41998D0021



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0200 - 0201


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

tat-23 ta' Ġunju 1998

dwar l-ittimbrar tal-passaporti ta' l-applikanti għal viża

(SCH/Kom-ex (98)21)

IL-KUMITAT EŻEKUTTIV,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni li jimplimenta l-Ftehim ta' Schengen,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni hawn fuq imsemmija,

Billi huwa fl-interess ta' l-imsieħba kollha ta' Schengen li jarmonizzaw, bil-kunsens reċiproku, il-proċeduri tagħhom sabiex joħorġu l-viżi bħala parti mill-politika komuni tagħhom dwar il-moviment libertà tal-persuni sabiex Iwaqqfu lill-istess persuna milli tapplika għal iżjed minn viża waħda;

Billi jixtiequ li jsaħħu l-koperazzjoni konsulari bl-iskop li jikkumbattu l-immigrazzjoni illegali u xbieki illegali;

Ibbażat fuq il-Kapitolu VIII ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (CCI) [1] dwar il-koperazzjoni konsulari fuq livell lokali;

Billi l-iskambju reċiproku ta' informazzjoni bejn l-imsieħba ta' Schengen dwar il-fatt li applikazzjoni għall-viża saret fi stat minn tagħhom hija mod kif jinżamm milli jkun hemm applikazzjonijiet diversi jew konsekuttivi;

Billi t-twaħħil ta' timbru sabiex jidentifika applikazzjonijiet għall-viża huwa mezz li jwaqqaf lill-istess persuna milli tapplika għal iħjed minn viża waħda jew suċċessivament għall-istess viża;

Billi l-istandardizzazzjoni tal-prattika fejn it-timbru tal-pajjiż jiġi mwaħħal fuq l-applikkazzjonijiet kollha għall-viża irrispettivament mill-pajjiz fejn dawn isiru għandu jgħin sabiex titnaqqas kwaunkwe nuqqas ta' ħeġġa li jistgħu joħolqu prattiċi differenti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1. It-timbru għandu jiġi mwaħħal fuq il-passaporti ta' l-applikanti għall-viża kollha. Il-missjoni jew post kompetenti li jirċievi l-applikazzjoni għandu jiddeċiedi jekk iwaħħalx it-timbru fuq passaporti diplomatiċi u tas-servizz.

2. It-timbru għandu jkollu tielet spazju riżervat għall-kodiċi tat-tip ta'viża rikjesta.

3. It-timbru jista'ukoll jitwaħħal f'każ ta'applikazzjonijiet għall-viża għal tul ta' żmien.

4. It-timbru għandu wkoll jitwaħħal meta Stat Sli jifforma parti mix-Schengen ikun qed jirrapreżenta Stat ieħor li jifforma parti mix-Schengen. F'dan il-każ, it-tielet spazju riżervat għall-kodiċi assenjat għat-tip ta' viża rikjesta għandu jkollu nota li tindika li l-Istat qed jirrapreżenta Stat ieħor.

5. F'cirkostanzi eċċezzjonali meta ma jkunx prattikabbli li jitwaħħal timbru, il-missjoni jew postazzjoni tal-Presidenza in kariga għandha tinforma lill-grupp ta' Schengen rilevanti, wara li tikkonsulta fuq livell konsulari lokali, u għandha tissottometti għall-approvazzjoni tal-grupp proposta alternattiva, per eżempju li jinvolvi l-iskambju ta' fotokopji ta' passaporti jew listi ta' applikazzjonijiet għall-viża li ġew miċħuda flimkien ma' raġunijiet għar-rifjut.

6. Bħala konsegwenza tal-punt 2, Kapitolu VIII tas-CCI għandu jkun emendat kif ġej:

"l-iskambju ta'informazzjoni bejn il-missjonijiet u l-postazzjonijiet u l-identifikazzjoni tal-applikazzjonijiet permezz ta'timbru jew permezz ta'modi oħra huma mmirati sabiex jipprevenu milli l-istess persuna tapplika għal viżi multipli jew suċċessivi, jew waqt li applikazzjoni tkun qed tiġi eżaminata, jew wara li applikazzjoni tkun ġiet rifjutata, bl-istess missjoni jew post jew minn missjoni jew post differenti.

Mingħajr preġudizzju għall-konsultazzjoni li tista' ssir bejn il-missjonijiet u l-postazzjonijiet u l-iskambju ta' informazzjoni li huma jistgħu jwettqu, il-missjoni jew postazzjoni li tirċievi applikazzjoni għandha twaħħal mal-passaporti tal-applikanti tal-viżi kollha timbru li jistipula illi "Saret applikazzjoni ghall-Viża għal fil-… fit-…" L-ispazju li hemm wara "fil-" għandu jimtela permezz ta' sitt figuri (tnejn għall-ġurnata, tnejn għax-xahar u tnejn għas-sena); it-tieni spazju għandu jiġi riżervat għall-missjoni diplomatika jew postazzjoni konsulari konċernata; it-tielet spazju għandu jimtela mit-tip ta' kodiċi tal-viża mitluba.

Il-missjoni jew postazzjoni kompetenti li jirċievu l-applikazzjoni għandhom jiddeċiedu jekk iwaħħlux it-timbru jew le fuq il-passaporti diplomatiċi u tas-servizz.

It-timbru jista' wkoll jitwaħħal f'każi ta' applikazzjonijiet għall-viżi għal tul ta' żmien.

Meta Stat li jifforma parti mix-Schengen ikun qed jirrappreżenta Stat ieħor li jifforma parti mix-Schengen, it-tielet spazju fuq it-timbru għandu juri, wara t-tip ta' kodici tal-viża rikjesta, l-indikazzjoni "R" segwita mill-kodiċi li jirrappreżenta lis-Stat.

Fejn il-viża tinħareġ, l-isticker għandha, kemm jista' jkun, titwaħħal fuq it-timbru ta' identifikazzjoni.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali meta ma jkunx prattiku li t-timbru jitwaħħal, il-missjoni jew il-postazzjoni tal-Presidenza in kariga għandha tinforma lill-grupp ta' Schengen relevanti u tissottometti għall-approvazzjoni tal-grupp proposta alternattiva, per eżempju li tinvolvi l-skambju ta' fotokopji ta' passaporti jew listi ta' applikazzjonijiet għall-viżi li ġew miċħuda flimkien mar-raġunijiet għar-rifjut.

Il-kapijiet tal-missjonijiet diplomatiċi jew postazzjonijiet konsulari jistgħu, fuq inizjattiva tal-Presidenza, jadottaw miżuri preventivi addizzjonali fuq livelli lokali, jekk ċerti miżuri jirriżultaw li jkunu meħtieġa."

Ostend, it-23 ta'Ġunju 1998.

Il-President

L. Tobback

[1] Ara dokument SCH/Kum-ex (99)13.

--------------------------------------------------