30.6.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 160/11 |
KONVENZJONI
dwar l-Eliminazzjoni Tat-Taxxa Doppja in Konnessjoni ma' l-Aġġustament tal-Qligħ ta' Intrapriżi Assoċjati
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA GĦAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI:
Philippe de SCHOUTHEETE de TERVARENT,
Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju;
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA:
Niels HELVEG PETERSEN,
Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA:
Theo WAIGEL,
Ministru Federali tal-Finanzi;
Jürgen TRUMPF,
Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA:
Ioannis PALAIOKRASSAS,
Ministru tal-Finanzi;
IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA' SPANJA:
Carlos SOLCHAGA CATALÁN,
Ministru ta' l-Affarjiet Ekonomiċi u l-Finanzi;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA:
Jean VIDAL,
Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju;
IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA:
Albert REYNOLDS,
Ministru tal-Finanzi;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA:
Stefano DE LUCA,
Segretarju ta' l-Istat għall-Finanzi;
L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU:
Jean-Claude JUNCKER,
Ministru għall-Budget, Ministru tal-Finanzi, Ministru tax-Xogħol,
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA:
P.C. NIEMAN,
Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju;
IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA:
Miguel BELEZA,
Ministru tal-Finanzi;
IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ:
David H.A. HANNAY KCMG,
Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju;
QABLU KIF ĠEJ:
KAPITOLU I
FIRXA TA' APPLIKAZZJONI TAL-KONVENZJONI
Artikolu 1
1. Din il-Konvenzjoni għandha tapplika fejn, għall-finijiet ta' taxxa, qligħ li huwa inkluż fil-qligħ ta' intrapriża ta' Stat Kontraenti huma wkoll inklużi jew probabbli jiġu inklużi wkoll fil-qligħ ta' intrapriża ta' Stat Kontraenti ieħor fuq il-bażi li l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u applikati direttament jew f'dispożizzjonijiet korrispondenti tal-liġi ta' l-Istat konċernat ma ġewx osservati.
2. Għall-finijiet ta' din il-Konvenzjoni, l-istabbiliment permanenti ta' intrapriża ta' Stat Kontraenti li tinsab fi Stat Kontraenti ieħor għandha titqies li hi intrapriża ta' l-Istat li tinsab fih.
3. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll fejn xi waħda mill-intrapriżi konċernati għamlu telf minflok qligħ.
Artikolu 2
1. Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għal taxxi fuq id-dħul.
2. It-taxxi eżistenti li għalihom għandha tapplika din il-Konvenzjoni huma, b'mod partikolari dawn li ġejjin:
(a) |
fil-Belġju:
|
(b) |
fid-Danimarka:
|
(ċ) |
fil-Ġermanja:
|
(d) |
fil-Greċja:
|
(e) |
fi Spanja:
|
(f) |
fi Franza:
|
(g) |
fl-Irlanda:
|
(h) |
fl-Italja:
|
(i) |
fil-Lussemburgu:
|
(j) |
fl-Olanda:
|
(k) |
fil-Portugall:
|
(l) |
fir-Renju Unit:
|
3. Il-Konvenzjoni għandha tapplika wkoll għal kwalunkwe taxxi identiċi jew simili li huma mposti wara d-data tal-firma tagħha flimkien ma', jew minflok taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Kontraenti għandhom jinformaw lil xulxin bi kwalunkwe tibdiliet magħmula fil-liġijiet domestiċi rispettivi.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Taqsima I
Definizzjonijiet
Artikolu 3
1. Għall-finijiet ta' din il-Konvenzjoni: “awtorità kompetenti” għandha tfisser:
— fil-Belġju |
: |
De Minister van Financiën jew rappreżentant awtorizzat, Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat, |
— fid-Danimarka |
: |
Skatteministeren jew rappreżentant awtorizzat, |
— fil-Ġermanja |
: |
Der Bundesminister der Finanzen jew rappreżentant awtorizzat, |
— fil-Greċja |
: |
Ο Υπουργός των Οικονομικών |
— fi Spanja |
: |
El Ministro de Economía y Hacienda jew rappreżentant awtorizzat, |
— fi Franza |
: |
Le Ministre chargé du budget jew rappreżentant awtorizzat, |
— fl-Irlanda |
: |
The Revenue Commissioners jew rappreżentant awtorizzat, |
— fl-Italja |
: |
Il Ministro delle Finanze jew rappreżentant awtorizzat, |
— fil-Lussemburgu |
: |
Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat, |
— fl-Olanda |
: |
De Minister van Financiën jew rappreżentant awtorizzat, |
— fil-Portugall |
: |
O Ministro das Finanças jew rappreżentant awtorizzat, |
— fir-Renju Unit |
: |
The Commissioners of Inland Revenue jew rappreżentant awtorizzat. |
2. Kwalunkwe terminu mhux definit fil-Konvenzjoni għandu, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor, ikollu s-sens li għandu taħt il-konvenzjoni dwar it-taxxa doppja bejn l-Istati konċernati.
Sezzjoni II
Il-Prinċipji li japplikaw għall-aġġustament ta' qligħ ta' intrapriżi assoċjati u għall-attribuzzjoni ta' qligħ għal stabbilimenti permanenti
Artikolu 4
Il-prinċipji li ġejjin għandhom jiġu osservati fl-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni:
1) |
Fejn:
u fiż-żewġ każijiet kondizzjonijiet huma magħmula jew imposti bejn iż-żewġ intrapriżi fir-relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li huma differenti minn dawk li kieku jiġu magħmula bejn intrapriżi indipendenti, imbagħad kwalunkwe qligħ li, kieku mhux minħabba dawk il-kondizzjonijiet, kien jakkumula f'idejn waħda mill-intrapriżi, imma, minħabba dawk il-kondizzjonijiet, m'akkumulax b'dan il-mod, jista' jiġi inkluż fil-qligħ ta' dik l-intrapriża u intaxxat f'dan is-sens. |
2) |
Fejn intrapriża ta' Stat Kontraenti tagħmel negozju fi Stat Kontraenti ieħor permezz ta' stabbiliment permanenti li jinsab hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti l-qligħ li jista' jiġi mistenni li jagħmel kieku kien intrapriża distinta u separata involuta fl-istess attivitajiet jew f'attivitajiet simili taħt l-istess kondizzjonijiet jew kondizzjonijiet simili u li għandha x'taqsam b'mod kompletament indipendenti ma' l-intrapriża li tagħha hija stabbiliment permanenti. |
Artikolu 5
Fejn Stat Kontraenti bi ħsiebu jaġġusta l-qligħ ta' intrapriża skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4, għandu jinforma lill-intrapriża bl-azzjoni intiża fi żmien dovut u jagħtiha l-opportunità li tinforma lill-intrapriża l-oħra sabiex b'hekk tagħti lil dik l-intrapriża l-oħra l-opportunità biex hi mbagħad tinforma lill-Istat Kontraenti l-ieħor.
Madankollu, l-Istat Kontraenti li jkun qed jipprovdi tali informazzjoni m'għandux jiġi ostakolat milli jagħmel l-aġġustament propost.
Jekk wara li tali informazzjoni tkun ġiet mogħtija ż-żewġ intrapriżi u l-Istat Kontraenti l-ieħor jaqblu ma' l-aġġustament, l-Artikoli 6 u 7 m'għandhomx japplikaw.
Sezzjoni III
Ftehim Reċiproku u Proċedura ta' arbitraġġ
Artikolu 6
1. Fejn intrapriża tikkunsidra li, fi kwalunkwe każ li tapplika għalih din il-Konvenzjoni, il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 ma ġewx osservati, tista', irrispettivament mir-rimedji previsti mil-liġi domestika ta' l-Istati Kontraenti konċernati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Kontraenti ta' liema hi intrapriża jew li fih jinsab l-istabbiliment permanenti tagħha. Il-każ irid jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin mill-ewwel notifika ta' l-azzjoni li tirriżulta jew li probabbli tirriżulta f'taxxa doppja fis-sens ta' l-Artikolu 1.
L-intrapriża għandha fl-istess ħin tinnotifika lill-awtorità kompetenti jekk Stati Kontraenti oħra jistgħu jkunu konċernati fil-każ. L-awtorità kompetenti għandha mbagħad mingħajr dewmien tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Kontraenti l-oħra.
2. Jekk l-ilment jidher li għandu bażi soda u jekk mhix kapaċi hi nnifisha tasal għal soluzzjoni sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti għandha tistinka biex issolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma' l-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Kontraenti ieħor konċernat, bil-ħsieb ta' l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4. Kwalunkwe ftehim reċiproku li jintlaħaq għandu jiġi implimentat irrispettivament minn kwalunkwe limiti ta' żmien preskritti mil-liġijiet domestiċi ta' l-Istati Kontraenti konċernati.
Artikolu 7
1. Jekk l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jaslux għal ftehim li jelimina t-taxxa doppja msemmija fl-Artikolu 6 fi żmien sentejn mid-data li fiha l-każ kien sottomess l-ewwel darba lil waħda mill-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 6(1), għandhom jistabbilixxu kummissjoni konsultattiva bir-responsabbiltà li tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in kwistjoni.
L-intrapriżi jista' jkollhom rikors għar-rimedji disponibbli għalihom taħt il-liġi domestika ta' l-Istati Kontraenti konċernati; madankollu, fejn il-każ ġie hekk sottomess lil qorti jew tribunal, it-terminu ta' sentejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinħadem mid-data li fih ġiet mogħtija s-sentenza tal-qorti ta' l-appel finali.
2. Is-sottomissjoni tal-każ lill-kummissjoni konsultattiva m'għandhiex tostakola lil Stat Kontraenti milli jibda jew ikompli proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti għal pieni amministrattivi fir-rigward ta' l-istess kwistjonijiet.
3. Fejn il-liġi domestika ta' Stat Kontraenti ma tippermettix lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat biex jidderogaw mid-deċiżjonijiet tal-korpi ġudizzjarji tagħhom, il-paragrafu 1 m'għandux japplika sakemm l-intrapriża assoċjata ta' dak l-Istat ma tkunx ħalliet iż-żmien previst għal appell biex jiskadi, jew ma tkunx irtirat kwalunkwe tali appell qabel ma tkun ġiet mogħtija deċiżjoni. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex taffettwa l-appell jekk u sa fejn tirrelata ma' kwistjonijiet għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6.
4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu bi ftehim reċiproku u bil-qbil ta' l-intrapriżi assoċjati konċernati jirrinunzjaw għal-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 1.
5. Sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 4 m'humiex applikati, id-drittijiet ta' kull waħda mill-intrapriżi assoċjati, kif stabbilit fl-Artikolu 6, m'għandhomx ikunu affettwati.
Artikolu 8
1. L-awtorità kompetenti ta' Stat Kontraenti m'għandhiex tkun obbligata tibda l-proċedura ta' ftehim reċiproku jew li tistabbilixxi l-kummissjoni konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7 fejn proċedimenti legali jew amministrattivi rriżultaw f'sentenza finali li b'azzjonijiet li jagħtu lok għal aġġustament ta' trasferimenti ta' qligħ taħt l-Artikolu 4 waħda mill-intrapriżi konċernati tista' tiġi mogħtija piena serja.
2. Fejn proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi, mibdija bil-ħsieb ta' sentenza li b'azzjonijiet li jwasslu għal aġġustament ta' qligħ taħt l-Artikolu 4 waħda mill-intrapriżi konċernati setgħet tiġi mogħtija piena serja, qed jiġu mwettqa simultanjament ma' kwalunkwe mill-proċedimenti msemmija fl-Artikoli 6 u 7, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżommu l-proċedimenti msemmija l-aħħar sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi jkunu ġew konklużi.
Artikolu 9
1. Il-kummissjoni konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(1) għandha tikkonsisti fi, flimkien mal-President tagħha:
— |
żewġ rappreżentanti ta' kull awtorità kompetenti konċernata; dan in-numru jista' jiġi mnaqqas għal wieħed bi ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti; |
— |
numru indaqs ta' persuni indipendenti ta' pożizzjoni għandhom jiġu maħtura bi ftehim reċiproku mil-lista ta' persuni msemmija fil-paragrafu 4 jew, fin-nuqqas ta' ftehim, bit-tlugħ bil-polza mill-awtoritajiet kompetenti konċernati. |
2. Meta l-persuni indipendenti ta' pożizzjoni huma maħtura, għandu jiġi maħtur supplenti għal kull wieħed minnhom skond ir-regoli għall-ħatra tal-persuni indipendenti f'każ li l-persuni indipendenti huma ostakolati milli jwettqu d-doveri tagħhom.
3. Fejn tiġi mtella' l-polza, kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti tista' toġġezzjona għall-ħatra ta' kwalunkwe persuna indipendenti partikolari ta' pożizzjoni fi kwalunkwe ċirkostanza miftehma minn qabel bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati jew f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
— |
fejn dik il-persuna hija parti minn jew qed taħdem f'isem waħda mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa konċernati; |
— |
fejn dik il-persuna għandha, jew kellha, sehem kbir fi, jew hija jew kienet impjegata ta', jew konsulent għal, waħda mill-intrapriżi assoċjati jew kull waħda minnhom; |
— |
fejn dik il-persuna ma toffrix garanzija suffiċjenti ta' oġġettività għar-risoluzzjoni tal-każ jew tal-każijiet li jridu jiġu deċiżi. |
4. Il-lista ta' persuni indipendenti ta' pożizzjoni għandha tikkonsisti mill-persuni indipendenti kollha nominati mill-Istati Kontraenti. Għal dan il-għan kull Stat Kontraenti għandu jinnomina ħames persuni u għandu jinforma lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej b'dan.
Tali persuni jridu jkunu ċittadini ta' Stat Kontraenti u residenti fit-territorju li għalih tapplika din il-Konvenzjoni. Iridu jkunu kompetenti u indipendenti.
L-Istati Kontraenti jistgħu jagħmlu tibdiliet fil-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu; għandhom jinfurmaw lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej b'dan mingħajr dewmien.
5. Ir-rappreżentanti u l-persuni indipendenti ta' pożizzjoni maħtura skond il-paragrafu 1 għandhom jeleġġu President minn fost dawk il-persuni ta' pożizzjoni fuq il-lista msemmija fil-paragrafu 4, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull awtorità kompetenti konċernata li toġġezzjona għall-ħatra tal-persuna ta' pożizzjoni hekk magħżula f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.
Il-President irid ikollu l-kwalifiki meħtieġa biex jinħatar fl-ogħla pożizzjonijiet ġudizzjarji fil-pajjiż tiegħu jew ikun ġurist ta' kompetenza magħrufa.
6. Il-membri tal-kummissjoni konsultattiva għandhom iżommu sigrieta l-kwistjonijiet kollha li jsiru jafu bihom bħala riżultat tal-proċedimenti. L-Istati Kontraenti għandhom jadottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jippenalizzaw kwalunkwe ksur ta' l-obbligi ta' segretezza. Għandhom, mingħajr dewmien, jinfurmaw lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej bil-miżuri meħuda. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tinforma lill-Istati Kontraenti l-oħra.
7. L-Istati Kontraenti għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kummissjoni konsultattiva tiltaqa' mingħajr dewmien ladarba jiġu referuti lilha każijiet.
Artikolu 10
1. Għall-finijiet tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 7, l-intrapriżi assoċjati konċernati jistgħu jipprovdu kwalunkwe informazzjoni, prova jew dokumenti li jidhrilhom li probabbilment ikunu ta' użu għall-kummissjoni konsultattiva biex tilħaq deċiżjoni. L-intrapriżi u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Kontraenti konċernati għandhom jagħtu lok għal kwalunkwe talba magħmula mill-kummissjoni konsultattiva biex jipprovdu informazzjoni, prova jew dokumenti. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe tali Stat Kontraenti m'għandhomx ikunu taħt kwalunkwe obbligu:
(a) |
li jwettqu miżuri amministrattivi li jmorru kontra l-liġi domestika tiegħu jew il-prattika amministrattiva normali tiegħu; |
(b) |
li jagħtu informazzjoni li ma tistax tinkiseb taħt il-liġi domestika tiegħu jew fil-prattika amministrattiva normali tiegħu; jew |
(ċ) |
li jagħtu informazzjoni li kieku tiżvela kwalunkwe sigriet kummerċjali, industrijali, professjonali jew ta' negozju, jew ta' proċess ta' kummerċ, jew informazzjoni li l-iżvelar tagħha ikun kuntrarju għall-politika pubblika (ordre public) |
2. Kull waħda mill-intrapriżi assoċjati tista', fuq talba tagħha, tidher jew tkun rappreżentata quddiem il-kummissjoni konsultattiva. Jekk il-kummissjoni konsultattiva hekk titlob, kull waħda mill-intrapriżi assoċjati għandha tidher jew tkun rappreżentata quddiemha.
Artikolu 11
1. Il-kummissjoni konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7 għandha tagħti l-opinjoni tagħha mhux iżjed minn sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni kienet riferuta lilha.
Il-kummissjoni konsultattiva għandha tibbaża l-opinjoni tagħha fuq l-Artikolu 4.
2. Il-kummissjoni konsultattiva għandha tadotta l-opinjoni tagħha b'maġġoranza sempliċi tal-membri tagħha. L-awtoritajiet kompetenti konċernati jistgħu jiftehmu dwar regoli ta' proċedura addizzjonali.
3. L-ispejjeż tal-proċedura tal-kummissjoni konsultattiva, għajr dawk magħmula mill-intrapriżi assoċjati, għandhom jinqasmu indaqs mill-Istati Kontraenti konċernati.
Artikolu 12
1. L-awtoritajiet kompetenti partijiet għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 7 għandhom, filwaqt li jaġixxu b'kunsens komuni abbażi ta' l-Artikolu 4, jieħdu deċiżjoni li telimina t-taxxa doppja fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kummissjoni konsultattiva tat l-opinjoni tagħha.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu deċiżjoni li tiddevja mill-opinjoni tal-kummissjoni konsultattiva. Jekk ma jaslux għal ftehim għandhom ikunu obbligati li jaġixxu skond dik l-opinjoni.
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiftehmu li jippubblikaw id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, soġġetta għall-kunsens ta' l-intrapriżi konċernati.
Artikolu 13
Il-fatt li d-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Kontraenti, dwar it-taxxa ta' qligħ li jirriżulta minn transazzjoni bejn intrapriżi assoċjati, saru finali m'għandux jostakola rikors għall-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7.
Artikolu 14
Għall-finijiet ta' din il-Konvenzjoni, it-taxxa doppja ta' qligħ għandha tkun meqjusa bħala li hi eliminata jekk:
(a) |
il-qligħ huwa inkluż fil-komputazzjoni ta' qligħ taxxabbli fi Stat wieħed biss; jew |
(b) |
it-taxxa dovuta fuq dak il-qligħ fi Stat wieħed hija mnaqqsa b'ammont daqs it-taxxa dovuta fuqu fl-Istat l-ieħor. |
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 15
Xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandu jaffettwa t-twettiq ta' obbligi usa' fir-rigward ta' l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja fil-każ ta' aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati li jirriżulta minn konvenzjonijiet oħra li tagħhom l-Istati Kontraenti huma jew ser isiru partijiet jew mil-liġi domestika ta' l-Istati Kontraenti.
Artikolu 16
1. Il-firxa ta' applikazzjoni territorjali ta' din il-Konvenzjoni għandha tkun dik definita fl-Artikolu 227(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
2. Din il-Konvenzjoni m'għandhiex tapplika:
— |
għat-territorji Franċiżi msemmija fl-Anness IV għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, |
— |
għall-Gżejjer Faroe u l-Groenlandja. |
Artikolu 17
Din il-Konvenzjoni ser tiġi ratifikata mill-Istati Kontraenti. L-istrumenti ta' ratifika ser jiġu depositati fl-uffiċċju tas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 18
Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara dak li fih l-istrument ta' ratifika huwa depożitat mill-aħħar Stat firmatarju li jieħu dak il-pass. Il-Konvenzjoni għandha tapplika għal proċedimenti msemmija fl-Artikolu 6(1) li huma mibdija wara d-dħul fis-seħħ tagħha.
Artikolu 19
Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għandu jinforma lill-Istati Kontraenti dwar:
(a) |
id-depożitu ta' kull strument ta' ratifika; |
(b) |
id-data li fiha din il-Konvenzjoni ser tidħol fis-seħħ; |
(ċ) |
il-lista ta' persuni indipendenti ta' pożizzjoni maħtura mill-Istati Kontraenti u kwalunkwe tibdiliet fiha skond l-Artikolu 9(4). |
Artikolu 20
Din il-Konvenzjoni hija konkluża għal perijodu ta' ħames snin. Sitt xhur qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, l-Istati Kontraenti ser jiltaqgħu biex jiddeċiedu dwar l-estensjoni ta' din il-Konvenzjoni u kwalunkwe miżura oħra rilevanti.
Artikolu 21
Kull Stat Kontraenti jista', fi kwalunkwe ħin, jitlob għal reviżjoni ta' din il-Konvenzjoni. F'dak il-każ, konferenza biex tiġi riveduta l-Konvenzjoni ser tiġi mlaqqa' mill-President tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 22
Din il-Konvenzjoni, imfassla f'oriġinali uniku fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Irlandiża, Taljana, Portugiża u Spanjola, bl-għaxar testi ugwalment awtentiċi, għandha tiġi depositata fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jittrasmetti kopja awtentikata lill-Gvern ta' kull Stat Firmatorju.
B'XIEHDA TA' DAN is-sottoskritta Plenipotenzjarji ffirmaw din il-Konvenzjoni.
ATT FINALI
IL-PLENIPOTENZJARJI TAL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
f'laqgħa fi Brussell, fit-tlieta u għoxrin jum ta' Lulju tas-sena elf disa' mija u disgħin, għall-firma tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament ta' qligħ ta' intrapriżi assoċjati,
fl-okkażjoni ta' l-iffirmar ta' din il-Konvenzjoni:
(a) |
adottaw id-dikjarazzjonijiet konġunti li ġejjin mehmuża ma' l-Att Finali:
|
(b) |
ħadu nota tad-Dikjarazzjonijiet unilaterali li ġejjin mehmuża ma' dan l-Att Finali:
|
DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 4 (1)
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4 (1) għandhom ikopru ż-żewġ każijiet fejn transazzjoni hija mwettqa direttament bejn żewġ intrapriżi legalment distinti kif ukoll każijiet fejn transazzjoni hija mwettqa bejn waħda mill-intrapriżi u l-istabbiliment permanenti ta' l-intrapriża l-oħra li tinsab f'pajjiż terz.
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 (6)
L-Istati Membri għandhom ikunu kompletament liberi fir-rigward tan-natura u l-firxa ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet xierqa li huma jadottaw biex jippenalizzaw kwalunkwe ksur ta' l-obbligi ta' segretezza.
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 13
Fejn, f'wieħed jew iżjed mill-Istati Kontraenti konċernati, id-deċiżjonijiet dwar it-taxxa li tati lok għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7 ġew alterati wara li l-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 tkun ġiet konkluża jew wara li d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 12 tkun ġiet meħuda u fejn tirriżulta t-taxxa doppja fis-sens ta' l-Artikolu 1, filwaqt li jittieħed kont ta' l-applikazzjoni tar-riżultat ta' dik il-proċedura jew dik id-deċiżjoni, l-Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw.
DIKJARAZZJONIJIET UNILATERALI
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 7
Franza u r-Renju Unit jiddikjaraw li huma ser japplikaw l-Artikolu 7 (3).
Dikjarazzjonijiet Individwali ta' l-Istati Kontraenti dwar l-Artikolu 8
Il-Belġju
It-terminu “piena serja” jfisser piena kriminali jew amministrattiva f'każijiet:
— |
ta' reat ta' liġi komuni mwettqa bl-għan ta' evażjoni tat-taxxa, |
— |
jew ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul jew ta' deċiżjonijiet meħuda fl-implimentazzjoni tagħhom, imwettqa b'intenzjoni ta' frodi jew bl-intenzjoni li jiġi kkawżat dannu. |
Id-Danimarka
Il-kunċett ta' “piena serja” jfisser piena għall-ksur intenzjonali ta' dispożizzjonijiet ta' Liġi Kriminali jew ta' leġislazzjoni speċjali f'każijiet li ma jistgħux jiġu regolati b'mezzi amministrattivi.
Il-każijiet ta' ksur ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tat-taxxa jistgħu, bħala regola ġenerali, ikunu regolati b'mezzi amministrattivi fejn huwa kkunsidrat li l-ksur mhux ser jinvolvi kastig ikbar minn multa.
Il-Ġermanja
Ksur tal-liġijiet tat-taxxa punibbli b'“piena serja” huwa kkostitwit minn kwalunkwe ksur tal-liġijiet tat-taxxa penalizzat b'detenzjoni, multi kriminali jew amministrattivi.
