|
19.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 230/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1787
tal-14 ta’ Settembru 2023
li jemenda l-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-elenkar taż-żoni protetti u tal-pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti rispettivi, il-projbizzjoni tal-introduzzjoni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra f’ċerti żoni protetti, u r-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni tagħhom f’ċerti żoni protetti jew il-ġarr tagħhom fihom
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(3) u (6), l-Artikolu 35(1), (2) u (5), l-Artikolu 53(2) u l-Artikolu 54(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) jistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi fir-rigward tal-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti. L-Annessi III, IX u X ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxu l-lista taż-żoni protetti u tal-pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti rispettivi, il-lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew fit-territorju tal-Unjoni, li l-introduzzjoni tagħhom f’ċerti żoni protetti hija pprojbita, u l-lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għandhom jiġu introdotti fiż-żoni protetti jew jinġarru fihom u r-rekwiżiti speċjali korrispondenti għaż-żoni protetti. |
|
(2) |
Ċerti partijiet tat-territorju tas-Slovenja ġew rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. Is-Slovenja issa talbet, f’konformità mal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jiġi rtirat l-istatus tat-territorju kollu tagħha bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta. Għalhekk jenħtieġ li t-territorju kollu tas-Slovenja ma jibqax jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al., u l-entrata rilevanti fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jenħtieġ li titneħħa. |
|
(3) |
Fil-każ tal-Italja, ċerti partijiet tat-territorju tal-Lombardia ġew rikonoxxuti bħala żona protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. Fl-2023, L-Italja ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa hija stabbilita fil-komuni ta’ Fara Gera d’Adda u Pontirolo Nuovo fil-provinċja ta’ Bergamo, fil-komun ta’ Montevecchia fil-provinċja ta’ Lecco u fil-komuni ta’ Ceriano Laghetto u Cogliate fil-provinċja ta’ Monza u Brianza. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk iż-żoni ma jibqgħux rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. fil-Lombardia u jenħtieġ li jitħassar mill-entrata relevanti fit-tabella fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. |
|
(4) |
Barra minn hekk, l-Italja talbet li l-komuni ta’ Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine fil-provinċja ta’ Mantova fil-Lombardia jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. Abbażi ta’ stħarriġiet li saru fl-2020, fl-2021 u fl-2022, l-Italja ressqet evidenza li l-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. ma tinstabx f’dawk it-territorji, minkejja l-eżistenza ta’ kundizzjonijiet favorevoli għad-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid tagħha. Madankollu, jenħtieġ li jsiru aktar stħarriġiet biex jiġi kkonfermat in-nuqqas kontinwu ta’ dak il-pest ta’ kwarantina fiż-żoni protetti f’dawk il-komuni. Għaldaqstant, il-komuni ta’ Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine fil-provinċja ta’ Mantova fil-Lombardia jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta temporanja fir-rigwrad tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. sat-30 ta’ April 2026. |
|
(5) |
Ċerti partijiet tat-territorju tas-Slovakkja ġew rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. Issa, is-Slovakkja talbet, f’konformità mal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jiġi rtirat l-istatus tat-territorju kollu tagħha bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta. Għaldaqstant, jenħtieġ li t-territorju kollu tas-Slovakkja ma jibqax jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al., u l-entrata rilevanti fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jenħtieġ li titneħħa. |
|
(6) |
Ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (3) ġie rikonoxxut bħala żona protetta temoranja fir-rigward tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al., Liriomyza huidobrensis (Blanchard), Liriomyza trifolii (Burgess) u Thaumetopoea processionea L. sat-30 ta’ April 2023. Abbażi tar-riżultati tal-istħarriġ ipprovduti mir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq fl-2020, fl-2021 u fl-2022, jidher li l-Irlanda ta’ Fuq għadha ħielsa minn dawk il-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta. Għaldaqstant, jenħtieġ li jissokta mingħajr limitu ta’ żmien ir-rikonoxximent tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq bħala żona protetta fir-rigward tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al., Liriomyza huidobrensis (Blanchard), Liriomyza trifolii (Burgess) u Thaumetopoea processionea L. |
|
(7) |
It-territorju taċ-Ċekja ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. Iċ-Ċekja issa talbet, f’konformità mal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jiġi rtirat l-istatus tat-territorju tagħha bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta. Għaldaqstant, jenħtieġ li ċ-Ċekja ma tibqax tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tal-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr., u jenħtieġ li titneħħa l-entrata rilevanti fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. |
|
(8) |
L-Irlanda ġiet rikonoxxuta bħala żona protetta temporanja, fir-rigward tat-Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller, sat-30 ta’ April 2023. Abbażi tar-riżultati tal-istħarriġ ipprovduti minn dak l-Istat Membru fl-2020, fl-2021 u fl-2022, jidher li għadha ħielsa minn dak il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-rikonoxximent tal-Irlanda bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller jitkompla mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(9) |
Għall-finijiet ta’ konsistenza mal-emendi tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, li jelenka ż-żoni protetti u l-pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti rispettivi, jenħtieġ li jsiru l-bidliet korrispondenti fl-Annessi IX u X ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, li jelenkaw il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li l-introduzzjoni tagħhom f’ċerti żoni protetti hija pprojbita u l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li jkunu se jiġu introdotti f’żoni protetti, jew jinġarru fihom skont rekwiżiti speċjali, rispettivament. |
|
(10) |
Il-Canton ta’ Valais fl-Iżvizzera ġie rikonoxxut bħala żona ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al., u bħala tali ssemma bħala oriġini possibbli għall-esportazzjoni lejn iż-żoni protetti rispettivi fl-Unjoni ta’ kaxxi tan-naħal u pjanti ospitanti tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. fit-tabella, il-punti 3 u 9, tal-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. L-Iżvizzera issa infurmat lill-Kummissjoni li kienet irtirat l-istatus tal-Canton ta’ Valais bħala żona ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. Għaldaqstant il-Canton ta’ Valais ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti għaż-żoni li minnhom il-kaxxi tan-naħal u l-pjanti ospitanti tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. jistgħu jiġu esportati lejn iż-żoni protetti rispettivi fl-Unjoni u għalhekk jenħtieġ li jitħassru mit-tabella, il-punti 3 u 9, tal-Anness X ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(11) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jiġu emendati kif jixraq. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(3) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-Regolament (UE) 2016/2031 kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqu, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ.
ANNESS
L-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
It-tabella fl-Anness III hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
It-tabella fl-Anness IX hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
It-tabella fl-Anness X hija emendata kif ġej:
|