41998D0011



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0452 - 0452


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

tal-21 ta' April 1998

dwar C.SIS b'15/18 konnessjonijiet

(SCH/Com-ex (98) 11)

IL-KUMITAT EŻEKUTTIV,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 132(3) tal-Konvenzjoni li jimplimenta l-Ftehim ta' Schengen,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 92(3) tal-Konvenzjoni msemmija hawn fuq,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv dwar ir-Revizjoni u estensjoni tas-C.SIS (SCH/Kum-ex (97) 24),

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-gruppi tekniċi, approvati mill-Grupp Ċentrali fil-laqgħa tiegħu fit-30 ta' Marzu 1998,

IDDEĊIDA DAN LI ĠEJ:

Is-C.SIS revedut għandu jipprovdi tmintax-il konnessjoni - ħmistax-il konnessjoni għall-Istati Firmatarji u tliet riservi ta' konnessjonijiet tekniċi.

Brussel, il-21 ta' April 1998.

Il-President

J. Vande Lanotte

--------------------------------------------------