41993D0021



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0151 - 0153


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

ta' l-14 ta' Diċembru 1993

li jġedded il-viża uniformi

(sch/kom-ex (93)21)

IL-KUMITAT EŻEKUTTIV,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenjzoni li timplimenta l-Ftehim Schengen,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 17(3)(e) tal-Konvenzjoni hawn fuq imsemmija,

IDDEĊIDA DAN LI ĠEJ:

Il-viża uniformi għandha tiġi mġedda skond il-prinċipji komuni preskritti fid-dokument anness ma' dan id-dokument.

Pariġi, l-14 ta' Diċembru 1993.

Il-President

A. Lamassoure

--------------------------------------------------

L-ANNESS DWAR IT-TIĠDIF TAL-VIŻI UNIFORMI

IL-PRINĊIPJI KOMUNI

1. L-Artiklu 17(3)(e) tal-Konvenzjoni li Timplimentata jippreskrivvi li l-Kumitat Eżekuttiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għat-tiġdid tal-viżi skond l-interessi tal-Partijiet kollha Kontraenti. Din id-dispożizzjoni għandha tkun il-bażi legali għall-prinċipji komuni ddefiniti hawn taħt.

2. Il-viża tista' tkun imġedda jekk fatti oħra ġodda jqumu minn meta kienet inħarġet il-viża. L-applikazzjonijiet biex tkun imġedda l-viża fuq il-bażijiet li ġejjin għandhom ikollhom magħhom il-provi meħtieġa: forza maġġura, umanitarja, raġunijiet serji okkupazzjonali jew personali. L-applikazzjonijiet ma jistgħux, taħt ebda ċirkostanza, jirriżultataw fil-għan li l-viża tinbidel. Għandha tkun l-awtorità amministrattiva kompetenti li tiddeċidi jekk ir-raġuni attwalment mogħtija tikonstitwixxix jew le l-bażi għat-tiġdid.

3. L-estensjoni ta' viża ma għandhiex tirriżulta f'durata li teċċedi 90 ġurnata.

4. Il-viża tista' tkun imġedda bi qbil mal-proċeduri nazzjonali.

5. L-awtorità kompetenti għandha tkun dik tal-Parti Kontaenti li fuq it-territorju tagħha l-aljen ikun meta l-applikazzjoni tiġi sottomessa anki jekk l-estensjoni tal-viża tfisser li l-applikant ikun se jsiefer għat-territorju ta' Parti Kontraenti oħra.

F'kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti, l-awtoritajiet amministrattivi li ġejjin għandhom ikunu responsabbli biex iġġeddu l-viża:

France: | Prefectures (f'Pariġi, il-kwartieri ġenerali tal-pulizija). |

Spain: | għal passaporti ordinarji: "gobiernos civiles y por su delegación las comisarias de policía" (prefectures u, fejn awtorizzat mid-delegazzjoni, l-għases tal-pulizija); għall-passaporti diplomatiċi u tas-servizz: "Ministerio de Asuntos Exteriores" (Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. |

L-Italja | "Ufficio degli Stranieri (Questure Republica)" Id-Dipartiment ta' l-Alieni. (Prefectures tal-pulizija tar-Reppublika Taljana). |

Il-Greċja | "Υπεργειο Δημοσιας Ταξης (Γραφεια Αλλοδαπων)" (Ministry of Public Order – Aliens Department). |

Il-Portugall: | "Serviço de Estrangeiros e Fronteiras""Ministério da Administracão Interna" (Id-Dipartiment ta' l-Alieni u l-Fruntieri fil-Ministeru ta' l-Intern). |

il-Ġermanja: | "Ausländeramt der jeweiligen Stadt oder des Landkreises" (Id-Dipartiment ta' Alieni tal-pajjiż jew id-distrett amministrattiv). |

Il-Belġju: | għal viżas ordinarji: Il-Ġvernijiet tal-Provinċja; għall-viżi diplomatiċi u tas-servizz: Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. |

L-Olanda: | għall-viżi ordinarji: "Hoofden van de plaatselijke politie" (Il-Kapijiet tal-Pulizija Lokali); għal viżi diplomatiċi u tas-servizz: "Ministerie van Buitenlandse Zaken" (Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin). |

Il-Lussemburgu | għal viżi kollha: l-uffiċċji tal-passaport u l-viża fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. |

6. Skond il-proċeduri nazzjonali, l-estensjoni ta' viżi uniformi għandha tieħdu l-forma ta', viża ġdida li teħel jew timbru.

7. Tista' tintalab miżata għall-estensjoni tal-viżi.

8. Meta l-applikanti huma nazzjonali tal-pajjiżi, jew huma ta' xi kategorija suġġetta minn wieħed jew aktar Partijiet Kontraenti għall-proċedura ta' konsultazzjoni li tinvolvi l-awtoritajiet ċentrali, it-tiġdid tal-viża għandu jkompli jkun iggarantit biss f'każijiet eċċeżjonali. Jekk il-viża hija mġedda, l-awtorità ċentrali tal-pajjiż li rapreżentant konsulari tiegħu ħareġ il-viża għandu jkun infurmat b'dan.

9. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-awtorità amministrattiva li ġġedded il-viża, il-viża mġedda għandha tibqa' viża uniformi, li tintitola d-dħul għat-territorju tal-Partijiet kollha Kontraenti li għalihom l-viża kienet valida fil-ħin tal-ħruġ.

--------------------------------------------------