|
22.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/101 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1806
tal-20 ta’ Settembru 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/73 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huma soġġetti għal dazji anti-dumping definittivi imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/73 (2). |
|
(2) |
Jinhua Enjoycare Motive Technology Co., Ltd., il-kodiċi addizzjonali TARIC (3) C419, kumpanija soġġetta għal rata tad-dazju anti-dumping ta’ 24,2 % għal “Kumpaniji oħra li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping (bl-eċċezzjoni tal-kumpaniji soġġetti għar-rata tad-dazju kumpensatorju parallela għall-kumpaniji l-oħrajn kollha r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/72)”, infurmat lill-Kummissjoni fil-21 ta’ Novembru 2022 li kienet biddlet isimha għal Enjoycare Technology (Zhejiang) Co., Ltd. |
|
(3) |
Il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-bidla fl-isem ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju anti-dumping applikata fil-konfront tagħha taħt l-isem li kellha qabel. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni provduta u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ġiet irreġistrata kif suppost mal-awtoritajiet rilevanti, u ma wasslitx għal xi relazzjoni ġdida ma’ gruppi oħrajn ta’ kumpaniji li ma kinux investigati mill-Kummissjoni. |
|
(5) |
Għaldaqstant, din il-bidla fl-isem ma taffettwax is-sejbiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/73 u b’mod partikolari r-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli għaliha. |
|
(6) |
Il-bidla fl-isem jenħtieġ li tidħol fis-seħħ mid-data li fiha l-kumpanija biddlet isimha, jiġifieri t-22 ta’ Settembru 2022. Il-Kummissjoni talbet lill-applikant tikkonferma jekk din id-data kinitx xierqa. |
|
(7) |
Minħabba l-kunsiderazzjonijiet fil-premessi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/73 jiġi emendat biex jirrifletti l-isem mibdul tal-kumpanija li għaliha kien preċedentement attribwit il-kodiċi addizzjonali TARIC C419. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/73 huwa emendat kif ġej:
|
“Jinhua Enjoycare Motive Technology Co., Ltd. |
Zhejiang |
C419” |
huwa sostitwit bi
|
“Enjoycare Technology (Zhejiang) Co., Ltd. |
Zhejiang |
C419” |
2. Il-kodiċi addizzjonali TARIC C419 preċedentement attribwit għal Jinhua Enjoycare Motive Technology Co., Ltd. għandu japplika għal Enjoycare Technology (Zhejiang) Co., Ltd. mit-22 ta’ Settembru 2022. Kwalunkwe dazju definittiv imħallas fuq importazzjonijiet ta’ prodotti manifatturati minn Enjoycare Technology (Zhejiang) Co., Ltd. li jkun jiżboq id-dazju anti-dumping stabbilit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/73 fir-rigward ta’ Jinhua Enjoycare Motive Technology Co., Ltd. għandu jiġi rimborżat jew rimess f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/73 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 108).
(3) It-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea.