26.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 236/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2048

tal-4 ta’ Lulju 2023

li jikkoreġi r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 626/2011, (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016 u (UE) 2019/2018 fir-rigward tar-rekwiżiti għat-tikkettar tal-enerġija tal-kundizzjonaturi tal-arja, tas-sorsi tad-dawl, tal-apparat refriġeranti, u tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 (2), (UE) 2019/2015 (3), (UE) 2019/2016 (4) u (UE) 2019/2018 (5) jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-kundizzjonaturi tal-arja, tas-sorsi tad-dawl, tal-apparat refriġeranti u tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, rispettivament.

(2)

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fih żbalji fid-definizzjoni tal-punt (47) tal-Anness I fir-rigward tal-unità tal-konsum tal-enerġija tal-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju.

(3)

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fih żbalji f’punti differenti tal-Anness III peress li jindika li l-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija fis-siegħa f’kWh għal kull 60 minuta għandha tiġi aġġustata ’l fuq sal-eqreb numru sħiħ sabiex tiġi inkluża fit-tikkettar tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u b’kanal doppju.

(4)

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fih żbalji f’punti differenti tal-Anness III fir-rigward tar-regola dwar l-aġġustament tal-kapaċitajiet tat-tisħin u t-tkessiħ u l-metriċi tal-effiċjenza tal-enerġija SEER, SCOP, EER u COP.

(5)

L-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015 jenħtieġ li jiġi kkoreġut billi l-kelma “mejns” hija nieqsa.

(6)

L-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015 jenħtieġ li jiġi kkoreġut peress li l-medda [0-100] jenħtieġ li tirreferi biss għas-CRI.

(7)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2016 fih żball fl-Anness VI rigward il-parametru termodinamiku (rc) għat-tip ta’ kompartiment taż-żona 2-star.

(8)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2018 fih żball fl-Anness IV, peress li r-referenza għat-Tabella 4 tħalliet barra u t-tali referenza meħtieġa biex ikun ċar li mhijiex permessa tolleranza għat-temperatura.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 626/2011, (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016 u (UE) 2019/2018 jiġu kkoreġuti skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Korrezzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011

L-Annessi I u III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 huma kkoreġuti kif stabbilit fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015

L-Annessi VI u IX tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015 huma kkoreġuti kif stabbilit fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Korrezzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2016

L-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2016 huwa kkoreġut kif stabbilit fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Korrezzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2018

L-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2018 huwa kkoreġut kif stabbilit fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fir-raba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li tissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 68).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 102).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 155).


ANNESS 1

L-Annessi I u III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, id-definizzjoni (47), il-kliem “kWh/a” huma sostitwiti b’“kWh/h”.

(2)

fl-Anness III, il-punti li ġejjin huma emendati kif ġej:

fil-punt 1.1.(a).V “aġġustata ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustata”

fil-punt 1.1.(a).VI “aġġustata ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustata”

fil-punt 1.1.(a).VII “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 1.1.(a).VIII “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 1.1.(a).IX “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 1.5.iv.10 “aġġustati ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustati”

fil-punt 2.1.(a).V “aġġustata ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustata”

fil-punt 2.1.(a).VI “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 2.1.(a).VII “aġġustata ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustata”

fil-punt 2.5.iv.10 “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 3.1.(a).V “aġġustata ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustata”

fil-punt 3.1.(a).VI “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 3.1.(a).VII “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 3.5.iv.9 “aġġustati ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustati”

fil-punt 4.1.(a).V “aġġustata ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustata”

fil-punt 4.1.(a).VI “aġġustati ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustati”

fil-punt 4.1.(a).VII “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 4.2.iv.11 “aġġustati ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustati”

fil-punt 4.3.(a).V “aġġustata ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustata”

fil-punt 4.3.(a).VI “aġġustata ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustata”

fil-punt 4.3.(a).VII “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 4.4.iv.11 “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 4.5.(a).V “aġġustata ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustata”

fil-punt 4.5.(a).VI “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 4.5.(a).VII “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 4.6.iv.11 “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 5.1.(a).V “aġġustata ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustata”

fil-punt 5.1.(a).VI “aġġustati ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustati”

fil-punt 5.1.(a).VII “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 5.2.iv.11 “aġġustati ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustati”

fil-punt 5.3.(a).V “aġġustata ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustata”

fil-punt 5.3.(a).VI “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 5.3.(a).VII “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 5.4.iv.11 “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 5.5.(a).V “aġġustata ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustata”

fil-punt 5.5.(a).VI “aġġustat ’l fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 5.5.(a).VII “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

fil-punt 5.6.iv.11 “aġġustat ’il fuq” hija sostitwita b’“aġġustat”

