|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/99 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2088
tat-28 ta’ Settembru 2023
li japprova l-massa ta’ reazzjoni tal-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-idrossietil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-idrossietossi)etil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-(2-idrossietossi)etossi)etil)-N-metilammonju bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju ġie approvat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għat-tip ta’ prodott 8 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1093 (2). |
|
(2) |
Il-propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju huwa inkluż ukoll fil-lista ta’ sustanzi attivi eżistenti tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (3) għat-tipi ta’ prodott 2, 4 u 10, imsemmija bl-isem kimiku tiegħu “poli(ossi-1,2-etanedil),.alfa.-[2-(dideċilmetilammonjo)etil] -.omega.-idrossi-, propanoat (melħ) (“Bardap 26”). |
|
(3) |
Fit-22 ta’ Novembru 2022, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-“Aġenzija”) adotta l-opinjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 (4) u 4 (5), u ressaqhom lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014. |
|
(4) |
F’dawk l-opinjonijiet, l-Aġenzija kkonkludiet li l-kompożizzjoni tas-sustanza u l-ispeċifikazzjoni ta’ referenza kienu konsistenti mas-sustanza attiva vvalutata u approvata skont it-tip ta’ prodott 8, iżda li l-isem tas-sustanza fil-lista tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 u, għaldaqstant, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1093 ma kienx xieraq. Għalhekk, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, l-identità tas-sustanza attiva tal-propjonat tal-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju ġie definit mill-ġdid għall-massa ta’ reazzjoni tal-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-idrossietil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-idrossietossi)etil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-(2-idrossietossi)etossi)etil)-N-metilammonju (‘DMPAP’). |
|
(5) |
Għaldaqstant, l-identità tas-sustanza attiva jeħtieġ li tinbidel ukoll fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1093. Peress li jeħtieġ li jsiru għadd ta’ bidliet relatati mad-definizzjoni mill-ġdid tas-sustanza fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1093, fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi sostitwit. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-massa ta’ reazzjoni tal-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-idrossietil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-idrossietossi)etil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-(2-idrossietossi)etossi)etil)-N-metilammonju bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1093 jitħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1093 tas-6 ta’ Lulju 2016 li japprova l-Propjonat tad-dideċilmetilpoli(ossietil)ammonju bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 (ĠU L 182, 7.7.2016, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
(4) Biocidal Products Committee Opinion on the application for approval of the active substance reaction mass of N,N-didecyl-N-(2-hydroxyethyl)-N-methylammonium propionate and N,N-didecyl-N-(2-(2-hydroxyethoxy)ethyl)-N-methylammonium propionate and N,N-didecyl-N-(2-(2-(2-hydroxyethoxy)ethoxy)ethyl)-N-methylammonium propionate; product-type 2; ECHA/BPC/363/2022.
(5) Biocidal Products Committee Opinion on the application for approval of the active substance reaction mass of N,N-didecyl-N-(2-hydroxyethyl)-N-methylammonium propionate and N,N-didecyl-N-(2-(2-hydroxyethoxy)ethyl)-N-methylammonium propionate and N,N-didecyl-N-(2-(2-(2-hydroxyethoxy)ethoxy)ethyl)-N-methylammonium propionate; product-type 4; ECHA/BPC/364/2022.
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem IUPAC Numri tal-Identifikazzjoni |
Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data ta’ skadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodott |
Kondizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||
|
il-massa ta’ reazzjoni tal-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-idrossietil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-idrossietossi)etil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-(2-idrossietossi)etossi)etil)-N-metilammonju (“DMPAP”) |
il-massa ta’ reazzjoni tal-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-idrossietil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-idrossietossi)etil)-N-metilammonju u l-propjonat tal-N,N-dideċil-N-(2-(2-(2-idrossietossi)etossi)etil)-N-metilammonju Nru KE: - Nru CAS: - |
86,1 % w/w piż xott |
l-1 ta’ Jannar 2018 |
il-31 ta’ Diċembru 2027 |
8 |
L-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali hija soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) Il-purità indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott li jiġi introdott fis-suq tista’ tkun tal-istess purità jew ta’ purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija ekwivalenti teknikament għas-sustanza attiva evalwata.