13.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 12/3 |
FTEHIM
tat-12 ta’ Diċembru 2022
bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja
(2023/C 12/02)
1. |
u |
(2) |
il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn hawn ’il quddiem il-“Partijiet”) |
Billi:
1. |
Il-Kunsill Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 1997 (minn hawn ’il quddiem “ir-Riżoluzzjoni”) qabel li jistabbilixxi mekkaniżmu għal rata tal-kambju (minn hawn ’il quddiem “l-ERM II”) meta t-tielet stadju ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja beda fl-1 ta’ Jannar 1999. |
2. |
Skont it-termini tar-Riżoluzzjoni, l-ERM II huwa mfassal biex jgħin jiżgura li l-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li qed jipparteċipaw fl-ERM II jidderieġu l-politiki tagħhom lejn l-istabbiltà, jinkoraġġixxu l-konverġenza u b’hekk jgħin lill-Istati Membri barra ż-żona tal-euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro. |
3. |
Il-Kroazja, bħala Stat Membru b’deroga, ilha tipparteċipa fl-ERM II sa mill-2020. Hrvatska narodna banka huwa parti fil-ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra miż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (1), kif emendat bil-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2006 (2), bil-Ftehim tal-14 ta’ Diċembru 2007 (3), bil-Ftehim tat-8 ta’ Diċembru 2008 (4), bil-Ftehim tat-13 ta’ Diċembru 2010 (5), bil-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 2013 (6), bil-Ftehim tas-6 ta’ Diċembru 2013 (7), bil-Ftehim tas-13 ta’ Novembru 2014 (8) u bil-Ftehim tat-22 ta’ Jannar 2020 (9) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II”). |
4. |
Bis-saħħa tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 tat-12 ta’ Lulju 2022 dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023 (10) id-deroga favur il-Kroazja msemmija fl-Artikolu 5 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2012 (11) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. L-euro ser tkun il-munita tal-Kroazja mill-1 ta’ Jannar 2023 u minn dik id-data Hrvatska narodna banka m’għandux jibqa’ parti fil-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II. |
5. |
Huwa għalhekk meħtieġ illi jiġi emendat il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II biex tiġi kkunsidrata r-revoka tad-deroga favur il-Kroazja, |
FTEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emenda tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minħabba r-revoka tad-deroga tal-Kroazja
Hrvatska narodna banka m’għandux ikompli jagħmel parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 2
Sostituzzjoni tal-Anness II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II
L-Anness II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II huwa ssostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim jemenda l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
2. Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u jkun debitament iffirmat mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Partijiet. Il-BĊE, li għandu jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata tal-Ftehim oriġinali lil kull bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro kif ukoll lil dawk barra ż-żona tal-euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 12 ta’ Diċembru 2022.
Għal
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)
…
Għal
Česká národní banka
…
Għal
Danmarks Nationalbank
…
Għal
Hrvatska narodna banka
…
Għal
Magyar Nemzeti Bank
…
Għal
Narodowy Bank Polski
…
Għal
Banca Naţională a României
…
Għal
Sveriges Riksbank
…
Għal
Bank Ċentrali Ewropew
…
(1) ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.
(3) ĠU C 319, 29.12.2007, p. 7.
(4) ĠU C 16, 22.1.2009, p. 10.
(6) ĠU C 187, 29.6.2013, p. 1.
(7) ĠU C 17, 21 ta’ Jannar 2014, p. 1.
(9) ĠU C 32 I, 1.2.2020, p. 1.
ANNESS
LIMITI MASSIMI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITÀ TA’ FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANK ĊENTRALI DWAR L-ERM II
b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023
(EUR mijuni) |
|
Banek ċentrali partijiet għal dan il-Ftehim |
Limiti massimi (1) |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
810 |
Česká národní banka |
1 320 |
Danmarks Nationalbank |
1 250 |
Magyar Nemzeti Bank |
1 130 |
Narodowy Bank Polski |
3 680 |
Banca Naţională a României |
1 860 |
Sveriges Riksbank |
1 950 |
Bank Ċentrali Ewropew |
xejn |
Banek ċentrali nazzjonali taż-żona euro |
Limiti massimi |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
xejn |
Deutsche Bundesbank |
xejn |
Eesti Pank |
xejn |
Central Bank of Ireland |
xejn |
Bank of Greece |
xejn |
Banco de España |
xejn |
Banque de France |
xejn |
Banca d’Italia |
xejn |
Central Bank of Cyprus |
xejn |
Hrvatska narodna banka |
xejn |
Latvijas Banka |
xejn |
Lietuvos bankas |
xejn |
Banque centrale du Lussemburgu |
xejn |
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta |
xejn |
De Nederlandsche Bank |
xejn |
Oesterreichische Nationalbank |
xejn |
Banco de Portugal |
xejn |
Banka Slovenije |
xejn |
Národná banka Slovenska |
xejn |
Suomen Pankki |
xejn |
(1) L-ammonti indikati huma biss indikattivi għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II.