I-Front (98) 171 rev 4) qiegħed jiġi approvat. 2. Il-lista ta' postijiet li huma preżentament meqjusa bħala xierqa fil-prinċipju fir-rigward ta' karigi għal konsulenti dwar dokumenti u n-nominazzjoni ta' postijiet u reġjuni ewlenin preżenti (dokument SCH/I-Front (98) 184 rev 3) qiegħda tiġi nnutata. Berlin, is-16 ta' Diċembru 1998. Il-President C. H. Schapper -------------------------------------------------- SCH/I-Front (98) 171 rev 4 PRINĊIPJI DWAR IMPLIMENTAZZJONI Fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta' Settembru 1998, il-Kumitat Eżekuttiv saħaq fuq l-importanza speċjali ta' konsulenza dwar dokumenti sabiex tiġi kkumbattuta l-immigrazzjoni illegali fiż- żona Schengen (SCH/Com-ex (98) dikj 3). Il-Kumitat Eżekuttiv ħareġ ukoll mandat sabiex isiru arranġamenti prattiċi, li jidhru hawn isfel. L-użu kordinat ta' konsulenti dwar dokumenti fir-rigward ta' traffiku ta' l-ajru u marittimu u fir-rigward ta' rappreżentazzjonijiet konsulari, għandu jimxi skond il-pariri li ġejjin: 1. Arranġamenti għall-ħolqien ta' gruppi konġunti ta' konsulenti dwar dokumenti (a) L-Istati Schengen għandhom, fejn meħtieġ, jagħtu seminars ta' informazzjoni, li l-forma u t-tul tagħhom għandhom ivarjaw skond ir-rekwiżiti tal-każ individwali, dwar it-temi li ġejjin: Dawn l-attivitajiet ta' konsulenza għandhom jiġu provduti: - l-iskoperta ta' dokumenti foloz jew falsifikati, - modi operandi, - kisba ta' apparat għall-iskoperta ta' dokumenti foloz jew falsifikati, - regolamenti legali u regoli dwar kontrolli. Dawn l-attivitajiet ta' konsulenza għandhom jiġu provduti: - fir-rigward ta' linji ta' l-ajru jew kumpaniji ta' tbaħħir marittimu, - sabiex jassistu lir-rappreżentazzjonijiet konsulari ta' Stat Schengen wieħed jew iżjed Stati f'terzi pajjiżi, - sabiex jassistu lill-awtoritajiet tal-fruntieri jew awtoritajiet ta' immigrazzjoni f'ajruporti jew f'portijiet ta' tluq f'terzi pajjiżi. Il-konsulenti dwar dokumenti għandhom jassistu wkoll lill-kumpaniji tat-trasport u lill-personal responsabbli għall-kontrolli fit-tmexxija ta' kontrolli li jsiru qabel l-imbarkazzjoni f'ajruporti u f'portijiet ta' eżitu. L-Istati Schengen għandhom jimmiraw li jgħinu lill-konsulenti għal perjodu ta' ġimagħtejn jew tlieta. L-Istati Individwi jirriservaw id-dritt li jieħdu miżuri implimentattivi unilaterali. (b) L-Istati Schengen għandhom jinnominaw punti ta' kuntatt ċentrali li permezz tagħhom għandha tiġi komunikata l-ħtieġa għal pariri u l-kapaċità li jiġi provdut appoġġ, kif ukoll l-aspetti ta' organizzazzjoni kollha li għandhom x'jaqsmu mal-parir mogħti dwar dokumenti. Il-punt ta' kuntatt ċentrali ta' l-Istat Schengen li ppropona l-inkarigu għandu jkun responsabbli għall-kordinazzjoni ta' l-operazzjoni (tħejjija, implimentazzjoni u eżekuzzjoni fir-rigward ta' attivitajiet ta' għajnuna speċifiċi). Kemm il-Presidenza kif ukoll il-punt ta' kuntatt ewlieni għandhom jikkunsidraw l-attivitajiet paralleli li jsiru fil-qafas ta' l-UE. (ċ) Il-punti ċentrali ta' kuntatt għandhom jaħdmu direttament flimkien fuq bażi ta' fiduċja. (d) Il-punti ċentrali ta' kuntatt għandhom regolarment jiddeterminaw il-ħtieġa għal materjal ta' taħriġ, li għandu jiġi supplimentat fejn xieraq fuq il-bażi ta' esperjenza prattika, u għandhom jinfurmaw lil xulxin immedjatament dwar modi operandi ġodda. (e) Il-Presidenza fil-kariga għandha tikkonsulta lid-delegazzjonijiet sal-ħin xieraq dwar il-ħtieġa li jintalab finanzjament mill-UE (Odysseus) u - fir-rigward ta' arranġamenti prattiċi għall-korsijiet ta' taħriġ, l-appoġġ u l-produzzjoni ta' materjali ta' taħriġ - għandha tissottometti applikazzjoni għall-assistenza finanzjarja mal-programm Odysseus lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Presidenza ta' l-UE. L-ewwel waħda minn dawn l-applikazzjonijiet flimkien ma' definizzjoni tal-proġett li jrid isir (Stati parteċipanti, kordinazzjoni ta' gruppi, post, kontribuzzjoni finanzjarja) għandha tiġi ssottomessa l-aktar tard sal-31 ta' Marzu 1999 (data ta' għeluq għas-sottomissjoni). 2. Għażla ta' postijiet addattati għal karigi ta' konsulenti dwar dokumenti L-għażla ta' postijiet b'rappreżentazzjonijiet konsulari u (jew) uffiċji ta' kumpaniji tat-trasport f'pajjiżi barranin, li huma adattati għal karigi ta' konsulenti dwar dokumenti minħabba kif is-sitwazzjoni preżenti tapplika f'kull każ, għandha ssir mis-sottogrupp għall-Fruntieri f'nota separata. Anki jekk mhux imsemmi speċifikament fil-lista hawn fuq imsemmija, l-istaff tal-linja ta' l-ajru domestika u tal-kumpanija marittima li jittrasportaw nies fiż-żona Schengen għandhom jiġu offruti wkoll taħriġ li jiddependi fuq id-disponibbiltà ta' postijiet. Apparti dan, jekk ikun hemm postijiet biżżejjed, il-konsulenza dwar dokumenti tista' tiġi offruta wkoll lil kumpaniji tat-trasport li ma jservux direttament lid-destinazzjonijiet fiż-żona Schengen, imma li joperaw vjaġġi ta' provvista lil punti ta' tluq li jgħaqqdu bl-ajru u bil-baħar maż-żona Schengen. F'kull każ, darba l-proġetti ta' konsulenza individwali jkunu ġew definiti, għandu jsir kuntatt immedjat mar-rappreżentazzjonijiet konsulari u mal-kumpaniji tat-trasport. Fil-prinċipju, ir-rappreżentazzjonijiet konsulari kollha ta' l-Istati Schengen għandhom jiġu infurmati dwar l-għajnuna pjanata ta' konsuleti dwar dokumenti lir-rappreżentazzjonijiet fuq livell lokali. 3. Nominazzjoni ta' postijiet u reġjuni ewlenin L-użu ta' konsulenti dwar dokumenti għandu jkun ibbażat fuq evalwazzjoni tas-sitwazzjoni kurrenti. Is-sottogrupp għall-Fruntieri għandu jiddetermina l-postijiet ewlenin u r-reġjuni f'nota separata. 4. Profil ta' konsulent dwar dokumenti Staff li jipprovdi konsulenza dwar dokumenti jrid ikun addattat kemm professjonalment kif ukoll personalment. Għandu jkollu ta' mill-anqas ħames snin esperjenza f'posizzjoni eżekuttiva. Konsulenti dwar dokumenti għandu jkollhom biżżejjed għarfien tal-lingwa prinċipali wżata fit-traffiku bl-ajru u fuq il-baħar fil-post fejn jintbagħtu u għandu jkollhom kontroll tajjeb tat-terminoloġija bl-Ingliż li għandha x'taqsam ma' linji ta' l-ajru u dokumenti (materjal ta' taħriġ IATA). Uffiċjali li jaħdmu bħala konsulenti dwar dokumenti jrid ikollhom ukoll is-sengħa pedagoġika u didattika meħtieġa għal din l-attività. 5. Arranġamenti dwar rapportar u pjanijiet għal aktar żviluppi Wara l-missjoni, il-konsulenti dwar id-dokumenti għandhom jabbozzaw rapport bil-miktub dwar kif tkun marret il-kariga u l-punti debboli li jkunu sabu, dwar il-modus operandi u l-kontro-miżuri diġà ttieħdu. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Istat mexxej u lis-Segretarjat ta' Schengen għal distribuzzjoni lid-delegazzjonijiet kollha fis-Sotto-Grupp għall-Fruntieri. Il-Presidenza fl-uffiċċju għandha tabbozza rapport imqassar li jrid jiġi ssottomess lill-Grupp ta' Xogħol I dwar Pulizija u Sigurtà kull nofs sena tal-kalendarju fir-rigward ta' l-attivitajiet li jkunu saru waqt dak il-perjodu ta' sitt xhur, u jrid jinkludi analiżi. Il-Presidenza għandha tagħmel ukoll proposti għal proċedura ulterjuri, inkluż l-ippjanar ta' miżuri ta' konsultazzjoni ulterjuri u titjib tekniku jew tattiku, u għandha mbagħad tissottomettihom lis-Sotto-Grupp għall-Fruntieri. -------------------------------------------------- SCH/I-front (98) 184 rev 3 UŻU KORDINAT TA' KONSULENTI DWAR DOKUMENTI GĦAT-TRAFFIKU TA' L-AJRU U MARITTIMU U F'RAPPREŻENTAZZJONIJIET KONSULARI Għażla ta' postijiet preżentament meqjusa bħala xierqa fil-prinċipju għal karigi ta' konsulenti dwar dokumenti u nominazzjoni ta' postijiet u reġjuni li preżentament huma mmarkati għall-għażla I. Għażla ta' postijiet addattati għal karigi ta' konsulenti dwar dokumenti Fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti, rappreżentazzjonijiet konsulari u/jew uffiċji barranin ta' linji ta' l-ajru u ta' kumpaniji marittimi fil-postijiet li ġejjin huma kkunsidrati bħala addattati fil-prinċipju għal karigi ta' konsulenti dwar dokumenti (il-lista għandha tiġi aġġornata meta tinqala' l-ħtieġa): - Abidjan (Côte d'Ivoire) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Franza, il-Portugall - Abu Dhabi (l-Emirati Uniti Għarab) Mitjar importanti ta' transitu għal titjiriet lejn l-Ewropa, għalhekk il-pariri u t-taħriġ għandhom ikunu partikolarment għall-benefiċċju tal-linji ta' l-ajru - Akkra (Gana) Linji ta' l-ajru - Ankara (Turkija) Linji ta' l-ajru - Bamako (Mali) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Franza - Bangkok (Tajlandja) Linji ta' l-ajru - Bissau (Guinea Bissaw) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Il-Portugall - Brazzaville (Kongo) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Franza - Casablanca (il-Marokk) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Spanja - Colombo (ix-Sri Lanka) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Franza - Dacca (il-Bangladexx) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Franza - Dakar (is-Senegal) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Franza, il-Portugall, Spanja - Douala (il-Kamerun) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Franza - Dubaj (l-Emirati Uniti Għarab) Mitjar importanti ta' transitu għal titjiriet lejn l-Ewropa, għalhekk il-pariri u t-taħriġ għandu jkun partikolarment għall benefiċċju tal-linji ta' l-ajru - il-Ħaiti Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Franza - Belt ta' Ho Chi Minh (il-Vjetnam) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Franza - Hong Kong Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Franza - Islamabad (il-Pakistan) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Spanja - Istanbul (it-Turkija) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Spanja - Karachi (il-Pakistan) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Ġermanja (konsulenza u taħriġ intensiv mixtieqa). - Kiev (l-Ukraina) Rappreżentazzjonijiet: Il-Portugall - Kuwajt Linji ta' l-ajru - Lagos (in-Niġerja) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Ġermanja, Franza, Spanja. - Lima (il-Peru) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Spanja - Luwanda (l-Angola) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Il-Portugall - Macao Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Il-Portugall - Malabo (il-Guinea Ekwatorjali) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Spanja - Maputo (il-Mozambik) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Il-Portugall - Moska (ir-Russja) Linji ta' l-ajru - Nador (il-Marokk) Rappreżentazzjonijiet: Spanja - Nairobi (il-Kenja) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Ġermanja, Franza - Peking (iċ-Ċina) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Franza, Spanja - Praia (il-Cape Verde) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Il-Portugall - Rabat (il-Marokk) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Spanja - Rio de Janeiro (il-Brażil) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Il-Portugall - - S. Tomé (S. Tomé e Principe) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Il-Portugall - Sal (il-Cape Verde) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Il-Portugall - Sanaa (il-Jemen) Linji ta' l-ajru - Santo Domingo (ir-Repubblika Dominikana) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Spanja - Xangaj (iċ-Ċina) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Franza - Skopje (l-Ex- Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) Linji ta' l-ajru - Tanġiers (il-Marokk) Linji ta' l-ajru Kumpaniji marittimi Rappreżentazzjonijiet: Spanja - Tetuan (il-Marokk) Rappreżentazzjonijiet: Spanja - Tirana (l-Albanija) Linji ta' l-ajru - Tunis (it-Tuniżija) Linji ta' l-ajru - Yaounde (il-Kamerun) Linji ta' l-ajru Rappreżentazzjonijiet: Franza II. Nominazzjoni ta' postijiet u reġjuni ewlenin Mill-postijiet magħżula fis-sezzjoni I hawn fuq, l-użu ta' konsulenti dwar dokumenti, li għandhom ikunu bbażati fuq evalwazzjoni tas-sitwazzjoni kurrenti, huwa meqjus bħala prijorità partikolari fil-postijiet li ġejjin. Din il-lista m'hijiex finali. Il-lista se tiġi aġġornata skond il-ħtieġa. - Abidjan - Abu Dhabi - Accra - Bamako - Brazzaville - Casablanca - Dakar - Dubaj - Istanbul - Lagos - Moska - Tirana - Tunis L-għan għandu jkun l-użu koodinat u immedjat ta' konsulenti dwar dokumenti fil-postiiet li jidhru hawn fuq. Apparti dan, konsulenti dwar dokumenti għandhom jintbagħtu fil-postijiet li ġejjin (fl-ordni li tidher hawn isfel) kemm jista' jkun malajr: - Bangkok - Ankara - Karachi - Nairobi - Sanaa - Skopje --------------------------------------------------