Il-Greċja
Taħt il-leġislazzjoni Griega li tirregola t-taxxa, intrapriża tista' teħel “pieni ħorox”:
1) |
Jekk tonqos milli tissottometti dikjarazzjonijiet, jew tissottometti dikjarazzjonijiet mhux korretti, fir-rigward ta' taxxi, imposti jew kontribuzzjonijiet li jridu jinżammu u jiġu mħallsa lill-Istat taħt id-dispożizzjonijiet eżistenti, jew fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud, it-taxxa fuq it-ternover jew it-taxxa speċjali fuq merkanzija ta' lussu, safejn l-ammont totali tat-taxxi, imposti u kontribuzzjonijiet ta' hawn fuq, li suppost ġew iddikjarati u mħallsa lill-Istat bħala riżultat ta' kummerċ jew attivitajiet oħra mwettqa matul perijodu ta' sitt xhur jaqbeż l-ammont ta' sitt mitt elf (600 000) drachmae jew miljun (1 000 000) drachmae matul perijodu ta' sena ta' kalendarju. |
2) |
Jekk tonqos milli tissottometti dikjarazzjoni ta' taxxa fuq id-dħul, safejn it-taxxa dovuta fir-rigward tad-dħul mhux dikjarat hija iktar minn tlett mitt elf (300 000) drachmae. |
3) |
Jekk tonqos milli tagħti d-dettalji tat-taxxa mniżżla fil-Kodiċi dwar id-Data tat-Taxxa. |
4) |
Jekk tagħti dettalji kif imsemmi taħt il-każ 3 preċedenti, li mhux korretti fir-rigward tal-kwantità jew il-prezz jew il-valur ta' unità, safejn in-nuqqas ta' preċiżjoni tirriżulta f'diskrepanza li taqbeż l-għaxra fil-mija (10 %) ta' l-ammont totali jew tal-valur totali tal-merkanzija, il-proviżjon ta' servizzi jew il-kummerċ in ġenerali. |
5) |
Jekk tonqos milli żżomm b'mod preċiż il-kotba u r-rekords meħtieġa mill-Kodiċi dwar id-Data tat-Taxxa, safejn dak in-nuqqas ta' preċiżjoni jkun ġie innotat fil-kors ta' verifika regolari, li r-riżultati tagħhom ġew konfermati b'risoluzzjoni amministrattiva tad-diskrepanza jew minħabba li l-perijodu permess għal appell skada jew bħala riżultat ta' deċiżjoni definitiva minn tribunal amministrattiv, sakemm matul il-perijodu ta' l-amministrazzjoni verifikata d-diskrepanza bejn id-dħul gross u d-dħul dikjarat huwa iżjed minn għoxrin fil-mija (20 %) u fi kwalunkwe każ mhux inqas minn miljun (1 000 000) drachmae. |
6) |
Jekk tonqos milli tosserva l-obbligu li żżomm kotba u rekords kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi dwar id-Data tat-Taxxa. |
7) |
Jekk toħroġ irċevuti foloz jew fittizzji - jew hi stess tiffalsifika - irċevuti għall-bejgħ ta' merkanzija jew il-forniment ta' servizzi jew kwalunkwe dettalji oħra ta' taxxa kif imsemmi fil-każ 3 hawn fuq. Dokument tat-taxxa huwa meqjus bħala falz jekk ġie mtaqqab jew stampat fi kwalunkwe mod mingħajr ma l-awtentikazzjoni xierqa tkun ġiet imdaħħla fil-kotba rilevanti ta' l-awtorità kompetenti tat-taxxa, safejn in-nuqqas li ssir tali partita ikun seħħ bl-għarfien li tali awtentikazzjoni hija meħtieġa għad-dokument tat-taxxa. Dokument tat-taxxa huwa wkoll meqjus falz jekk il-kontenut u dettalji oħra ta' l-oriġinali jew tal-kopja huma differenti minn dawk li huma reġistrati fuq il-kontromarka ta' dak id-dokument. Dokument tat-taxxa huwa meqjus bħala fittizzju jekk ġie maħruġ għal transazzjoni jew parti minn transazzjoni, trasferiment jew kwalunkwe raġuni oħra mhux reġistrata fit-total jew għal transazzjoni mwettqa minn persuni differenti minn dawk irreġistrati fid-dokument tat-taxxa. |
8) |
Jekk hi konxja ta' l-intenzjoni ta' l-azzjoni meħuda u tikkollabora bi kwalunkwe mod fil-produzzjoni ta' dokumenti tat-taxxa foloz jew hi konxja li d-dokumenti huma foloz jew fittizzji u tikkollabora bi kwalunkwe mod fil-ħruġ tagħhom jew taċċetta dokumenti tat-taxxa foloz, fittizzji jew falsifikati bl-intenzjoni li taħbi materjal rilevanti għat-taxxa. |
Spanja
It-terminu “pieni serji” jinkludi pieni amministrattivi għal ksur tat-taxxa serju, kif ukoll pieni kriminali għal reati mwettqa fir-rigward ta' l-awtoritajiet tat-taxxa.
Franza
It-terminu “pieni serji” jinkludi pieni kriminali u pieni tat-taxxa bħal, per eżempju, pieni għal nuqqas li jiġi magħmul prospett tat-taxxa wara li tasal taħrika, għal nuqqas ta' bonafidi, għal prattiċi bi frodi, għal oppożizzjoni għal inspezzjoni tat-taxxa, għal pagamenti jew distribuzzjoni sigrieta, jew għal abbuż tad-drittijiet.
L-Irlanda
“Pieni serji” għandha tinkludi pieni għal:
(a) |
nuqqas li jiġi sottomess prospett tat-taxxa, |
(b) |
prospett tat-taxxa mhux korrett magħmul bi frodi jew b'negliġenza, |
(ċ) |
nuqqas li jinżammu rekords xierqa, |
(d) |
nuqqas milli dokumenti jew rekords jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta' inspezzjoni, |
(e) |
tfixkil ta' persuni milli jeżerċitaw setgħat statutorji, |
(f) |
nuqqas milli jiġi notifikat il-fatt li taxxa hija dovuta, |
(g) |
stqarrija ta' dikjarazzjoni falza biex tinkiseb allowance. |
Id-dispożizzjonijiet leġislattivi li jirregolaw dawn ir-reati, fit-3 ta' Lulju 1990, huma kif ġej:
— |
Il-Parti XXXV ta' l-Att tat-Taxxa fuq id-Dħul, 1967; |
— |
Is-Sezzjoni 6 ta' l-Att tal-Finanzi, 1968; |
— |
Il-Parti XIV ta' l-Att tat-Taxxa tal-Korporazzjoni, 1976;, |
— |
Is-Sezzjoni 94 ta' l-Att tal-Finanzi, 1983. |
Kwalunkwe dispożizzjonijiet sussegwenti li jissostitwixxu, jemendaw jew jaġġornaw il-kodiċi penali jkunu wkoll inklużi.
L-Italja
It-terminu “pieni serji” jfisser pieni stabbiliti għal atti illeċiti, fis-sens tal-liġi domestika, li jikkostitwixxu reat tat-taxxa.
Il-Lussemburgu
Il-Lussemburgu jikkunsidra bħala “piena serja” dak li l-Istat Kontraenti l-ieħor jikkunsidra li hu hekk għall-finijiet ta' l-Artikolu 8.
L-Olanda
It-terminu “piena serja” jfisser piena imposta minn imħallef għal kwalunkwe azzjoni, imwettqa intenzjonalment, li hija msemmija fl-Artikolu 68 tal-Liġi Ġenerali dwar it-taxxa.
Il-Portugall
It-terminu “pieni serji” jinkludi pieni kriminali kif ukoll il-pieni tat-taxxa oħra applikabbli għal ksur imwettqa bl-intenzjoni li ssir frodi jew li għalihom il-multa applikabbli hija ta' ammont li jaqbeż il-1 000 000 (miljun) escudo.
Ir-Renju Unit
Ir-Renju Unit ser jinterpreta t-terminu “piena serja” bħala li tinkludi sanzjonijiet kriminali u sanzjonijiet amministrattivi fir-rigward ta' forniment negliġenti jew bi fordi ta' kontijiet, pretensjonijiet jew prospetti tat-taxxa mhux korretti għal finijiet tat-taxxa.
Id-Dikjarazzjoni mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar l-Artikolu 16
Il-gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jirriserva d-dritt li jiddikjara, meta jkun qed jippreżenta l-istrument tiegħu ta' ratifika li l-Konvenzjoni tapplika wkoll għal-Land ta' Berlin.