Official Journal C 194 , 25/06/1997 P. 0004 - 0004
Id-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-istati membri tat-2 ta' Ġunju 1997 li tistabbilixxi s-sede taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija (97/Ċ 194/02) IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI, Wara li kkunsidraw l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija [1], Billi huwa meħtieġ li jkun stabbilit is-sede taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija, IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija għandu jkollu s-sede tiegħu ġewwa Vjenna. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni, li għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandha tidħol fis-seħħ fl-istess jum bħar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija. Magħmula fil-Lussemburgu, fit-2 ta' Ġunju 1997. Il-President Hans Van Mierlo [1] ĠU L 151, ta' l-10.6.1997, pġ. 1. --------------------------------------------------