|
15.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/94 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1773
tas-17 ta’ Awwissu 2023
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-obbligi ta’ rapportar għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2023/956 jistabbilixxi l-obbligi ta’ rapportar għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(2) |
Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-importaturi jew ir-rappreżentanti doganali indiretti għandhom jirrapportaw dwar il-kwantità ta’ oġġetti importati, l-emissjonijiet diretti u indiretti integrati fihom, u kwalunkwe prezz tal-karbonju dovut minħabba dawk l-emissjonijiet, inklużi l-prezzijiet tal-karbonju minħabba l-emissjonijiet integrati f’materjali prekursuri rilevanti. |
|
(3) |
L-ewwel rapport jenħtieġ li jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Jannar 2024 fir-rigward ta’ oġġetti importati matul ir-raba’ trimestru tal-2023. L-aħħar rapport jenħtieġ li jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Jannar 2026 fir-rigward ta’ oġġetti importati matul ir-raba’ trimestru tal-2025. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ta’ implimentazzjoni għal dawk ir-rekwiżiti ta’ rapportar. |
|
(5) |
Ir-rekwiżiti ta’ rapportar jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ biex jitnaqqas il-piż fuq l-importaturi fil-perjodu ta’ tranżizzjoni u biex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni bla xkiel tar-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni tas-CBAM wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni. |
|
(6) |
F’konformità mal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956, ir-regoli dettaljati għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati ta’ oġġetti importati jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-metodoloġija applikabbli skont l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għal installazzjonijiet li jinsabu fl-UE, kif speċifikat b’mod partikolari fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 (2). Il-prinċipji għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati tal-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 jenħtieġ li jkollhom l-għan li jidentifikaw il-proċessi tal-produzzjoni rilevanti għall-kategoriji tal-oġġetti, u li jimmonitorjaw l-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ dawk il-proċessi tal-produzzjoni. Ir-rapportar matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li jqis ukoll in-normi u l-proċeduri eżistenti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Fir-rigward tal-produzzjoni tal-idroġenu u d-derivattivi tiegħu, ir-rapportar jenħtieġ li jqis id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(7) |
Il-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni, inkluża d-data dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-installazzjoni, l-emissjonijiet attribwiti tal-proċessi tal-produzzjoni u l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti jenħtieġ li jintużaw għad-determinazzjoni tad-data li għandha tiġi pprovduta għall-fini tal-issodisfar tal-obbligi ta’ rapportar. Għal dawk l-obbligi, l-importaturi u r-rappreżentanti doganali indiretti jenħtieġ li jiżguraw id-disponibbiltà tal-informazzjoni meħtieġa mill-operaturi tal-installazzjonijiet. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tasal fil-ħin għall-importaturi u għar-rappreżentanti doganali indiretti biex jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar tagħhom. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi fatturi tal-emissjonijiet standard biex jintużaw għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati diretti (b’mod partikolari fatturi tal-emissjonijiet tal-fjuwil u fatturi tal-emissjonijiet minn proċessi) u fatturi ta’ effiċjenza ta’ referenza għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana. |
|
(8) |
Peress li l-perjodu ta’ rapportar jibda fl-1 ta’ Ottubru 2023, l-importaturi u r-rappreżentanti doganali indiretti għandhom żmien limitat disponibbli biex jiżguraw il-konformità mal-obbligi ta’ rapportar. Jistgħu jinkisbu sinerġiji mas-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar li diġà jintużaw minn operaturi ta’ pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li tkun permessa deroga temporanja għall-metodi ta’ kalkolu għar-rapportar tal-emissjonijiet integrati għal perjodu limitat, sa tmiem l-2024. Dik il-flessibbiltà jenħtieġ li tapplika meta l-operatur ikun soġġett għal sistema obbligatorja ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar assoċjata ma’ skema tal-ipprezzar tal-karbonju, jew ma’ skemi obbligatorji oħra ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar, jew meta l-operatur ikun qed jimmonitorja l-emissjonijiet tal-installazzjoni, inkluż għal proġett ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet. |
|
(9) |
Għal perjodu limitat, sal-31 ta’ Lulju 2024, id-dikjaranti li jirrapportaw li ma jkunux jistgħu jiksbu l-informazzjoni kollha mingħand operaturi ta’ pajjiżi terzi biex jiddeterminaw l-emissjonijiet integrati attwali tal-oġġetti importati f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw u jirreferu għal metodu alternattiv għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati diretti. |
|
(10) |
L-obbligi ta’ rapportar jenħtieġ li jagħtu wkoll xi flessibbiltà għad-determinazzjoni tal-istadji tal-produzzjoni fl-installazzjonijiet li ma jirrappreżentawx parti sinifikanti tal-emissjonijiet diretti integrati tal-oġġetti importati. Dan ikun tipikament il-każ għall-istadji finali tal-produzzjoni tal-prodotti downstream tal-azzar jew tal-aluminju. F’dak il-każ, jenħtieġ li tiġi pprovduta deroga mill-obbligi ta’ rapportar meħtieġa u l-valuri stmati jistgħu jiġu rrapportati għall-passi tal-produzzjoni f’installazzjonijiet li l-kontribut tagħhom għall-emissjonijiet diretti ma jaqbiżx l-20 % tal-emissjonijiet integrati totali tal-oġġetti importati. Dak il-livell limitu jenħtieġ li jiżgura biżżejjed flessibbiltà għall-operaturi ż-żgħar fil-pajjiżi terzi. |
|
(11) |
Wieħed mill-objettivi tal-perjodu ta’ tranżizzjoni huwa li tinġabar data għall-fini li tiġi speċifikata aktar, fl-att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) 2023/956, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet indiretti integrati wara dak il-perjodu. F’dak il-kuntest, ir-rapportar tal-emissjonijiet indiretti matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li jkun miftuħ u mfassal biex jippermetti li jintgħażel l-aktar valur xieraq fost dawk elenkati fit-Taqsima 4.3 fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956. Madankollu, ir-rapportar tal-emissjonijiet indiretti jenħtieġ li ma jinkludix rapportar ibbażat fuq il-fattur medju tal-emissjonijiet tal-grilja tal-Unjoni peress li dak il-valur diġà huwa magħruf mill-Kummissjoni. |
|
(12) |
Id-data miġbura matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għar-rapporti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta f’konformità mal-Artikolu 30(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2023/956. Id-data miġbura matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li tgħin ukoll fid-definizzjoni ta’ metodoloġija unika ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni. Il-valutazzjoni tad-data miġbura jenħtieġ li tintuża b’mod partikolari għall-ħidma tal-Kummissjoni bil-ħsieb li tiġi aġġustata l-metodoloġija applikabbli wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni. |
|
(13) |
Il-firxa indikattiva ta’ penali li għandhom jiġu imposti fuq dikjarant tar-rapportar li jkun naqas milli jirrispetta l-obbligi ta’ rapportar jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-valuri prestabbiliti magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-emissjonijiet integrati li ma ġewx irrapportati. Il-firxa massima indikattiva jenħtieġ li tkun koerenti mal-penali skont l-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), filwaqt li jitqies ukoll li l-obbligu fil-perjodu ta’ tranżizzjoni huwa limitat għar-rapportar tad-data. Il-kriterji li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti għad-determinazzjoni tal-ammont attwali tal-penali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-gravità u d-durata tan-nuqqas ta’ rapportar. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja r-rapporti tas-CBAM sabiex tipprevedi valutazzjoni indikattiva tal-informazzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti u biex tiżgura l-koerenza tal-penali li għandhom jiġu applikati. |
|
(14) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-obbligi ta’ rapportar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi bażi tad-data elettronika, ir-Reġistru Tranżitorju tas-CBAM, biex tinġabar l-informazzjoni rrapportata matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM jenħtieġ li jkun il-bażi għall-istabbiliment tar-Reġistru tas-CBAM skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2023/956. |
|
(15) |
Jenħtieġ li r-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM isir is-sistema għall-preżentazzjoni u għall-ġestjoni tar-rapporti tas-CBAM għar-rapportar tad-dikjaranti, inklużi kontrolli, valutazzjonijiet indikattivi, u proċeduri ta’ rieżami. Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni akkurata tal-obbligi ta’ rapportar, jenħtieġ li r-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM ikun interoperabbli mas-sistemi doganali eżistenti. |
|
(16) |
Sabiex tiġi żgurata sistema ta’ rapportar effettiva u uniformi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti tekniċi għall-funzjonament tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, bħal arranġamenti għall-iżvilupp, l-ittestjar u l-użu kif ukoll għall-manutenzjoni u l-modifiki potenzjali tas-sistemi elettroniċi, il-protezzjoni tad-data, l-aġġornament tad-data, il-limitazzjoni tal-ipproċessar tad-data, is-sjieda tas-sistemi, u s-sigurtà. Dawn l-arranġamenti jenħtieġ li jkunu kompatibbli mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod prestabbilit skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), kif ukoll mas-sigurtà tal-ipproċessar skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
|
(17) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tar-rapportar tad-data f’kull ħin, huwa importanti li jiġu previsti soluzzjonijiet alternattivi li għandhom jiġu implimentati fil-każ ta’ ħsara temporanja tas-sistemi elettroniċi għar-rapportar tad-data. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem fuq pjan għall-kontinwità tal-operat tas-CBAM. |
|
(18) |
Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, jenħtieġ li tintuża s-sistema tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali (UUM&DS), kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1070 (7), għall-ġestjoni, għall-awtentikazzjoni, u għall-proċess ta’ verifika tal-aċċess għad-dikjaranti tar-rapportar. |
|
(19) |
Għall-fini tal-identifikazzjoni tad-dikjaranti tar-rapportar u tal-istabbiliment ta’ lista tad-dikjaranti tar-rapportar bin-numri tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) tagħhom, ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM jenħtieġ li jkun interoperabbli mas-sistema tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1070. |
|
(20) |
Għall-finijiet ta’ kontroll u ta’ rapportar, jenħtieġ li s-sistemi nazzjonali jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa dwar l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 (8). |
|
(21) |
L-identifikazzjoni tal-oġġetti importati permezz tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda (“NM”) stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (9) u d-dispożizzjonijiet dwar il-ħżin stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1070 jenħtieġ li jintużaw biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-oġġetti importati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956. |
|
(22) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Id-data personali tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra pproċessata mis-sistemi elettroniċi jenħtieġ li tkun ristretta għas-sett tad-data stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Fejn ikun meħtieġ, għall-finijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għall-ipproċessar tad-data personali, dan jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali. F’dak ir-rigward, kwalunkwe pproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkun soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 u għar-rekwiżiti nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Kwalunkwe pproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni jenħtieġ li jkun soġġett għar-Regolament (UE) 2018/1725. Id-data personali jenħtieġ li tinżamm f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-soġġetti tad-data għal mhux iktar milli meħtieġ għall-finijiet li għalihom ġiet ipproċessata d-data personali. F’dan ir-rigward, il-perjodu taż-żamma tad-data għar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jkun limitat għal 5 snin mill-wasla tar-rapport tas-CBAM. |
|
(23) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fit-28 ta’ Lulju 2023. |
|
(24) |
Peress li l-ewwel perjodu ta’ rapportar jibda fl-1 ta’ Ottubru 2023, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza. |
|
(25) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-CBAM, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2023/956 fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament importati fit-territorju doganali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2025 (“perjodu ta’ tranżizzjoni”).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“dikjarant tar-rapportar” tfisser kwalunkwe waħda mill-persuni li ġejjin:
|
|
(2) |
“ribass” tfisser kwalunkwe ammont li jnaqqas l-ammont dovut jew imħallas minn persuna responsabbli għall-ħlas ta’ prezz tal-karbonju, qabel il-ħlas tiegħu jew wara, f’forma monetarja jew fi kwalunkwe forma oħra. |
KAPITOLU II
DRITTIJIET U OBBLIGI TAD-DIKJARANTI TAR-RAPPORTAR RELATATI MAR-RAPPORTAR
Artikolu 3
Obbligi ta’ rapportar tad-dikjaranti tar-rapportar
1. Kull dikjarant tar-rapportar għandu jipprevedi, abbażi tad-data, li l-operatur ikun jista’ jikkomunika, kif previst fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, l-informazzjoni li ġejja rigward l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 li ġew importati matul it-trimestru li miegħu ikun relatat ir-rapport tas-CBAM:
|
(a) |
il-kwantità tal-oġġetti importati, espressa f’sigħat ta’ megawatt għall-elettriku u f’tunnellati għal oġġetti oħra; |
|
(b) |
it-tip ta’ oġġetti kif identifikati mill-kodiċi NM tagħhom. |
2. Kull dikjarant tar-rapportar għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, kif elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, fir-rapporti tas-CBAM:
|
(a) |
il-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti importati; |
|
(b) |
l-installazzjoni fejn ġew prodotti l-oġġetti, identifikata mid-data li ġejja:
|
|
(c) |
ir-rotot tal-produzzjoni użati, definiti fit-Taqsima 3 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, li għandhom jirriflettu t-teknoloġija użata għall-produzzjoni tal-oġġetti, u informazzjoni dwar parametri speċifiċi li jikkwalifikaw ir-rotta tal-produzzjoni indikata magħżula kif definit fit-Taqsima 2 tal-Anness IV, għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet diretti integrati; |
|
(d) |
l-emissjonijiet diretti integrati speċifiċi tal-oġġetti, li għandhom jiġu ddeterminati billi l-emissjonijiet diretti attribwiti tal-proċessi tal-produzzjoni jiġu kkonvertiti f’emissjonijiet speċifiċi tal-oġġetti espressi bħala CO2e għal kull tunnellata f’konformità mat-Taqsimiet F u G tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
|
(e) |
ir-rekwiżiti ta’ rapportar li għandhom effett fuq l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti kif imsemmi fit-Taqsima 2 tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; |
|
(f) |
għall-elettriku bħala oġġett importat, id-dikjarant tar-rapportar għandu jirrapporta l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(g) |
għall-oġġetti tal-azzar, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-fabbrika tal-azzar speċifika fejn ikun ġie prodott lott partikolari ta’ materja prima, meta jkun magħruf. |
3. Għall-emissjonijiet indiretti integrati speċifiċi, kull dikjarant tar-rapportar għandu jirrapporta l-informazzjoni li ġejja, kif elenkata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, fir-rapporti tas-CBAM:
|
(a) |
il-konsum tal-elettriku, espress f’megawatt sigħat, tal-proċess tal-produzzjoni għal kull tunnellata ta’ oġġetti prodotti; |
|
(b) |
speċifika jekk id-dikjarant jirrapportax l-emissjonijiet reali jew il-valuri prestabbiliti magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ tranżizzjoni f’konformità mat-Taqsima D tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
il-fattur korrispondenti tal-emissjonijiet tal-elettriku kkunsmat; |
|
(d) |
l-ammont ta’ emissjonijiet indiretti integrati speċifiċi, li għandhom jiġu ddeterminati billi l-emissjonijiet indiretti integrati attribwiti tal-proċessi tal-produzzjoni jiġu kkonvertiti f’emissjonijiet indiretti speċifiċi tal-oġġetti espressi bħala CO2e għal kull tunnellata f’konformità mat-Taqsimiet F u G tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
4. Meta r-regoli għad-determinazzjoni tad-data jkunu differenti minn dawk indikati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, id-dikjarant tar-rapportar għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali u deskrizzjoni fuq il-bażi metodoloġika tar-regoli użati biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet integrati. Ir-regoli deskritti għandhom iwasslu għal kopertura u akkuratezza simili tad-data dwar l-emissjonijiet, inklużi l-konfini tas-sistemi, il-proċessi tal-produzzjoni mmonitorjati, il-fatturi tal-emissjonijiet u metodi oħra użati għall-kalkoli u għar-rapportar.
5. Għall-finijiet tar-rapportar, id-dikjarant tar-rapportar jista’ jitlob li l-operatur juża mudell elettroniku pprovdut mill-Kummissjoni u jipprovdi l-kontenut tal-komunikazzjoni fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness IV.
Artikolu 4
Kalkolu tal-emissjonijiet integrati
1. Għall-fini tal-Artikolu 3(2), l-emissjonijiet integrati speċifiċi ta’ oġġetti prodotti f’installazzjoni għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin, li jkunu bbażati fuq l-għażla tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ iddeterminata f’konformità mal-punt B.2 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament, li tkun tikkonsisti minn:
|
(a) |
id-determinazzjoni tal-emissjonijiet minn flussi minn sorsi abbażi ta’ data dwar l-attività miksuba permezz ta’ sistemi ta’ kejl u fatturi ta’ kalkolu minn analiżijiet tal-laboratorju jew valuri standard; |
|
(b) |
id-determinazzjoni tal-emissjonijiet minn sorsi ta’ emissjonijiet permezz ta’ kejl kontinwu tal-konċentrazzjoni tal-gass serra rilevanti fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija u tal-fluss tat-tromba taċ-ċumnija. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1, sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-emissjonijiet integrati speċifiċi ta’ oġġetti prodotti f’installazzjoni jistgħu jiġu ddeterminati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar li ġejjin, jekk iwasslu għal kopertura u akkuratezza simili tad-data dwar l-emissjonijiet meta mqabbla mal-metodi elenkati f’dak il-paragrafu:
|
(a) |
skema ta’ pprezzar tal-karbonju fejn tinsab l-installazzjoni, jew |
|
(b) |
skema obbligatorja ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet fejn tinsab l-installazzjoni, jew |
|
(c) |
skema ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-installazzjoni li tista’ tinkludi verifika minn verifikatur akkreditat. |
3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, sal-31 ta’ Lulju 2024, għal kull importazzjoni ta’ oġġetti li d-dikjarant tar-rapportar ma jkollux l-informazzjoni kollha elenkata fl-Artikolu 3(2) u (3), id-dikjarant tar-rapportar jista’ juża metodi oħrajn għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet, inkluż valuri prestabbiliti magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ tranżizzjoni jew kwalunkwe valur prestabbilit ieħor kif speċifikat fl-Anness III. F’każijiet bħal dawn, id-dikjarant tar-rapportar għandu jindika u jirreferi fir-rapporti tas-CBAM il-metodoloġija segwita għall-istabbiliment ta’ tali valuri.
Artikolu 5
Użu ta’ valuri stmati
B’deroga mill-Artikolu 4, sa 20 % tal-emissjonijiet integrati totali ta’ oġġetti kumplessi jistgħu jkunu bbażati fuq stimi magħmula disponibbli mill-operaturi tal-installazzjonijiet.
Artikolu 6
Ġbir tad-data u rapportar rigward l-ipproċessar attiv
1. Għall-oġġetti mqiegħda taħt ipproċessar attiv u sussegwentement rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera bħala l-istess oġġetti jew bħala prodotti pproċessati, id-dikjarant tar-rapportar għandu jippreżenta fir-rapporti tas-CBAM, għat-trimestru ta’ wara t-trimestru meta jkun seħħ ir-rilaxx mill-proċedura doganali f’konformità mal-Artikolu 257 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-kwantitajiet ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 li ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera wara l-ipproċessar attiv matul dak il-perjodu; |
|
(b) |
l-emissjonijiet integrati li jikkorrispondu għal dawk il-kwantitajiet ta’ oġġetti msemmija fil-punt (a) li jkunu ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera wara l-ipproċessar attiv matul dak il-perjodu; |
|
(c) |
il-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti msemmija fil-punt (a), fejn magħrufa; |
|
(d) |
l-installazzjonijiet fejn ġew prodotti l-oġġetti msemmija fil-punt (a), fejn magħrufa; |
|
(e) |
il-kwantitajiet ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 imqiegħda taħt ipproċessar attiv li rriżultaw fi prodotti pproċessati li ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera matul dak il-perjodu; |
|
(f) |
l-emissjonijiet integrati li jikkorrispondu għall-oġġetti li ntużaw biex jiġu prodotti l-kwantitajiet ta’ prodotti pproċessati msemmija fil-punt (e); |
|
(g) |
f’każ ta’ deroga għall-polza ta’ verifika mogħtija mid-dwana f’konformità mal-Artikolu 175 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (11), id-dikjarant tar-rapportar għandu jippreżenta d-deroga. |
2. Ir-rapportar u l-kalkolu tal-emissjonijiet integrati msemmija fil-punti (b) u (f) tal-paragrafu 1 għandhom isiru f’konformità mal-Artikoli 3, 4 u 5.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, meta l-prodotti pproċessati jew l-oġġetti mqiegħda taħt l-ipproċessar attiv jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera f’konformità mal-Artikolu 170(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, l-emissjonijiet integrati msemmija fil-punti (b) u (f) tal-paragrafu għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-emissjonijiet integrati medji ponderati tat-totalità tal-oġġetti tal-istess kategorija ta’ oġġetti tas-CBAM kif definita fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u mqiegħda taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv mill-1 ta’ Ottubru 2023.
L-emissjonijiet integrati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
|
(a) |
l-emissjonijiet integrati tal-punt (b) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu l-emissjonijiet integrati totali tal-oġġetti mqiegħda taħt ipproċessar attiv li jiġu importati, u |
|
(b) |
l-emissjonijiet integrati tal-punt (f) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu l-emissjonijiet integrati totali tal-oġġetti mqiegħda taħt ipproċessar attiv li ntużaw f’operazzjoni ta’ pproċessar waħda jew iktar immultiplikati bil-kwantitajiet perċentwali tal-prodotti pproċessati miksuba minnhom li jkunu importati. |
Artikolu 7
Rapportar ta’ informazzjoni rigward il-prezz tal-karbonju dovut
1. Fejn ikun applikabbli, id-dikjarant tar-rapportar għandu jipprovdi fir-rapporti tas-CBAM l-informazzjoni li ġejja rigward il-prezz tal-karbonju dovut f’pajjiż tal-oriġini għall-emissjonijiet integrati:
|
(a) |
it-tip ta’ prodott indikat bil-kodiċi NM; |
|
(b) |
it-tip ta’ prezz tal-karbonju; |
|
(c) |
il-pajjiż, fejn huwa dovut prezz tal-karbonju; |
|
(d) |
forma ta’ ribass jew kwalunkwe forma oħra ta’ kumpens disponibbli f’dak il-pajjiż li kienu jirriżultaw fi tnaqqis ta’ dak il-prezz tal-karbonju; |
|
(e) |
l-ammont tal-prezz tal-karbonju dovut, deskrizzjoni tal-istrument tal-ipprezzar tal-karbonju u l-mekkaniżmi ta’ kumpens possibbli; |
|
(f) |
indikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ att legali li tipprevedi l-prezz tal-karbonju, ir-ribass, jew forom oħra ta’ kumpens rilevanti, inkluża kopja tal-att legali; |
|
(g) |
il-kwantità ta’ emissjonijiet diretti jew indiretti integrati koperti; |
|
(h) |
il-kwantità ta’ emissjonijiet integrati koperti minn kwalunkwe ribass jew forma oħra ta’ kumpens, inklużi allokazzjonijiet bla ħlas, jekk ikunu applikabbli. |
2. L-ammonti monetarji msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, se jiġu kkonvertiti f’Euro abbażi tar-rati tal-kambju medji tas-sena ta’ qabel is-sena meta jkun dovut ir-rapport. Ir-rati tal-kambju medji annwali għandhom ikunu bbażati fuq kwotazzjonijiet ippubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew. Għall-muniti li għalihom ma tkunx ġiet ippubblikata kwotazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew, ir-rati tal-kambju medji annwali għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni disponibbli pubblikament dwar ir-rati tal-kambju effettivi. Ir-rati tal-kambju medji annwali għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.
Artikolu 8
Preżentazzjoni tar-rapporti tas-CBAM
1. Għal kull trimestru mill-1 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2025, id-dikjarant tar-rapportar għandu jippreżenta r-rapport tas-CBAM lir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM sa mhux iktar tard minn xahar wara t-tmiem ta’ dak it-trimestru.
2. Fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, id-dikjarant tar-rapportar għandu jipprovdi l-informazzjoni u jindika, jekk:
|
(a) |
ir-rapport tas-CBAM jiġi ppreżentat minn importatur f’ismu stess; |
|
(b) |
ir-rapport tas-CBAM jiġi ppreżentat minn rappreżentant doganali indirett f’isem importatur. |
3. Meta rappreżentant doganali indirett ma jaqbilx li jwettaq l-obbligi ta’ rapportar tal-importatur skont dan ir-Regolament, ir-rappreżentant doganali indirett għandu jinnotifika lill-importatur bl-obbligu li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2023/956.
4. Ir-rapporti tas-CBAM għandhom jinkludu l-informazzjoni fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
5. Ir-rapport tas-CBAM, ladarba jiġi ppreżentat fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, għandu jiġi allokat ID tar-Rapport uniku.
Artikolu 9
Modifika u korrezzjoni tar-rapporti tas-CBAM
1. Id-dikjarant tar-rapportar jista’ jimmodifika rapport tas-CBAM ippreżentat sa xahrejn wara t-tmiem tat-trimestru ta’ rapportar rilevanti.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, dikjarant tar-rapportar jista’ jimmodifika r-rapporti tas-CBAM għall-ewwel żewġ perjodi ta’ rapportar sal-iskadenza tal-preżentazzjoni għat-tielet rapport tas-CBAM.
3. Fuq talba ġustifikata tad-dikjarant tar-rapportar, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta dik it-talba u meta jkun xieraq għandha tippermetti lid-dikjarant tar-rapportar jerġa’ jippreżenta rapport tas-CBAM jew jikkoreġih wara l-iskadenza msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u fi żmien sena wara t-tmiem tat-trimestru tar-rapportar rilevanti. Il-preżentazzjoni mill-ġdid tar-rapport tas-CBAM ikkoreġut jew il-korrezzjoni, kif ikun applikabbli, għandha ssir sa mhux iktar tard minn xahar wara l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmotivaw ir-rifjut tat-talba prevista fil-paragrafu 3 u jinformaw lid-dikjarant tar-rapportar dwar id-drittijiet li jappella.
5. Rapport tas-CBAM sakemm ikun hemm tilwima ma jistax jiġi mmodifikat. Jista’ jiġi sostitwit biex jitqies l-eżitu ta’ dik it-tilwima.
KAPITOLU III
AMMINISTRAZZJONI FIR-RIGWARD TAR-RAPPORTAR TAS-CBAM
Artikolu 10
Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM
1. Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jkun bażi tad-data elettronika standardizzata u sigura li jkun fiha elementi tad-data komuni għar-rapportar matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u għall-għoti ta’ aċċess, trattament tal-każijiet u kunfidenzjalità.
2. Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jippermetti l-komunikazzjoni, il-kontrolli u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali, u d-dikjaranti tar-rapportar f’konformità mal-Kapitolu V.
Artikolu 11
Kontrolli tar-rapporti tas-CBAM u l-użu tal-informazzjoni mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni tista’ tikkontrolla r-rapporti tas-CBAM biex tivvaluta l-konformità mal-obbligi ta’ rapportar tad-dikjaranti tar-rapportar fil-perjodu ta’ tranżizzjoni u sa 3 xhur wara li l-aħħar rapport tas-CBAM kellu jkun ippreżentat.
2. Il-Kummissjoni għandha tuża r-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, u l-informazzjoni li tinsab f’dak ir-Reġistru biex twettaq il-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2023/956.
Artikolu 12
Valutazzjoni indikattiva mill-Kummissjoni
1. Għal finijiet indikattivi, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri lista ta’ dikjaranti tar-rapportar stabbiliti fl-Istat Membru li dwarhom il-Kummissjoni għandha raġunijiet biex temmen li naqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jippreżentaw rapport tas-CBAM.
2. Meta l-Kummissjoni tqis li rapport tas-CBAM ma fihx l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Artikoli 3 sa 7 jew tqis rapport bħala mhux komplut jew mhux korrett f’konformità mal-Artikolu 13, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-valutazzjoni indikattiva dwar dak ir-rapport tas-CBAM lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit id-dikjarant tar-rapportar.
Artikolu 13
Rapporti tas-CBAM mhux kompluti jew mhux korretti
1. Rapport tas-CBAM għandu jitqies mhux komplut meta d-dikjarant tar-rapportar ikun naqas milli jirrapporta f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. Rapport tas-CBAM għandu jitqies bħala mhux korrett fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
id-data jew l-informazzjoni fir-rapport ippreżentat ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 7 u fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
id-dikjarant tar-rapportar ikun ippreżenta data u informazzjoni ħżiena; |
|
(c) |
meta d-dikjarant tar-rapportar ma jipprovdix ġustifikazzjoni adegwata għall-użu tar-regoli dwar ir-rapportar għajr dawk elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 14
Valutazzjoni tar-rapporti tas-CBAM u l-użu ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti
1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tad-dikjarant tar-rapportar għandha tibda r-rieżami u tivvaluta d-data, l-informazzjoni, il-lista tad-dikjaranti tar-rapportar ikkomunikati mill-Kummissjoni u l-valutazzjoni indikattiva kif imsemmi fl-Artikolu 12 fi żmien tliet xhur mill-komunikazzjoni ta’ dik il-lista jew il-valutazzjoni indikattiva.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM u l-informazzjoni li tinsab f’dak ir-Reġistru, biex iwettqu l-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2023/956.
3. Fil-perjodu ta’ tranżizzjoni jew wara dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jibdew il-proċedura ta’ korrezzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
rapporti tas-CBAM mhux kompluti jew mhux korretti; |
|
(b) |
nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ rapport tas-CBAM. |
4. Meta l-awtorità kompetenti tibda l-proċedura ta’ korrezzjoni, id-dikjarant tar-rapportar għandu jiġi nnotifikat li r-rapport qed jiġi rieżaminat, u li hija meħtieġa informazzjoni addizzjonali. It-talba għal informazzjoni addizzjonali mill-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikoli 3 sa 7. Id-dikjarant tar-rapportar għandu jippreżenta l-informazzjoni addizzjonali permezz tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.
5. L-awtorità kompetenti, jew kwalunkwe awtorità oħra maħtura mill-awtorità kompetenti, għandha tagħti l-awtorizzazzjoni biex taċċessa r-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM u tiġġestixxi r-reġistrazzjoni fil-livell nazzjonali filwaqt li tqis in-numru EORI f’konformità mal-arranġament tekniku stabbilit fl-Artikolu 20.
Artikolu 15
Kunfidenzjalità
1. Id-deċiżjonijiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti u l-informazzjoni kollha miksuba mill-awtorità kompetenti matul it-twettiq tad-dmir tagħha relatat mar-rapportar skont dan ir-Regolament, li tkun kunfidenzjali, jew li tiġi pprovduta fuq bażi kunfidenzjali, għandhom ikunu koperti mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi żvelata mill-awtorità kompetenti mingħajr il-permess espliċitu tal-persuna jew tal-awtorità li pprovdietha.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, tali informazzjoni tista’ tiġi żvelata mingħajr permess meta dan ir-Regolament ikun jipprevedi dan u meta l-awtorità kompetenti tkun obbligata jew awtorizzata tiżvelaha bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw l-informazzjoni kunfidenzjali msemmija fil-paragrafu 1 lill-awtoritajiet doganali tal-Unjoni.
3. Kwalunkwe divulgazzjoni jew komunikazzjoni ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandha ssir f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
KAPITOLU IV
INFURZAR
Artikolu 16
Penali
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw penali fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
id-dikjarant tar-rapportar ma jkunx ħa l-passi meħtieġa biex jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport tas-CBAM, jew |
|
(b) |
meta r-rapport tas-CBAM ma jkunx korrett jew ma jkunx komplut f’konformità mal-Artikolu 13, u d-dikjarant tar-rapportar ma jkunx ħa l-passi meħtieġa biex jikkoreġi r-rapport tas-CBAM meta l-awtorità kompetenti tkun bdiet il-proċedura ta’ korrezzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(4). |
2. L-ammont tal-penali għandu jkun bejn EUR 10 u EUR 50 għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet mhux irrapportati. Il-penali għandha tiżdied skont l-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur.
3. Meta jiddeterminaw l-ammont reali ta’ penali, għall-emissjonijiet mhux irrapportati kkalkulati abbażi tal-valuri prestabbiliti magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-fatturi li ġejjin:
|
(a) |
il-firxa ta’ informazzjoni mhux irrapportata; |
|
(b) |
il-kwantitajiet mhux irrapportati ta’ oġġetti importati u l-emissjonijiet mhux irrapportati relatati ma’ dawk l-oġġetti; |
|
(c) |
il-prontezza tad-dikjarant tar-rapportar biex jikkonforma mat-talbiet għal informazzjoni jew biex jikkoreġi r-rapport tas-CBAM; |
|
(d) |
l-imġiba intenzjonata jew negliġenti tad-dikjarant tar-rapportar; |
|
(e) |
l-imġiba fl-imgħoddi tad-dikjarant tar-rapportar fir-rigward tal-konformità mal-obbligi ta’ rapportar; |
|
(f) |
il-livell ta’ kooperazzjoni tad-dikjarant tar-rapportar biex jintemm il-ksur; |
|
(g) |
jekk id-dikjarant tar-rapportar jkunx ħa miżuri b’mod volontarju biex jiżgura li ma jkunx jista’ jitwettaq ksur simili fil-futur. |
4. Għandhom jiġu applikati penali ogħla meta jkunu ġew ippreżentati aktar minn żewġ rapporti konsekuttivi mhux kompluti jew mhux korretti skont it-tifsira tal-Artikolu 13 jew it-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ rapportar jaqbeż is-6 xhur.