(3)

fl-Anness III, il-punti li ġejjin huma emendati kif ġej:

fil-punt, 4.1.(a).VII “sal-eqreb numru sħiħ” hija sostitwita b’“sal-ewwel numru deċimali”

fil-punt, 4.3.(a).VII “sal-eqreb numru sħiħ” hija sostitwita b’“sal-ewwel numru deċimali”

fil-punt, 4.5.(a).VII “sal-eqreb numru sħiħ” hija sostitwita b’“sal-ewwel numru deċimali”

fil-punt, 5.1.(a).VII “sal-eqreb numru sħiħ” hija sostitwita b’“sal-ewwel numru deċimali”

fil-punt, 5.3.(a).VII “sal-ewwel numru deċimali” hija sostitwita b’“sal-ewwel numru deċimali”

fil-punt, 5.5.(a).VII “għall-eqreb numru sħiħ” hija sostitwita b’“sal-ewwel numru deċimali”

(4)

fl-Anness III, il-punti li ġejjin huma emendati kif ġej:

fil-punt 4.2.iv.12 “XY” hija sostitwita b’“X,Y”

fil-punt 4.4.iv.12 “XY” hija sostitwita b’“X,Y”

fil-punt 4.6.iv.12 “XY” hija sostitwita b’“X,Y”

fil-punt 5.2.iv.12 “XY” hija sostitwita b’“X,Y”

fil-punt 5.4.iv.12 “XY” hija sostitwita b’“X,Y”

fil-punt 5.6.iv.12 “XY” hija sostitwita b’“X,Y”

(5)

fl-Anness III, l-immaġnijiet li ġejjin jenħtieġ li jiġu emendati kif ġej:

(1)

l-immaġni fit-taqsima 4.1 hija sostitwita bl-immaġni li ġejja:

Image 1

(2)

l-immaġni fit-taqsima 4.2 hija sostitwita bl-immaġni li ġejja:

Image 2

(3)

l-immaġni fit-taqsima 4.3 hija sostitwita bl-immaġni li ġejja:

Image 3

(4)

l-immaġni fit-taqsima 4.4 hija sostitwita bl-immaġni li ġejja:

Image 4

(5)

l-immaġni fit-taqsima 4.5 hija sostitwita bl-immaġni li ġejja:

Image 5

(6)

l-immaġni fit-taqsima 4.6 hija sostitwita bl-immaġni li ġejja:

Image 6

(7)

l-immaġni fit-taqsima 5.1 hija sostitwita bl-immaġni li ġejja:

Image 7

(8)

l-immaġni fit-taqsima 5.2 hija sostitwita bl-immaġni li ġejja:

Image 8

(9)

l-immaġni fit-taqsima 5.3 hija sostitwita bl-immaġni li ġejja:

Image 9

(10)

l-immaġni fit-taqsima 5.4 hija sostitwita bl-immaġni li ġejja:

Image 10

(11)

l-immaġni fit-taqsima 5.5 hija sostitwita bl-immaġni li ġejja:

Image 11

(12)

l-immaġni fit-taqsima 5.6 hija sostitwita bl-immaġni li ġejja:

Image 12


ANNESS 2

L-Annessi VI u IX tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness VI, “sorsi tad-dawl LED u OLED” hija sostitwita b’ “sorsi tad-dawl LED u OLED tal-mejns” fil-punti li ġejjin:

il-punt 1.(e)(11),

il-punt 1.(e)(12);

(2)

fl-Anness IX, it-Tabella 9, ir-referenza “CRI u R9 [0-100]” hija sostitwita b’“CRI [0-100] u R9”.


ANNESS 3

L-Anness VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 huwa emendat kif ġej:

 

fil-punt 1, it-Tabella 7, il-parametru termodinamiku (rc) għat-tip ta’ kompartiment taż-żona 2-star “2,10” huwa sostitwit b’“1,80”.


ANNESS 4

L-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 huwa emendat kif ġej:

 

fl-Anness IV, il-punt 2(b), it-test:

“—

Edaily huwa l-konsum tal-enerġija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fuq perjodu ta’ 24 siegħa, espress f’kWh/24h u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali.”,

 

huwa sostitwit b’dan li ġej

“—

Edaily huwa l-konsum tal-enerġija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fuq perjodu ta’ 24 siegħa, espress f’kWh/24h, aġġustat sat-tielet numru deċimali u mkejjel skont il-kundizzjonijiet tat-temperatura tat-Tabella 4 għall-klassi tat-temperatura rilevanti.”.