|
21.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 233/24 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1798
tal-10 ta’ Lulju 2023
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/689 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29, il-punti (a) u (d), l-Artikolu 37(5), l-Artikolu 39 u l-Artikolu 41(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard tal-annimali li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni, għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u għaż-żamma tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-regoli dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti ta’ annimali terrestri, akkwatiċi u oħrajn kif stipulat fir-Regolament (UE) 2016/429. |
|
(3) |
F’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jispeċifikaw il-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira rilevanti għal tipi differenti ta’ sorveljanza. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jispeċifika l-kategoriji ta’ annimali li jenħtieġ li jkunu soġġetti għal sorveljanza. Fil-kuntest tal-epiżootika attwali tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI), ir-rapport xjentifiku tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel li jagħti ħarsa ġenerali lejn l-influwenza avjarja ta’ Diċembru 2022 — Marzu 2023, ippubblikat fl-20 ta’ Marzu 2023 (3), irrakkomanda li tiġi estiża u msaħħa s-sorveljanza kemm fil-mammiferi selvaġġi, b’mod partikolari fil-karnivori, kif ukoll fl-annimali tar-razzett, b’mod partikolari fil-mink Amerikan, f’żoni ta’ riskju ogħla fejn l-HPAI hija preżenti fl-għasafar selvaġġi u fil-pollam. L-ispeċijiet ta’ mammiferi mhumiex inklużi fil-kategoriji soġġetti għas-sorveljanza prevista fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet eżistenti relatati mal-ispeċijiet fil-mira u mas-sorveljanza tal-influwenza avjarja jenħtieġ li jiġu emendati biex jindirizzaw din ir-rakkomandazzjoni fir-rigward tar-riskju maħluq mill-HPAI H5N1 attwali u jippermettu u jappoġġaw ulterjorment lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu sorveljanza strutturata għall-HPAI f’ċerti speċijiet ta’ mammiferi kif xieraq. |
|
(4) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jipprevedi perkorsi differenti biex jinkiseb status ta’ ħelsien mill-mard. Għal diversi mardiet, mhuwiex possibbli li jinkiseb dak l-istatus mingħajr ma jkun ġie implimentat minn qabel programm ta’ eradikazzjoni approvat, peress li l-Istati Membri ma jistgħux isegwu l-perkors abbażi ta’ data storika u ta’ sorveljanza, minħabba ċerti limitazzjonijiet li japplikaw fir-rigward tal-mardiet li jistgħu jkunu soġġetti għal dak il-perkors, kif ukoll minħabba l-perjodu ta’ żmien limitat li fih jenħtieġ li jsiru tali applikazzjonijiet biex jinkiseb l-istatus.. L-esperjenza miksuba mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 uriet li dan l-approċċ mhuwiex adegwat peress li mhux neċessarjament jipprovdi assigurazzjonijiet addizzjonali għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jiġi emendat biex jipprovdi l-possibbiltà li Stat Membru jikseb l-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-mardiet rilevanti kollha abbażi ta’ data storika u ta’ sorveljanza u mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(5) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jipprevedi diversi rekwiżiti biex jinżamm l-istatus ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim. L-esperjenza miksuba mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 uriet li d-dispożizzjonijiet rilevanti jeħtieġu kjarifika ulterjuri fir-rigward tal-kriterji applikabbli. |
|
(6) |
Għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza tad-dritt, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2020/689
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, annimali miżmuma jew selvaġġi ta’ speċijiet li mhumiex elenkati għall-fini tal-marda elenkata rilevanti meta l-awtorità kompetenti tqis li dawn jikkostitwixxu riskju għas-saħħa tal-annimali u tal-bniedem.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 70, il-paragrafi 4, 5 u 6 jitħassru. |
|
(3) |
fl-Artikolu 76, il-paragrafi 3 u 4 jitħassru. |
|
(4) |
L-Annessi II u V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).
(3) EFSA Journal 2023;21(3): 7917
ANNESS
L-Annessi II u V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, il-Parti I hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness V, fil-Parti IV, fit-Taqsima 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|