KAPITOLU V
ELEMENTI TEKNIĊI RIGWARD IR-REĠISTRU TRANŻIZZJONALI TAS-CBAM
TAQSIMA 1
Introduzzjoni
Artikolu 17
Sistema ċentrali fil-kamp ta’ applikazzjoni
1. Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jkun interoperabbli:
|
(a) |
is-sistema tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali (UUM&DS) għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-utenti u tal-ġestjoni tal-aċċess għall-Kummissjoni, għall-Istati Membri, u għad-dikjaranti tar-rapportar, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1070; |
|
(b) |
ir-Reġistrazzjoni u l-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) għall-fini tal-validazzjoni u tal-irkupru tal-Informazzjoni dwar l-Identità tal-Operatur Ekonomiku, kif imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1070, għad-data stabbilita fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
is-sistema ta’ Sorveljanza għall-fini tal-irkupru ta’ informazzjoni dwar id-Dikjarazzjonijiet tal-Importazzjonijiet Doganali għall-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 għall-kontrolli tar-rapporti tas-CBAM u għall-konformità, żviluppata permezz tas-Sorveljanza 3 tal-KDU (SURV3), kif imsemmi fl-Artikolu 99 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1070. |
|
(d) |
is-sistema tat-TARIC kif imsemmija fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
2. Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jkun interoperabbli ma’ sistemi deċentralizzati kif żviluppati jew aġġornati permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151, għall-fini li tiġi rkuprata l-informazzjoni dwar id-Dikjarazzjonijiet tal-Importazzjonijiet Doganali għall-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, kif speċifikat fl-Anness VI u fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament, u biex jiġu kkontrollati r-rapporti tas-CBAM u tiġi żgurata l-konformità tad-dikjaranti tar-rapportar meta dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fis-sistema tal-SURV3.
Artikolu 18
Punti ta’ kuntatt għas-sistemi elettroniċi
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt għal kull sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni biex jiġi żgurat żvilupp, tħaddim u manutenzjoni koordinati ta’ dawk is-sistemi elettroniċi.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt lil xulxin u jinfurmaw lil xulxin minnufih bi kwalunkwe tibdil f’dawk id-dettalji.
TAQSIMA 2
Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM
Artikolu 19
Struttura tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM
Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin (“komponenti komuni”):
|
(a) |
il-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM (CBAM TP); |
|
(b) |
il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM (CBAM CAP) b’żewġ spazji segregati:
|
|
(c) |
il-Ġestjoni tal-Aċċess għall-Utenti tas-CBAM; |
|
(d) |
is-Servizzi ta’ Back End tar-Reġistru tas-CBAM (CBAM BE); |
|
(e) |
il-paġna pubblika tas-CBAM fuq is-sit web Europa. |
Artikolu 20
Termini ta’ kollaborazzjoni fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM
1. Il-Kummissjoni għandha tipproponi t-Termini ta’ Kollaborazzjoni, Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz, u Pjan ta’ sigurtà, għal qbil mal-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha topera r-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM f’konformità mat-termini maqbula.
2. Ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jintuża fir-rigward tar-rapporti tas-CBAM u tar-Rekords tad-Dikjarazzjonijiet tal-Importazzjoni li magħhom huma relatati dawn ir-rapporti.
Artikolu 21
Il-Ġestjoni tal-Aċċess għall-Utenti tas-CBAM
1. L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tad-dikjarant tar-rapportar għall-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti tar-Reġistru tas-CBAM għandhom isiru bl-użu tas-sistema tal-UUM&DS kif imsemmi fl-Artikolu 17(1), il-punt (a).
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi ta’ awtentikazzjoni li jippermettu lill-utenti tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM jaċċessaw b’mod sigur dak ir-Reġistru.
3. Il-Kummissjoni għandha tuża l-UUM&DS biex tagħti l-awtorizzazzjoni għall-aċċess tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM lill-persunal tagħha u biex tipprovdi d-delegazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu l-awtorizzazzjonijiet tagħhom.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-UUM&DS biex jagħtu l-awtorizzazzjoni għall-aċċess tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM lill-persunal tagħhom u lid-dikjaranti tar-rapportar stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom.
5. Awtorità kompetenti tista’ tagħżel li tuża sistema ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess stabbilita fl-Istat Membru tagħha skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament (sistema doganali nazzjonali tal-eIDAS) biex tipprovdi l-kredenzjali meħtieġa għall-aċċess tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.
Artikolu 22
Portal tan-Negozjanti tas-CBAM
1. Il-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM għandu jkun il-punt uniku ta’ dħul fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għad-dikjaranti tar-rapportar. Il-portal għandu jkun aċċessibbli mill-Internet.
2. Il-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM għandu jinteropera mas-servizzi back end tar-Reġistru tas-CBAM.
3. Il-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM għandu jintuża mid-dikjarant tar-rapportar:
|
(a) |
għall-preżentazzjoni tar-rapporti tas-CBAM permezz ta’ interfaċċa tal-web jew interfaċċa bejn Sistema u Sistema, u; |
|
(b) |
għar-riċeviment ta’ notifiki relatati mal-obbligi ta’ konformità tas-CBAM tagħhom. |
4. Il-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM għandu joffri faċilitajiet għad-dikjaranti tar-rapportar biex jaħżnu l-informazzjoni dwar installazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi u l-emissjonijiet integrati għall-użu mill-ġdid aktar tard tagħhom.
5. L-aċċess għall-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM għandu jkun ġestit esklużivament mill-Ġestjoni tal-Aċċess tas-CBAM imsemmija fl-Artikolu 26.
Artikolu 23
Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM (CBAM CAP) għall-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti tas-CBAM (CBAM CAP/N)
1. Il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għandu jkun il-punt uniku ta’ dħul fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għall-awtoritajiet kompetenti. Il-portal għandu jkun aċċessibbli mill-Internet.
2. Il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għandu jinteropera mas-Servizzi Back End tar-Reġistru tas-CBAM permezz tan-network intern tal-Kummissjoni.
3. Il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għandu jintuża mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2023/956.
4. L-aċċess għall-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Awtoritajiet Kompetenti Nazzjonali għandu jkun ġestit esklużivament mill-Ġestjoni tal-Aċċess tas-CBAM imsemmija fl-Artikolu 26.
Artikolu 24
Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM (CBAM CAP) għall-Kummissjoni (CBAM CAP/C)
1. Il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Kummissjoni għandu jkun il-punt uniku ta’ dħul għar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għall-Kummissjoni. Il-portal għandu jkun aċċessibbli fuq in-network intern tal-Kummissjoni u fuq l-Internet.
2. Il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Kummissjoni għandu jinteropera mas-servizzi back end tar-Reġistru tas-CBAM fuq in-network intern tal-Kummissjoni.
3. Il-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Kummissjoni għandu jintuża mill-Kummissjoni biex twettaq il-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2023/956.
4. L-aċċess għall-Portal tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM għall-Kummissjoni għandu jkun ġestit esklużivament mill-Ġestjoni tal-Aċċess tas-CBAM imsemmija fl-Artikolu 26.
Artikolu 25
Is-Servizzi Back End tar-Reġistru tas-CBAM (CBAM BE)
1. Is-Servizzi Back End tar-Reġistru tas-CBAM għandhom iservu għat-talbiet kollha mqiegħda minn:
|
(a) |
id-dikjaranti tar-rapportar permezz tal-Portal tan-Negozjanti tas-CBAM; |
|
(b) |
l-awtoritajiet kompetenti permezz tal-Portal/N tal-Awtoritajiet Kompetenti tas-CBAM; |
|
(c) |
il-Kummissjoni permezz tal-Portal/C tal-Awtorità Kompetenti tas-CBAM. |
2. Is-Servizzi Back End tar-Reġistru tas-CBAM għandhom jaħżnu b’mod ċentrali u jiġġestixxu l-informazzjoni kollha fdata lir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM. Dan għandu jiggarantixxi l-persistenza, l-integrità u l-koerenza tagħhom ta’ dik l-informazzjoni.
3. Is-Servizzi Back End tar-Reġistru tas-CBAM għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni.
4. L-aċċess għas-Servizzi Back End tar-Reġistru tas-CBAM għandu jkun ġestit esklużivament mill-Ġestjoni tal-Aċċess tas-CBAM imsemmija fl-Artikolu 26.
Artikolu 26
Sistema ta’ ġestjoni tal-aċċess
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi s-sistema ta’ ġestjoni tal-aċċess biex tivvalida t-talbiet għall-aċċess ippreżentati mid-dikjaranti tar-rapportar u minn persuni oħra fis-sistema tal-UUM&DS kif imsemmi fl-Artikolu 17(1), il-punt (a), billi tikkollega s-sistemi ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess tal-Istati Membri u tal-UEskont l-Artikolu 27.
Artikolu 27
Sistema ta’ ġestjoni tal-amministrazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi s-sistema ta’ ġestjoni tal-amministrazzjoni għall-ġestjoni tal-awtentikazzjoni u tal-awtorizzazzjoni, id-data tal-identifikazzjoni ta’ dikjaranti tar-rapportar u ta’ persuni oħrajn bil-għan li jkun permess l-aċċess għas-sistemi elettroniċi.
Artikolu 28
Sistemi ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess tal-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess, jew jużaw sistemi eżistenti, biex jiżguraw:
|
(a) |
reġistrazzjoni u ħżin siguri tad-data tal-identifikazzjoni ta’ dikjaranti tar-rapportar u ta’ persuni oħrajn; |
|
(b) |
skambju sigur tad-data tal-identifikazzjoni ffirmata u kriptata ta’ dikjaranti tar-rapportar u ta’ persuni oħrajn. |
TAQSIMA 3
Il-funzjonament tas-sistemi elettroniċi u t-taħriġ fl-użu tagħhom
Artikolu 29
L-iżvilupp, l-ittestjar, l-użu, u l-ġestjoni tas-sistemi elettroniċi
1. Il-komponenti komuni tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandhom jiġu żviluppati, ittestjati, użati, u ġestiti mill-Kummissjoni, u jistgħu jiġu ttestjati mill-Istati Membri. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tad-dikjarant tar-rapportar għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet dwar il-penali mal-eżitu rispettiv ta’ dak il-proċess lill-Kummissjoni, permezz ta’ sistemi elettroniċi żviluppati fil-livell nazzjonali, marbuta mal-infurzar u mal-penali, jew b’mezzi oħra.
2. Il-Kummissjoni għandha tfassal u żżomm l-ispeċifikazzjonijiet komuni tal-interfaċċi mal-komponenti ta’ sistemi elettroniċi żviluppati fil-livell nazzjonali f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.
3. Meta jkun xieraq, għandhom jiġu definiti speċifikazzjonijiet tekniċi komuni mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, u soġġetti għal rieżami minnhom, bil-ħsieb li jintużaw meta jasal iż-żmien. L-Istati Membri u, meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandhom jimpenjaw ruħhom fl-iżvilupp u fl-użu tas-sistemi. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw ukoll mad-dikjaranti tar-rapportar u ma’ partijiet ikkonċernati oħra.
Artikolu 30
Manutenzjoni tas-sistemi elettroniċi u bidliet fihom
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq il-manutenzjoni tal-komponenti komuni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-manutenzjoni tal-komponenti nazzjonali tagħhom.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura tħaddim mingħajr interruzzjoni tas-sistemi elettroniċi.
3. Il-Kummissjoni tista’ tibdel il-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi biex tikkoreġi l-ħsarat, biex iżżid funzjonalitajiet ġodda jew biex tibdel dawk eżistenti.
4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bil-bidliet u bl-aġġornamenti tal-komponenti komuni.
5. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni dwar il-bidliet u l-aġġornamenti fis-sistemi elettroniċi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 disponibbli pubblikament.
Artikolu 31
Ħsara temporanja fis-sistemi elettroniċi
1. F’każ ta’ ħsara temporanja fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, id-dikjaranti tar-rapportar u persuni oħra għandhom jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa biex jissodisfaw il-formalitajiet meħtieġa bil-mezzi stabbiliti mill-Kummissjoni, inkluż b’mezzi għajr tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data.
2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u lid-dikjaranti tar-rapportar dwar kwalunkwe nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistemi elettroniċi li jirriżulta minn ħsara temporanja.
3. Il-Kummissjoni għandha tħejji pjan għall-kontinwità tal-operat tas-CBAM li għandu jiġi maqbul bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. F’każ ta’ ħsara temporanja fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kundizzjonijiet biex jiġi attivat.
Artikolu 32
Appoġġ ta’ taħriġ dwar l-użu u l-funzjonament tal-komponenti komuni
Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri fl-użu u fil-funzjonament tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi billi tipprovdi l-materjal xieraq għat-taħriġ.
TAQSIMA 4
Protezzjoni tad-data, il-ġestjoni tad-data u s-sjieda u s-sigurtà tas-sistemi elettroniċi
Artikolu 33
Protezzjoni tad-data personali
1. Id-data personali rreġistrata fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, u l-komponenti tas-sistemi elettroniċi żviluppati fil-livell nazzjonali għandhom jiġu pproċessati għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 filwaqt li jitqiesu l-objettivi speċifiċi ta’ dawk il-bażijiet tad-data kif stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-finijiet li għalihom id-data personali tista’ tiġi pproċessata għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
Finijiet ta’ awtentikazzjoni u ta’ ġestjoni tal-aċċess; |
|
(b) |
Monitoraġġ, kontrolli u rieżami tar-rapporti tas-CBAM; |
|
(c) |
Komunikazzjoni u notifiki; |
|
(d) |
Konformità u proċedimenti ġudizzjarji; |
|
(e) |
Funzjonament tal-infrastruttura tal-IT, inkluż l-interoperabbiltà ma’ sistemi deċentralizzati skont dan ir-Regolament; |
|
(f) |
Statistika u rieżami tal-funzjonament tar-Regolament (UE) 2023/956 u ta’ dan ir-Regolament. |
2. L-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jikkooperaw, f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2018/1725, biex jiżguraw superviżjoni kkoordinata tal-ipproċessar tad-data personali rreġistrata fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM u tal-komponenti ta’ sistemi elettroniċi żviluppati fil-livell nazzjonali.
3. Id-dispożizzjonijiet li hemm f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ rettifika tad-data personali f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/679.
Artikolu 34
Limitazzjoni tal-aċċess għad-data u l-ipproċessar tad- data
1. Id-data rreġistrata fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM minn dikjarant tar-rapportar tista’ tiġi aċċessata jew inkella pproċessata minn dak id-dikjarant tar-rapportar. Tista’ tiġi aċċessata wkoll u pproċessata b’mod ieħor mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti.
2. Meta jiġu identifikati inċidenti u problemi fil-proċessi operazzjonali fil-forniment tas-servizzi tas-sistemi fejn il-Kummissjoni taġixxi bħala proċessur, il-Kummissjoni jista’ jkollha aċċess għad-data f’dawn il-proċessi biss għall-fini li ssolvi inċident irreġistrat jew problema rreġistrata. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kunfidenzjalità ta’ tali data.
Artikolu 35
Sjieda tas-sistema
Il-Kummissjoni għandha tkun is-sid tas-sistema tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.
Artikolu 36
Sigurtà tas-sistema
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura s-sigurtà tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.
2. Għal dawk il-finijiet, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex:
|
(a) |
jipprevjenu lil kwalunkwe persuna mhux awtorizzata milli jkollha aċċess għall-installazzjonijiet li jintużaw għall-ipproċessar tad-data; |
|
(b) |
jipprevjenu d-dħul ta’ data u kwalunkwe konsultazzjoni, modifika jew tħassir ta’ data minn persuni mhux awtorizzati; |
|
(c) |
jidentifikaw kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) u (b). |
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunkwe attività li tista’ tirriżulta fi ksur jew f’suspett ta’ ksur tas-sigurtà tar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.
4. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet ta’ sigurtà li jikkonċernaw ir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.
Artikolu 37
Kontrollur għar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM
Għar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM u fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaġixxu bħala kontrolluri konġunti kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2016/679 u kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 38
Perjodu taż-żamma tad- data
1. Sabiex jinkisbu l-objettivi skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2023/956, b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu, il-perjodu taż-żamma tad-data għad-data fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM għandu jkun limitat għal 5 snin mill-wasla tar-rapport tas-CBAM.
2. Minkejja l-paragrafu 1, meta jkun ġie ppreżentat appell jew meta jkunu bdew proċedimenti tal-qorti li jinvolvu data maħżuna fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, dik id-data għandha tinżamm sakemm jintemmu l-proċedura tal-appell jew il-proċedimenti tal-qorti u għandha tintuża biss għall-fini tal-proċedura tal-appell jew tal-proċedimenti tal-qorti msemmija hawn fuq.
Artikolu 39
Valutazzjoni tas-sistemi elettroniċi
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjonijiet tal-komponenti li huma responsabbli għalihom u għandhom b’mod partikolari janalizzaw is-sigurtà u l-integrità ta’ dawk il-komponenti u l-kunfidenzjalità tad-data pproċessata f’dawk il-komponenti.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.
Artikolu 40
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1).
(3) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(4) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ir-Regolament tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1070 tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar l-arranġamenti tekniċi għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi elettroniċi għall-iskambju u l-ħżin tal-informazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 2.6.2023, p. 65).
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 tat-13 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 168).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (TARIC) (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
ANNESS I
Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata fir-rapporti tas-CBAM
Id-dikjarant tar-rapportar għandu jsegwi l-istruttura tar-rapport tas-CBAM elenkata fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness u pprovduta fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM, u jinkludi l-informazzjoni dettaljata elenkata fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness, meta jissottometti r-rapport tas-CBAM.
Tabella 1
Struttura tar-rapport tas-CBAM
|
Rapport tas-CBAM |
|
Data tal-ħruġ tar-rapport |
|
ID tal-abbozz tar-rapport |
|
ID tar-rapport |
|
Perjodu tar-rapportar |
|
Sena |
|
--Dikjarant tar-rapportar |
|
----Indirizz |
|
--Rappreżentant (*1) |
|
----Indirizz |
|
--Importatur (*1) |
|
----Indirizz |
|
--Awtorità kompetenti |
|
--Firem |
|
----Konferma tar-rapport |
|
----Tip ta’ metodoloġija ta’ rapportar applikabbli |
|
--Rimarki |
|
--Oġġetti tas-CBAM importati |
|
Numru tal-oġġett tal-oġġetti |
|
----Rappreżentant (*1) |
|
------Indirizz |
|
----Importatur (*1) |
|
------Indirizz |
|
----Kodiċi tal-komodità |
|
Kodiċi tas-subintestatura tas-sistema armonizzata |
|
Kodiċi tan-nomenklatura magħquda |
|
------Dettalji tal-komodità |
|
----Pajjiż ta’ oriġini |
|
----Kwantità importata għal kull proċedura doganali |
|
------Proċedura |
|
--------Informazzjoni tal-ipproċessar attiv |
|
------Qasam tal-importazzjoni |
|
------Miżura dwar l-oġġetti (għal kull proċedura) |
|
------Miżura dwar l-oġġetti (ipproċessar attiv) |
|
------Referenzi speċjali għall-oġġetti |
|
----Miżura dwar l-oġġetti (importati) |
|
----Emissjonijiet totali tal-oġġetti importati |
|
----Dokumenti ta’ sostenn (għall-oġġetti) |
|
------Dokumenti mehmuża |
|
----Rimarki |
|
----Emissjonijiet tal-oġġetti tas-CBAM |
|
Numru tas-sekwenza tal-emissjonijiet |
|
Pajjiż tal-produzzjoni |
|
------L-isem tal-kumpanija tal-installazzjoni |
|
--------Indirizz |
|
--------Dettalji ta’ kuntatt |
|
------Installazzjoni |
|
--------Indirizz |
|
------Miżura dwar l-oġġetti (prodotti) |
|
------Emissjonijiet tal-installazzjoni |
|
------Emissjonijiet integrati diretti |
|
------Emissjonijiet integrati indiretti |
|
------Metodu tal-produzzjoni u parametri kwalifikanti |
|
--------Parametri kwalifikanti tal-emissjonijiet diretti |
|
--------Parametri kwalifikanti tal-emissjonijiet indiretti |
|
------Dokumenti ta’ sostenn (għad-definizzjoni tal-emissjonijiet) |
|
--------Dokumenti mehmuża |
|
------Il-prezz tal-karbonju dovut |
|
-------- Oġġetti koperti mill-prezz tal-karbonju dovut |
|
------Miżura dwar l-oġġetti (koperti) |
|
------Rimarki |
Tabella 2
Rekwiżiti ta’ informazzjoni dettaljata fir-rapport tas-CBAM
|
Rapport tas-CBAM |
|
Data tal-ħruġ tar-rapport |
|
ID tal-abbozz tar-rapport |
|
ID tar-rapport |
|
Perjodu tar-rapportar |
|
Sena |
|
Total tal-oġġetti importati |
|
Emissjonijiet totali |
|
--Dikjarant tar-rapportar |
|
Numru ta’ identifikazzjoni |
|
Isem |
|
Rwol |
|
----Indirizz |
|
Stat Membru ta’ stabbiliment |
|
Suddiviżjoni |
|
Belt |
|
Triq |
|
Linja addizzjonali għat-triq |
|
Numru |
|
Kodiċi postali |
|
Kaxxa Postali |
|
--Rappreżentant (*2) |
|
Numru ta’ identifikazzjoni |
|
Isem |
|
----Indirizz |
|
Stat Membru ta’ stabbiliment |
|
Suddiviżjoni |
|
Belt |
|
Triq |
|
Linja addizzjonali għat-triq |
|
Numru |
|
Kodiċi postali |
|
Kaxxa Postali |
|
--Importatur (*2) |
|
Numru ta’ identifikazzjoni |
|
Isem |
|
----Indirizz |
|
Stat Membru jew pajjiż ta’ stabbiliment |
|
Suddiviżjoni |
|
Belt |
|
Triq |
|
Linja addizzjonali għat-triq |
|
Numru |
|
Kodiċi postali |
|
Kaxxa Postali |
|
--Awtorità kompetenti |
|
Numru ta’ referenza |
|
--Firem |
|
----Konferma tar-rapport |
|
Konferma tad-data globali tar-rapport |
|
Konferma tal-użu tad-data |
|
Data tal-iffirmar |
|
Post tal-iffirmar |
|
Firma |
|
Pożizzjoni tal-persuna li qed tiffirma |
|
----Tip ta’ metodoloġija ta’ rapportar applikabbli |
|
Metodoloġija ta’ rapportar applikabbli oħra |
|
--Rimarki |
|
Informazzjoni addizzjonali |
|
--Oġġetti tas-CBAM importati |
|
Numru tal-oġġett tal-oġġetti |
|
----Rappreżentant (*2) |
|
Numru ta’ identifikazzjoni |
|
Isem |
|
------Indirizz |
|
Stat Membru ta’ stabbiliment |
|
Suddiviżjoni |
|
Belt |
|
Triq |
|
Linja addizzjonali għat-triq |
|
Numru |
|
Kodiċi postali |
|
Kaxxa Postali |
|
----Importatur (*2) |
|
Numru ta’ identifikazzjoni |
|
Isem |
|
------Indirizz |
|
Stat Membru jew pajjiż ta’ stabbiliment |
|
Suddiviżjoni |
|
Belt |
|
Triq |
|
Linja addizzjonali għat-triq |
|
Numru |
|
Kodiċi postali |
|
Kaxxa Postali |
|
----Kodiċi tal-komodità |
|
Kodiċi tas-subintestatura tas-sistema armonizzata |
|
Kodiċi tan-nomenklatura magħquda |
|
------Dettalji tal-komodità |
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
|
----Pajjiż ta’ oriġini |
|
Kodiċi tal-pajjiż |
|
-----Kwantità importata għal kull proċedura doganali |
|
Numru tas-sekwenza |
|
------Proċedura |
|
Proċedura mitluba |
|
Il-proċedura preċedenti |
|
Informazzjoni dwar l-ipproċessar attiv |
|
L-Istat Membru tal-awtorizzazzjoni għall-ipproċessar attiv |
|
Deroga mill-ipproċessar attiv għall-polza ta’ verifika |
|
Awtorizzazzjoni |
|
Ħin tal-bidu tal-globalizzazzjoni |
|
Ħin tat-tmiem tal-globalizzazzjoni |
|
Skadenza għall-preżentazzjoni tal-polza ta’ verifika |
|
------Qasam tal-importazzjoni |
|
Żona tal-importazzjoni |
|
------Miżura dwar l-oġġetti (għal kull proċedura) |
|
Massa netta |
|
Unitajiet supplimentari |
|
Tip ta’ unità ta’ kejl |
|
------Miżura dwar l-oġġetti (ipproċessar attiv) |
|
Massa netta |
|
Unitajiet supplimentari |
|
Tip ta’ unità ta’ kejl |
|
------Referenzi speċjali għall-oġġetti |
|
Informazzjoni addizzjonali |
|
----Miżura dwar l-oġġetti (importati) |
|
Massa netta |
|
Unitajiet supplimentari |
|
Tip ta’ unità ta’ kejl |
|
----Emissjonijiet totali tal-oġġetti importati |
|
Emissjonijiet tal-oġġetti għal kull unità ta’ prodott |
|
Emissjonijiet totali tal-oġġetti |
|
Emissjonijiet diretti tal-oġġetti |
|
Emissjonijiet indiretti tal-oġġetti |
|
Tip ta’ unità ta’ kejl għall-emissjonijiet |
|
----Dokumenti ta’ sostenn (għall-oġġetti) |
|
Numru tas-sekwenza |
|
Tip |
|
Pajjiż tal-ħruġ tad-dokumenti |
|
Numru ta’ referenza |
|
Numru tal-entrata f’linja tad-dokument |
|
Isem l-awtorità emittenti |
|
Data tal-bidu tal-validità |
|
Data tat-tmiem il-validità |
|
Deskrizzjoni |
|
------Dokumenti mehmuża |
|
Isem tal-fajl |
|
Riżorsa Universali Identifikata |
|
Multipurpose Internet Mail Extensions |
|
Oġġett binarju inkluż |
|
----Rimarki |
|
Informazzjoni addizzjonali |
|
----Emissjonijiet tal-oġġetti tas-CBAM |
|
Numru tas-sekwenza tal-emissjonijiet |
|
Pajjiż tal-produzzjoni |
|
------L-isem tal-kumpanija tal-installazzjoni |
|
ID tal-operatur |
|
Isem l-operatur |
|
--------Indirizz |
|
Kodiċi tal-pajjiż |
|
Suddiviżjoni |
|
Belt |
|
Triq |
|
Linja addizzjonali għat-triq |
|
Numru |
|
Kodiċi postali |
|
Kaxxa Postali |
|
--------Dettalji ta’ kuntatt |
|
Isem |
|
Numru tat-telefown |
|
Posta elettronika |
|
------Installazzjoni |
|
ID tal-Installazzjoni |
|
Isem l-installazzjoni |
|
Attività ekonomika |
|
--------Indirizz |
|
Pajjiż ta’ stabbiliment |
|
Suddiviżjoni |
|
Belt |
|
Triq |
|
Linja addizzjonali għat-triq |
|
Numru |
|
Kodiċi postali |
|
Kaxxa Postali |
|
Numru tar-roqgħa |
|
UNLOCODE |
|
Latitudni |
|
Lonġitudni |
|
Tip ta’ koordinati |
|
------Miżura dwar l-oġġetti (prodotti) |
|
Massa netta |
|
Unitajiet supplimentari |
|
Tip ta’ unità ta’ kejl |
|
------Emissjonijiet tal-installazzjoni |
|
Emissjonijiet totali tal-installazzjoni |
|
Emissjonijiet diretti tal-installazzjoni |
|
Emissjonijiet indiretti tal-installazzjoni |
|
Tip ta’ unità ta’ kejl għall-emissjonijiet |
|
------Emissjonijiet integrati diretti |
|
Tip ta’ determinazzjoni |
|
Tip ta’ determinazzjoni (elettriku) |
|
Tip ta’ metodoloġija ta’ rapportar applikabbli |
|
Metodoloġija ta’ rapportar applikabbli |
|
Emissjonijiet integrati (diretti) speċifiċi |
|
Indikazzjoni oħra tas-sors |
|
Sors tal-fattur tal-emissjonijiet (għall-elettriku) |
|
Fattur tal-emissjonijiet |
|
Elettriku importat |
|
Emissjonijiet integrati totali tal-elettriku importat |
|
Tip ta’ unità ta’ kejl |
|
Valur tal-fattur tas-sors tal-emissjonijiet |
|
Ġustifikazzjoni |
|
Twettiq tal-kundizzjonalità |
|
------Emissjonijiet integrati indiretti |
|
Tip ta’ determinazzjoni |
|
Fattur tas-sors tal-emissjonijiet |
|
Fattur tal-emissjonijiet |
|
Emissjonijiet integrati (indiretti) speċifiċi |
|
Tip ta’ unità ta’ kejl |
|
Elettriku kkonsmat |
|
Sors tal-elettriku |
|
Valur tal-fattur tas-sors tal-emissjonijiet |
|
------Metodu tal-produzzjoni u parametri kwalifikanti |
|
Numru tas-sekwenza |
|
ID tal-metodu |
|
Isem il-metodu |
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-impjant speċifiku tal-azzar |
|
Informazzjoni Addizzjonali |
|
--------Parametri kwalifikanti tal-emissjonijiet diretti |
|
Numru tas-sekwenza |
|
ID tal-parametru |
|
Isem tal-parametru |
|
Deskrizzjoni |
|
Tip ta’ valur tal-parametru |
|
Valur tal-parametru |
|
Informazzjoni addizzjonali |
|
--------Parametri kwalifikanti tal-emissjonijiet indiretti |
|
Numru tas-sekwenza |
|
ID tal-parametru |
|
Isem tal-parametru |
|
Deskrizzjoni |
|
Tip ta’ valur tal-parametru |
|
Valur tal-parametru |
|
Informazzjoni addizzjonali |
|
------Dokumenti ta’ sostenn (għad-definizzjoni tal-emissjonijiet) |
|
Numru tas-sekwenza |
|
Tip ta’ dokument dwar l-emissjonijiet |
|
Pajjiż tal-ħruġ tad-dokumenti |
|
Numru ta’ referenza |
|
Numru tal-entrata f’linja tad-dokument |
|
Isem l-awtorità emittenti |
|
Data tal-bidu tal-validità |
|
Data tat-tmiem il-validità |
|
Deskrizzjoni |
|
--------Dokumenti mehmuża |
|
Isem tal-fajl |
|
Riżorsa Universali Identifikata |
|
Multipurpose Internet Mail Extensions |
|
Oġġett binarju inkluż |
|
------Il-prezz tal-karbonju dovut |
|
Numru tas-sekwenza |
|
Tip ta’ strument |
|
Deskrizzjoni u indikazzjoni tal-att legali |
|
Ammont ta’ prezz tal-karbonju dovut |
|
Munita |
|
Rata tal-kambju |
|
Ammont (EURO) |
|
Kodiċi tal-pajjiż |
|
-------- Oġġetti koperti mill-prezz tal-karbonju dovut |
|
Numru tas-sekwenza |
|
Tip ta’ oġġetti koperti |
|
Kodiċi NM tal-oġġetti koperti |
|
Kwantità ta’ emissjonijiet koperti |
|
Kwantità koperta minn allokazzjonijiet bla ħlas, kwalunkwe ribass jew forom oħra ta’ kumpens |
|
Informazzjoni supplimentari |
|
Informazzjoni addizzjonali |
|
------Miżura dwar l-oġġetti (koperti) |
|
Massa netta |
|
Unitajiet supplimentari |
|
Tip ta’ unità ta’ kejl |
|
------Rimarki |
|
Numru tas-sekwenza |
|
Informazzjoni Addizzjonali |
(*1) Nota: Ir-rappreżentanti/l-importaturi għandhom jiġu rreġistrati jew fil-livell tar-rapport tas-CBAM jew fil-livell tal-oġġetti tas-CBAM importati, li għandhom jiddependu fuq jekk l-istess rappreżentanti/importaturi jew oħrajn differenti humiex relatati mal-oġġetti tas-CBAM importati.
(*2) Nota: Ir-rappreżentanti/l-importaturi għandhom jiġu rreġistrati jew fil-livell tar-rapport tas-CBAM jew fil-livell tal-oġġetti tas-CBAM importati, li għandhom jiddependu fuq jekk l-istess rappreżentanti/importaturi jew oħrajn differenti humiex relatati mal-oġġetti tas-CBAM importati.
ANNESS II
Definizzjonijiet u rotot tal-produzzjoni għall-oġġetti
1. DEFINIZZJONIJIET
Għall-fini ta’ dan l-Anness u tal-Annessi III, IV u VIII sa IX, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(0) |
“data dwar l-attivitajiet” tfisser l-ammont ta’ fjuwils jew ta’ materjali kkonsmati jew prodotti minn proċess rilevanti għall-metodoloġija bbażata fuq kalkolu, espress f’terajoules, il-massa f’tunnellati jew (għall-gassijiet) il-volum f’metri kubi normali, kif xieraq; |
|
(1) |
“livell ta’ attività” tfisser il-kwantità ta’ oġġetti prodotti (espressa f’MWh għall-elettriku, jew f’tunnellati għal oġġetti oħra) fil-konfini ta’ proċess ta’ produzzjoni; |
|
(2) |
“perjodu ta’ rapportar” tfisser perjodu li l-operatur ta’ installazzjoni jkun għażel li juża bħala referenza għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati; |
|
(3) |
“fluss mis-sors” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(4) |
“sors ta’ emissjoni” tfisser parti separata identifikabbli ta’ installazzjoni jew proċess f’installazzjoni, minn fejn jiġu rilaxxati l-gassijiet serra rilevanti; |
|
(5) |
“inċertezza” tfisser parametru, assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta’ kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b’mod raġonevoli lill-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta’ fatturi sistematiċi kif ukoll ta’ fatturi aleatorji, espress f’perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta’ kunfidenza madwar il-valur medju li fih hemm inklużi 95 % tal-valuri dedotti b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe assimetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri; |
|
(6) |
“fatturi ta’ kalkolu” tfisser valur kalorifiku nett, fattur tal-emissjonijiet, fattur preliminari tal-emissjonijiet, fattur ta’ ossidazzjoni, fattur ta’ konverżjoni, kontenut ta’ karbonju jew frazzjoni ta’ bijomassa; |
|
(7) |
“emissjonijiet ta’ kombustjoni” tfisser emissjonijiet tal-gassijiet serra li jseħħu waqt ir-reazzjoni eżotermika ta’ fjuwil mal-ossiġenu; |
|
(8) |
“fattur tal-emissjonijiet” tfisser ir-rata medja ta’ emissjonijiet ta’ gass serra relattiva għad-data dwar l-attivitajiet ta’ fluss minn sors bis-suppożizzjoni ta’ ossidazzjoni kompluta għall-kombustjoni u konverżjoni kompluta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħra kollha; |
|
(9) |
“fattur tal-ossidazzjoni” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju ossidat għal CO2 bħala konsegwenza ta’ kombustjoni mat-total ta’ karbonju li jinsab fil-fjuwil, espress bħala frazzjoni, b’kunsiderazzjoni tal-monossidu tal-karbonju (CO) rilaxxat fl-atmosfera bħala l-ammont molari ekwivalenti ta’ CO2; |
|
(10) |
“fattur ta’ konverżjoni” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju rilaxxat bħala CO2 mal-karbonju totali inkluż fil-fluss minn sors qabel ma jseħħ il-proċess ta’ emissjoni, espress bħala frazzjoni, b’kunsiderazzjoni tas-CO rilaxxat fl-atmosfera bħala l-ammont molari ekwivalenti ta’ CO2; |
|
(11) |
“akkuratezza” tfisser kemm ikun qrib il-qbil bejn ir-riżultat ta’ kejl u l-valur effettiv tal-kwantità partikolari jew valur ta’ referenza ddeterminat b’mod empiriku bl-użu ta’ materjali ta’ kalibrazzjoni u metodi standard aċċettati f’livell internazzjonali u traċċabbli, billi jiġu kkunsidrati kemm il-fatturi aleatorji kif ukoll dawk sistematiċi; |
|
(12) |
“kalibrazzjoni” tfisser il-grupp ta’ operazzjonijiet, li jistabbilixxi, taħt kundizzjonijiet speċifikati, ir-rabtiet bejn valuri indikati minn strument tal-kejl jew sistema tal-kejl, jew valuri rrappreżentati minn kejl materjali jew materjal ta’ referenza u l-valuri korrispondenti ta’ kwantità realizzata permezz ta’ standard ta’ referenza; |
|
(13) |
“konservattiv” tfisser li jiġi definit sett ta’ suppożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li ma sseħħ l-ebda sottostima ta’ emissjonijiet irrapporati jew sovrastima ta’ produzzjoni ta’ sħana, elettriku jew oġġetti; |
|
(14) |
“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikoltura, inkluż sustanzi veġetali u mill-annimali, mill-industriji forestali u industriji relatati, inkluż is-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart, inkluż l-iskart industrijali u muniċipali ta’ oriġini bijoloġika; |
|
(15) |
“skart” tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew ikollu l-ħsieb jew li jkun meħtieġ li jarmi, minbarra sustanzi li jkunu ġew immodifikati jew kontaminati intenzjonalment sabiex jissodisfaw din id-definizzjoni; |
|
(16) |
“residwu” tfisser sustanza li ma hijiex il-prodott(i) finali li proċess ta’ produzzjoni jkun maħsub li jipproduċi direttament; din ma hijiex għan primarju tal-proċess ta’ produzzjoni u l-proċess ma jkunx ġie mmodifikat apposta biex jipproduċiha; |
|
(17) |
“residwi mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija” tfisser residwi li huma ġġenerati direttament mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija u li ma jinkludux residwi minn industriji relatati jew minn ipproċessar relatat; |
|
(18) |
“kontroll metroloġiku legali” tfisser il-kontroll minn awtorità pubblika jew regolatur tal-kompiti tal-kejl maħsuba għall-kamp tal-applikazzjoni ta’ strument tal-kejl, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika, l-ordni pubbliku, il-protezzjoni tal-ambjent, il-ġbir tat-taxxi u tad-dazji, il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-kummerċ ġust; |
|
(19) |
“attivitajiet ta’ fluss ta’ data” tfisser attivitajiet relatati mal-akkwist, l-ipproċessar u l-immaniġġar ta’ data meħtieġa għat-tfassil ta’ rapport dwar l-emissjonijiet minn data ta’ sorsi primarji; |
|
(20) |
“sistema ta’ kejl” tfisser sett komplut ta’ strumenti tal-kejl u tagħmir ieħor, bħal tagħmir għat-teħid ta’ kampjuni u l-ipproċessar ta’ data, użati għad-determinazzjoni ta’ fatturi varjabbli bħad-data dwar l-attivitajiet, il-kontenut ta’ karbonju, il-valur kalorifiku jew il-fattur tal-emissjonijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra; |
|
(21) |
“valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont speċifiku ta’ enerġija rilaxxata bħala sħana meta fjuwil jew materjal jiġi sottopost għal kombustjoni kompluta bl-ossiġenu f’kundizzjonijiet standard, bit-tnaqqis tas-sħana tal-vaporizzazzjoni ta’ kwalunkwe ilma li jifforma; |
|
(22) |
“emissjonijiet ta’ proċess” tfisser emissjonijiet tal-gassijiet serra minbarra l-emissjonijiet ta’ kombustjoni li jseħħu bħala riżultat ta’ reazzjonijiet intenzjonati u mhux intenzjonati bejn sustanzi jew it-trasformazzjoni tagħhom, għal skop primarju għajr il-ġenerazzjoni tas-sħana, inkluż mill-proċessi li ġejjin:
|
|
(23) |
“lott” tfisser ammont ta’ fjuwil jew materjal meħud bħala kampjun b’mod rappreżentattiv u kkaratterizzat u ttrasferit bħala vjeġġ wieħed jew kontinwament matul perjodu ta’ żmien speċifiku; |
|
(24) |
“fjuwil imħallat” tfisser fjuwil li jinkludi kemm karbonju tal-bijomassa kif ukoll karbonju fossili; |
|
(25) |
“materjal imħallat” tfisser materjal li jinkludi kemm karbonju tal-bijomassa kif ukoll karbonju fossili; |
|
(26) |
“fattur tal-emissjonijiet preliminari” tfisser il-fattur tal-emissjonijiet totali preżunt ta’ fjuwil jew materjal ibbażat fuq il-kontenut ta’ karbonju tal-frazzjoni ta’ bijomassa tiegħu flimkien mal-frazzjoni ta’ fossili tiegħu qabel ma jiġi mmultiplikat mal-frazzjoni ta’ fossili sabiex jipproduċi l-fattur tal-emissjonijiet; |
|
(27) |
“frazzjoni ta’ fossili” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju fossili u inorganiku mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ fjuwil jew materjal, espress bħala frazzjoni; |
|
(28) |
“frazzjoni ta’ bijomassa” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn bijomassa mqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ fjuwil jew materjal, espress bħala frazzjoni; |
|
(29) |
“kejl kontinwu tal-emissjonijiet” tfisser sett ta’ operazzjonijiet li jkollhom l-objettiv li jiġi ddeterminat il-valur ta’ kwantità permezz ta’ kejl perjodiku, bl-applikazzjoni jew ta’ kejl in situ fiċ-ċumnija (stack) jew proċeduri estrattivi bi strument tal-kejl imqiegħed qrib iċ-ċumnija, waqt li jiġu esklużi metodoloġiji ta’ kejl ibbażati fuq il-ġbir ta’ kampjuni individwali miċ-ċumnija; |
|
(30) |
“CO2 inerenti” tfisser CO2 li huwa parti minn fluss ta’ sors; |
|
(31) |
“karbonju fossili” tfisser karbonju inorganiku jew organiku li ma jkunx bijomassa; |
|
(32) |
“punt tal-kejl” tfisser is-sors ta’ emissjoni li għalih jintużaw sistemi ta’ kejl ta’ emissjonijiet kontinwi (CEMS) għall-kejl ta’ emissjonijiet, jew it-taqsima trasversali ta’ sistema ta’ pajpijiet li għaliha l-fluss ta’ CO2 jiġi ddeterminat bl-użu ta’ sistemi ta’ kejl kontinwu; |
|
(33) |
“emissjonijiet li jaħarbu” tfisser emissjonijiet irregolari jew ta’ bla ħsieb minn sorsi li ma jkunux lokalizzati, jew li jvarjaw wisq jew żgħar wisq sabiex jiġu mmonitorjati individwalment; |
|
(34) |
“kundizzjonijiet standard” tfisser temperatura ta’ 273,15 K u kundizzjonijiet ta’ pressjoni ta’ 101 325 Pa li jiddefinixxu metri kubi normali (Nm3); |
|
(35) |
“data proxy” tfisser valuri annwali li jiġu ssostanzjati b’mod empiriku jew jiġu dderivati minn sorsi aċċettati u li operatur juża sabiex jissostitwixxi sett ta’ data għall-fini li jiġi żgurat rapportar komplut meta ma jkunx possibbli li tiġi ġġenerata d-data kollha meħtieġa jew il-fatturi fil-metodoloġija ta’ monitoraġġ applikabbli; |
|
(36) |
“sħana li titkejjel” tfisser fluss ta’ sħana netta ttrasportata permezz ta’ pajpijiet jew tubi identifikabbli li jużaw mezz ta’ trasferiment tas-sħana, bħal, b’mod partikolari, l-istim, l-arja sħuna, l-ilma, iż-żejt, il-metalli likwidi u l-imluħa, li għalih huwa jew jista’ jkun installat miter tas-sħana; |
|
(37) |
“miter tas-sħana” tfisser miter tal-enerġija termali jew kwalunkwe apparat ieħor biex jitkejjel u jiġi rreġistrat l-ammont ta’ enerġija termali prodott abbażi tal-volumi u t-temperaturi tal-fluss; |
|
(38) |
“sħana li ma titkejjilx” tfisser is-sħana kollha għajr is-sħana li titkejjel; |
|
(39) |
“gass ta’ skart” tfisser gass li fih karbonju mhux ossidat kompletament fi stat gassuż taħt kundizzjonijiet standard li jkun riżultat ta’ kwalunkwe mill-proċessi elenkati fil-punt (22); |
|
(40) |
“proċess tal-produzzjoni” tfisser il-proċessi kimiċi jew fiżiċi mwettqa f’partijiet minn installazzjoni biex jiġu prodotti oġġetti f’kategorija ta’ oġġetti aggregati definita fit-Tabella 1 tat-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness, u l-konfini speċifikati tas-sistema tagħha rigward l-inputs, l-outputs u l-emissjonijiet korrispondenti; |
|
(41) |
“rotta tal-produzzjoni” tfisser teknoloġija speċifika użata fi proċess tal-produzzjoni għall-produzzjoni ta’ oġġetti taħt kategorija ta’ oġġetti aggregata; |
|
(42) |
“sett ta’ data” tfisser tip wieħed ta’ data, jew fil-livell tal-installazzjoni jew fil-livell tal-proċess tal-produzzjoni kif rilevanti fiċ-ċirkostanzi, bħala kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
(43) |
“rekwiżiti minimi” tfisser metodi ta’ monitoraġġ bl-użu tal-isforzi minimi permessi għad-determinazzjoni tad-data sabiex tirriżulta f’data dwar l-emissjonijiet aċċettabbli għall-fini tar-Regolament (UE) 2023/956; |
|
(44) |
“titjib rakkomandat” tfisser metodi ta’ monitoraġġ li huma mezzi ppruvati biex jiġi żgurat li d-data tkun aktar akkurata jew anqas suxxettibbli għall-iżbalji milli sempliċiment bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi, u li jistgħu jintgħażlu fuq bażi volontarja; |
|
(45) |
“dikjarazzjoni skorretta” tfisser ommissjoni, rappreżentazzjoni ħażina jew żball fid-data rrapportata tal-operatur, mingħajr ma titqies l-inċertezza permissibbli għall-kejl u l-analiżijiet tal-laboratorju; |
|
(46) |
“dikjarazzjoni skorretta materjali” tfisser dikjarazzjoni skorretta li, fl-opinjoni tal-verifikatur, meta tittieħed waħedha jew flimkien ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, taqbeż il-livell ta’ materjalità jew tista’ taffettwa t-trattament tar-rapport tal-operatur mill-awtorità kompetenti; |
|
(47) |
“garanzija raġonevoli” tfisser livell għoli ta’ garanzija iżda mhux livell assolut tagħha, espress b’mod pożittiv fl-opinjoni ta’ verifika, dwar jekk ir-rapport tal-operatur li jkun qed jiġi vverifikat ikunx ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali jew le; |
|
(48) |
“sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika” tfisser is-sistemi ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika fejn l-installazzjoni tkun stabbilita għall-fini ta’ skema ta’ pprezzar tal-karbonju, jew skemi obbligatorji ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet, jew skema ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-installazzjoni li tista’ tinkludi verifika minn verifikatur akkreditat, f’konformità mal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament. |
2. L-IMMAPPJAR TAL-KODIĊIJIET NM MAL-KATEGORIJI TAL-OĠĠETTI AGGREGATI
It-Tabella 1 ta’ dan l-Anness tiddefinixxi l-kategoriji tal-oġġetti aggregati għal kull kodiċi NM elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956. Dawk il-kategoriji jintużaw għall-fini tad-definizzjoni tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati li jikkorrispondu għall-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956.
Tabella 1
L-immappjar tal-kodiċijiet NM mal-kategoriji tal-oġġetti aggregati
|
Kodiċi NM |
Kategorija ta’ oġġetti aggregati |
Gass serra |
||
|
Siment |
|
|
||
|
2507 00 80 – Tafal kaoliniku ieħor |
Tafal ikkalċinat |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
2523 10 00 – Klinkers tas-siment |
Klinker tas-siment |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
2523 21 00 – Siment abjad ta’ Portland, ikkulurit b’mod artifiċjali jew le 2523 29 00 – Siment ta’ Portland ieħor 2523 90 00 – Siment idrawliku ieħor |
Siment |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
2523 30 00 – Siment tal-allumi |
Siment tal-allumi |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
Elettriku |
|
|
||
|
2716 00 00 – Enerġija elettrika |
Elettriku |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
Fertilizzant |
|
|
||
|
2808 00 00 – Aċidu nitriku; aċidi sulfonitriċi |
Aċidu nitriku |
Diossidu tal-karbonju u ossidu nitriku |
||
|
3102 10 – Urea, f’soluzzjoni milwiema jew le |
Urea |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
2814 – Ammonijaka, anidra jew f’soluzzjoni milwiema |
Ammonijaka |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
2834 21 00 – Nitrati tal-potassju 3102 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi, nitroġenużi għajr 3102 10 (Urea) 3105 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi li jkun fihom tnejn jew tlieta mill-elementi fertilizzanti nitroġenu, fosforu, u potassju; fertilizzanti oħra
|
Fertilizzanti mħallta |
Diossidu tal-karbonju u ossidu nitriku |
||
|
Ħadid u Azzar |
|
|
||
|
2601 12 00 – Minerali u konċentrati tal-ħadid agglomerati, għajr piriti tal-ħadid inkaljati |
Minerali sinterizzati |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
7201 – Ħadid fondut grezz u spiegeleisen f’biċċiet tawwalin, blokok, jew forom oħrajn primarji Xi prodotti taħt 7205 (Granuli u trabijiet, ta’ ħadid fondut grezz, spiegeleisen, ħadid, jew azzar) jistgħu jiġu koperti hawnhekk |
Ħadid fondut grezz |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
7202 1 – Ferromanganiż |
FeMn |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
7202 4 – Ferrokromu |
FeCr |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
7202 6 – Ferronikil |
FeNi |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
7203 – Prodotti tal-ħadid miksuba bir-riduzzjoni diretta tal-mineral tal-ħadid u prodotti oħrajn sponżin tal-ħadid |
DRI |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
7206 – Ħadid u azzar mhux illigat f’ingotti jew f’forom oħrajn primarji (ħlief ħadid tal-intestatura 7203 ) 7207 – Prodotti nofshom irfinuti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat 7218 – Azzar inossidabbli f’ingotti jew f’forom oħrajn primarji; prodotti nofshom irfinuti tal-azzar inossidabbli 7224 – Azzar illigat ieħor f’ingotti jew f’forom oħrajn primarji; prodotti nofshom irfinuti ta’ azzar illigat ieħor |
Azzar mhux maħdum |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
7205 – Granuli u trabijiet, tal-ħadid fondut grezz, tal-ispiegeleisen, tal-ħadid jew tal-azzar (jekk mhux kopert mill-kategorija tal-ħadid fondut grezz) 7208 – Prodotti llaminati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, illaminati fis-sħana, mhux imlibbsa, maħsula jew miksija 7209 – Prodotti llaminati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew iktar, illaminati fil-kiesaħ (ridotti fil-kiesaħ), mhux imlibbsa, maħsula jew miksija 7210 – Prodotti llaminati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, ta’ wisa’ ta’600 mm jew iktar, imlibbsa, maħsula jew miksija 7211 – Prodotti llaminati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, ta’ wisa’ ta’inqas minn 600 mm, mhux imlibbsa, maħsula jew miksija 7212 – Prodotti llaminati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, ta’ wisa’ ta’inqas minn 600 mm, mhux imlibbsa, maħsula jew miksija 7213 – Żbarri u vireg, illaminati fis-sħana, f’koljaturi mkebbin b’mod irregolari, tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat 7214 – Żbarri u vireg oħrajn tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, mhux maħdum aktar ħlief mikwi fil-forġa, illaminati fis-sħana, miġbudin bis-sħana jew estrużi fis-sħana, iżda inkluż dawk miftulin wara l-laminazzjoni 7215 – Żbarri u vireg oħrajn tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat 7216 – Angoli, forom u qatgħat ta’ ħadid jew azzar mhux illigat 7217 – Wajer tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat 7219 – Prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti, wisgħin 600 mm jew aktar 7220 – Prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatt, wisgħin inqas minn 600 mm 7221 – Żbarri u vireg, illaminati bis-sħana, f’koljaturi mkebbin b’mod irregolari, ta’ azzar inossidabbli 7222 – Żbarri u vireg oħrajn tal-azzar inossidabbli; angoli, forom u qatgħat tal-azzar inossidabbli 7223 – Wajer tal-azzar inossidabbli 7225 – Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, wisgħin 600 mm jew aktar 7226 – Prodotti llaminati ċatt ta’ azzar illigat ieħor, wisgħin inqas minn 600 mm 7227 – Żbarri u vireg, illaminati bis-sħana, f’koljaturi mkebbin b’mod irregolari, ta’ azzar illigat ieħor 7228 – Żbarri u vireg oħrajn ta’ azzar illigat ieħor; angoli, forom u qatgħat, ta’ azzar illigat ieħor; żbarri u vireg hollow drill, ta’ azzar illigat jew mhux illigat 7229 – Wajers ta’ azzar illigat ieħor 7301 – Gzuz ta’ pjanċi (sheet piling) tal-ħadid jew tal-azzar, imtaqqbin, imħaffrin jew magħmulin minn elementi mmuntati jew le; angoli, forom u qatgħat iwweldjati, tal-ħadid jew tal-azzar 7302 – Materjal tal-ħadid jew tal-azzar għall-kostruzzjoni tal-binarji tal-ferroviji jew tal-linji tat-tramm, dawn li ġejjin: binarji, check rails u rack rails, switch blades, crossing frogs, point rods u partijiet oħrajn tal-qsim, traversi tal-binarji (cross-ties), fish-plates, chairs, chair wedges, sole plates (base plates), klipep ferrovjarji, bedplates, irfid u materjal ieħor speċjalizzat għat-tgħaqqid flimkien jew l-iffissar ta’ binarji 7303 – Tubi, pajpijiet u profili vojta, tal-ħadid fondut 7304 – Tubi, pajpijiet u profili vojta, mingħajr weldjatura, tal-ħadid (ħlief ħadid fondut) jew tal-azzar 7305 – Tubi u pajpijiet oħrajn (pereżempju wweldjati, irrivitjati jew magħluqin b’mod simili), b’sezzjonijiet trasversali tondi, bid-dijametru ta’ barra ikbar minn 406,4 mm, tal-ħadid jew tal-azzar 7306 – Tubi, pajpijiet u profili vojta oħrajn (pereżempju bil-ġonta miftuħa jew iwweldjati, irrivitjati jew magħluqin b’mod simili), tal-ħadid jew tal-azzar 7307 – Fittings ta’ tubi jew pajpijiet (pereżempju couplings, elbows, sleeves), tal-ħadid jew tal-azzar 7308 – Strutturi (għajr bini prefabbrikat tal-intestatura 9406 ) u partijiet ta’ strutturi (pereżempju, pontijiet u qatgħat ta’ pontijiet, xtabi ta’ magħluq (lock-gates), torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa għal tisqif, bibien u twieqi u l-oqfsa tagħhom u għetiebi għal bibien, xaters, balavostrar, pilastri u kolonni), tal-ħadid jew tal-azzar; pjanċi, vireg, angoli, forom, qatgħat, tubi u oħrajn simili, ippreparati għall-użu fi strutturi, tal-ħadid jew tal-azzar 7309 – Reservoirs, tankijiet, btieti u kontenituri simili għal kwalunkwe materjal (għajr għal gass ikkompressat jew illikwifikat), tal-ħadid jew tal-azzar, ta’ kapaċità li taqbeż it-300 l, infurrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku 7310 – Tankijiet, btieti, ċilindri, bottijiet, kaxxi u kontenituri simili, għal kull materjal (ħlief gass kompressat jew imdewweb), tal-ħadid jew tal-azzar, li jesgħu mhux aktar minn 300 l, inforrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termali 7311 – Kontenituri għal gass ikkompressat jew illikwifikat, tal-ħadid jew tal-azzar 7318 – Viti, boltijiet, skorfini, viti bir-ras skorfina (coach screws), ganċijiet bil-kamin, rivets, kavilji, ċavi, washers (inkluż l-ispring washers) u oġġetti simili, tal-ħadid jew tal-azzar 7326 – Oġġetti oħrajn tal-ħadid jew tal-azzar |
Prodotti tal-ħadid jew tal-azzar |
Diossidu tal-karbonju |
||
|
Aluminju |
|
|
||
|
7601 – Aluminju mhux maħdum |
Aluminju mhux maħdum |
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi |
||
|
7603 – Trabijiet u fjokki tal-aluminju 7604 – Żbarri, vireg u profili tal-aluminju 7605 – Wajer tal-aluminju 7606 – Pjanċi, folji u strixxi tal-aluminju, eħxen minn 0,2 mm 7607 – Fojl tal-aluminju (stampat jew miksi b’karta, kartonċin, plastik jew materjali simili ta’ rfid jew le) ta’ ħxuna (eskluż kwalunkwe rfid) mhux iktar minn 0,2 mm 7608 – Tubi u pajpijiet tal-aluminju 7609 00 00 – Fittings għal tubi u pajpijiet tal-aluminju (pereżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves) 7610 – Strutturi tal-aluminju (ħlief bini prefabbrikat tal-intestatura 9406 ) u partijiet ta’ strutturi (pereżempju, pontijiet u qatgħat ta’ pontijiet, torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa ta’ soqfa, bibien u twieqi u l-oqfsa tagħhom u għetiebi għall-bibien, balavostrar, pilastri u kolonni); pjanċi tal-aluminju, vireg, profili, tubi u bħalhom, ippreparati għal użu fi strutturi 7611 00 00 – Reservoirs, tankijiet, btieti u kontenituri simili tal-aluminju, għal kwalunkwe materjal (għajr gass kompressat jew likwifikat), ta’ kapaċità ta’ iktar minn 300 litru, infurrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku 7612 – Btieti, ċilindri, laned, kaxxi u kontenituri simili tal-aluminju (inklużi kontenituri tubulari riġidi jew kollassabbli), għal kwalunkwe materjal (għajr gass kompressat jew likwifikat), ta’ kapaċità li ma taqbiżx it-300 litru, infurrati jew insulati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termiku 7613 00 00 – Kontenituri tal-aluminju għal gass ikkompressat jew likwifikat 7614 – Wajer bis-swiegli, gumna, ċineg immaljati u bħalhom, tal-aluminju, mhux insulati għall-elettriku 7616 – Oġġetti oħrajn tal-aluminju |
Prodotti tal-aluminju |
Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi |
||
|
Sustanzi kimiċi |
|
|
||
|
2804 10 000 – Idroġenu |
Idroġenu |
Diossidu tal-karbonju |
3. ROTOT TAL-PRODUZZJONI, KONFINI TAS-SISTEMA U PREKURSURI RILEVANTI
3.1. Regoli transsettorjali
Għad-determinazzjoni tal-livell ta’ attività (kwantità prodotta) tal-oġġetti, li jintuża bħala denominatur fl-Ekwazzjonijiet 50 u 51 (it-Taqsima F.1 tal-Anness III), għandhom japplikaw ir-regoli ta’ monitoraġġ tat-Taqsima F.2 tal-Anness III.
Meta jintużaw diversi rotot tal-produzzjoni fl-istess installazzjoni għall-produzzjoni ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-istess kodiċi NM, u fejn dawk ir-rotot tal-produzzjoni jiġu assenjati proċessi tal-produzzjoni separati, l-emissjonijiet integrati ta’ dawk l-oġġetti għandhom jiġu kkalkolati b’mod separat għal kull rotta tal-produzzjoni.
Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti, is-sorsi kollha tal-emissjonijiet u l-flussi tas-sorsi assoċjati mal-proċess tal-produzzjoni għandhom jiġu mmonitorjati, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 3.2 sa 3.19 ta’ dan l-Anness, fejn rilevanti, u r-regoli stabbiliti fl-Anness III.
Fejn jintuża l-qbid tas-CO2, għandhom japplikaw ir-regoli tat-Taqsima B.8.2 tal-Anness III.
Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet indiretti, għandu jiġi ddeterminat il-konsum totali tal-elettriku ta’ kull proċess tal-produzzjoni, fil-limiti tas-sistema definiti f’konformità mat-Taqsimiet 3.2 sa 3.19 ta’ dan l-Anness u f’konformità mat-Taqsima A.4 tal-Anness III, fejn rilevanti. Il-fattur tal-emissjonijiet rilevanti tal-elettriku għandu jiġi ddeterminat f’konformità mat-Taqsima D.2 tal-Anness III.
Jekk jiġu speċifikati prekursuri rilevanti, dawn jirreferu għall-kategoriji ta’ oġġetti aggregati korrispondenti.
3.2. Tafal ikkalċinat
3.2.1. Dispożizzjonijiet speċjali
It-tafal li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2507 00 80 li ma jkunx ikkalċinat, jiġi assenjat emissjonijiet integrati ta’ żero. Dawn għandhom jiġu inklużi fir-rapport tas-CBAM, iżda ma hija meħtieġa l-ebda informazzjoni addizzjonali mill-produttur tat-tafal. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma relatati biss mat-tafal li jaqa’ taħt dak il-kodiċi NM u li huwa kkalċinat.
3.2.2. Rotta tal-produzzjoni
Għat-tafal ikkalċinat, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi tal-produzzjoni, bħall-preparazzjoni tal-materja prima, it-taħlit, it-tnixxif, u l-kalċinazzjoni, u t-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
|
— |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils kif ukoll mill-materja prima, fejn rilevanti. |
Prekursuri rilevanti: xejn.
3.3. Klinker tas-siment
3.3.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Ma għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn il-klinker tas-siment griż u abjad.
3.3.2. Rotta tal-produzzjoni
Għall-klinker tas-siment, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
Il-kalċinazzjoni tal-ġebla tal-ġir u ta’ karbonati oħra fil-materja prima, il-fjuwils tal-kalkara fossili konvenzjonali, il-fjuwils tal-forn u l-materja prima alternattivi bbażati fuq il-fossili, il-fjuwils tal-forn tal-bijomassa (bħall-fjuwils derivati mill-iskart), il-fjuwils mhux tal-forn, il-kontenut ta’ karbonju mhux karbonat tal-ġebla tal-ġir u tax-shales, jew materja prima alternattiva bħall-irmied li jtir użat fil-materja prima fil-forn u l-materja prima użata għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
|
— |
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet addizzjonali tat-Taqsima B.9.2 tal-Anness III. |
Prekursuri rilevanti: xejn.
3.4. Siment
3.4.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Xejn.
3.4.2. Rotta tal-produzzjoni
Għas-siment, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
L-emissjonijiet kollha tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwil, fejn rilevanti għat-tnixxif tal-materjali. |
Prekursuri rilevanti:
|
— |
Klinker tas-siment; |
|
— |
Tafal ikkalċinat, jekk jintuża fil-proċess. |
3.5. Siment tal-allumi
3.5.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Xejn.
3.5.2. Rotta tal-produzzjoni
Għas-siment tal-allumi, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
L-emissjonijiet kollha tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwil direttament jew indirettament marbuta mal-proċess. |
|
— |
L-emissjonijiet tal-proċess mill-karbonati fil-materja prima, jekk applikabbli, u t-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
Prekursuri rilevanti: xejn.
3.6. Idroġenu
3.6.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Għandha titqies biss il-produzzjoni ta’ idroġenu pur jew taħlitiet ta’ idroġenu bin-nitroġenu li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-ammonijaka. Mhux koperti huma l-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi jew ta’ idroġenu fir-raffineriji jew fl-installazzjonijiet kimiċi organiċi, fejn l-idroġenu jintuża esklużivament f’dawk l-impjanti u ma jintużax għall-produzzjoni ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956.
3.6.2. Rotot tal-produzzjoni
3.6.2.1. Riformar bl-istim u ossidazzjoni parzjali
Għal dawk ir-rotot tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-idroġenu, u mat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
|
— |
Il-fjuwils kollha użati fil-proċess tal-produzzjoni tal-idroġenu irrispettivament mill-użu enerġetiku jew mhux enerġetiku tagħhom, u l-fjuwils użati għal proċessi oħra ta’ kombustjoni inkluż għall-fini tal-produzzjoni ta’ ilma sħun jew stim. |
Prekursuri rilevanti: xejn.
3.6.2.2. Elettroliżi tal-ilma
Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi, jekk rilevanti:
|
— |
L-emissjonijiet kollha mill-użu tal-fjuwil direttament jew indirettament marbuta mal-proċess tal-produzzjoni tal-idroġenu u mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
Emissjonijiet indiretti: Meta l-idroġenu prodott ikun ġie ċċertifikat li jikkonforma mar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2023/1184 (1), jista’ jintuża fattur tal-emissjonijiet ta’ żero għall-elettriku. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-emissjonijiet integrati indiretti (it-Taqsima D tal-Anness III).
Prekursuri rilevanti: xejn.
Attribuzzjoni tal-emissjonijiet għall-prodotti: Fejn l-ossiġenu prodott b’mod konġunt jiġi vventjat, l-emissjonijiet kollha tal-proċess tal-produzzjoni għandhom jiġu attribwiti għall-idroġenu. Meta l-ossiġenu prodott sekondarju jintuża fi proċessi tal-produzzjoni oħrajn fl-installazzjoni jew jinbiegħ, u fejn l-emissjonijiet diretti jew indiretti ma jkunux ugwali għal żero, l-emissjonijiet tal-proċess tal-produzzjoni għandhom jiġu attribwiti għall-idroġenu abbażi ta’ proporzjonijiet molari bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn:
|
|
huma jew l-emissjonijiet diretti jew indiretti attribwiti għall-idroġenu prodott matul il-perjodu ta’ rapportar, espressi f’tunnellati ta’ CO2; |
|
Em total |
huma jew l-emissjonijiet diretti jew indiretti tal-proċess kollu tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar, espressi f’tunnellati ta’ CO2; |
|
|
hija l-massa ta’ ossiġenu mibjugħ jew użat fl-installazzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati; |
|
|
hija l-massa ta’ ossiġenu prodott matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati; |
|
|
hija l-massa ta’ idroġenu prodott matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati; |
|
|
hija l-massa molari ta’ O2 (31,998 kg/kmol), u |
|
|
hija l-massa molari ta’ H2 (2,016 kg/kmol). |
3.6.2.3. Elettroliżi tal-kloralkali u produzzjoni ta’ klorati
Għal dawk ir-rotot tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi, jekk rilevanti:
|
— |
L-emissjonijiet kollha mill-użu tal-fjuwil direttament jew indirettament marbuta mal-proċess tal-produzzjoni tal-idroġenu u mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
Emissjonijiet indiretti: Meta l-idroġenu prodott ikun ġie ċċertifikat li jikkonforma mar-Regolament Delegat (UE) 2023/1184, jista’ jintuża fattur tal-emissjonijiet ta’ żero għall-elettriku. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-emissjonijiet integrati indiretti (it-Taqsima D tal-Anness III).
Prekursuri rilevanti: xejn.
Attribuzzjoni tal-emissjonijiet għall-prodotti: Peress li l-idroġenu jitqies bħala prodott sekondarju f’dan il-proċess tal-produzzjoni, proporzjon molari biss tal-proċess kumplessiv għandu jiġi attribwit għall-frazzjoni tal-idroġenu mibjugħ jew użat bħala prekursur fl-installazzjoni. Dment li l-emissjonijiet diretti jew indiretti ma jkunux ugwali għal żero, l-emissjonijiet tal-proċess tal-produzzjoni għandhom jiġu attribwiti għall-idroġenu użat jew mibjugħ bl-użu tal-ekwazzjonijiet li ġejjin:
Elettroliżi tal-kloralkali:
Produzzjoni ta’ Klorat tas-Sodju:
Fejn:
|
|
huma jew l-emissjonijiet diretti jew indiretti attribwiti għall-idroġenu mibjugħ jew użat bħala prekursur matul il-perjodu ta’ rapportar, espressi f’tunnellati ta’ CO2; |
|
Em total |
huma jew l-emissjonijiet diretti jew indiretti tal-proċess tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar, espressi f’tunnellati ta’ CO2; |
|
|
hija l-massa ta’ idroġenu mibjugħ jew użat bħala prekursur matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati; |
|
|
hija l-massa ta’ idroġenu prodott matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati; |
|
|
hija l-massa ta’ kloru prodotta matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati; |
|
m NaOH,prod |
hija l-massa tal-idrossidu tas-sodju (soda kawstika) prodotta matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati, ikkalkolata bħala 100 % NaOH; |
|
|
hija l-massa tal-klorat tas-sodju prodotta matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati, ikkalkolata bħala 100 % NaClO3; |
|
|
hija l-massa molari ta’ H2 (2,016 kg/kmol); |
|
|
hija l-massa molari ta’ Cl2 (70,902 kg/kmol); |
|
M NaOH |
hija l-massa molari ta’ NaOH (39,997 kg/kmol), u |
|
|
hija l-massa molari ta’ NaClO3 (106,438 kg/kmol). |
3.7. Ammonijaka
3.7.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Kemm l-ammonijaka idruża kif ukoll dik anidra għandhom jiġu rrapportati b’mod konġunt bħala 100 % ammonijaka.
Fejn is-CO2 mill-produzzjoni tal-ammonijaka jintuża bħala materja prima għall-produzzjoni tal-urea jew ta’ sustanzi kimiċi oħra, għandu japplika l-punt (b) tat-Taqsima B.8.2 tal-Anness III. Meta tnaqqis tas-CO2 ikun permess skont dik it-taqsima u fejn dan iwassal għal emissjonijiet diretti integrati speċifiċi negattivi tal-ammonijaka, l-emissjonijiet diretti integrati speċifiċi tal-ammonijaka għandhom ikunu żero.
3.7.2. Rotot tal-produzzjoni
3.7.2.1. Il-proċess Haber-Bosch bir-riforma tal-istim tal-gass naturali jew tal-bijogass
Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
Il-fjuwils kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ammonijaka, u l-materjali użati għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
|
— |
Il-fjuwils kollha għandhom jiġu mmonitorjati, irrispettivament minn jekk jintużawx bħala input enerġetiku jew mhux enerġetiku. |
|
— |
Fejn jintuża l-bijogass, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.3.3 tal-Anness III. |
|
— |
Meta l-idroġenu minn rotot oħra tal-produzzjoni jiżdied mal-proċess, dan għandu jiġi ttrattat bħala prekursur bl-emissjonijiet integrati tiegħu stess. |
Prekursuri rilevanti: idroġenu prodott separatament, jekk jintuża fil-proċess.
3.7.2.2. Il-proċess Haber-Bosch bil-gassifikazzjoni tal-faħam jew fjuwils oħra
Dik ir-rotta tapplika fejn l-idroġenu jiġi prodott permezz tal-gassifikazzjoni tal-faħam, tal-fjuwils tar-raffineriji tqal jew ta’ materja prima fossili oħra. Il-materjali ta’ input jistgħu jinkludu l-bijomassa, li għaliha għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.3.3 tal-Anness III.
Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
Il-fjuwils kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ammonijaka, u l-materjali użati għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
|
— |
Kull input ta’ fjuwil għandu jiġi mmonitorjat bħala fluss ta’ fjuwil wieħed, irrispettivament minn jekk jintużax bħala input enerġetiku jew mhux enerġetiku. |
|
— |
Meta l-idroġenu minn rotot oħra tal-produzzjoni jiżdied mal-proċess, dan għandu jiġi ttrattat bħala prekursur bl-emissjonijiet integrati tiegħu stess. |
Prekursuri rilevanti: idroġenu prodott separatament, jekk jintuża fil-proċess.
3.8. Aċidu nitriku
3.8.1. Dispożizzjonijiet speċjali
L-ammonti ta’ aċidu nitriku prodott għandhom jiġu mmonitorjati u rrapportati bħala 100 % aċidu nitriku.
3.8.2. Rotta tal-produzzjoni
Għall-aċidu nitriku, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
CO2 mill-fjuwils kollha direttament jew indirettament marbuta mal-produzzjoni tal-aċidu nitriku, u l-materjali użati għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija; |
|
— |
L-emissjonijiet ta’ N2O mis-sorsi kollha li jarmu N2O mill-proċess tal-produzzjoni, inklużi l-emissjonijiet mhux imnaqqsa u mnaqqsa. Kwalunkwe emissjoni ta’ N2O mill-kombustjoni tal-fjuwils hija eskluża mill-monitoraġġ. |
Prekursuri rilevanti: Ammonijaka (bħala 100 % ammonijaka).
3.9. Urea
3.9.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Meta s-CO2 użat fil-produzzjoni tal-urea jirriżulta mill-produzzjoni tal-ammonijaka, dan jitqies bħala tnaqqis fl-emissjonijiet integrati tal-ammonijaka bħala prekursur tal-urea, jekk id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 3.7 ta’ dan l-Anness jippermettu dan it-tnaqqis. Madankollu, meta l-ammonijaka prodotta mingħajr emissjonijiet diretti ta’ CO2 fossili tintuża bħala prekursur, is-CO2 użat jista’ jitnaqqas mill-emissjonijiet diretti tal-installazzjoni li tipproduċi s-CO2, dment li l-att delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE jiddefinixxi l-produzzjoni tal-urea bħala każ fejn is-CO2 ikun marbut b’mod kimiku b’mod permanenti sabiex ma jidħolx fl-atmosfera bl-użu normali, inkluża kwalunkwe attività normali li sseħħ wara t-tmiem tal-ħajja tal-prodott. Meta dan it-tnaqqis iwassal għal emissjonijiet diretti speċifiċi negattivi integrati tal-urea, l-emissjonijiet speċifiċi diretti integrati tal-urea għandhom ikunu żero.
3.9.2. Rotta tal-produzzjoni
Għall-urea, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
CO2 mill-fjuwils kollha direttament jew indirettament marbuta mal-produzzjoni tal-urea, u l-materjali użati għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
|
— |
Meta s-CO2 jiġi riċevut minn installazzjoni oħra bħala input ta’ proċess, is-CO2 riċevut u mhux marbut fl-urea għandu jitqies bħala emissjoni, jekk ma jkunx diġà meqjus bħala emissjoni tal-installazzjoni fejn ikun ġie prodott is-CO2, taħt sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika. |
Prekursuri rilevanti: Ammonijaka (bħala 100 % ammonijaka).
3.10. Fertilizzanti mħallta
3.10.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Din it-taqsima tapplika għall-produzzjoni tat-tipi kollha ta’ fertilizzanti li fihom in-nitroġenu, inklużi n-nitrat tal-ammonju, in-nitrat tal-kalċju u tal-ammonju, is-sulfat tal-ammonju, il-fosfati tal-ammonju, soluzzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju tal-urea, kif ukoll fertilizzanti tan-nitroġenu-fosforu (NP), tan-nitroġenu-potassju (NK) u tan-nitroġenu-fosforu-potassju (NPK). It-tipi kollha ta’ operazzjonijiet huma inklużi bħat-taħlit, in-newtralizzazzjoni, l-granulazzjoni, it-tixrid, irrispettivament minn jekk ikunx hemm biss taħlit fiżiku jew reazzjonijiet kimiċi.
L-ammonti ta’ komposti differenti tan-nitroġenu li jinsabu fil-prodott finali għandhom jiġu rreġistrati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2):
|
— |
kontenut ta’ N bħala ammonju (NH4 +); |
|
— |
kontenut ta’ N bħala nitrat (NO3 –) |
|
— |
kontenut ta’ N bħala Urea; |
|
— |
kontenut ta’ N f’forom (organiċi) oħrajn. |
L-emissjonijiet diretti u indiretti tal-proċessi tal-produzzjoni li jaqgħu taħt din il-kategorija ta’ oġġetti aggregati jistgħu jiġu ddeterminati għall-perjodu kollu ta’ rapportar u attribwiti lill-fertilizzanti mħallta kollha fuq bażi prorata għal kull tunnellata ta’ prodott finali. Għal kull grad ta’ fertilizzant, l-emissjonijiet integrati għandhom jiġu kkalkolati separatament filwaqt li titqies il-massa rilevanti ta’ prekursuri użati u jiġu applikati l-emissjonijiet integrati medji matul il-perjodu ta’ rapportar għal kull wieħed mill-prekursuri.
3.10.2. Rotta tal-produzzjoni
Għall-fertilizzanti mħallta, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
CO2 mill-fjuwils kollha direttament jew indirettament marbuta mal-produzzjoni tal-fertilizzanti, bħall-fjuwils użati fil-magni tat-tnixxif u għall-materjali tal-input tat-tisħin, u l-materjali użati għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
Prekursuri rilevanti:
|
— |
ammonijaka (bħala 100 % ammonijaka), jekk tintuża fil-proċess; |
|
— |
aċidu nitriku (bħala 100 % aċidu nitriku), jekk jintuża fil-proċess; |
|
— |
urea, jekk tintuża fil-proċess; |
|
— |
fertilizzanti mħallta (b’mod partikolari mluħa li fihom l-ammonju jew in-nitrat), jekk jintużaw fil-proċess. |
3.11. Minerali Sinterizzati
3.11.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Din il-kategorija ta’ oġġetti aggregati tinkludi t-tipi kollha ta’ produzzjoni ta’ puntali tal-minerali tal-ħadid (għall-bejgħ ta’ pellits kif ukoll għall-użu dirett fl-istess installazzjoni) u l-produzzjoni ta’ sinter. Sal-punt kopert mill-kodiċi NM 2601 12 00, jistgħu jiġu koperti wkoll il-minerali tal-ħadid użati bħala prekursuri għall-ferrokromu (FeCr), il-ferromanganiż (FeMn) jew il-ferronikil (FeNi).
3.11.2. Rotta tal-produzzjoni
Għall-minerali sinterizzati, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
CO2 minn materjali ta’ proċess bħal ġebla tal-ġir u karbonati oħra jew minerali karbonitiċi; |
|
— |
CO2 mill-fjuwils kollha inkluż il-kokk, il-gassijiet ta’ skart bħall-gass tal-forn tal-kokk, il-gass tal-forn tal-blast jew il-gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu; direttament jew indirettament marbuta mal-proċess tal-produzzjoni, u l-materjali użati għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
Prekursuri rilevanti: xejn.
3.12. FeMn (Ferromanganiż), FeCr (Ferrokromu) u FeNi (Ferronikil)
3.12.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Dan il-proċess ikopri biss il-produzzjoni tal-ligi identifikati taħt il-kodiċijiet NM 7202 1, 7202 4 u 7202 6. Materjali oħra tal-ħadid b’kontenut ta’ liga sinifikanti bħal spiegeleisen ma humiex koperti. L-NPI (ħadid fondut grezz tan-nikil) huwa inkluż jekk il-kontenut tan-nikil ikun akbar minn 10 %.
Meta l-gassijiet ta’ skart jew gassijiet oħra mit-tromba taċ-ċumnija jiġu emessi mingħajr tnaqqis, is-CO li jkun hemm fil-gass ta’ skart għandu jitqies bħala l-ekwivalenti molari tal-emissjonijiet tas-CO2.
3.12.2. Rotta tal-produzzjoni
Għal FeMn, FeCr u FeNi, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
L-emissjonijiet tas-CO2 ikkawżati minn inputs ta’ fjuwil, irrispettivament minn jekk jintużawx għal użu enerġetiku jew mhux enerġetiku; |
|
— |
L-emissjonijiet tas-CO2 minn inputs ta’ proċessi bħal ġebla tal-ġir u mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija; |
|
— |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum ta’ elettrodi jew ta’ pejsts tal-elettrodi; |
|
— |
Il-karbonju li jifdal fil-prodott jew f’gagazza jew skart jitqies bl-użu ta’ metodu ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mat-Taqsima B.3.2 tal-Anness III. |
Prekursuri rilevanti: Minerali sinterizzati, jekk jintużaw fil-proċess.
3.13. Ħadid Fondut Grezz
3.13.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Din il-kategorija ta’ oġġetti aggregati tinkludi ħadid fondut grezz mhux illigat minn fran tal-blast kif ukoll ħadid fondut grezz li fih il-ligi (eż. spiegeleisen), irrispettivament mill-forma fiżika (eż. ingotti, bċejjeċ żgħar). L-NPI (il-ħadid fondut grezz bin-nikil) huwa inkluż jekk il-kontenut tan-nikil ikun anqas minn 10 %. F’impjanti integrati tal-azzar, il-ħadid fondut grezz likwidu (“metall sħun”) iċċarġjat direttament lill-konvertitur tal-ossiġenu huwa l-prodott li jifred il-proċess tal-produzzjoni għall-ħadid fondut grezz mill-proċess tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum. Meta l-installazzjoni ma tbigħx jew ma tittrasferixxix ħadid fondut grezz lil installazzjonijiet oħra, ma hemmx bżonn li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz separatament. Proċess tal-produzzjoni komuni li jinkludi l-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum u, soġġett għar-regoli tat-Taqsima A.4 tal-Anness III, tista’ tiġi definita produzzjoni downstream ulterjuri.
3.13.2. Rotot tal-produzzjoni
3.13.2.1. Rotta tal-forn tal-blast
Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
CO2 mill-fjuwils u mill-aġenti riduċenti bħall-kokk, it-trab tal-kokk, il-faħam, iż-żjut tal-fjuwil, l-iskart tal-plastik, il-gass naturali, l-iskart tal-injam, il-faħam tal-kannol, kif ukoll minn gassijiet ta’ skart bħall-gass tal-forn tal-kokk, gass tal-forn tal-blast jew gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu. |
|
— |
Fejn tintuża l-bijomassa, għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.3.3 tal-Anness III. |
|
— |
CO2 minn materjali ta’ proċess bħal ġebla tal-ġir, manjeżit, u karbonati oħra, minerali karbonitiċi; materjali għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
|
— |
Il-karbonju li jifdal fil-prodott jew f’gagazza jew skart jitqies bl-użu ta’ metodu ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mat-Taqsima B.3.2 tal-Anness III. |
Prekursuri rilevanti:
|
— |
minerali sinterizzati; |
|
— |
ħadid fondut grezz jew ħadid ridott direttament (DRI) minn installazzjonijiet jew proċessi tal-produzzjoni oħrajn, jekk jintuża fil-proċess; |
|
— |
FeMn, FeCr, FeNi jekk jintużaw fil-proċess; |
|
— |
idroġenu jekk jintuża fil-proċess. |
3.13.2.2. Tnaqqis bit-tidwib
Għal din ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
CO2 mill-fjuwils u mill-aġenti riduċenti bħall-kokk, it-trab tal-kokk, il-faħam, iż-żjut tal-fjuwil, l-iskart tal-plastik, il-gass naturali, l-iskart tal-injam, il-faħam tal-kannol, il-gassijiet ta’ skart mill-proċess jew il-gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu, eċċ. |
|
— |
Fejn tintuża l-bijomassa, għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.3.3 tal-Anness III. |
|
— |
CO2 minn materjali ta’ proċess bħal ġebla tal-ġir, manjeżit, u karbonati oħra, minerali karbonitiċi; materjali għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
|
— |
Il-karbonju li jifdal fil-prodott jew f’gagazza jew skart jitqies bl-użu ta’ metodu ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mat-Taqsima B.3.2 tal-Anness III. |
Prekursuri rilevanti:
|
— |
minerali sinterizzati; |
|
— |
ħadid fondut grezz jew DRI minn installazzjonijiet jew proċessi tal-produzzjoni oħrajn, jekk jintużaw fil-proċess; |
|
— |
FeMn, FeCr, FeNi jekk jintużaw fil-proċess; |
|
— |
idroġenu jekk jintuża fil-proċess. |
3.14. DRI (Ħadid Ridott Direttament)
3.14.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Hemm biss rotta tal-produzzjoni waħda definita, għalkemm teknoloġiji differenti jistgħu jużaw kwalitajiet differenti ta’ minerali, li jistgħu jeħtieġu pelitizzazzjoni jew sinterizzazzjoni, u aġenti riduċenti differenti (gass naturali, fjuwils fossili differenti jew bijomassa, idroġenu). Għalhekk, il-prekursuri minerali sinterizzati jew idroġenu jistgħu jkunu rilevanti. Bħala prodotti, jistgħu jkunu rilevanti l-iron sponge, il-hot briquetted iron (HBI) jew forom oħra ta’ ħadid ridott direttament, inkluż DRI li jiġi fornut minnufih għal fran b’ark elettriku jew għal proċessi downstream oħra.
Fejn l-installazzjoni ma tbigħx jew ma tittrasferixxix DRI lil installazzjonijiet oħra, ma hemmx bżonn li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet mill-produzzjoni tad-DRI separatament. Jista’ jintuża proċess tal-produzzjoni komuni li jinkludi l-produzzjoni tal-azzar u, soġġett għar-regoli tat-Taqsima A.4 tal-Anness III, produzzjoni downstream ulterjuri.
3.14.2. Rotta tal-produzzjoni
Għal din ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
CO2 mill-fjuwils u mill-aġenti riduċenti bħall-gass naturali, iż-żjut tal-fjuwil, il-gassijiet ta’ skart mill-proċess jew gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu, eċċ; |
|
— |
Fejn jintuża l-bijogass jew forom oħra ta’ bijomassa, għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.3.3 tal-Anness III; |
|
— |
CO2 minn materjali ta’ proċess bħal ġebla tal-ġir, manjeżit, u karbonati oħra, minerali karbonitiċi; materjali għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija; |
|
— |
Il-karbonju li jifdal fil-prodott jew f’gagazza jew skart jitqies bl-użu ta’ metodu ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mat-Taqsima B.3.2 tal-Anness III. |
Prekursuri rilevanti:
|
— |
minerali sinterizzati, jekk jintużaw fil-proċess; |
|
— |
idroġenu, jekk jintuża fil-proċess; |
|
— |
ħadid fondut grezz jew DRI minn installazzjonijiet jew proċessi tal-produzzjoni oħrajn, jekk jintużaw fil-proċess; |
|
— |
FeMn, FeCr, FeNi jekk jintużaw fil-proċess. |
3.15. Azzar mhux maħdum
3.15.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Il-konfini tas-sistema għandhom ikopru l-attivitajiet u l-unitajiet kollha meħtieġa għall-kisba ta’ azzar mhux maħdum:
|
— |
Jekk il-proċess jibda minn metall sħun (ħadid fondut grezz likwidu), il-konfini tas-sistema għandhom jinkludu l-konvertitur bażiku tal-ossiġenu, it-tneħħija tal-gass tal-vakwu, metallurġija sekondarja, dekarburizzazzjoni tal-ossiġenu argon/dekarburizzazzjoni tal-ossiġenu tal-vakwu, ikkastjar kontinwu jew tiswir tal-ingotti, fejn il-laminazzjoni fis-sħana jew il-kiwi rilevanti, u l-attivitajiet awżiljarji kollha meħtieġa bħal trasferimenti, tisħin mill-ġdid, u tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija; |
|
— |
Jekk il-proċess juża forn tal-ark elettriku, il-konfini tas-sistema għandhom jinkludu l-attivitajiet u l-unitajiet rilevanti kollha bħall-forn tal-ark elettriku nnifsu, metallurġija sekondarja, it-tneħħija tal-gass tal-vakwu, id-dekarburizzazzjoni tal-ossiġenu argon/dekarburizzazzjoni tal-ossiġenu tal-vakwu, ikkastjar kontinwu jew tiswir tal-ingotti, fejn il-laminazzjoni fis-sħana jew il-kiwi rilevanti, u l-attivitajiet awżiljarji kollha meħtieġa bħal trasferimenti, tisħin ta’ materja prima u tagħmir, tisħin mill-ġdid, u tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
|
— |
F’din il-kategorija ta’ oġġetti aggregati huma inklużi biss il-laminazzjoni fis-sħana primarja u l-iffurmar mhux maħdum bil-kiwi biex jinkisbu l-prodotti nofshom irfinuti taħt il-kodiċijiet NM 7207, 7218 u 7224. Il-proċessi l-oħra kollha ta’ laminazzjoni u ta’ kiwi huma inklużi fil-kategorija ta’ oġġetti aggregati “prodotti tal-ħadid jew tal-azzar”. |
3.15.2. Rotot tal-produzzjoni
3.15.2.1. Produzzjoni tal-azzar bl-ossiġenu bażiku
Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
CO2 minn fjuwils bħall-faħam, il-gass naturali, iż-żjut tal-fjuwil, il-gassijiet ta’ skart bħall-gass tal-forn tal-blast, il-gass tal-forn tal-kokk jew il-gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu, eċċ.; |
|
— |
CO2 minn materjali ta’ proċess bħal ġebla tal-ġir, manjeżit, u karbonati oħra, minerali karbonitiċi, materjali għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija; |
|
— |
Il-karbonju li jidħol fil-proċess fir-ruttam, fil-ligi, fil-grafit eċċ. u l-karbonju li jifdal fil-prodott jew f’gagazza jew f’skart jitqies billi jintuża metodu ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mat-Taqsima B.3.2 tal-Anness III. |
Prekursuri rilevanti:
|
— |
ħadid fondut grezz, DRI, jekk jintużaw fil-proċess; |
|
— |
FeMn, FeCr, FeNi jekk jintużaw fil-proċess; |
|
— |
azzar mhux maħdum minn installazzjonijiet jew proċessi tal-produzzjoni oħrajn jekk jintużaw fil-proċess. |
3.15.2.2. Forn b’ark elettriku
Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
CO2 minn fjuwils bħall-faħam, il-gass naturali, iż-żjut tal-fjuwil, kif ukoll minn gassijiet ta’ skart bħall-gass tal-forn tal-blast, il-gass tal-forn tal-kokk jew il-gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu. |
|
— |
CO2 mill-konsum ta’ elettrodi u pejsts tal-elettrodi. |
|
— |
CO2 minn materjali ta’ proċess bħal ġebla tal-ġir, manjeżit, u karbonati oħra, minerali karbonitiċi; materjali għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
|
— |
Il-karbonju li jidħol fil-proċess, eż. fil-forma ta’ ruttam, ligi u grafit, u l-karbonju li jifdal fil-prodott jew f’gagazza jew skart jitqies bl-użu ta’ metodu ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mat-Taqsima B.3.2 tal-Anness III. |
Prekursuri rilevanti:
|
— |
ħadid fondut grezz, DRI, jekk jintużaw fil-proċess; |
|
— |
FeMn, FeCr, FeNi jekk jintużaw fil-proċess; |
|
— |
azzar mhux maħdum minn installazzjonijiet jew proċessi tal-produzzjoni oħrajn jekk jintużaw fil-proċess. |
3.16. Prodotti tal-ħadid jew tal-azzar
3.16.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Soġġett għar-regoli tat-Taqsima A.4 tal-Anness III u tat-Taqsimiet 3.11 sa 3.15 ta’ dan l-Anness, il-proċess tal-produzzjoni għall-prodotti tal-ħadid jew tal-azzar jista’ japplika għall-każijiet li ġejjin:
|
— |
Il-konfini tas-sistema jkopru bħala proċess wieħed il-passi kollha ta’ impjant tal-azzar integrat mill-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz jew tad-DRI, tal-azzar mhux maħdum, tal-prodotti nofshom irfinuti kif ukoll tal-prodotti tal-azzar finali taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness. |
|
— |
Il-konfini tas-sistema jkopru l-produzzjoni ta’ azzar mhux maħdum, prodotti nofshom irfinuti u prodotti tal-azzar finali taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness. |
|
— |
Il-konfini tas-sistema jkopru l-produzzjoni ta’ prodotti tal-azzar finali taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness li jibdew minn azzar mhux maħdum, prodotti nofshom irfinuti jew minn prodotti finali oħra tal-azzar taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 li jew jiġu riċevuti minn installazzjonijiet oħra jew jiġu prodotti fl-istess installazzjoni iżda taħt proċess tal-produzzjoni separat. |
L-għadd doppju jew il-lakuni fil-monitoraġġ tal-proċessi tal-produzzjoni ta’ installazzjoni għandhom jiġu evitati. Il-passi tal-produzzjoni li ġejjin għandhom ikunu koperti mill-proċess tal-produzzjoni ta’ “prodotti tal-ħadid jew tal-azzar”:
|
— |
Il-passi kollha tal-produzzjoni għall-produzzjoni tal-oġġetti koperti mill-kodiċijiet NM mogħtija fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness għall-kategorija tal-oġġetti aggregati “prodotti tal-ħadid jew tal-azzar”, li ma humiex diġà koperti minn proċessi ta’ produzzjoni separati għall-ħadid fondut grezz, id-DRI jew l-azzar mhux maħdum, kif meħtieġ mit-Taqsimiet 3.11 sa 3.15 ta’ dan l-Anness u kif applikat fl-installazzjoni. |
|
— |
Il-passi kollha tal-produzzjoni applikati fl-installazzjoni, li jibdew minn azzar mhux maħdum, inkluż, iżda mhux limitat għal: it-tisħin mill-ġdid, it-tidwib mill-ġdid, l-ikkastjar, il-laminazzjoni fis-sħana, il-laminazzjoni fil-kiesaħ, il-kiwi, it-tindif tal-metall bl-aċidu, ir-rikottura, l-ipplejtjar, il-kisi, galvanizzar, it-trafilaġġ, il-qtugħ, l-iwweldjar, il-finitura. |
Għal prodotti li fihom aktar minn 5 % skont il-massa ta’ materjali oħra, eż. materjali ta’ iżolament fil-kodiċi NM 7309 00 30, il-massa tal-ħadid jew tal-azzar biss għandha tiġi rrapportata bħala l-massa tal-oġġetti prodotti.
3.16.2. Rotta tal-produzzjoni
Għall-prodotti tal-ħadid jew tal-azzar, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
L-emissjonijiet kollha tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils u l-emissjonijiet tal-proċessi mit-trattament tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, relatati mal-istadji tal-produzzjoni applikati fl-installazzjoni, inklużi, iżda mhux limitati għal: it-tisħin mill-ġdid, it-tidwib mill-ġdid, l-ikkastjar, il-laminazzjoni fis-sħana, il-laminazzjoni fil-kiesaħ, il-kiwi, it-tindif tal-metall bl-aċidu, ir-rikottura, l-ipplejtjar, il-kisi, galvanizzar, it-trafilaġġ, il-qtugħ, l-iwweldjar u l-finitura ta’ prodotti tal-ħadid jew tal-azzar. |
Prekursuri rilevanti:
|
— |
azzar mhux maħdum, jekk jintuża fil-proċess; |
|
— |
ħadid fondut grezz, DRI, jekk jintużaw fil-proċess; |
|
— |
FeMn, FeCr, FeNi, jekk jintużaw fil-proċess; |
|
— |
prodotti tal-ħadid jew tal-azzar, jekk jintużaw fil-proċess. |
3.17. Aluminju mhux maħdum
3.17.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Din il-kategorija ta’ oġġetti aggregati tinkludi aluminju mhux illigat kif ukoll aluminju lligat, f’forma fiżika tipika għal metalli mhux maħduma, bħal ingotti, ċangaturi, billetti jew bċejjeċ żgħar. F’impjanti tal-aluminju integrat, l-aluminju likwidu li jiġi ċċarġjat direttament għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-aluminju huwa inkluż ukoll. Meta l-installazzjoni ma tbigħx jew ma tittrasferixxix aluminju mhux maħdum lejn installazzjonijiet oħra, ma hemmx bżonn li jiġu mmonitorjati separatament l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-aluminju mhux maħdum. Jista’ jiġi definit proċess ta’ produzzjoni komuni li jinkludi l-aluminju mhux maħdum u, soġġett għar-regoli tat-Taqsima A.4 tal-Anness III, jistgħu jiġu definiti proċessi ulterjuri għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-aluminju.
3.17.2. Rotot tal-produzzjoni
3.17.2.1. Tidwib primarju (elettrolitiku)
Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-konsum ta’ elettrodi jew pejsts tal-elettrodi. |
|
— |
L-emissjonijiet tas-CO2 minn kwalunkwe fjuwil użat (eż. għat-tnixxif u għat-tisħin minn qabel tal-materja prima, għat-tisħin taċ-ċelloli tal-elettroliżi, għat-tisħin meħtieġ għall-ikkastjar). |
|
— |
L-emissjonijiet tas-CO2 minn kwalunkwe trattament tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, mis-soda jew mill-ġebla tal-ġir jekk rilevanti. |
|
— |
L-emissjonijiet tal-perfluworokarburi kkawżati mill-effetti tal-anodu mmonitorjati f’konformità mat-Taqsima B.7 tal-Anness III. |
Prekursuri rilevanti: xejn.
3.17.2.2. Tidwib sekondarju (riċiklaġġ)
It-tidwib sekondarju (riċiklaġġ) tal-aluminju juża r-ruttam tal-aluminju bħala input prinċipali. Madankollu, meta jiżdied aluminju mhux maħdum minn sorsi oħra, dan jiġi ttrattat bħala prekursur. Barra minn hekk, fejn il-prodott ta’ dan il-proċess ikun fih aktar minn 5 % elementi ta’ lligar, l-emissjonijiet integrati tal-prodott għandhom jiġu kkalkolati daqslikieku l-massa tal-elementi ta’ lligar kienet aluminju mhux maħdum mit-tidwib primarju.
Għal dik ir-rotta tal-produzzjoni, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
L-emissjonijiet tas-CO2 minn kwalunkwe fjuwil użat għat-tnixxif u għat-tisħin minn qabel tal-materja prima, użat fil-fran tat-tidwib, fit-trattament minn qabel ta’ ruttam bħat-tneħħija tal-kisi u t-tneħħija taż-żjut, u l-kombustjoni tar-residwi relatati, u l-fjuwils meħtieġa għall-ikkastjar tal-ingotti, tal-billetti jew taċ-ċangaturi; |
|
— |
L-emissjonijiet tas-CO2 minn kwalunkwe fjuwil użat f’attivitajiet assoċjati bħat-trattament ta’ xkuma u rkupru ta’ gagazza; |
|
— |
L-emissjonijiet tas-CO2 minn kwalunkwe trattament tal-gass mit-tromba taċ-ċmieni, mis-soda jew mill-ġebla tal-ġir jekk rilevanti. |
Prekursuri rilevanti:
|
— |
Aluminju mhux maħdum minn sorsi oħra, jekk jintużaw fil-proċess. |
3.18. Prodotti tal-aluminju
3.18.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Soġġett għar-regoli tat-Taqsima A.4 tal-Anness III u t-Taqsima 3.17 ta’ dan l-Anness, il-proċess tal-produzzjoni għall-prodotti tal-aluminju jista’ japplika għall-każijiet li ġejjin:
|
— |
Il-konfini tas-sistema jkopru bħala proċess wieħed il-passi kollha ta’ impjant tal-aluminju integrat mill-produzzjoni ta’ aluminju mhux maħdum għal prodotti nofshom irfinuti kif ukoll prodotti tal-aluminju taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness. |
|
— |
Il-konfini tas-sistema jkopru l-produzzjoni ta’ prodotti tal-aluminju taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness li jibdew minn prodotti nofshom irfinuti jew minn prodotti oħra tal-aluminju taħt il-kodiċijiet NM elenkati fit-Taqsima 2 li jew jiġu riċevuti minn installazzjonijiet oħra jew jiġu prodotti fl-istess installazzjoni iżda taħt proċess ta’ produzzjoni separat. |
L-għadd doppju jew il-lakuni fil-monitoraġġ tal-proċessi tal-produzzjoni ta’ installazzjoni għandhom jiġu evitati. L-istadji tal-produzzjoni li ġejjin għandhom ikunu koperti mill-proċess tal-produzzjoni ta’ “prodotti tal-aluminju”:
|
— |
Il-passi kollha tal-produzzjoni għall-produzzjoni tal-oġġetti koperti mill-kodiċijiet NM mogħtija fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness għall-kategorija tal-oġġetti aggregati “prodotti tal-aluminju”, li ma humiex diġà koperti minn proċessi ta’ produzzjoni separati għall-aluminju mhux maħdum, kif meħtieġ mit-Taqsima 3.17 ta’ dan l-Anness u kif applikat fl-installazzjoni. |
|
— |
Il-passi kollha tal-produzzjoni applikati fl-installazzjoni, li jibdew minn aluminju mhux maħdum, inklużi, iżda mhux limitati għal: it-tisħin mill-ġdid, it-tidwib mill-ġdid, l-ikkastjar, il-laminazzjoni, l-estrużjoni, il-kiwi, il-kisi, galvanizzar, it-trafilaġġ, il-qtugħ, l-iwweldjar u l-finitura. |
Meta l-prodott ikun fih aktar minn 5 % skont l-elementi tal-illigar tal-massa, l-emissjonijiet integrati tal-prodott għandhom jiġu kkalkolati daqslikieku l-massa tal-elementi tal-illigar kienet aluminju mhux maħdum mit-tidwib primarju.
Għal prodotti li fihom aktar minn 5 % skont il-massa ta’ materjali oħra, eż. materjali ta’ iżolament fil-kodiċi NM 7611 00 00 il-massa tal-aluminju biss għandha tiġi rrapportata bħala l-massa tal-oġġetti prodotti.
3.18.2. Rotta tal-produzzjoni
Għall-prodotti tal-aluminju, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
L-emissjonijiet kollha tas-CO2 mill-konsum tal-fjuwil fi proċessi li jiffurmaw prodotti tal-aluminju, u mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. |
Prekursuri rilevanti:
|
— |
aluminju mhux maħdum, jekk jintuża fil-proċess tal-produzzjoni (trattament separat tal-aluminju primarju u sekondarju, jekk id-data tkun magħrufa); |
|
— |
prodotti tal-aluminju, jekk jintużaw fil-proċess tal-produzzjoni. |
3.19. Elettriku
3.19.1. Dispożizzjonijiet speċjali
Għall-elettriku, għandhom jiġu mmonitorjati u rrapportati biss l-emissjonijiet diretti. Il-fattur tal-emissjonijiet għall-elettriku għandu jiġi ddeterminat f’konformità mat-Taqsima D.2 tal-Anness III.
3.19.2. Rotot tal-produzzjoni
Għall-elettriku, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti għandu jinkludi:
|
— |
Kwalunkwe emissjoni ta’ kombustjoni u emissjoni ta’ proċess mit-trattament tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija. |
Prekursuri rilevanti: xejn.
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1184 tal-10 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi metodoloġija tal-Unjoni li tistipula regoli dettaljati għall-produzzjoni ta’ karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika (ĠU L 157, 20.6.2023, p. 11).
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1).
ANNESS III
Regoli għad-determinazzjoni tad-data inkluż dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-installazzjoni, l-emissjonijiet attribwiti tal-proċessi tal-produzzjoni, u l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti
A. PRINĊIPJI
A.1. Approċċ ġenerali
|
1. |
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, għandhom jitwettqu l-attivitajiet li ġejjin:
|
|
2. |
Meta operatur ma jkunx jista’ jiddetermina b’mod adegwat id-data reali għal sett wieħed jew aktar ta’ data, billi japplika l-metodi previsti fit-Taqsima A.3 ta’ dan l-Anness, u meta ma jkun disponibbli l-ebda metodu ieħor għall-għeluq tal-lakuni fid-data, il-valuri prestabbiliti magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għal dak il-perjodu tranżizzjonali jistgħu jintużaw skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament. F’dak il-każ, għandha tiżdied spjegazzjoni qasira tar-raġunijiet għaliex ma tintużax data reali. |
|
3. |
Il-monitoraġġ għandu jkopri perjodu ta’ rapportar li jiżgura li d-data mhux rappreżentattiva minħabba varjazzjonijiet ta’ żmien qasir fil-proċessi tal-produzzjoni u l-lakuni fid-data jiġu evitati sal-ogħla punt possibbli. Il-perjodu ta’ rapportar prestabbilit huwa sena kalendarja. Madankollu, l-operatur jista’ jagħżel bħala alternattiva:
L-emissjonijiet integrati tal-oġġetti għandhom jiġu kkalkolati bħala medja tal-perjodu ta’ rapportar magħżul. |
|
4. |
Fir-rigward tal-emissjonijiet li jseħħu barra mill-konfini tal-installazzjoni li huma rilevanti għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati, għandha tintuża d-data għall-aħħar perjodu ta’ rapportar disponibbli, kif miksuba mill-fornitur tal-input (eż. elettriku, sħana, prekursur). L-emissjonijiet li jseħħu barra mill-konfini tal-installazzjoni jinkludu:
|
|
5. |
Id-data dwar l-emissjonijiet fuq perjodu ta’ rapportar sħiħ għandha tiġi espressa f’tunnellati ta’ CO2e arrotondata għal tunnellati sħaħ.
Il-parametri kollha użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet għandhom jiġu approssimati sabiex jinkludu ċ-ċifri sinifikanti kollha għall-fini tal-kalkolu u r-rapportar tal-emissjonijiet. L-emissjonijiet integrati diretti u indiretti speċifiċi għandhom jiġu espressi f’tunnellati ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġetti, arrotondati biex jinkludu ċ-ċifri sinifikanti kollha, b’massimu ta’ ħames ċifri wara l-virgola. |
A.2. Prinċipji ta’ monitoraġġ
Għall-monitoraġġ tad-data reali fil-livell tal-installazzjoni, u għas-settijiet tad-data meħtieġa għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet lill-oġġetti, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
|
1. |
Kompletezza: Il-metodoloġija ta’ monitoraġġ għandha tkopri l-parametri kollha meħtieġa biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 f’konformità mal-metodi u l-formuli li jinsabu f’dan l-Anness.
|
|
2. |
Konsistenza u komparabilità: Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu konsistenti u komparabbli tul iż-żmien. Għal dak l-għan, il-metodi magħżula għandhom jiġu stabbiliti f’dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ bil-miktub sabiex il-metodi jintużaw b’mod konsistenti. Il-metodoloġija għandha tinbidel biss jekk tkun iġġustifikata b’mod oġġettiv. Ir-raġunijiet rilevanti jinkludu:
|
|
3. |
Trasparenza: Id-data ta’ monitoraġġ għandha tinkiseb, tiġi rreġistrata, ikkumpilata, analizzata u ddokumentata, inklużi suppożizzjonijiet, referenzi, data dwar l-attivitajiet, fatturi tal-emissjonijiet, fatturi ta’ kalkolu, data dwar l-emissjonijiet integrati ta’ prekursuri mixtrija, sħana li tista’ titkejjel u elettriku, valuri prestabbiliti ta’ emissjonijiet integrati, informazzjoni dwar prezz tal-karbonju dovut, u kwalunkwe data oħra rilevanti għall-fini ta’ dan l-Anness, b’mod trasparenti li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni tad-data dwar l-emissjonijiet inkluż minn partijiet terzi indipendenti, bħal verifikaturi akkreditati. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi rekord tal-bidliet kollha fil-metodoloġija. Għandhom jinżammu rekords kompluti u trasparenti fl-installazzjoni tad-data kollha rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati tal-oġġetti prodotti, inklużi d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa, għal mill-inqas erba’ snin wara l-perjodu ta’ rapportar. Dawk ir-rekords jistgħu jiġu divulgati lil dikjarant tar-rapportar. |
|
4. |
Akkuratezza: Il-metodoloġija ta’ monitoraġġ magħżula għandha tiżgura li d-determinazzjoni tal-emissjonijiet la tkun mhux akkurata b’mod sistematiku u lanqas b’mod konxju. Kwalunkwe sors ta’ ineżattezzi għandu jiġi identifikat u jitnaqqas kemm jista’ jkun. Għandha tiġi eżerċitata diliġenza dovuta biex jiġi żgurat li l-kalkolu u l-kejl tal-emissjonijiet juru l-ogħla akkuratezza li tista’ tinkiseb. Meta jkun hemm lakuni fid-data jew ikunu mistennija li jkunu inevitabbli, id-data sostituttiva għandha tikkonsisti minn stimi konservattivi. Aktar każijiet fejn id-data dwar l-emissjonijiet għandha tkun ibbażata fuq stimi konservattivi jinkludu:
|
|
5. |
Integrità tal-metodoloġija: Il-metodoloġija ta’ monitoraġġ magħżula għandha tippermetti li tiġi rrapportata assigurazzjoni raġonevoli tal-integrità tad-data dwar l-emissjonijiet. L-emissjonijiet għandhom ikunu determinati billi jintużaw il-metodoloġiji ta’ monitoraġġ xierqa stabbiliti f’dan l-Anness. Id-data rrapportata dwar l-emissjonijiet għandha tkun ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, tevita preġudizzju fl-għażla u fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni, u tipprovdi rendikont kredibbli u bbilanċjat tal-emissjonijiet integrati tal-oġġetti prodotti mill-installazzjoni. |
|
6. |
Jistgħu jiġu applikati miżuri fakultattivi biex tiżdied il-kwalità tad-data li għandha tiġi rrapportata, b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ fluss u kontroll tad-data f’konformità mat-Taqsima H ta’ dan l-Anness. |
|
7. |
Kosteffettività: Fl-għażla tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, it-titjib li jirriżulta minn akkuratezza ikbar għandu jiġi bbilanċjat mal-kostijiet addizzjonali. Il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet għandu jkollhom l-għan li jilħqu l-ogħla akkuratezza li tista’ tinkiseb, għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli. |
|
8. |
Titjib kontinwu: Għandu jiġi vverifikat regolarment jekk il-metodoloġiji ta’ monitoraġġ jistgħux jittejbu. Jekk titwettaq il-verifika tad-data dwar l-emissjonijiet, kwalunkwe rakkomandazzjoni għat-titjib inkluża fir-rapporti ta’ verifika għandha titqies għall-implimentazzjoni fi żmien raġonevoli, sakemm it-titjib ma jikkawżax kostijiet irraġonevoli jew ma jkunx teknikament fattibbli. |
A.3. Metodi li jirrappreżentaw l-aħjar sors ta’ data disponibbli
|
1. |
Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati tal-oġġetti, u għas-settijiet ta’ data sottostanti, bħall-emissjonijiet relatati ma’ flussi minn sorsi individwali jew sorsi ta’ emissjonijiet, kwantitajiet ta’ sħana li tista’ titkejjel, il-prinċipju ġenerali għandu jkun li dejjem jintgħażel l-aħjar sors ta’ data disponibbli. Għal dan l-għan, għandhom japplikaw il-prinċipji ta’ gwida li ġejjin:
|
|
2. |
Metodi ta’ determinazzjoni indiretti: Meta ma jkun hemm l-ebda metodu ta’ determinazzjoni diretta disponibbli għal sett ta’ data meħtieġ, b’mod partikolari għal każijiet fejn jeħtieġ li tiġi ddeterminata s-sħana netta li tista’ titkejjel li tidħol fi proċessi tal-produzzjoni differenti, jista’ jintuża metodu ta’ determinazzjoni indiretta, bħal:
|
|
3. |
Sabiex jiġu ddeterminati l-aħjar sorsi tad-data disponibbli, għandu jintgħażel is-sors ta’ data l-ogħla fil-klassifikazzjoni ppreżentata taħt il-punt 1 u diġà disponibbli fl-installazzjoni. Madankollu, jekk ikun teknikament fattibbli li jiġi applikat sors ta’ data ogħla fil-klassifikazzjoni mingħajr ma jiġu mġarrba kostijiet irraġonevoli, tali sors ta’ data aħjar għandu jiġi applikat mingħajr dewmien żejjed. Jekk ikunu disponibbli sorsi differenti ta’ data għall-istess sett ta’ data fl-istess livell fil-klassifikazzjoni ppreżentata taħt il-punt 1, għandu jintgħażel is-sors ta’ data li jiżgura l-fluss tad-data l-aktar ċar bl-inqas riskju inerenti u riskju ta’ kontroll fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet skorretti. |
|
4. |
Is-sorsi tad-data magħżula taħt il-punt 3 għandhom jintużaw għad-determinazzjoni u r-rapportar tal-emissjonijiet integrati. |
|
5. |
Sa fejn ikun fattibbli mingħajr ma jiġu mġarrba kostijiet irraġonevoli, għall-fini tas-sistema ta’ kontroll f’konformità mat-Taqsima H ta’ dan l-Anness, għandhom jiġu identifikati sorsi tad-data jew metodi addizzjonali għad-determinazzjoni tas-settijiet ta’ data li jippermettu l-korroborazzjoni tas-sorsi tad-data taħt il-punt (3). Is-sorsi tad-data magħżula, jekk ikun hemm, għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ. |
|
6. |
Titjib rakkomandat: Għandu jiġi vverifikat regolarment, iżda mill-inqas darba fis-sena, jekk ikunux saru disponibbli sorsi ġodda tad-data, għall-fini tat-titjib tal-metodi ta’ monitoraġġ. Fil-każ li tali sorsi ġodda tad-data jitqiesu aktar akkurati f’konformità mal-klassifikazzjoni ppreżentata taħt il-punt 1, dawn għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ u għandhom jiġu applikati mill-aktar data bikrija possibbli. |
|
7. |
Fattibbiltà teknika: Meta ssir talba li l-applikazzjoni ta’ metodoloġija speċifika ta’ determinazzjoni ma tkunx teknikament fattibbli, għandha tiġi stabbilita ġustifikazzjoni għal dan il-fatt fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ. Għandha tiġi vvalutata mill-ġdid waqt il-kontrolli regolari skont il-punt 6. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq jekk l-installazzjoni għandhiex riżorsi tekniċi li jkunu kapaċi jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ sors tad-data jew metodu ta’ monitoraġġ propost li jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-ħin meħtieġ għall-finijiet ta’ dan l-Anness. Dawk ir-riżorsi tekniċi għandhom jinkludu d-disponibbiltà tat-tekniki u t-teknoloġija meħtieġa. |
|
8. |
Kostijiet irraġonevoli: Meta ssir talba li l-applikazzjoni ta’ metodoloġija speċifika ta’ determinazzjoni għal sett ta’ data timplika kostijiet irraġonevoli, għandha tiġi stabbilita ġustifikazzjoni għal dan il-fatt fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ. Għandha tiġi vvalutata mill-ġdid waqt il-kontrolli regolari skont il-punt 6. In-natura mhux raġonevoli tal-kostijiet għandha tiġi ddeterminata kif ġej.
Il-kostijiet għad-determinazzjoni ta’ sett speċifiku ta’ data jitqiesu mhux raġonevoli meta l-istima tal-kostijiet tal-operatur taqbeż il-benefiċċju ta’ metodoloġija speċifika ta’ determinazzjoni. Għal dak l-għan, il-benefiċċju għandu jiġi kkalkolat permezz tal-multiplikazzjoni ta’ fattur ta’ titjib bi prezz ta’ referenza ta’ EUR 20 għal kull tunnellata ta’ CO2e u l-kostijiet għandhom jinkludu perjodu ta’ deprezzament xieraq ibbażat fuq it-tul tal-ħajja ekonomika tat-tagħmir, fejn applikabbli. Il-fattur ta’ titjib għandu jkun:
Miżuri relatati mat-titjib tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ ta’ installazzjoni m’għandhomx jitqiesu li jinvolvu kostijiet irraġonevoli sa ammont akkumulat ta’ EUR 2 000 fis-sena. |
A.4. Diviżjoni tal-installazzjonijiet fi proċessi tal-produzzjoni
L-installazzjonijiet għandhom jinqasmu fi proċessi tal-produzzjoni b’konfini tas-sistema li jiżguraw li l-inputs, l-outputs u l-emissjonijiet rilevanti jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati f’konformità mat-Taqsimiet B sa E ta’ dan l-Anness u l-emissjonijiet diretti u indiretti jkunu jistgħu jiġu attribwiti lil gruppi ta’ oġġetti definiti fit-Taqsima 2 tal-Anness II, bl-applikazzjoni tar-regoli tat-Taqsima F ta’ dan l-Anness.
L-installazzjonijiet għandhom jinqasmu fi proċessi tal-produzzjoni kif ġej:
|
(a) |
Għandu jiġi definit proċess tal-produzzjoni wieħed għal kull waħda mill-kategoriji ta’ oġġetti aggregati definiti fit-Taqsima 2 tal-Anness II li huma rilevanti fl-installazzjoni. |
|
(b) |
B’deroga mill-punt (a), għandhom jiġu definiti proċessi ta’ produzzjoni separati għal kull rotta tal-produzzjoni fejn jiġu applikati rotot tal-produzzjoni differenti f’konformità mat-Taqsima 3 tal-Anness II għall-istess kategorija ta’ oġġetti aggregati fl-istess installazzjoni, jew fejn l-operatur jagħżel b’mod volontarju oġġetti jew gruppi ta’ oġġetti differenti għal monitoraġġ separat. Tista’ tintuża wkoll definizzjoni aktar diżaggregata tal-proċessi tal-produzzjoni meta dan ikun f’konformità ma’ sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika applikabbli fl-installazzjoni. |
|
(c) |
B’deroga mill-punt (a), fejn mill-inqas parti mill-prekursuri rilevanti għal oġġetti kumplessi tiġi prodotta fl-istess installazzjoni bħall-oġġetti kumplessi, u fejn il-prekursuri rispettivi ma jiġux ittrasferiti mill-installazzjoni għall-bejgħ jew għall-użu f’installazzjonijiet oħra, il-produzzjoni ta’ prekursuri u ta’ oġġetti kumplessi tista’ tiġi koperta minn proċess ta’ produzzjoni konġunt. Kalkolu separat tal-emissjonijiet integrati tal-prekursuri għandu jitħalla barra f’dak il-każ. |
|
(d) |
Jistgħu jiġu applikati d-derogi settorjali li ġejjin mill-punt (a):
|
|
(e) |
Meta parti mill-installazzjoni sservi l-produzzjoni ta’ oġġetti mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, huwa titjib rakkomandat li dik il-parti tiġi mmonitorjata bħala proċess tal-produzzjoni addizzjonali wieħed għall-fini ta’ korroborazzjoni tal-kompletezza tad-data dwar l-emissjonijiet totali tal-installazzjoni. |
B. MONITORAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET DIRETTI FIL-LIVELL TAL-INSTALLAZZJONI
B.1. Kompletezza tal-flussi minn sorsi u tas-sorsi tal-emissjonijiet
Il-konfini tal-installazzjoni u l-proċessi tal-produzzjoni tagħha għandhom ikunu magħrufa b’mod ċar mill-operatur u definiti fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti speċifiċi għas-settur stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II kif ukoll fit-Taqsima B.9 ta’ dan l-Anness. Għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
|
1. |
Bħala minimu, għandhom jiġu koperti s-sorsi rilevanti kollha tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-flussi minn sorsi assoċjati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness II. |
|
2. |
Huwa titjib rakkomandat biex jiġu koperti s-sorsi kollha tal-emissjonijiet u l-flussi tas-sorsi tal-installazzjoni totali, sabiex jitwettqu kontrolli tal-plawżibbiltà u biex tiġi kkontrollata l-effiċjenza enerġetika u tal-emissjonijiet tal-installazzjoni kollha kemm hi. |
|
3. |
L-emissjonijiet kollha minn operazzjonijiet regolari għandhom jiġu inklużi, kif ukoll minn avvenimenti anormali, inklużi sitwazzjonijiet ta’ bidu, ta’ għeluq u ta’ emerġenza, matul il-perjodu ta’ rapportar. |
|
4. |
L-emissjonijiet minn makkinarju mobbli għal finijiet ta’ trasport għandhom jiġu esklużi. |
B.2. Għażla tal-metodoloġija tal-monitoraġġ
Il-metodoloġija applikabbli għandha tkun jew:
|
1. |
Il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu, li tikkonsisti fid-determinazzjoni ta’ emissjonijiet minn flussi minn sorsi bbażati fuq data dwar l-attivitajiet miksuba permezz ta’ sistemi ta’ kejl u parametri addizzjonali minn analiżijiet fil-laboratorju jew valuri standard. Il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu tista’ tiġi implimentata skont il-metodu standard jew il-metodu tal-bilanċ tal-massa. |
|
2. |
Il-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, li tikkonsisti fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet minn sorsi ta’ emissjonijiet permezz ta’ kejl kontinwu tal-konċentrazzjoni tal-gass serra rilevanti fil-gass mit-tromba ta’ ċumnija u tal-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija. |
B’deroga, jistgħu jintużaw metodoloġiji oħrajn skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 4(2), 4(3) u 5 ta’ dan ir-Regolament.
Għandha tintgħażel il-metodoloġija ta’ monitoraġġ li tagħti l-aktar riżultati akkurati u affidabbli, ħlief fejn ir-rekwiżiti speċifiċi għas-settur f’konformità mat-Taqsima B.9 ikunu jeħtieġu metodoloġija partikolari waħda. Il-metodoloġija ta’ monitoraġġ applikata tista’ tkun kombinazzjoni ta’ metodoloġiji b’tali mod li partijiet differenti tal-emissjonijiet tal-installazzjoni jiġu mmonitorjati b’waħda mill-metodoloġiji applikabbli.
Id-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ għandha tidentifika b’mod ċar:
|
(a) |
għal liema fluss mis-sors jintuża l-metodu standard ibbażat fuq il-kalkolu jew il-metodu tal-bilanċ tal-massa, inkluż id-deskrizzjoni dettaljata tad-determinazzjoni ta’ kull parametru previst fit-Taqsima B.3.4 ta’ dan l-Anness; |
|
(b) |
għal liema sors ta’ emissjoni tintuża metodoloġija bbażata fuq il-kejl, inkluża d-deskrizzjoni tal-elementi rilevanti kollha fit-Taqsima B.6 ta’ dan l-Anness; |
|
(c) |
permezz ta’ dijagramma xierqa u deskrizzjoni tal-proċess tal-installazzjoni, evidenza li la hemm għadd doppju u lanqas lakuni fid-data fl-emissjonijiet tal-installazzjoni. |
L-emissjonijiet tal-installazzjoni għandhom jiġu ddeterminati minn
Fejn:
|
EmInst |
huma l-emissjonijiet (diretti) tal-installazzjoni espressi f’tunnellati ta’ CO2e; |
|
Emcalc,i |
huma l-emissjonijiet mill-fluss tas-sors i ddeterminati bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu espressi f’tunnellati ta’ CO2e; |
|
EMmeas,j |
huma l-emissjonijiet mis-sors ta’ emissjoni j iddeterminati bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl espressi f’tunnellati ta’ CO2e, u |
|
EMother,k |
huma l-emissjonijiet iddeterminati b’metodu ieħor, l-indiċi k espressi f’tunnellati ta’ CO2e. |
B.3. Formuli u parametri għall-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu għas-CO2
B.3.1. Metodu standard
L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati separatament għal kull fluss minn sors kif ġej:
B.3.1.1. Emissjonijiet mill-kombustjoni
L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-metodu standard kif ġej:
Fejn:
|
Emi |
huma l-emissjonijiet [t CO2] ikkawżati mill-fjuwil i; |
|
EFi |
huwa l-fattur tal-emissjonijiet [t CO2/TJ] tal-fjuwil i; |
|
ADi |
hija d-data dwar l-attivitajiet [TJ] tal-fjuwil i, ikkalkolata bħala |
|
FQi |
hija l-kwantità ta’ fjuwil ikkonsmata [t jew m3] ta’ fjuwil i; |
|
NCVi |
huwa l-valur kalorifiku nett (valur ta’ tisħin aktar baxx) [TJ/t jew TJ/m3] ta’ fjuwil i; |
|
OFi |
huwa l-fattur ta’ ossidazzjoni (mingħajr dimensjoni) tal-fjuwil i, ikkalkolat bħala |
|
Cash |
huwa l-karbonju li jinsab fl-irmied u fit-trab tat-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija, u |
|
Ctotal |
huwa l-karbonju totali li jinsab fil-fjuwil maħruq. |
Is-suppożizzjoni konservattiva li OF = 1 dejjem tista’ tintuża sabiex jitnaqqsu l-isforzi ta’ monitoraġġ.
Sakemm dan iwassal għal akkuratezza ogħla, il-metodu standard għall-emissjonijiet tal-kombustjoni jista’ jiġi mmodifikat kif ġej:
|
(a) |
id-data dwar l-attivitajiet hija espressa bħala kwantità ta’ fjuwil (jiġifieri f’t jew m3); |
|
(b) |
l-EF huwa espress f’t CO2/t ta’ fjuwil jew f’t CO2/m3 ta’ fjuwil, kif applikabbli, u |
|
(c) |
l-NCV jista’ jitħalla barra mill-kalkolu. Madankollu, huwa titjib rakkomandat li l-NCV jiġi rrapportat sabiex ikunu jistgħu jsiru kontrolli u monitoraġġ tal-konsistenza tal-effiċjenza enerġetika tal-proċess kollu tal-produzzjoni. |
Jekk il-fattur tal-emissjonijiet ta’ fjuwil i għandu jiġi kkalkolat mill-analiżijiet tal-kontenut tal-karbonju u tal-NCV, għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:
Jekk il-fattur tal-emissjonijiet ta’ materjal jew ta’ fjuwil espress f’t CO2/t għandu jiġi kkalkolat minn kontenut ta’ karbonju analizzat, tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn:
|
f |
hija l-proporzjon tal-mases molari ta’ CO2 u C: f = 3,664 t CO2/t C. |
Peress li l-fattur tal-emissjonijiet tal-bijomassa għandu jkun żero dment li jiġu ssodisfati l-kriterji mogħtija fit-Taqsima B.3.3, dan il-fatt jista’ jitqies għall-fjuwils imħallta (jiġifieri fjuwils li fihom kemm il-komponenti fossili kif ukoll dawk tal-bijomassa) kif ġej:
Fejn:
|
EFpre,i |
huwa l-fattur tal-emissjonijiet preliminari tal-fjuwil i (jiġifieri l-fattur tal-emissjonijiet jekk wieħed jassumi li l-fjuwil totali huwa fossili) u |
|
BFi |
hija l-frazzjoni tal-bijomassa (mingħajr dimensjoni) tal-fjuwil i. |
Għall-fjuwils fossili u fejn il-frazzjoni tal-bijomassa ma tkunx magħrufa, il-BFi għandha tiġi ssettjata għall-valur konservattiv żero.
B.3.1.2. Emissjonijiet tal-proċessi:
L-emissjonijiet tal-proċessi għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-metodu standard kif ġej:
Fejn:
|
ADj |
hija d-data tal-attività [t ta’ materjal] tal-materjal j; |
|
EFj |
huwa l-fattur tal-emissjonijiet [t CO2/t] tal-materjal j, u |
|
CFj |
huwa l-fattur ta’ konverżjoni (mingħajr dimensjoni) tal-materjal j. |
Is-suppożizzjoni konservattiva li CFj = 1 dejjem tista’ tintuża sabiex jitnaqqsu l-isforzi ta’ monitoraġġ.
Fil-każ ta’ materjali mħallta tal-inputs tal-proċess li jkun fihom forom inorganiċi kif ukoll organiċi ta’ karbonju, l-operatur jista’ jagħżel jew:
|
1. |
li jiddetermina fattur tal-emissjonijiet preliminari totali għall-materjal imħallat billi jiġi analizzat il-kontenut totali tal-karbonju (CCj ), u bl-użu ta’ fattur ta’ konverżjoni u, jekk applikabbli frazzjoni ta’ bijomassa u valur kalorifiku nett relatati ma’ dak il-kontenut totali ta’ karbonju; jew |
|
2. |
li jiddetermina l-kontenuti organiċi u inorganiċi separatament u jittrattahom bħala żewġ flussi minn sorsi separati. |
Meta jitqiesu s-sistemi ta’ kejl disponibbli għad-data dwar l-attivitajiet u l-metodi għad-determinazzjoni tal-fattur tal-emissjonijiet, għal emissjonijiet mid-dekompożizzjoni tal-karbonati, il-metodu li jagħti r-riżultati aktar akkurati għandu jintgħażel għal kull fluss minn sors miż-żewġ metodi li ġejjin:
|
— |
Metodu A (Abbażi tal-input): Il-fattur tal-emissjonijiet, il-fattur tal-konverżjoni u d-data dwar l-attivitajiet għandhom ikunu relatati mal-ammont tal-input ta’ materjal fil-proċess. Għandhom jintużaw il-fatturi tal-emissjonijiet standard tal-karbonati puri kif previst fit-Tabella 3 fl-Anness VIII, filwaqt li titqies il-kompożizzjoni tal-materjal kif iddeterminata skont it-Taqsima B.5 ta’ dan l-Anness. |
|
— |
Metodu B (Abbażi tal-output): Il-fattur tal-emissjonijiet, il-fattur tal-konverżjoni u d-data dwar l-attivitajiet għandhom ikunu relatati mal-ammont tal-output mill-proċess. Għandhom jintużaw il-fatturi tal-emissjonijiet standard tal-ossidi tal-metalli wara d-dekarbonizzazzjoni kif previst fit-Tabella 4 fl-Anness VIII, filwaqt li titqies il-kompożizzjoni tal-materjal rilevanti kif iddeterminata skont it-Taqsima B.5 ta’ dan l-Anness. |
Għall-emissjonijiet tal-proċess tas-CO2 għajr mill-karbonati, għandu jiġi applikat il-metodu A.
B.3.2. Metodu tal-bilanċ tal-massa
Il-kwantitajiet tas-CO2 rilevanti għal kull fluss minn sors għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-kontenut tal-karbonju f’kull materjal, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn il-fjuwils u l-materjali tal-proċess. Il-karbonju li joħroġ mill-installazzjoni fi prodotti minflok ma jiġi rilaxxat jitqies mill-flussi minn sorsi tal-output, li għalhekk għandhom data negattiva dwar l-attivitajiet.
L-emissjonijiet li jikkorrispondu għal kull fluss minn sors għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
Fejn:
|
ADk |
hija d-data dwar l-attività [t] tal-materjal k; għall-outputs, ADk hija negattiva; |
|
f |
hija l-proporzjon tal-mases molari tas-CO2 u ta’ C: F = 3,664 t CO2/t C, u |
|
CCk |
huwa l-kontenut ta’ karbonju tal-materjal k (mingħajr dimensjoni u pożittiv). |
Jekk il-kontenut ta’ karbonju ta’ fjuwil k jiġi kkalkolat minn fattur tal-emissjonijiet espress f’t CO2/TJ, għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:
Jekk il-kontenut ta’ karbonju ta’ materjal jew ta’ fjuwil k jiġi kkalkolat minn fattur tal-emissjonijiet espress f’t CO2/t, għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:
Għall-fjuwils imħallta, jiġifieri fjuwils li fihom kemm komponenti fossili kif ukoll komponenti tal-bijomassa, il-frazzjoni tal-bijomassa tista’ titqies, dment li l-kriterji previsti fit-Taqsima B.3.3 jiġu ssodisfati kif ġej:
Fejn:
|
CCpre,k |
huwa l-kontenut preliminari ta’ karbonju tal-fjuwil k (jiġifieri l-fattur tal-emissjonijiet jekk il-fjuwil totali jkun fossili) u |
|
BFk |
hija l-frazzjoni tal-bijomassa tal-fjuwil k (mingħajr dimensjoni). |
Għall-fjuwils jew għall-materjali fossili u fejn il-frazzjoni tal-bijomassa ma tkunx magħrufa, il-BF għandha tiġi ssettjata għall-valur konservattiv żero. Fejn il-bijomassa tintuża bħala materjal ta’ input jew fjuwil, u l-materjali ta’ output fihom il-karbonju, il-bilanċ tal-massa globali għandu jittratta b’mod konservattiv il-frazzjoni tal-bijomassa, jiġifieri l-frazzjoni tal-bijomassa fil-karbonju tal-output totali ma għandhiex taqbeż il-frazzjoni totali tal-bijomassa li tinsab fil-materjali ta’ input u fil-fjuwils, ħlief jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ frazzjoni ogħla tal-bijomassa fil-materjali ta’ output permezz ta’ metodu ta’ “traċċa l-atomu” (stojkjometriku) jew b’analiżijiet 14C.
B.3.3. Kriterji għal klassifikazzjoni żero tal-emissjonijiet tal-bijomassa
Meta l-bijomassa tintuża bħala fjuwil għall-kombustjoni, din għandha tissodisfa l-kriterji ta’ din it-taqsima. Meta l-bijomassa li tintuża għall-kombustjoni ma tikkonformax ma’ dawn il-kriterji, il-kontenut tal-karbonju tagħha għandu jitqies bħala karbonju fossili.
|
1. |
Il-bijomassa għandha tikkonforma mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. |
|
2. |
B’deroga mill-punt preċedenti, il-bijomassa li tinsab fi jew li hija prodotta mill-iskart u mir-residwi, minbarra r-residwi agrikoli, tal-akkwakultura, tas-sajd u tal-forestrija għandha tissodisfa biss il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Dan il-punt għandu japplika wkoll għal skart u residwi li l-ewwel jiġu pproċessati fi prodott qabel ikomplu jiġu proċessati fi fjuwils. |
|
3. |
L-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ prodotti mill-iskart solidu muniċipali ma għandhomx ikunu soġġetti għall-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. |
|
4. |
Il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom japplikaw irrispettivament mill-oriġini ġeografika tal-bijomassa. |
|
5. |
Il-konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-Artikoli 30 u 31(1) ta’ dik id-Direttiva. |
B.3.4. Parametri rilevanti
F’konformità mal-formuli mogħtija fit-Taqsimiet B.3.1 sa B.3.3 ta’ dan l-Anness, għandhom jiġu ddeterminati l-parametri li ġejjin għal kull fluss minn sors:
|
1. |
Metodu standard, kombustjoni:
|
|
2. |
Metodu standard, emissjonijiet ta’ proċess:
|
|
3. |
Bilanċ tal-massa:
|
B.4. Rekwiżiti għad-data dwar l-attivitajiet
B.4.1. Kejl kontinwu jew f’lott
Fejn il-kwantitajiet ta’ fjuwils jew ta’ materjali, inklużi oġġetti jew prodotti intermedji, iridu jiġu ddeterminati għal perjodu ta’ rapportar, jista’ jintgħażel wieħed mill-metodi li ġejjin u dan jista’ jiġi stabbilit fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ:
|
1. |
abbażi ta’ kejl kontinwu fil-proċess fejn il-materjal jiġi kkonsmat jew prodott; |
|
2. |
abbażi tal-aggregazzjoni ta’ kejl ta’ kwantitajiet imwassla jew prodotti b’mod separat (f’lott) b’kunsiderazzjoni tat-tibdil rilevanti tal-ħażniet. Għal dan l-għan għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
|
Fejn teknikament ma jkunx fattibbli jew jista’ jimplika kostijiet irraġonevoli għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet li jkun hemm fil-ħażna permezz ta’ kejl dirett, dawk il-kwantitajiet jistgħu jiġu stmati abbażi ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
|
1. |
data mis-snin ta’ qabel u korrelatata ma’ livelli ta’ attività xierqa għall-perjodu ta’ rapportar; |
|
2. |
proċeduri ddokumentati u d-data rispettiva f’dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati għall-perjodu ta’ rapportar. |
Meta d-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta’ prodotti, ta’ materjali jew ta’ fjuwils għall-perjodu kollu ta’ rapportar ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli, l-aktar jum xieraq li jmiss jista’ jintgħażel biex jiġi sseparat perjodu ta’ rapportar minn dak ta’ warajh. Din għandha tiġi rrikonċiljata kif xieraq mal-perjodu ta’ rapportar meħtieġ. Id-devjazzjonijiet involuti għal kull prodott, materjal jew fjuwil għandhom jiġu rreġistrati b’mod ċar biex jifformaw il-bażi ta’ valur rappreżentattiv għall-perjodu ta’ rapportar u jiġu kkunsidrati b’mod konsistenti b’rabta mas-sena li jkun imiss.
B.4.2. Kontroll tal-operatur fuq is-sistemi ta’ kejl
Il-metodu ppreferut għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta’ prodotti, materjali jew fjuwils għandu jkun li l-operatur tal-installazzjoni juża sistemi ta’ kejl taħt il-kontroll tiegħu stess. Sistemi ta’ kejl barra mill-kontroll tal-operatur stess, b’mod partikolari jekk taħt il-kontroll tal-fornitur tal-materjal jew tal-fjuwil, jistgħu jintużaw fil-każijiet li ġejjin:
|
1. |
meta l-operatur ma jkollux sistema ta’ kejl proprja disponibbli għad-determinazzjoni tas-sett ta’ data rispettiv; |
|
2. |
meta d-determinazzjoni ta’ sett ta’ data mis-sistema ta’ kejl proprja tal-operatur ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli; |
|
3. |
meta l-operatur ikollu evidenza li s-sistema ta’ kejl barra mill-kontroll tal-operatur tagħti riżultati aktar affidabbli u tkun anqas suxxettibbli għal riskji ta’ dikjarazzjonijiet skorretti. |
F’każ li jintużaw sistemi ta’ kejl barra mill-kontroll tal-operatur stess, is-sorsi tad-data applikabbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(1) |
ammonti minn fatturi maħruġa minn sieħeb fin-negozju, bil-kundizzjoni li sseħħ tranżazzjoni kummerċjali bejn żewġ sħab indipendenti fin-negozju; |
|
(2) |
qari dirett mis-sistemi ta’ kejl. |
B.4.3. Rekwiżiti għas-sistemi ta’ kejl
Għandu jkun disponibbli fehim profond tal-inċertezza assoċjata mal-kwantitajiet tal-kejl tal-fjuwils u tal-materjali, inkluża l-influwenza tal-ambjent operattiv u, fejn applikabbli, l-inċertezza tad-determinazzjoni tal-istokk. Għandhom jintgħażlu l-istrumenti tal-kejl li jiżguraw l-inqas inċertezza disponibbli mingħajr ma jiġġarrbu kostijiet irraġonevoli u li jkunu adattati għall-ambjent li jintużaw fih, f’konformità mal-istandards u r-rekwiżiti tekniċi applikabbli. Jekk ikunu disponibbli, l-istrumenti soġġetti għal kontroll metroloġiku legali għandhom jiġu ppreferuti. F’dan il-każ, l-iżball massimu permissibbli waqt it-tħaddim permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar il-kontroll metroloġiku legali għall-kompitu ta’ kejl rilevanti jista’ jintuża bħala l-valur ta’ inċertezza.
Meta strument tal-kejl ikun jeħtieġ li jiġi sostitwit minħabba ħsara jew minħabba li l-kalibrazzjoni turi li r-rekwiżiti ma għadhomx jiġu ssodisfati, dan għandu jiġi sostitwit bi strumenti li jiżguraw li jintlaħaq l-istess livell ta’ inċertezza jew livell aħjar ta’ inċertezza meta mqabbel mal-istrument eżistenti.
B.4.4. Titjib rakkomandat
Jitqies bħala titjib rakkomandat li tinkiseb inċertezza tal-kejl proporzjonata mal-emissjonijiet totali tal-fluss mis-sors jew tas-sors tal-emissjonijiet, bl-inqas inċertezza għall-akbar partijiet tal-emissjonijiet. Għall-finijiet ta’ orjentazzjoni, għall-emissjonijiet ta’ aktar minn 500 000 t CO2 fis-sena, l-inċertezza matul il-perjodu sħiħ ta’ rapportar filwaqt li jitqiesu l-bidliet fl-istokk, jekk applikabbli, għandha tkun ta’ 1,5 % jew aħjar. Għall-emissjonijiet ta’ anqas minn 10 000 t CO2 fis-sena, l-inċertezza ta’ anqas minn 7,5 % għandha tkun aċċettabbli.
B.5. Rekwiżiti għall-fatturi ta’ kalkolu għas-CO2
B.5.1. Metodi għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu
Għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu meħtieġa għall-metodoloġija bbażat fuq il-kalkolu, jista’ jintgħażel wieħed mill-metodi li ġejjin:
|
1. |
l-użu ta’ valuri standard; |
|
2. |
l-użu ta’ data proxy ibbażata fuq korrelazzjonijiet empiriċi bejn il-fattur ta’ kalkolu rilevanti u proprjetajiet oħra aċċessibbli aħjar għall-kejl; |
|
3. |
l-użu ta’ valuri abbażi ta’ analiżi fil-laboratorju. |
Il-fatturi ta’ kalkolu għandhom jiġu ddeterminati b’mod konsistenti mal-istat użat għad-data dwar l-attivitajiet relatati, b’referenza għall-istat tal-fjuwil jew tal-materjal li fih il-fjuwil jew il-materjal jinxtara jew jintuża fil-proċess li jikkawża l-emissjonijiet, qabel ma jitnixxef jew jiġi ttrattat mod ieħor għal analiżi fil-laboratorju. Fejn dan jimplika kostijiet irraġonevoli jew fejn tkun tista’ tinkiseb akkuratezza ogħla, id-data dwar l-attivitajiet u l-fatturi ta’ kalkolu jistgħu jiġu rrapportati b’mod konsistenti b’referenza għall-istat li fih jitwettqu l-analiżijiet fil-laboratorju.
B.5.2. Valuri standard applikabbli
Il-valuri standard tat-tip I, għandhom ikunu applikabbli biss jekk l-ebda valur standard tat-tip II ma jkun disponibbli għall-istess parametru u materjal jew fjuwil.
Il-valuri standard tat-tip I għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
fatturi standard ipprovduti fl-Anness VIII; |
|
(b) |
fatturi standard li jinsabu fl-aħħar linji gwida tal-IPCC għall-inventarji tal-gassijiet serra (1); |
|
(c) |
valuri bbażati fuq analiżijiet fil-laboratorju mwettqa fil-passat, mhux aktar minn ħames snin qabel u meqjusa bħala rappreżentattivi għall-fjuwil jew għall-materjal. |
Il-valuri standard tat-tip II għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
fatturi standard użati mill-pajjiż fejn tinsab l-installazzjoni għas-sottomissjoni l-aktar reċenti tal-inventarju nazzjonali tiegħu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima; |
|
(b) |
valuri ppubblikati mill-istituzzjonijiet nazzjonali tar-riċerka, mill-awtoritajiet pubbliċi, mill-korpi tal-istandardizzazzjoni, mill-uffiċċji tal-istatistika, eċċ. għall-fini ta’ rapportar tal-emissjonijiet aktar diżaggregati milli taħt il-punt preċedenti; |
|
(c) |
valuri speċifikati u ggarantiti mill-fornitur ta’ fjuwil jew materjal fejn ikun hemm evidenza li l-kontenut tal-karbonju juri intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 % ta’ mhux iżjed minn 1 %; |
|
(d) |
valuri stojkjometriċi għall-kontenut ta’ karbonju u l-valuri tal-letteratura relatati għall-valur kalorifiku nett (NCV) ta’ sustanza pura; |
|
(e) |
valuri bbażati fuq analiżijiet fil-laboratorju mwettqa fil-passat mhux aktar minn sentejn qabel u meqjusa bħala rappreżentattivi għall-fjuwil jew għall-materjal. |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza maż-żmien, kwalunkwe valur standard użat għandu jiġi stabbilit fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, u jinbidel biss jekk ikun hemm evidenza li l-valur il-ġdid ikun aktar adegwat u rappreżentattiv għall-fjuwil jew għall-materjal użat minn dak preċedenti. Meta l-valuri standard jinbidlu fuq bażi annwali, is-sors awtorevoli applikabbli ta’ dak il-valur għandu jiġi stabbilit fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ minflok il-valur innifsu.
B.5.3. L-istabbiliment ta’ korrelazzjonijiet għad-determinazzjoni ta’ data proxy
Il-proxy għall-kontenut ta’ karbonju jew għall-fattur tal-emissjonijiet tista’ tiġi derivata mill-parametri li ġejjin, flimkien ma’ korrelazzjoni empirika ddeterminata mill-inqas darba fis-sena f’konformità mar-rekwiżiti għall-analiżijiet fil-laboratorju mogħtija fit-Taqsima B.5.4 ta’ dan l-Anness kif ġej:
|
(a) |
kejl tad-densità ta’ żjut jew gassijiet speċifiċi, inklużi dawk komuni għall-industrija tar-raffineriji jew tal-azzar; |
|
(b) |
valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta’ faħam. |
Il-korrelazzjoni trid tissodisfa r-rekwiżiti ta’ prattika industrijali tajba u tista’ tiġi applikata biss għal valuri tal-proxy li jaqgħu fil-firxa li għaliha ġiet stabbilita.
B.5.4. Rekwiżiti għal analiżijiet fil-laboratorju
Fejn ikunu meħtieġa analiżijiet fil-laboratorju għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet (inklużi l-umdità, il-purità, il-konċentrazzjoni, il-kontenut tal-karbonju, il-frazzjoni tal-bijomassa, il-valur kalorifiku nett, id-densità) tal-prodotti, tal-materjali, tal-fjuwils jew tal-gassijiet ta’ skart, jew għall-istabbiliment ta’ korrelazzjonijiet bejn il-parametri għall-fini tad-determinazzjoni indiretta tad-data meħtieġa, l-analiżijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din it-taqsima.
Ir-riżultat ta’ kwalunkwe analiżi għandu jintuża biss għall-perjodu tal-kunsinna jew għal lott ta’ fjuwil jew materjal li għalih ikunu ttieħdu l-kampjuni, u li għalih ikun ġie intiż li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi. Meta jiġi ddeterminat parametru speċifiku, għandhom jintużaw ir-riżultati tal-analiżijiet kollha magħmula fir-rigward ta’ dak il-parametru.
B.5.4.1. L-użu tal-istandards
Kwalunkwe analiżi, kampjunar, kalibrazzjoni u validazzjoni għad-determinazzjoni ta’ fatturi ta’ kalkolu għandhom jitwettqu bl-applikazzjoni ta’ metodi bbażati fuq standards ISO korrispondenti. Meta dawn l-istandards ma jkunux disponibbli, il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq standards jew rekwiżiti EN jew nazzjonali xierqa stabbiliti f’sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika. Fejn ma jeżistu l-ebda standard applikabbli ppubblikat, jistgħu jintużaw abbozzi ta’ standards adattati, linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija jew metodoloġiji oħrajn ippruvati xjentifikament, u għandu jiġi limitat il-preġudizzju fil-kampjunar u fil-kejl.
B.5.4.2. Rakkomandazzjonijiet dwar il-pjan ta’ kampjunar u l-frekwenza minima tal-analiżijiet
Għandhom jintużaw il-frekwenzi minimi għall-analiżijiet għall-fjuwils u għall-materjali rilevanti elenkati fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness. Tista’ tintuża frekwenza ta’ analiżi oħra fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta t-tabella ma jkunx fiha frekwenza minima applikabbli; |
|
(b) |
fejn sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika tipprovdi għal frekwenza minima oħra ta’ analiżi għall-istess tip ta’ materjal jew fjuwil; |
|
(c) |
fejn il-frekwenza minima elenkata fit-Table 1 ta’ dan l-Anness iġġarrab kost irraġonevoli; |
|
(d) |
fejn ikun jista’ jintwera li abbażi ta’ data storika, inklużi valuri analitiċi għall-fjuwils jew għall-materjali rispettivi fil-perjodu ta’ rapportar immedjatament qabel il-perjodu ta’ rapportar attwali, kwalunkwe varjazzjoni fil-valuri analitiċi għall-fjuwil jew għall-materjal rispettiv ma taqbiżx 1/3 tal-inċertezza fid-determinazzjoni tad-data dwar l-attivitajiet tal-fjuwil jew tal-materjal rilevanti. |
Fejn installazzjoni topera għal parti mis-sena biss, jew meta l-fjuwils jew il-materjali jiġu kkonsenjati f’lottijiet li jiġu kkonsmati fuq aktar minn perjodu ta’ rapportar wieħed, tista’ tintgħażel skeda aktar xierqa għall-analiżijiet, sakemm dan jirriżulta f’inċertezza komparabbli bħal fl-aħħar punt tas-subparagrafu preċedenti.
Tabella 1
Frekwenzi minimi ta’ analiżijiet
|
Fjuwil/materjal |
Frekwenza minima ta’ analiżijiet |
|
Gass naturali |
Tal-anqas kull ġimgħa |
|
Gassijiet oħra, b’mod partikolari l-gass ta’ sinteżi u l-gassijiet tal-proċess bħall-gass imħallat tar-raffinerija, il-gass tal-forn tal-kokk, il-gass tal-forn tal-blast, il-gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu, il-gass ta’ faċilitajiet taż-żejt u tal-gass |
Tal-anqas kuljum — bl-użu ta’ proċeduri xierqa f’partijiet differenti tal-jum |
|
Żjut tal-fjuwil (pereżempju żejt tal-fjuwil ħafif, medju, tqil, bitumen) |
Kull 20 000 tunnellata ta’ fjuwil u mill-inqas sitt darbiet fis-sena |
|
Faħam, faħam tal-kokk, kokk, kokk petroliferu, pit |
Kull 20 000 tunnellata ta’ fjuwil/materjal u mill-inqas sitt darbiet fis-sena |
|
Fjuwils oħra |
Kull 10 000 tunnellata ta’ fjuwil u mill-anqas erba’ darbiet fis-sena |
|
Skart solidu mhux ittrattat (fossili puri jew bijomassa/fossili mħallta) |
Kull 5 000 tunnellata ta’ skart u mill-inqas erba’ darbiet fis-sena |
|
Skart likwidu, skart solidu ttrattat minn qabel |
Kull 10 000 tunnellata ta’ skart u mill-inqas erba’ darbiet fis-sena |
|
Minerali tal-karbonat (inklużi ġebel tal-ġir u dolomit) |
Kull 50 000 tunnellata ta’ materjal u mill-inqas erba’ darbiet fis-sena |
|
Tafal u shale |
Ammonti ta’ materjali li jikkorrispondu għal emissjonijiet ta’ 50 000 tunnellata ta’ CO2 u mill-inqas erba’ darbiet fis-sena |
|
Materjali oħra (prodott primarju, intermedju, u finali) |
Skont it-tip ta’ materjal u l-varjazzjoni, l-ammonti ta’ materjal korrispondenti għal emissjonijiet ta’ 50 000 tunnellata ta’ CO2 u mill-inqas erba’ darbiet fis-sena |
Il-kampjuni għandhom ikunu rappreżentattivi għal-lott jew għall-perjodu ta’ żmien totali tal-kunsinni li għalihom jittieħdu. Sabiex tiġi żgurata r-rappreżentattività, trid titqies l-eteroġeneità tal-materjal, kif ukoll l-aspetti rilevanti l-oħra kollha bħat-tagħmir tal-kampjunar disponibbli, is-segregazzjoni possibbli tal-fażijiet jew id-distribuzzjoni lokali tad-daqsijiet tal-partikoli, l-istabbiltà tal-kampjuni, eċċ. Il-metodu tal-kampjunar għandu jiġi stabbilit fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ.
Jitqies li huwa titjib rakkomandat li jintuża pjan ta’ kampjunar apposta għal kull materjal jew fjuwil rilevanti, skont l-istandards applikabbli, li jkun fihom informazzjoni rilevanti dwar il-metodoloġiji għall-preparazzjoni tal-kamjuni, inkluż l-informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet, il-postijiet, il-frekwenzi u l-kwantitajiet, u l-metodoloġiji għall-ħżin u t-trasport tal-kampjuni.
B.5.4.3. Rakkomandazzjonijiet għal-laboratorji
Il-laboratorji użati għat-twettiq ta’ analiżijiet għad-determinazzjoni ta’ fatturi ta’ kalkolu għandhom jiġu akkreditati f’konformità ma’ ISO/IEC 17025, għall-metodi analitiċi rilevanti. Il-laboratorji mhux akkreditati jistgħu jintużaw għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu biss meta jkun hemm evidenza li l-aċċess għal-laboratorji akkreditati ma huwiex teknikament fattibbli jew jista’ jwassal għal kostijiet irraġonevoli, u li l-laboratorju mhux akkreditat ikun kompetenti biżżejjed. Laboratorju għandu jitqies kompetenti biżżejjed jekk jikkonforma ma’ dawn kollha li ġejjin:
|
1. |
ikun ekonomikament indipendenti mill-operatur, jew mill-inqas protett mill-aspett organizzazzjonali mill-influwenza mill-maniġment tal-installazzjoni; |
|
2. |
japplika l-istandards applikabbli għall-analiżijiet mitluba; |
|
3. |
jimpjega persunal kompetenti għall-kompiti speċifiċi assenjati; |
|
4. |
jimmaniġġja b’mod xieraq il-kampjunar u l-preparazzjoni tal-kampjun, inkluż il-kontroll tal-integrità tal-kampjun; |
|
5. |
iwettaq regolarment assigurazzjoni tal-kwalità fuq il-kalibrazzjonijiet, il-kampjunar u l-metodi analitiċi, b’metodi xierqa, inkluża l-parteċipazzjoni regolari fi skemi ta’ ttestjar tal-profiċjenza, bl-applikazzjoni ta’ metodi analitiċi għal materjali ta’ referenza ċċertifikati, jew interparagun ma’ laboratorju akkreditat; |
|
6. |
jimmaniġġja t-tagħmir b’mod xieraq, inkluż billi jżomm u jimplimenta proċeduri għall-kalibrazzjoni, l-aġġustament, il-manutenzjoni u t-tiswija tat-tagħmir, u ż-żamma ta’ rekords tiegħu. |
B.5.5. Metodi rakkomandati għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu
Huwa meqjus titjib rakkomandat li jiġu applikati valuri standard biss għall-flussi minn sorsi li jikkorrispondu għal kwantitajiet żgħar ta’ emissjonijiet, u li jiġu applikati analiżijiet fil-laboratorju għall-flussi minn sorsi ewlenin kollha. Il-lista li ġejja tippreżenta l-metodi applikabbli f’sekwenza ta’ żieda fil-kwalità tad-data:
|
1. |
valuri standard tat-tip I; |
|
2. |
valuri standard tat-tip II; |
|
3. |
korrelazzjonijiet għad-determinazzjoni ta’ data proxy; |
|
4. |
analiżijiet imwettqa barra mill-kontroll tal-operatur, eż. mill-fornitur tal-fjuwil jew tal-materjal, li jinsabu fid-dokumenti tax-xiri, mingħajr aktar informazzjoni dwar il-metodi applikati; |
|
5. |
analiżijiet f’laboratorji mhux akkreditati, jew f’laboratorji akkreditati, iżda b’metodi simplifikati ta’ kampjunar; |
|
6. |
analiżijiet f’laboratorji akkreditati, bl-applikazzjoni tal-aħjar prattika fir-rigward tal-kampjunar. |
B.6. Rekwiżiti għal metodoloġija bbażata fuq il-kejl għal CO2 u N2O
B.6.1. Dispożizzjonijiet ġenerali
Metodoloġija bbażata fuq il-kejl teħtieġ l-użu ta’ Sistema ta’ Kejl Kontinwu tal-Emissjonijiet (CEMS) installata f’punt ta’ kejl xieraq.
Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet N2O, l-użu tal-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, huwa obbligatorju. Għas-CO2 għandha tintuża biss jekk ikun hemm evidenza li din twassal għal data aktar akkurata mill-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu. Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti dwar l-inċertezza tas-sistemi ta’ kejl skont it-Taqsima B.4.3 ta’ dan l-Anness.
CO rilaxxat fl-atmosfera għandu jiġi ttrattat bħall-ammont molari ekwivalenti ta’ CO2.
Fejn jeżistu ħafna sorsi ta’ emissjoni f’installazzjoni waħda u ma jkunux jistgħu jitkejlu bħala sors wieħed ta’ emissjoni, l-operatur għandu jkejjel l-emissjonijiet minn dawk is-sorsi b’mod separat u jgħodd ir-riżultati sabiex jikseb it-total tal-emissjonijiet tal-gass inkwistjoni matul il-perjodu ta’ rapportar.
B.6.2. Metodu u kalkolu
B.6.2.1. Emissjonijiet ta’ perjodu ta’ rapportar (emissjonijiet annwali)
L-emissjonijiet totali minn sors ta’ emissjoni matul il-perjodu ta’ rapportar għandhom jiġu ddeterminati billi jingħaddu matul il-perjodu ta’ rapportar il-valuri kollha fis-siegħa tal-konċentrazzjoni mkejla tal-gassijiet serra mmultiplikati bil-valuri fis-siegħa tal-fluss ta’ gass mit-tromba taċ-ċumnija, fejn il-valuri fis-siegħa għandhom ikunu medji tar-riżultati kollha tal-kejl individwali tas-siegħa rispettiva tal-operat, bl-applikazzjoni tal-formula:
Fejn:
|
GHG Emtotal |
huma l-emissjonijiet annwali totali ta’ gassijiet serra f’tunnellati; |
|
GHG conchourly, i |
huma l-konċentrazzjonijiet fis-siegħa tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fi g/Nm3 fil-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija mkejla matul it-tħaddim għal siegħa jew għal perjodu ta’ referenza iqsar i; |
|
Vhourly, i |
huwa l-volum tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija f’Nm3 għal siegħa jew perjodu ta’ referenza iqsar i, iddeterminat bl-integrazzjoni tar-rata tal-fluss matul il-perjodu ta’ referenza, u |
|
HoursOp |
huma n-numru totali ta’ sigħat (jew perjodi ta’ referenza iqsar) li għalihom tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, inklużi s-sigħat li għalihom ġiet sostitwita d-data f’konformità mat-Taqsima B.2.6 ta’ dan l-Anness. |
L-indiċi i jirreferi għas-siegħa ta’ tħaddim individwali (jew perjodi ta’ referenza).
Il-medji ta’ kull siegħa għal kull parametru mkejjel għandhom jiġu kkalkolati qabel ipproċessar ulterjuri, billi jintużaw il-punti kollha tad-data disponibbli għal dik is-siegħa speċifika. Meta d-data għal perjodi iqsar ta’ referenza tkun tista’ tiġi ġġenerata mingħajr kost addizzjonali, dawk il-perjodi għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali.
B.6.2.2. Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra
Il-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra li qed tiġi kkunsidrata fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ kejl kontinwu f’punt rappreżentattiv permezz ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
|
— |
kejl dirett tal-konċentrazzjoni tal-gass serra; |
|
— |
kejl indirett: fil-każ ta’ konċentrazzjoni għolja fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija, il-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra tista’ tiġi kkalkolata bl-użu ta’ kejl tal-konċentrazzjoni indiretta filwaqt li jitqiesu l-valuri mkejla tal-konċentrazzjoni tal-komponenti l-oħra kollha i tal-fluss tal-gass, bl-użu tal-formula li ġejja: |
Fejn:
|
conci |
hija l-konċentrazzjoni tal-komponent tal-gass i. |
B.6.2.3. Emissjonijiet tas-CO2 mill-bijomassa
Fejn rilevanti, kwalunkwe ammont ta’ CO2 li jirriżulta minn bijomassa li tikkonforma mal-kriterji mogħtija fit-Taqsima B.3.3 ta’ dan l-Anness jista’ jitnaqqas mill-emissjonijiet totali mkejla ta’ CO2, sakemm jintuża wieħed mill-metodi li ġejjin għall-ammont ta’ emissjonijiet ta’ CO2 tal-bijomassa:
|
1. |
metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu, inkluż metodoloġiji li jużaw analiżijiet u kampjunar ibbażati fuq ISO 13833 (Emissjonijiet ta’ sors stazzjonarju — Determinazzjoni tal-proporzjon tal-bijomassa (bijoġenika) u d-diossidu tal-karbonju derivat mill-fossili — Kampjunar u determinazzjoni tar-radjukarbonju); |
|
2. |
metodu ieħor ibbażat fuq standard rilevanti, inkluż ISO 18466 (Emissjonijiet ta’ sors stazzjonarju — Determinazzjoni tal-frazzjoni bijoġenika f’CO2 f’gass taċ-ċumnija bl-użu tal-metodu tal-bilanċ); |
|
3. |
metodu ieħor permess minn sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika. |
B.6.2.4. Determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2e minn N2O
Fil-każ ta’ kejl ta’ N2O, l-emissjonijiet annwali totali ta’ N2O mis-sorsi kollha ta’ emissjonijiet, imkejla f’tunnellati sa tliet pożizzjonijiet deċimali, għandhom jiġu kkonvertiti għal CO2e annwali f’tunnellati arrotondati, bl-użu tal-formula li ġejja u l-valuri GWP mogħtija fl-Anness VIII:
CO2e [t] = N2Oannual[t] × GWPN2O (Ekwazzjoni 18)
Fejn:
|
N2Oannual |
huwa l-emissjonijiet annwali totali ta’ N2O, ikkalkolati f’konformità mat-Taqsima B.6.2.1 ta’ dan l-Anness. |
B.6.2.5. Determinazzjoni tal-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija
Il-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija jista’ jiġi ddeterminat b’wieħed mill-metodi li ġejjin:
|
— |
kalkolu permezz ta’ bilanċ tal-massa adattat, b’kunsiderazzjoni tal-parametri sinifikanti kollha fuq in-naħa tal-input, inkluż għall-emissjonijiet ta’ CO2 mill-inqas it-tagħbijiet tal-materjali ta’ input, il-fluss tal-arja tal-input u l-effiċjenza tal-proċess, u fuq in-naħa tal-output, inkluż mill-inqas l-output tal-prodott u l-konċentrazzjoni ta’ ossiġenu (O2), diossidu tal-kubrit (SO2) u ossidi tan-nitroġenu (NOx); |
|
— |
id-determinazzjoni permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss f’punt rappreżentattiv. |
B.6.2.6. Trattament tal-lakuni fil-kejl
Meta t-tagħmir tal-kejl kontinwu għal parametru jkun tilef il-kontroll, ikun barra mill-firxa jew ma jkunx qed jopera għal parti mis-siegħa jew mill-perjodu ta’ referenza, il-medja fis-siegħa relatata għandha tiġi kkalkulata pro rata mal-punti tad-data li jifdal għal dik is-siegħa speċifika jew il-perjodu ta’ referenza iqsar, bil-kundizzjoni li tal-anqas ikun disponibbli 80 % tal-għadd massimu ta’ punti tad-data għal parametru.
Fejn inqas minn 80 % tal-għadd massimu ta’ punti ta’ data għal parametru huma disponibbli, għandhom jintużaw il-metodi li ġejjin.
|
— |
Fil-każ ta’ parametru mkejjel direttament bħala konċentrazzjoni, jintuża valur ta’ sostituzzjoni bħala s-somma ta’ konċentrazzjoni medja u d-doppju tad-devjazzjoni standard assoċjata ma’ dik il-medja, bl-applikazzjoni tal-ekwazzjoni li ġejja: |
Fejn:
|
|
hija l-medja aritmetika tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku matul il-perjodu kollu ta’ rapportar jew, fejn ċirkostanzi speċifiċi kienu japplikaw meta kien seħħ it-telf ta’ data, perjodu xieraq li jirrifletti ċ-ċirkostanzi speċifiċi u |
|
σ c |
hija l-aqwa stima tad-devjazzjoni standard tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku matul il-perjodu kollu ta’ rapportar jew, fejn kienu japplikaw ċirkostanzi speċifiċi meta kien seħħ it-telf ta’ data, perjodu xieraq li jirrifletti ċ-ċirkostanzi speċifiċi. |
Meta l-perjodu ta’ rapportar ma jkunx applikabbli għad-determinazzjoni ta’ valuri ta’ sostituzzjoni bħal dawn minħabba bidliet tekniċi sinifikanti fl-installazzjoni, għandu jintgħażel perjodu ta’ żmien ieħor rappreżentattiv biżżejjed sabiex tiġi ddeterminata d-devjazzjoni medja u standard, fejn possibbli bit-tul ta’ mill-inqas sitt xhur.
|
— |
Fil-każ ta’ parametru għajr il-konċentrazzjoni, il-valuri ta’ sostituzzjoni għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ mudell xieraq tal-bilanċ tal-massa jew bilanċ tal-enerġija tal-proċess. Dan il-mudell għandu jiġi vvalidat bl-użu tal-parametri mkejla li jifdal tal-metodoloġija bbażata fuq il-kejl u d-data f’kundizzjonijiet tax-xogħol regolari, b’kunsiderazzjoni ta’ perjodu ta’ żmien tal-istess dewmien tal-lakuna fid-data. |
B.6.3. Rekwiżiti tal-kwalità
Il-kejl kollu għandu jsir bl-applikazzjoni ta’ metodi bbażati fuq:
|
1. |
ISO 20181:2023 Emissjonijiet ta’ sors stazzjonarju — Assigurazzjoni ta’ kwalità ta’ sistemi ta’ kejl awtomatizzati |
|
2. |
ISO 14164:1999 Emissjonijiet ta’ sors stazzjonarju — Determinazzjoni tar-rata tal-fluss tal-volum tal-flussi tal-gass fit-tubi — Metodu awtomatizzat |
|
3. |
ISO 14385-1:2014 Emissjonijiet ta’ sorsi stazzjonarji — Gassijiet serra — Parti 1: Kalibrazzjoni ta’ sistemi ta’ kejl awtomatizzati |
|
4. |
ISO 14385-2:2014 Emissjonijiet ta’ sorsi stazzjonarji — Gassijiet serra — Parti 2: Kontroll kontinwu tal-kwalità tas-sistemi ta’ kejl awtomatizzati |
|
5. |
standards ISO rilevanti oħrajn, b’mod partikolari ISO 16911-2 (Emissjonijiet ta’ sors stazzjonarju — Determinazzjoni manwali u awtomatika tar-rata tal-fluss tal-veloċità u tal-volum fit-tubi). |
Fejn ma jeżistu l-ebda standards applikabbli ppubblikati, għandhom jintużaw abbozzi ta’ standards adattati, linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija jew metodoloġiji oħra ppruvati xjentifikament, u għandu jiġi limitat il-preġudizzju fil-kampjunar u l-kejl.
Għandhom jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha tas-sistema ta’ kejl kontinwu, inkluż il-post tat-tagħmir, il-kalibrazzjoni, il-kejl, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità.
Il-laboratorji li jwettqu l-kejl, il-kalibrazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tat-tagħmir rilevanti għas-sistemi ta’ kejl kontinwu għandhom jiġu akkreditati f’konformità mal-ISO/IEC 17025 għall-metodi analitiċi jew l-attivitajiet ta’ kalibrazzjoni rilevanti. Meta l-laboratorju ma jkollux akkreditazzjoni bħal din, għandha tiġi żgurata kompetenza suffiċjenti f’konformità mat-Taqsima B.5.4.3 ta’ dan l-Anness.
B.6.4. Korroborazzjoni tal-kalkoli
L-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminati minn metodoloġija bbażata fuq il-kejl għandhom jiġu korroborati billi jiġu kkalkolati l-emissjonijiet annwali ta’ kull gass serra inkwistjoni għall-istess sorsi ta’ emissjonijiet u flussi minn sorsi. Għal dan l-għan, ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet B.4 sa B.6 ta’ dan l-Anness jistgħu jiġu ssimplifikati kif xieraq.
B.6.5. Rekwiżiti minimi għall-kejl kontinwu tal-emissjonijiet
Bħala rekwiżit minimu, għandha tinkiseb inċertezza ta’ 7,5 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ sors ta’ emissjoni matul il-perjodu sħiħ ta’ rapportar. Għal sorsi minuri ta’ emissjonijiet, jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali tista’ tiġi permessa inċertezza ta’ 10 %. Huwa titjib rakkomandat li tinkiseb inċertezza ta’ 2,5 % mill-inqas għal sorsi tal-emissjonijiet li jarmu aktar minn 100 000 tunnellata ta’ CO2e fossili għal kull perjodu ta’ rapportar.
B.7. Rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-perfluworokarburi
Il-monitoraġġ għandu jkopri l-emissjonijiet tal-perfluworokarburi (PFCs) li jirriżultaw mill-effetti tal-anodu inklużi l-emissjonijiet li jaħarbu tal-perfluworokarburi. L-emissjonijiet mhux relatati mal-effetti tal-anodu għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ metodi ta’ stima f’konformità mal-aħjar prattika tal-industrija, b’mod partikolari linji gwida pprovduti mill-Istitut Internazzjonali tal-Aluminju.
L-emissjonijiet ta’ PFC għandhom jiġu kkalkulati mill-emissjonijiet li jkunu jistgħu jitkejlu f’tubu jew ċumnija (“emissjonijiet minn sors f’punt”) kif ukoll emissjonijiet li jaħarbu bl-użu tal-effiċjenza tal-ġbir tat-tubu:
Emissjonijiet ta’ PFC (totali) = Emissjonijiet ta’ PFC (tubu)/effiċjenza tal-ġbir(Ekwazzjoni 20)
L-effiċjenza tal-ġbir għandha titkejjel meta jiġu ddeterminati l-fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għall-installazzjoni.
L-emissjonijiet ta’ CF4 u C2F6 emessi minn tubu jew minn ċumnija għandhom jiġu kkalkolati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
|
1. |
metodu A fejn jiġu ddokumentati l-minuti tal-effett tal-anodu għal kull jum ta’ ċellula; |
|
2. |
metodu B fejn jiġi ddokumentat il-vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu. |
B.7.1. Metodu ta’ Kalkolu A — Metodu tal-Pendil
Għandhom jintużaw l-ekwazzjonijiet li ġejjin għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ PFC:
CF4 emissions [t] = AEM × (SEFCF4/1 000) × PrAl (Ekwazzjoni 21)
C2F6 emissjonijiet [t] = emissjonijiet tas-CF4 × FC2F6 (Ekwazzjoni 22)
Fejn:
|
AEM |
hija l-minuti tal-effett tal-anodu/jum ta’ ċellula; |
|
SEFCF4 |
huwa l-fattur tal-emissjonijiet tal-pendil espress f’[(kg CF4/t Al prodott)/(minuti tal-effett tal-anodu/jum ta’ ċellula)]. Fejn juntużaw tipi differenti ta’ ċelluli, jistgħu jiġu applikati SEF differenti kif xieraq; |
|
PrAl |
hija l-produzzjoni tal-aluminju primarju [t] matul il-perjodu ta’ rapportar, u |
|
FC2F6 |
hija l-frazzjoni tal-piż ta’ C2F6 [t C2F6/t CF4]. |
Il-minuti ta’ effett tal-anodu kull jum ta’ ċellula jesprimu l-frekwenza tal-effetti tal-anodu (għadd ta’ effetti tal-anodu/jum ta’ ċellula) immultiplikata bid-dewmien medju tal-effetti tal-anodu (minuti ta’ effett tal-anodu/okkorrenza):
AEM = frekwenza × dewmien medju(Ekwazzjoni 23)
Fattur tal-emissjonijiet: Il-fattur tal-emissjonijiet għal CF4 (fattur tal-emissjonijiet tal-pendil, SEFCF4) jesprimi l-ammont [kg] ta’ CF4 rilaxxat għal kull tunnellata ta’ aluminju prodott għal kull minuta ta’ effett tal-anodu għal kull jum ta’ ċellula. Il-fattur tal-emissjonijiet (frazzjoni tal-piż FC2F6) ta’ C2F6 jesprimi l-ammont [kg] ta’ C2F6 rilaxxat proporzjonali għall-ammont [kg] ta’ CF4 rilaxxat.
Rekwiżit minimu: Jintużaw fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għat-teknoloġija mit-Table 2 ta’ dan l-Anness.
Titjib rakkomandat: Il-fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għall-installazzjoni għal CF4 u C2F6 huma stabbiliti permezz ta’ kejl kontinwu jew intermittenti fuq il-post. Għad-determinazzjoni ta’ dawk il-fatturi tal-emissjonijiet għandha tiġi applikata l-aħjar prattika tal-industrija, b’mod partikolari l-aktar linji gwida riċenti pprovduti mill-Istitut Internazzjonali tal-Aluminju. Il-fattur tal-emissjonijiet għandu jqis ukoll emissjonijiet relatati ma’ effetti mhux anodi. Kull fattur tal-emissjonijiet għandu jiġi ddeterminat b’inċertezza massima ta’ ±15 %. Il-fatturi tal-emissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati mill-anqas kull tliet snin jew aktar kmieni fejn meħtieġ minħabba bidliet rilevanti fl-installazzjoni. It-tibdil rilevanti għandu jinkludi bidla fid-distribuzzjoni tad-dewmien tal-effett tal-anodu, jew bidla fl-algoritmu ta’ kontroll li jaffettwa t-taħlita tat-tipi ta’ effetti tal-anodu jew in-natura tar-rutina tat-terminazzjoni tal-effett tal-anodu.
Tabella 2
Fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għat-teknoloġija relatati mad-data dwar l-attivitajiet għall-metodu tal-pendil
|
Teknoloġija |
Fattur tal-emissjonijiet għas-CF4 (SEFCF4) [(kg CF4/t Al)/(AE-Min/jum ta’ ċellula)] |
Fattur tal-emissjonijiet għas-C2F6 (FC2F6) [t C2F6/t CF4] |
|
Point Feed Pre Bake ta’ Legat (PFPB L) |
0,122 |
0,097 |
|
Point Feed Pre Bake Modern (PFPB M) |
0,104 |
0,057 |
|
Point-Fed Prebake Modern mingħajr strateġiji ta’ intervent b’effett tal-anodu kompletament awtomatizzati għall-emissjonijiet ta’ PFC (PFPB MW) |
– (*1) |
– (*1) |
|
Ħidma Ċċentrata ta’ Qabel il-Ħami (CWPB) |
0,143 |
0,121 |
|
Ħidma mill-Ġenb ta’ Qabel il-Ħami (SWPB) |
0,233 |
0,280 |
|
Stud Søderberg Vertikali (VSS) |
0,058 |
0,086 |
|
Stud Søderberg Orizzontali (HSS) |
0,165 |
0,077 |
B.7.2. Metodu ta’ Kalkolu B — Metodu tal-Vultaġġ Żejjed
Għall-metodu tal-vultaġġ żejjed, għandhom jintużaw l-ekwazzjonijiet li ġejjin:
CF4 emissions [t] = OVC × (AEO/CE) × PrAl × 0,001(Ekwazzjoni 24)
C2F6 emissjonijiet [t] = emissjonijiet tas-CF4 × FC2F6 (Ekwazzjoni 25)
Fejn:
|
OVC |
hija l-koeffiċjent tal-vultaġġ żejjed (“fattur tal-emissjonijiet”) espress f’kg CF4 għal kull tunnellata ta’ aluminju prodott għal kull mV ta’ vultaġġ żejjed; |
|
AEO |
hija l-vultaġġ żejjed ta’ effett tal-anodu għal kull ċellula [mV] iddeterminat bħala l-integrali ta’ (ħin × vultaġġ ogħla mill-vultaġġ fil-mira) diviż bil-ħin (dewmien) tal-ġbir tad-data; |
|
CE |
hija l-effiċjenza medja attwali tal-produzzjoni tal-aluminju [%]; |
|
PrAl |
hija l-produzzjoni annwali tal-aluminju primarju [t], u |
|
FC2F6 |
hija l-frazzjoni tal-piż ta’ C2F6 [t C2F6/t CF4]. |
it-terminu AEO/CE (Vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu/effiċjenza attwali) jesprimi l-vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu medju integrat bil-ħin [mV vultaġġ żejjed] għal kull effiċjenza medja attwali [%].
Rekwiżit minimu: Għandhom jintużaw fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għat-teknoloġija mit-Tabella 3 ta’ dan l-Anness.
Titjib rakkomandat: Il-fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għall-installazzjoni jintużaw għal CF4 [(kg CF4/t Al)/(mV)] u C2F6 [t C2F6/t CF4] stabbiliti permezz ta’ kejl kontinwu jew intermittenti fuq il-post. Għad-determinazzjoni ta’ dawk il-fatturi tal-emissjonijiet għandha tiġi applikata l-aħjar prattika tal-industrija, b’mod partikolari l-aktar linji gwida riċenti pprovduti mill-Istitut Internazzjonali tal-Aluminju. Il-fatturi tal-emissjonijiet għandhom ikunu ddeterminati b’inċertezza massima ta’ ± 15 % kull wieħed. Il-fatturi tal-emissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati mill-anqas kull tliet snin jew aktar kmieni fejn meħtieġ minħabba bidliet rilevanti fl-installazzjoni. It-tibdil rilevanti għandu jinkludi bidla fit-tqassim tad-dewmien tal-effett tal-anodu, jew bidla fl-algoritmu ta’ kontroll li jaffettwa t-taħlita tat-tipi ta’ effetti tal-anodu jew in-natura tar-rutina tat-terminazzjoni tal-effett tal-anodu.
Tabella 3
Fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għat-teknoloġija relatati ma’ data dwar l-attivitajiet ta’ vultaġġ żejjed
|
Teknoloġija |
Fattur tal-emissjonijiet għas-CF4 [(kg CF4/t Al)/mV] |
Fattur tal-emissjonijiet għas-C2F6 [t C2F6/t CF4] |
|
Ħidma Ċċentrata ta’ Qabel il-Ħami (CWPB) |
1,16 |
0,121 |
|
Ħidma mill-Ġenb ta’ Qabel il-Ħami (SWPB) |
3,65 |
0,252 |
B.7.3. Determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2e
L-emissjonijiet tas-CO2e għandhom jiġu kkalkolati mill-emissjonijiet tas-CF4 u C2F6 kif ġej, bl-użu tal-potenzjali tat-tisħin globali elenkati fl-Anness VIII.
PFC emissions [t CO2e] = CF4 emissions [t] × GWPCF4 + C2F6 emissions [t] × GWPC2F6 (Ekwazzjoni 26)
B.8. Rekwiżiti għat-trasferimenti tas-CO2 bejn l-installazzjonijiet
B.8.1. CO2 li jinsab fil-gassijiet (“CO2 inerenti”)
Is-CO2 inerenti li jiġi ttrasferit f’installazzjoni, inkluż dak li jkun jinsab f’gass naturali, gass ta’ skart (inkluż il-gass ta’ forn tal-blast jew gass ta’ forn tal-kokk) jew f’inputs ta’ proċess (inkluż gass ta’ sinteżi), għandu jiġi inkluż fil-fattur tal-emissjonijiet għal dak il-fluss minn sors.
Fejn is-CO2 inerenti jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni bħala parti minn fluss minn sors għal installazzjoni oħra, ma għandux jingħadd bħala emissjonijiet tal-installazzjoni fejn joriġina. Madankollu, fejn is-CO2 inerenti jiġi rilaxxat (eż., ivventjat jew ivvampjat) jew ittrasferit lil entitajiet li huma stess ma jagħmlux monitoraġġ tal-emissjonijiet għall-fini ta’ dan ir-Regolament jew ta’ sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika, dan għandu jingħadd bħala emissjonijiet tal-installazzjoni fejn joriġina.
B.8.2. Eliġibbiltà għat-tnaqqis tas-CO2 maħżun jew użat
Fil-każijiet li ġejjin, is-CO2 li joriġina mill-karbonju fossili u li joriġina mill-kombustjoni jew mill-proċessi li jwasslu għall-emissjonijiet tal-proċess, jew li jiġi importat minn installazzjonijiet oħra, inkluż fil-forma ta’ CO2 inerenti, jista’ jitqies bħala mhux rilaxxat:
|
1. |
jekk is-CO2 jintuża fl-installazzjoni jew jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Jekk is-CO2 jintuża fl-installazzjoni jew jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni lil entità li timmonitorja l-emissjonijiet għall-fini ta’ dan ir-Regolament jew sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika, sabiex jiġu prodotti prodotti li fihom il-karbonju li jirriżulta mis-CO2 ikun marbut b’mod kimiku b’mod permanenti sabiex ma jidħolx fl-atmosfera taħt użu normali, inkluża kwalunkwe attività normali li sseħħ wara t-tmiem tal-ħajja tal-prodott, kif definit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
Is-CO2 ittrasferit lil installazzjoni oħra għall-finijiet mogħtija fil-punti 1 u 2 jista’ jitqies bħala mhux rilaxxat biss sal-punt li tiġi pprovduta evidenza tul il-katina kollha ta’ kustodja lis-sit tal-ħżin jew l-installazzjoni tal-użu tas-CO2 u inkluż kwalunkwe operatur tat-trasport, tal-frazzjoni tas-CO2 effettivament maħżuna jew użata għall-produzzjoni ta’ prodotti kimikament stabbli meta mqabbla mal-ammont totali tas-CO2 ittrasferit mill-installazzjoni tal-oriġini.
Jekk is-CO2 jintuża fl-istess installazzjoni għall-finijiet fil-punti 1 u 2, għandhom jiġu applikati l-metodi ta’ monitoraġġ mogħtija fit-Taqsimiet 21 sa 23 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.
B.8.3. Regoli għall-monitoraġġ tat-trasferimenti tas-CO2
L-identità u d-data ta’ kuntatt ta’ persuna responsabbli tal-installazzjonijiet jew l-entitajiet riċeventi għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ. L-ammont ta’ CO2 meqjus mhux rilaxxat għandu jiġi rrapportat fil-komunikazzjoni skont l-Anness IV.
L-identità u d-data ta’ kuntatt ta’ persuna responsabbli tal-installazzjonijiet jew tal-entitajiet li minnhom ikun wasal is-CO2 għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ. L-ammont ta’ CO2 riċevut għandu jiġi rrapportat fil-komunikazzjoni skont l-Anness IV.
Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta’ CO2 ittrasferit minn installazzjoni għal oħra, għandha tintuża metodoloġija bbażata fuq il-kejl. Għall-ammont ta’ CO2 marbut kimikament b’mod permanenti fil-prodotti, għandha tintuża metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu, preferibbilment bl-użu ta’ bilanċ tal-massa. Ir-reazzjonijiet kimiċi applikati, u l-fatturi stojkjometriċi rilevanti kollha għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ.
B.9. Rekwiżiti speċifiċi għas-settur
B.9.1. Regoli addizzjonali għall-unitajiet ta’ kombustjoni
L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom ikopru l-emissjonijiet kollha tas-CO2 mill-kombustjoni ta’ fjuwils li fihom il-karbonju, inkluż skart, indipendentement minn kwalunkwe klassifikazzjoni oħra ta’ tali emissjonijiet jew fjuwils. Fejn ma jkunx ċar jekk materjal jaġixxix bħala fjuwil jew bħala input ta’ proċess, eż., għat-tnaqqis tal-minerali tal-metall, l-emissjonijiet ta’ dak il-materjal għandhom jiġu mmonitorjati bl-istess mod bħall-emissjonijiet tal-kombustjoni. L-unitajiet ta’ kombustjoni stazzjonarji kollha għandhom jitqiesu, inkluż bojlers, berners, turbini, ħiters, fran, inċineraturi, kalkari tal-ġir, kalkari, fran, apparat għat-tnixxif, magni, ċelluli tal-fjuwil, unitajiet tal-kombustjoni “chemical looping”, apparat tal-ivvampjar, unitajiet termiċi jew katalitiċi ta’ wara l-kombustjoni.
Barra minn hekk, il-monitoraġġ għandu jinkludi l-emissjonijiet tal-proċess tas-CO2 mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija, b’mod partikolari s-CO2 mill-ġebel tal-ġir jew minn karbonati oħra għad-desulfurizzazzjoni u tisfija simili, u mill-urea użata f’unitajiet de-NOx.
B.9.1.1. Desulfurizzazzjoni u tisfija mill-impuritajiet tal-gass aċiduż ieħor
L-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu ta’ karbonati għat-tindif mill-impuritajiet tal-gass aċiduż mill-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-karbonat ikkonsmat (Metodu A). Fil-każ ta’ desulfurizzazzjoni, il-kalkolu jista’ jkun ibbażat alternattivament fuq il-kwantità ta’ ġipsum prodott (Metodu b). Fil-każ tal-aħħar, il-fattur tal-emissjonijiet għandu jkun il-proporzjon stojkjometriku ta’ ġipsum niexef (CaSO4×2H2O) għal CO2 rilaxxat: 0,2558 t CO2/t ġipsum.
B.9.1.2. De-NOx
Jekk l-urea tintuża bħala aġent ta’ tnaqqis f’unità ta’ de-NOx, l-emissjonijiet tas-CO2 tal-proċess mill-użu tagħha għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-Metodu A, bl-applikazzjoni ta’ fattur tal-emissjonijiet ibbażat fuq il-proporzjon stojkjometriku ta’ 0,7328 t CO2/t urea.
B.9.1.3. Monitoraġġ tal-ivvampjar
Meta jiġu kkalkolati l-emissjonijiet mill-flares, għandhom jiġu koperti l-ivvampjar ta’ rutina kif ukoll l-ivvampjar operattiv (trips, startjar, u tifi kif ukoll is-serħan mill-emerġenza). Għandu jiġi inkluż is-CO2 inerenti fil-gassijiet fl-apparat tal-ivvampjar.
Jekk il-monitoraġġ aktar akkurat ma jkunx teknikament fattibbli jew iwassal għal kostijiet irraġonevoli, għandu jintuża fattur tal-emissjonijiet ta’ referenza ta’ 0,00393 t CO2/Nm3, derivat mill-kombustjoni ta’ etan pur użat bħala proxy konservattiv għall-gassijiet fl-apparat tal-ivvampjar.
Huwa titjib rakkomandat li jiġu ddeterminati l-fatturi tal-emissjonijiet speċifiċi għall-installazzjoni derivati minn stima tal-piż molekolari tal-fluss tal-flare, bl-użu ta’ mmudellar tal-proċess ibbażat fuq mudelli standard tal-industrija. Billi jiġu kkunsidrati l-proporzjonijiet relattivi u l-piżijiet molekolari ta’ kull waħda mill-flussi tal-kontribwenti, għandha tiġi dderivata ċifra medja annwali ppeżata għall-piż molekolari tal-gass fl-apparat tal-ivvampjar.
Għad-data dwar l-attivitajiet, inċertezza tal-kejl ogħla minn dik għal fjuwils oħra maħruqa hija aċċettabbli.
B.9.2. Regoli addizzjonali għall-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-klinker tas-siment
B.9.2.1. Regoli addizzjonali għall-Metodu A (ibbażat fuq l-input)
Fejn jintuża l-Metodu A (abbażi tal-input tal-kalkara) għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-proċess, għandhom japplikaw ir-regoli speċjali li ġejjin:
|
— |
Fejn it-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) jew it-trab tal-bypass jitilqu mis-sistema tal-kalkara, il-kwantitajiet relatati ta’ materja prima ma għandhomx jitqiesu bħala input ta’ proċess. L-emissjonijiet mis-CKD għandhom jiġu kkalkolati separatament f’konformità mat-Taqsima B.9.2.3 ta’ dan l-Anness. |
|
— |
Jew il-materja prima kollha kemm hi, jew il-materjali tal-input separati jistgħu jiġu kkaratterizzati, filwaqt li jiġi evitat għadd doppju jew ommissjonijiet minn materjali rritornati jew by-passed. Fejn id-data dwar l-attivitajiet tiġi ddeterminata abbażi tal-klinker prodott, l-ammont nett ta’ qamħ mitħun mhux raffinat jista’ jiġi ddeterminat permezz ta’ proporzjon empiriku ta’ qamħ mitħun mhux raffinat/klinker speċifika għall-post. Dak il-proporzjon għandu jiġi aġġornat tal-anqas darba kull sena bl-applikazzjoni ta’ linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija. |
B.9.2.2. Regoli addizzjonali għall-Metodu B (ibbażat fuq l-output)
Fejn jintuża l-Metodu B (abbażi tal-output tal-klinker) għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-proċess, għandhom japplikaw ir-regoli speċjali li ġejjin:
Id-data dwar l-attivitajiet għandha tiġi ddeterminata bħala l-produzzjoni tal-klinker [t] matul il-perjodu ta’ rapportar f’wieħed mill-modi li ġejjin:
|
— |
permezz ta’ wżin dirett tal-klinker; |
|
— |
abbażi tal-kunsinni tas-siment, permezz ta’ bilanċ materjali b’kunsiderazzjoni tal-kunsinna ta’ klinker, il-provvisti ta’ klinker kif ukoll il-varjazzjoni fil-ħażniet tal-klinker, bl-użu tal-formula li ġejja: |
Fejn:
|
Cliprod |
huwa l-ammont ta’ klinker prodott espress f’tunnellati; |
|
Cemdeliv |
huwa l-ammont ta’ kunsinni tas-siment espress f’tunnellati; |
|
CemSV |
huma l-varjazzjonijiet tal-istokk tas-siment espressi f’tunnellati; |
|
CCR |
huwa l-proporzjon ta’ klinker għal siment (tunnellati ta’ klinker għal kull tunnellata siment); |
|
Clis |
huwa l-ammont ta’ klinker fornut espress f’tunnellati; |
|
Clid |
huwa l-ammont ta’ klinker mibgħut espress f’tunnellati, u |
|
CliSV |
huwa l-ammont ta’ varjazzjonijiet tal-istokk tal-klinker espress f’tunnellati. |
Il-proporzjon ta’ klinker għal siment għandu jew ikun derivat b’mod separat għal kull wieħed mill-prodotti differenti tas-siment fuq il-bażi tal-analiżijiet fil-laboratorju f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.5.4, jew ikun ikkalkulat bħala proporzjon mid-differenza tal-kunsinni tas-siment u tal-bidliet fl-istokk u l-materjali kollha li jintużaw bħala addittivi għal mas-siment inklużi t-trab tal-by-pass u t-trab tal-kalkara tas-siment.
Bħala rekwiżit minimu biex jiġi ddeterminat il-fattur tal-emissjonijiet, għandu jiġi applikat valur standard ta’ 0,525 t CO2/t klinker.
B9.2.3. Emissjonijiet relatati mat-trab imwarrab
L-emissjonijiet tal-proċess tas-CO2 mit-trab tal-bypass jew mit-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) li joħroġ mis-sistema tal-kalkara, għandhom jiżdiedu mal-emissjonijiet, ikkoreġuti għal proporzjon parzjali ta’ kalċinazzjoni tas-CKD.
Rekwiżit minimu: Għandu jiġi applikat fattur tal-emissjonijiet ta’ 0,525 t CO2/t trab.
Titjib rakkomandat: Il-fattur tal-emissjonijiet (EF) jiġi ddeterminat mill-inqas darba fis-sena f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.5.4 ta’ dan l-Anness u bl-użu tal-formula li ġejja:
Fejn:
|
EFCKD |
huwa l-fattur tal-emissjonijiet ta’ trab tal-kalkara tas-siment parzjalment ikkalċinat [t CO2/t CKD]; |
|
EFCli |
huwa l-fattur tal-emissjonijiet speċifiku għall-installazzjoni tal-klinker [t CO2/t klinker], u |
|
d |
huwa l-grad ta’ kalċinazzjoni tas-CKD (CO2 rilaxxat bħala % tas-CO2 tal-karbonat totali fit-taħlita ta’ materjal mhux maħdum). |
B.9.3. Regoli addizzjonali għall-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku
B.9.3.1. Regoli ġenerali għall-kejl tal-N2O
L-emissjonijiet ta’ N2O għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl. Il-konċentrazzjonijiet ta’ N2O fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija minn kull sors ta’ emissjoni għandhom jitkejlu f’punt rappreżentattiv, wara t-tagħmir ta’ tnaqqis ta’ NOx/N2O, fejn jintuża t-tnaqqis. Għandhom jiġu applikati tekniki li kapaċi jkejlu l-konċentrazzjonijiet ta’ N2O tas-sorsi kollha tal-emissjonijiet kemm waqt kundizzjonijiet ta’ tnaqqis kif ukoll dawk mhux imnaqqsa. Il-kejl kollu għandu jiġi aġġustat abbażi ta’ gass niexef meta meħtieġ u rrapportat b’mod konsistenti.
B.9.3.2. Determinazzjoni tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija
Għall-monitoraġġ tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, għandu jintuża l-metodu tal-bilanċ tal-massa stabbilit fit-Taqsima B.6.2.5 ta’ dan l-Anness, sakemm ma jkunx teknikament mhux fattibbli. F’dak il-każ, jista’ jintuża metodu alternattiv, inkluż permezz ta’ metodu tal-bilanċ tal-massa ieħor ibbażat fuq parametri sinifikanti bħat-tagħbija tal-input tal-ammonijaka, jew id-determinazzjoni tal-fluss permezz ta’ kejl kontinwu tal-fluss tal-emissjonijiet.
Il-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-formula li ġejja:
Vflue gas flow [Nm3/h] = Vair × (1 — O2,air)/(1 — O2,flue gas)(Ekwazzjoni 29)
Fejn:
|
Vair |
hija l-fluss totali tal-arja tal-input f’Nm3/h f’kundizzjonijiet standard; |
|
O2,air |
hija l-frazzjoni tal-volum ta’ O2 fl-arja xotta (= 0,2095), u |
|
O2,flue gas |
hija l-frazzjoni tal-volum ta’ O2 fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija. |
|
Vair |
għandha tiġi kkalkolata bħala s-somma tal-flussi kollha tal-arja li jidħlu fl-unità tal-produzzjoni tal-aċidu nitriku, b’mod partikolari l-arja tal-input primarja u sekondarja, u l-arja tal-input tas-siġill, fejn applikabbli. |
Il-kejl kollu għandu jiġi aġġustat abbażi ta’ gass niexef u rrapportat b’mod konsistenti.
B.9.3.3 Konċentrazzjonijiet tal-Ossiġenu (O2)
Fejn ikun meħtieġ għall-kalkolu tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija f’konformità mat-Taqsima B.9.3.2 ta’ dan l-Anness, għandhom jitkejlu l-konċentrazzjonijiet tal-ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija, billi jiġu applikati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima B.6.2.2 ta’ dan l-Anness. Il-kejl kollu għandu jiġi aġġustat abbażi ta’ gass niexef u rrapportat b’mod konsistenti.
C. Flussi tas-sħana
C.1. Regoli biex tkun stabbilita s-sħana netta li tista’ titkejjel
C.1.1. Prinċipji
L-ammonti kollha speċifikati ta’ sħana li tista’ titkejjel għandhom dejjem jirreferu għal ammont nett ta’ sħana li tista’ titkejjel, iddeterminata bħala l-kontenut ta’ sħana (entalpija) tal-fluss ta’ sħana trażmess lill-proċess li jikkonsma s-sħana jew utent estern nieqes il-kontenut ta’ sħana tal-fluss ta’ ritorn.
Il-proċessi li jikkonsmaw is-sħana meħtieġa għat-tħaddim tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tas-sħana, bħal deaerators, it-trattament tal-ilma, u blow offs regolari, għandhom jitqiesu fl-effiċjenza tas-sistema ta’ sħana u għandhom jitqiesu fl-emissjonijiet integrati tal-oġġetti.
Meta l-istess mezz ta’ sħana jintuża minn diversi proċessi konsekuttivi u s-sħana tiegħu tiġi kkonsmata billi tibda minn livelli differenti ta’ temperatura, il-kwantità ta’ sħana kkonsmata minn kull proċess li jikkonsma s-sħana għandha tiġi determinata separatament, sakemm il-proċessi ma jkunux parti mill-proċess tal-produzzjoni ġenerali tal-istess oġġetti. It-tisħin mill-ġdid tal-mezz ta’ trasferiment bejn proċessi konsekuttivi li jikkonsmaw is-sħana għandu jiġi ttrattat bħala produzzjoni ta’ sħana addizzjonali.
Fejn is-sħana tintuża biex tipprovdi tkessiħ permezz ta’ proċess ta’ tkessiħ ta’ assorbiment, dak il-proċess ta’ tkessiħ għandu jitqies bħala l-proċess li jikkonsma s-sħana.
C.1.2. Metodoloġija biex ikunu stabbiliti l-ammonti netti ta’ sħana li tista’ titkejjel
Għall-fini ta’ għażla ta’ sorsi ta’ data għall-kwantifikazzjoni ta’ flussi ta’ enerġija f’konformità mat-Taqsima A.4 ta’ dan l-Anness, għandhom jiġu kkunsidrati l-metodoloġiji li ġejjin biex ikunu ddeterminati l-ammonti netti ta’ sħana li tista’ titkejjel:
C.1.2.1. Metodu 1: Użu ta’ kejl
Skont dan il-metodu, il-parametri rilevanti kollha għandhom jitkejlu, b’mod partikolari t-temperatura, il-pressjoni, l-istat tat-trażmissjoni kif ukoll il-mezz ta’ ritorn tas-sħana. Fil-każ ta’ stim, l-istat tal-mezz għandu jirreferi għas-saturazzjoni jew il-grad ta’ supertisħin tiegħu. Għandha titkejjel ir-rata tal-fluss (volumetrika) tal-mezz għat-trasferiment tas-sħana. Abbażi tal-valuri mkejla, l-entalpija u l-volum speċifiku tal-mezz għat-trasferiment tas-sħana għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta’ steam tables jew software tal-inġinerija xierqa.
Ir-rata tal-fluss tal-massa tal-mezz għandha tiġi kkalkulata hekk
Fejn:
|
|
hija r-rata tal-fluss tal-massa f’kg/s; |
|
|
hija r-rata tal-fluss volumetriku f’m3/s, u |
|
v |
hija l-volum speċifiku f’m3/kg. |
Peress li r-rata tal-fluss tal-massa hija kkunsidrata l-istess għal mezz ta’ trażmissjoni u ta’ ritorn, ir-rata tal-fluss ta’ sħana għandha tiġi kkalkulata bl-użu tad-differenza f’entalpija bejn il-fluss trażmess u ta’ ritorn, kif ġej:
Fejn:
|
|
hija r-rata tal-fluss tas-sħana f’kJ/s; |
|
hflow |
hija l-entalpija tal-fluss trażmess f’kJ/kg; |
|
hreturn |
hija l-entalpija tal-fluss tar-ritorn f’kJ/kg, u |
|
|
hija r-rata tal-fluss tal-massa f’kg/s. |
Fil-każ ta’ stim jew ilma sħun użat bħala mezz ta’ trasferiment tas-sħana, fejn il-kondensat ma jiġix irritornat, jew fejn ma huwiex fattibbli li tiġi stmata l-entalpija tal-kondensat ritornat, hreturn għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ temperatura ta’ 90 °C.
Jekk ir-rati tal-fluss tal-massa huma magħrufa li ma humiex identiċi, għandu japplika dan li ġej:
|
(a) |
fejn tkun disponibbli evidenza li l-kondensat jibqa’ fil-prodott (eż. fil-proċessi tal-“injezzjoni tal-life steam”), l-ammont rispettiv tal-entalpija tal-kondensat ma jitnaqqasx; |
|
(b) |
fejn il-mezz ta’ trasferiment tas-sħana hu magħruf li jintilef (eż. minħabba tnixxijiet jew drenaġġ), l-istima għall-fluss tal-massa rispettiv titnaqqas mill-fluss tal-massa tal-mezz għat-trasferiment tas-sħana trażmessa. |
Sabiex jiġi ddeterminat il-fluss tas-sħana nett annwali mid-data ta’ hawn fuq, għandu jintuża wieħed mill-metodi li ġejjin, soġġett għat-tagħmir tal-kejl u għall-ipproċessar tad-data disponibbli:
|
(a) |
jiddetermina l-valuri medji annwali għall-parametri li jiddeterminaw l-entalpija medja annwali tal-mezz ta’ sħana trażmessa u ta’ ritorn, u jimmoltiplika bil-fluss totali tal-massa annwali, bl-użu tal-Ekwazzjoni 31; |
|
(b) |
jiddetermina l-valuri ta’ kull siegħa tal-fluss ta’ sħana u jgħodd dawk il-valuri tul il-ħin operattiv totali annwali tas-sistema ta’ sħana. Soġġett għas-sistema tal-ipproċessar ta’ data, il-valuri ta’ kull siegħa jistgħu jiġu sostitwiti b’intervalli ta’ żmien oħra kif xieraq. |
C.1.2.2. Metodu 2: Kalkolu ta’ proxy ibbażat fuq l-effiċjenza mkejla
L-ammonti ta’ sħana netta li tista’ titkejjel għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-input tal-fjuwil u l-effiċjenza mkejla relatata mal-produzzjoni tas-sħana:
Fejn:
|
Q |
hija l-ammont ta’ sħana espress f’TJ; |
|
ηΗ |
hija l-effiċjenza mkejla tal-produzzjoni tas-sħana; |
|
EIn |
hija l-input tal-enerġija mill-fjuwils; |
|
ADi |
hija d-data annwali dwar l-attivitajiet (jiġifieri, il-kwantitajiet ikkonsmati) tal-fjuwils i, u |
|
NCVi |
huma l-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i. |
Il-valur ta’ ηΗ huwa mkejjel fuq perjodu raġonevolment twil, li jqis biżżejjed l-istati tat-tagħbija differenti tal-installazzjoni jew meħud mid-dokumentazzjoni tal-manifattur. F’dak ir-rigward il-kurva tat-tagħbija parzjali speċifika għandha titqies permezz tal-użu ta’ fattur ta’ tagħbija annwali, kif ġej:
Fejn:
|
LF |
hija l-fattur tat-tagħbija; |
|
EIn |
hija l-input tal-enerġija kif iddeterminat bl-użu tal-Ekwazzjoni 33 matul il-perjodu ta’ rapportar, u |
|
EMax |
hija l-input massimu tal-fjuwil jekk l-unità li tipproduċi s-sħana kienet qed taħdem b’tagħbija nominali ta’ 100 % għas-sena kalendarja sħiħa. |
L-effiċjenza għandha tkun ibbażata fuq sitwazzjoni li fiha l-kondensat kollu jiġi rritornat. Għandha tiġi preżunta temperatura ta’ 90 °C għall-kondensat irritornat.
C.1.2.3. Metodu 3: Kalkolu ta’ proxy ibbażat fuq l-effiċjenza ta’ referenza
Dan il-metodu huwa identiku għall-metodu 3, iżda bl-użu ta’ effiċjenza ta’ referenza ta’ 70 % (ηRef,H = 0,7) fl-Ekwazzjoni 32.
C.1.3. Regoli speċjali
Fejn installazzjoni tikkonsma sħana li titkejjel prodotta minn proċessi kimiċi eżotermiċi minbarra l-kombustjoni, bħal fil-produzzjoni tal-ammonijaka jew tal-aċidu nitriku, dak l-ammont ta’ sħana kkonsmata għandu jiġi ddeterminat separatament minn sħana oħra li tista’ titkejjel u dak il-konsum tas-sħana għandu jiġi assenjat emissjonijiet żero tas-CO2e.
Meta s-sħana li tista’ titkejjel tiġi rkuprata minn sħana li ma tistax titkejjel iġġenerata mill-fjuwils u użata fil-proċessi tal-produzzjoni wara dak l-użu, eż., mill-gassijiet tal-egżost, sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, l-ammont rilevanti ta’ sħana li tista’ titkejjel netta diviż b’effiċjenza ta’ referenza ta’ 90 % jitnaqqas mill-input tal-fjuwil.
C.2. Determinazzjoni tal-fattur tal-emissjonijiet tat-taħlita tal-fjuwil ta’ sħana li tista’ titkejjel
Meta proċess tal-produzzjoni jikkonsma sħana li tista’ titkejjel prodotta fl-installazzjoni, l-emissjonijiet relatati mas-sħana għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin.
C.2.1. Fattur tal-emissjonijiet ta’ sħana li tista’ titkejjel prodotta fl-installazzjoni għajr mill-koġenerazzjoni
Għas-sħana li tista’ titkejjel prodotta mill-kombustjoni tal-fjuwils fl-installazzjoni minbarra s-sħana prodotta mill-koġenerazzjoni, għandu jiġi ddeterminat il-fattur tal-emissjonijiet tat-taħlita tal-fjuwil rilevanti u l-emissjonijiet attribwibbli għall-proċess ta’ produzzjoni għandhom jiġu kkalkolati bħala:
EmHeat = EFmix · Qconsumed/η(Ekwazzjoni 35)
Fejn:
|
EmHeat |
hija l-emissjonijiet relatati mas-sħana tal-proċess tal-produzzjoni f’t CO2; |
|
EFmix |
hija l-fattur tal-emissjonijiet tat-taħlita tal-fjuwil rispettiva espressa f’t CO2/TJ inklużi l-emissjonijiet mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija, fejn applikabbli; |
|
Qconsumed |
hija l-ammont ta’ sħana li tista’ titkejjel ikkonsmata fil-proċess tal-produzzjoni espress f’TJ, u |
|
η |
hija l-effiċjenza tal-proċess tal-produzzjoni tas-sħana. |
|
EFmix |
għandha tiġi kkalkolata bħala: |
EFmix = (Σ ADi · NCVi · EFi + EmFGC)/(Σ ADi · NCVi)(Ekwazzjoni 36)
Fejn:
|
ADi |
hija d-data annwali dwar l-attivitajiet (jiġifieri, il-kwantitajiet ikkonsmati) tal-fjuwils i użati għall-produzzjoni tas-sħana li tista’ titkejjel espressa f’tunnellati jew Nm3; |
|
NCVi |
huma l-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i espressi f’TJ/t jew f’TJ/Nm3; |
|
EFi |
huma l-fatturi tal-emissjonijiet tal-fjuwils i espressi f’t CO2/TJ, u |
|
EMFGC |
huma l-emissjonijiet tal-proċess mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija espressi f’t CO2. |
Fejn gass ta’ skart ikun parti mit-taħlita ta’ fjuwils użata, u fejn il-fattur tal-emissjonijiet tal-gass ta’ skart ikun ogħla mill-fattur tal-emissjonijiet standard tal-gass naturali mogħti fit-Tabella 1 tal-Anness VIII, dak il-fattur standard tal-emissjonijiet għandu jintuża biex tiġi kkalkolata EFmix minflok il-fattur tal-emissjonijiet tal-gass ta’ skart.
C.2.2. Fattur tal-emissjonijiet ta’ sħana li tista’ titkejjel prodotta fl-installazzjoni mill-koġenerazzjoni
Meta s-sħana li tista’ titkejjel u l-elettriku jiġu prodotti permezz tal-koġenerazzjoni (jiġifieri permezz ta’ sħana u enerġija kkombinati (CHP)), l-emissjonijiet rilevanti attribwiti għas-sħana li tista’ titkejjel u għall-elettriku għandhom jiġu ddeterminati kif meħtieġ minn din it-taqsima. Ir-regoli dwar l-elettriku għandhom japplikaw ukoll għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika, jekk ikun rilevanti.
L-emissjonijiet ta’ unità ta’ koġenerazzjoni għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:
Fejn:
|
EMCHP |
huma l-emissjonijiet tal-unità ta’ koġenerazzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar espressi f’t CO2; |
|
ADi |
hija d-data annwali dwar l-attivitajiet (jiġifieri l-kwantitajiet ikkonsmati) tal-fjuwils i użati għall-unità tas-CHP espressi f’tunnellati jew Nm3; |
|
NCVi |
huma l-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i espressi f’TJ/t jew f’TJ/Nm3; |
|
EFi |
huma l-fatturi tal-emissjonijiet tal-fjuwils i espressi f’t CO2/TJ u |
|
EMFGC |
huma l-emissjonijiet tal-proċess mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija espressi f’t CO2. |
L-input tal-enerġija għall-unità CHP għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-Ekwazzjoni 33. L-effiċjenzi medji rispettivi matul il-perjodu ta’ rapportar tal-produzzjoni tas-sħana u tal-elettriku (jew tal-enerġija mekkanika, jekk applikabbli) għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
Fejn:
|
ηheat |
hija l-effiċjenza medja tal-produzzjoni tas-sħana matul il-perjodu ta’ rapportar (mingħajr dimensjoni), |
|
Qnet |
huwa l-ammont nett ta’ sħana prodotta matul il-perjodu ta’ rapportar mill-unità ta’ koġenerazzjoni espress f’TJ kif iddeterminat f’konformità mat-Taqsima C.1.2; |
|
EIn |
hija l-input tal-enerġija kif iddeterminat bl-użu tal-Ekwazzjoni 33 espress f’TJ; |
|
ηel |
hija l-effiċjenza medja tal-produzzjoni tal-elettriku matul il-perjodu ta’ rapportar (mingħajr dimensjoni), u |
|
Eel |
hija l-produzzjoni netta tal-elettriku tal-unità ta’ koġenerazzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’TJ. |
Fejn id-determinazzjoni tal-effiċjenzi ηheat u ηel ma tkunx teknikament fattibbli jew tista’ timplika kostijiet irraġonevoli, għandhom jintużaw valuri bbażati fuq dokumentazzjoni teknika (valuri tad-disinn) tal-installazzjoni. Jekk ma jkun hemm l-ebda valur bħal dan disponibbli, għandhom jintużaw valuri standard konservattivi ta’ ηheat = 0,55 u ηel = 0,25.
Il-fatturi ta’ attribuzzjoni għas-sħana u għall-elettriku mis-CHP għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
Fejn:
|
FCHP,Heat |
hija l-fattur ta’ attribuzzjoni għas-sħana (mingħajr dimensjoni); |
|
FCHP,El |
hija l-fattur ta’ attribuzzjoni għall-elettriku (jew għall-enerġija mekkanika, jekk applikabbli) (mingħajr dimensjoni); |
|
ηref, heat |
hija l-effiċjenza ta’ referenza għall-produzzjoni tas-sħana f’bojler awtonomu (mingħajr dimensjoni), u |
|
ηref,el |
hija l-effiċjenza ta’ referenza tal-produzzjoni tal-elettriku mingħajr koġenerazzjoni (mingħajr dimensjoni). |
L-effiċjenzi ta’ referenza xierqa speċifiċi għall-fjuwil huma mogħtija fl-Anness IX.
Il-fattur speċifiku ta’ emissjoni tas-sħana li tista’ titkejjel relatata mas-CHP li għandu jintuża għall-attribuzzjoni ta’ emissjonijiet relatati mas-sħana għall-proċessi tal-produzzjoni għandu jiġi kkalkolat bħala
EFCHP,Heat = EmCHP · FCHP,Heat/Qnet (Ekwazzjoni 42)
Fejn:
|
EFCHP, heat |
huwa l-fattur tal-emissjonijiet għall-produzzjoni ta’ sħana li tista’ titkejjel fl-unità ta’ koġenerazzjoni espress f’t CO2/TJ u |
|
Qnet |
hija s-sħana netta prodotta mill-unità ta’ koġenerazzjoni espressa f’TJ. |
Il-fattur speċifiku tal-emissjonijiet tal-elettriku relatat mas-CHP li għandu jintuża għall-attribuzzjoni ta’ emissjonijiet indiretti għall-proċessi tal-produzzjoni għandu jiġi kkalkolat bħala:
EFCHP,El = EmCHP · FCHP,El/EEl,prod (Ekwazzjoni 43)
Fejn:
|
EEl,prod |
huwa l-elettriku prodott mill-unità CHP. |
Fejn gass ta’ skart ikun parti mit-taħlita ta’ fjuwils użata, u fejn il-fattur tal-emissjonijiet tal-gass ta’ skart ikun ogħla mill-fattur tal-emissjonijiet standard tal-gass naturali mogħti fit-Tabella 1 tal-Anness VIII, dak il-fattur standard tal-emissjonijiet jintuża biex tiġi kkalkolata l-EFmix minflok il-fattur tal-emissjonijiet tal-gass ta’ skart.
C.2.3. Fattur tal-emissjonijiet ta’ sħana li tista’ titkejjel prodotta barra mill-installazzjoni
Meta proċess tal-produzzjoni jikkonsma sħana li tista’ titkejjel prodotta barra mill-installazzjoni, l-emissjonijiet relatati mas-sħana għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin.
|
1. |
Meta l-installazzjoni li tipproduċi s-sħana li tista’ titkejjel tkun soġġetta għal sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika, jew meta l-operatur tal-installazzjoni li tikkonsma s-sħana li tista’ titkejjel jiżgura permezz tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-kuntratt għall-provvista tas-sħana li l-installazzjoni li tipproduċi s-sħana twettaq monitoraġġ tal-emissjonijiet f’konformità ma’ dan l-Anness, il-fattur tal-emissjonijiet tas-sħana li tista’ titkejjel għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta’ ekwazzjonijiet rilevanti tat-Taqsima C.2.1 jew C.2.2, abbażi tad-data dwar l-emissjonijiet ipprovduta mill-operatur tal-installazzjoni li tipproduċi s-sħana li tista’ titkejjel. |
|
2. |
Meta l-metodu skont il-punt 1 ma jkunx disponibbli, jintuża valur standard, ibbażat fuq il-fattur standard tal-emissjonijiet tal-fjuwil użat l-aktar b’mod komuni fis-settur industrijali tal-pajjiż, bis-suppożizzjoni ta’ effiċjenza tal-bojler ta’ 90 %. |
D. Elettriku
D.1. Kalkolu tal-emissjonijiet relatati mal-elettriku
L-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni jew mal-konsum tal-elettriku għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet integrati f’konformità mat-taqsima F.1 għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn:
|
Em el |
huma l-emissjonijiet relatati mal-elettriku prodott jew ikkonsmat, espressi f’t CO2; |
|
E el |
hija l-elettriku prodott jew ikkonsmat espress f’MWh jew f’TJ, u |
|
EF el |
hija l-fattur tal-emissjonijiet għall-elettriku applikat, espress f’t CO2/MWh jew t CO2/TJ. |
D.2. Regoli għad-determinazzjoni tal-fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku bħala oġġetti importati
Sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet speċifiċi integrati reali tal-elettriku bħala oġġetti importati, għandhom ikunu applikabbli biss emissjonijiet diretti f’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956.
Il-fattur tal-emissjonijiet għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi reali integrati tal-elettriku għandu jiġi stabbilit kif ġej:
|
(a) |
għandu jintuża l-valur prestabbilit speċifiku għal pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi jew reġjun f’pajjiż terz, bħala l-fattur tal-emissjonijiet rilevanti tas-CO2 kif stabbilit fil-punt D.2.1 ta’ dan l-Anness. |
|
(b) |
fejn ma jkun disponibbli l-ebda valur prestabbilit speċifiku taħt il-punt (a), għandu jintuża l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-UE kif stabbilit fil-punt D.2.2 ta’ dan l-Anness. |
|
(c) |
meta dikjarant tar-rapportar jissottometti evidenza suffiċjenti bbażata fuq informazzjoni uffiċjali u pubblika biex juri li l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-pajjiż terz, fil-grupp ta’ pajjiżi terzi jew f’reġjun f’pajjiż terz minn fejn jiġi importat l-elettriku jkun anqas mill-valuri f’konformità mal-punti (a) u (b), u fejn il-kundizzjonijiet previsti fil-punt D.2.3 ta’ dan l-Anness jiġu ssodisfati, il-valuri aktar baxxi ddikjarati għandhom jiġu ddeterminati abbażi tad-data disponibbli u affidabbli. |
|
(d) |
id-dikjarant tar-rapportar jista’ japplika emissjonijiet integrati reali minflok valuri prestabbiliti għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati tal-elettriku importat, jekk jiġu ssodisfati l-kriterji kumulattivi (a) sa (d) previsti fit-Taqsima 5 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956, u l-kalkolu huwa bbażat fuq data ddeterminata skont dan l-Anness mill-produttur tal-elettriku, ikkalkolata bl-użu tat-Taqsima D.2.3 ta’ dan l-Anness. |
D.2.1. Fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 ibbażat fuq valuri prestabbiliti speċifiċi
F’konformità mat-Taqsima 4.2.1 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956, għandhom jintużaw il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-pajjiż terz, fil-grupp ta’ pajjiżi terzi jew fir-reġjun f’pajjiż terz, abbażi tal-aħjar data disponibbli għall-Kummissjoni. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, dawn il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 għandhom ikunu bbażati fuq data mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) u għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.
D.2.2. Fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-UE
Skont it-Taqsima 4.2.2 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956, għandu japplika l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-Unjoni. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, il-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq data mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) u għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.
D.2.3. Fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 ibbażat fuq data affidabbli murija mid-dikjarant tar-rapportar
Għall-fini tal-punt (c) tat-taqsima D.2 ta’ dan l-Anness, id-dikjarant tar-rapportar għandu jipprovdi s-settijiet ta’ data minn sorsi uffiċjali alternattivi, inkluża l-istatistika nazzjonali għall-perjodu ta’ ħames snin li jintemm sentejn qabel ir-rapportar.
Sabiex jiġi rifless l-impatt tal-politiki ta’ dekarbonizzazzjoni, bħaż-żieda fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll il-kundizzjonijiet klimatiċi, bħal snin partikolarment kesħin, fuq il-provvista annwali tal-elettriku fil-pajjiżi kkonċernati, id-dikjarant tar-rapportar għandu jikkalkula l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 abbażi tal-medja ponderata tal-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-perjodu ta’ ħames snin li jintemm sentejn qabel ir-rapportar.
Għal dan il-fini, id-dikjarant tar-rapportar għandu jikkalkula l-fatturi annwali ta’ emissjoni tas-CO2 għal kull teknoloġija tal-fjuwils fossili u l-ġenerazzjoni grossa tal-elettriku rispettiva tagħha fil-pajjiż terz li kapaċi jesporta l-elettriku lejn l-UE, abbażi tal-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn:
|
Em el,y |
huwa l-fattur annwali tal-emissjonijiet tas-CO2 għat-teknoloġiji kollha tal-fjuwils fossili fis-sena partikolari fil-pajjiż terz li kapaċi jesporta l-elettriku lejn l-UE; |
|
E el,y |
hija l-ġenerazzjoni grossa totali tal-elettriku mit-teknoloġiji kollha tal-fjuwils fossili f’dik is-sena; EF i huwa l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għal kull teknoloġija tal-fjuwils fossili “i”, u |
|
E el,i,y |
hija l-ġenerazzjoni grossa annwali tal-elettriku għal kull teknoloġija tal-fjuwils fossili “i”. |
Id-dikjarant tar-rapportar għandu jikkalkula l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 bħala medja mobbli ta’ dawk is-snin li tibda bis-sena attwali nieqes tnejn, abbażi tal-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn:
|
Em el |
huwa l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 li jirriżulta mill-medja mobbli tal-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-ħames snin preċedenti, li jibdew mis-sena attwali, nieqes sentejn, sas-sena attwali, nieqes 6 snin; |
|
Em el,y |
huwa l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għal kull sena “i”; |
|
i |
huwa l-indiċi varjabbli għas-snin li għandhom jiġu kkunsidrati, u |
|
y |
hija s-sena attwali. |
D.2.4. Fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 ibbażat fuq l-emissjonijiet reali tas-CO2 tal-installazzjoni
Skont it-Taqsima 5 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956, dikjarant tar-rapportar jista’ japplika emissjonijiet integrati reali minflok valuri prestabbiliti għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati tal-elettriku importat jekk jiġu ssodisfati l-kriterji kumulattivi (a) sa (d) previsti f’dik it-taqsima.
D.3. Regoli għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet tal-elettriku użati għall-produzzjoni ta’ oġġetti minbarra l-elettriku
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati, il-kejl tal-kwantitajiet tal-elettriku għandu japplika għal potenza attiva, mhux għal potenza apparenti (potenza kumplessa). Il-komponent tal-potenza attiva biss għandu jiġi mkejjel, u l-potenza reattiva għandha tiġi injorata.
Għall-produzzjoni tal-elettriku, il-livell ta’ attività għandu jirreferi għall-elettriku nett li jħalli l-konfini tas-sistema tal-impjant tal-enerġija jew tal-unità tal-koġenerazzjoni, wara t-tnaqqis tal-elettriku kkonsmat internament.
D.4. Rregoli għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti integrati tal-elettriku bħala input għall-produzzjoni ta’ oġġetti għajr l-elettriku
Matul il-perjodu tranżizzjonali, il-fatturi tal-emissjonijiet għall-elettriku għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ jew:
|
(a) |
il-fattur tal-emissjonijiet medju tal-grilja tal-elettriku tal-pajjiż tal-oriġini, abbażi tad-data mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA) ipprovduta mill-Kummissjoni fir-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM; jew |
|
(b) |
kwalunkwe fattur ieħor tal-emissjonijiet tal-grilja tal-elettriku tal-pajjiż ta’ oriġini bbażat fuq data disponibbli għall-pubbliku li tirrappreżenta l-fattur medju tal-emissjonijiet jew il-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 kif imsemmi fit-Taqsima 4.3 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956. |
B’deroga mill-punti (a) u (b), jistgħu jintużaw fatturi tal-emissjonijiet reali għall-elettriku għall-każijiet speċifikati fit-Taqsimiet D.4.1 sa D.4.3.
D.4.1. Fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku prodott fl-installazzjoni minbarra permezz tal-koġenerazzjoni
Għall-elettriku prodott mill-kombustjoni tal-fjuwils fl-installazzjoni minbarra l-elettriku prodott mill-koġenerazzjoni, il-fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku EFEl għandu jiġi ddeterminat abbażi tat-taħlita tal-fjuwil rilevanti u l-emissjonijiet attribwibbli għall-produzzjoni tal-elettriku għandhom jiġu kkalkolati bħala:
EFEl = (Σ ADi · NCVi · EFi + EmFGC)/Elprod (Ekwazzjoni 47)
Fejn:
|
ADi |
hija d-data annwali dwar l-attivitajiet (jiġifieri, il-kwantitajiet ikkonsmati) tal-fjuwils i użati għall-produzzjoni tal-elettriku espressa f’tunnellati jew Nm3; |
|
NCVi |
huma l-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i espressi f’TJ/t jew f’TJ/Nm3; |
|
EFi |
huma l-fatturi tal-emissjonijiet tal-fjuwils i espressi f’t CO2/TJ; |
|
EmFGC |
huma l-emissjonijiet tal-proċess mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija espressi f’t CO2, u |
|
Elprod |
huwa l-ammont nett ta’ elettriku prodott espress f’MWh. Dan jista’ jinkludi kwantitajiet ta’ elettriku prodott minn sorsi għajr il-kombustjoni tal-fjuwils. |
Fejn gass ta’ skart ikun parti mit-taħlita ta’ fjuwils użata, u fejn il-fattur tal-emissjonijiet tal-gass ta’ skart ikun ogħla mill-fattur tal-emissjonijiet standard tal-gass naturali mogħti fit-Tabella 21 tal-Anness VIII, dak il-fattur standard tal-emissjonijiet għandu jintuża biex tiġi kkalkolata EFEl minflok il-fattur tal-emissjonijiet tal-gass ta’ skart.
D.4.2. Fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku prodott fl-installazzjoni permezz tal-koġenerazzjoni
Il-fattur tal-emissjonijiet tal-produzzjoni tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandu jiġi ddeterminat skont it-Taqsima C.2.2 ta’ dan l-Anness.
D.4.3. Fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku prodott barra mill-installazzjoni
|
1. |
Meta l-elettriku jiġi riċevut minn sors b’rabta teknika diretta, u fejn id-data rilevanti kollha tkun disponibbli, il-fattur tal-emissjonijiet ta’ dak l-elettriku għandu jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni tat-taqsimiet D.4.1 jew D.4.2 kif xieraq. |
|
2. |
Meta l-elettriku jiġi riċevut minn produttur tal-elettriku skont ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija, jista’ jintuża l-fattur tal-emissjonijiet għall-elettriku ddeterminat f’konformità mat-taqsimiet D.4.1 jew D.4.2, kif xieraq, meta jiġi kkomunikat mill-produttur tal-elettriku lill-operatur u jkun disponibbli skont l-Anness IV. |
E. Monitoraġġ tal-prekursuri
Fejn id-deskrizzjoni tar-rotot tal-produzzjoni għall-proċessi tal-produzzjoni definiti għall-installazzjoni tindika prekursuri rilevanti, il-kwantità ta’ kull prekursur ikkonsmat fil-proċessi tal-produzzjoni tal-installazzjoni għandha tiġi ddeterminata sabiex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet integrati totali tal-oġġetti kumplessi prodotti f’konformità mat-Taqsima G ta’ dan l-Anness.
B’deroga mill-paragrafu preċedenti, fejn il-produzzjoni u l-użu ta’ prekursur ikunu koperti mill-istess proċess ta’ produzzjoni, għandha tiġi ddeterminata biss il-kwantità ta’ prekursur addizzjonali użat u miksub minn installazzjonijiet oħra jew minn proċessi oħra ta’ produzzjoni.
Il-kwantità użata u l-proprjetajiet tal-emissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati separatament għal kull installazzjoni li minnha jinkiseb il-prekursur. Il-metodi użati għad-determinazzjoni tad-data meħtieġa għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ tal-installazzjoni, bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
Meta l-prekursur jiġi prodott fl-installazzjoni, iżda fi proċess ta’ produzzjoni differenti kif assenjat bl-applikazzjoni tar-regoli tat-Taqsima A.4 ta’ dan l-Anness, is-settijiet tad-data li għandhom jiġu ddeterminati għandhom jinkludu:
|
|
2. |
Fejn il-prekursur jinkiseb minn installazzjoni oħra, is-settijiet tad-data li għandhom jiġu ddeterminati għandhom jinkludu:
L-installazzjoni li tipproduċi l-prekursur għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti, preferibbilment permezz tal-mudell elettroniku msemmi fl-Artikolu 3(5) u l-Anness IV. |
|
3. |
Għal kull kwantità ta’ prekursur li għalih tkun ġiet riċevuta data mhux kompluta jew inkonklużiva skont il-punt (2), jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti applikabbli magħmula disponibbli u ppubblikati mill-Kummissjoni għall-perjodu tranżizzjonali taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament. |
F. Regoli għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet ta’ installazzjoni lil oġġetti
F.1. Metodi ta’ kalkolu
Għall-fini tal-assenjazzjoni tal-emissjonijiet tal-installazzjoni għall-oġġetti, l-emissjonijiet, l-inputs, u l-outputs għandhom jiġu attribwiti għall-proċessi tal-produzzjoni definiti f’konformità mat-Taqsima A.4 ta’ dan l-Anness bl-użu tal-Ekwazzjoni 48 għall-emissjonijiet diretti u l-Ekwazzjoni 49 għall-emissjonijiet indiretti, bl-użu ta’ ċifri totali matul il-perjodu kollu ta’ rapportar għall-parametri mogħtija fl-ekwazzjoni. L-emissjonijiet diretti u indiretti attribwiti mbagħad għandhom jiġu kkonvertiti f’emissjonijiet diretti u indiretti integrati speċifiċi tal-oġġetti li jirriżultaw mill-proċess tal-produzzjoni bl-użu tal-Ekwazzjonijiet 50 u 51.
Fejn AttrEm Dir tiġi kkalkolata li għandha valur negattiv, dan għandu jiġi ssettjat għal żero.
Fejn:
|
AttrEm Dir |
hija l-emissjoni diretta attribwita tal-proċess tal-produzzjoni matul il-perjodu kollu ta’ rapportar, espressa f’t CO2e; |
|
AttrEm indir |
hija l-emissjoni indiretta attribwita tal-proċess tal-produzzjoni matul il-perjodu kollu ta’ rapportar, espressa f’t CO2e; |
|
DirEm * |
huma l-emissjonijiet attribwibbli direttament mill-proċess tal-produzzjoni, iddeterminati għall-perjodu ta’ rapportar bl-użu tar-regoli previsti fit-Taqsima B ta’ dan l-Anness, u r-regoli li ġejjin: |
Sħana li titkejjel: Meta l-fjuwils jiġu kkonsmati għall-produzzjoni ta’ sħana li tista’ titkejjel li tiġi kkonsmata barra mill-proċess tal-produzzjoni li jkun qed jiġi kkunsidrat, jew li tintuża f’aktar minn proċess wieħed ta’ produzzjoni (li jinkludi sitwazzjonijiet b’importazzjonijiet minn u esportazzjonijiet lejn installazzjonijiet oħra), l-emissjonijiet tal-fjuwils ma humiex inklużi fl-emissjonijiet attribwibbli direttament tal-proċess tal-produzzjoni, iżda jiżdiedu taħt il-parametru EMH,import sabiex jiġi evitat għadd doppju.
Gassijiet ta’ skart:
L-emissjonijiet ikkawżati mill-gassijiet ta’ skart prodotti u kkonsmati bis-sħiħ fl-istess proċess tal-produzzjoni huma inklużi f’DirEm(*).
L-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-gassijiet ta’ skart esportati mill-proċess tal-produzzjoni huma inklużi bis-sħiħ f’DirEm(*) irrispettivament minn fejn jiġu kkonsmati. Madankollu, għall-esportazzjonijiet ta’ gassijiet ta’ skart, għandu jiġi kkalkolat it-terminu WGcorr,export.
L-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-gassijiet ta’ skart importati minn proċessi tal-produzzjoni oħrajn ma jitqisux f’DirEM(*). Minflok, għandu jiġi kkalkolat it-terminu WGcorr,import;
|
Em H,imp |
huma l-emissjonijiet ekwivalenti għall-kwantità ta’ sħana li tista’ titkejjel importata għall-proċess tal-produzzjoni, iddeterminati għall-perjodu ta’ rapportar bl-użu tar-regoli previsti fit-Taqsima C ta’ dan l-Anness, u r-regoli li ġejjin: |
L-emissjonijiet relatati mas-sħana li tista’ titkejjel importata fil-proċess tal-produzzjoni jinkludu l-importazzjonijiet minn installazzjonijiet oħra, proċessi oħra ta’ produzzjoni fl-istess installazzjoni, kif ukoll is-sħana riċevuta minn unità teknika (eż. dar tal-enerġija ċentrali fl-installazzjoni, jew network tal-istim aktar kumpless b’diversi unitajiet li jipproduċu s-sħana) li jipprovdi s-sħana għal aktar minn proċess tal-produzzjoni wieħed.
L-emissjonijiet mis-sħana li tista’ titkejjel għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-formula li ġejja:
Fejn:
|
EFheat |
hija l-fattur tal-emissjonijiet għall-produzzjoni ta’ sħana li tista’ titkejjel iddeterminata f’konformità mat-Taqsima C.2 ta’ dan l-Anness, espress f’t CO2/TJ u |
|
Qimp |
hija s-sħana netta importata u kkonsmata fil-proċess tal-produzzjoni espressa f’TJ; |
|
Em H,exp |
huma l-emissjonijiet ekwivalenti għall-kwantità ta’ sħana li tista’ titkejjel esportata mill-proċess tal-produzzjoni, iddeterminati għall-perjodu ta’ rapportar bl-użu tar-regoli previsti fit-Taqsima C ta’ dan l-Anness. Għas-sħana esportata għandhom jintużaw jew l-emissjonijiet tat-taħlita tal-fjuwil effettivament magħrufa f’konformità mat-Taqsima C.2, jew – jekk it-taħlita reali tal-fjuwil ma tkunx magħrufa – il-fattur standard tal-emissjonijiet tal-fjuwil użat l-aktar b’mod komuni fil-pajjiż u fis-settur industrijali, jekk wieħed jassumi effiċjenza tal-bojler ta’ 90 %. |
Is-sħana rkuprata mill-proċessi mħaddma bl-elettriku u mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku ma għandhiex titqies;
|
WG corr,imp |
huma l-emissjonijiet diretti attribwiti ta’ proċess tal-produzzjoni li jikkonsmaw il-gassijiet ta’ skart importati minn proċessi tal-produzzjoni oħra, ikkoreġuti għall-perjodu tar-rapportar billi tintuża l-formula li ġejja: |
Fejn:
|
VWG |
huwa l-volum tal-gass ta’ skart importat; |
|
NCVWG |
huwa l-valur kalorifiku nett tal-gass ta’ skart importat, u |
|
EFNG |
huwa l-fattur standard ta’ emissjoni tal-gass naturali kif mogħti fl-Anness VIII; |
|
WG corr,exp |
huma l-emissjonijiet ekwivalenti għall-kwantità ta’ gassijiet ta’ skart esportati mill-proċess tal-produzzjoni, iddeterminati għall-perjodu ta’ rapportar bl-użu tar-regoli previsti fit-Taqsima B ta’ dan l-Anness, u l-formula li ġejja: |
Fejn:
|
VWG,exp |
huwa l-volum ta’ gass ta’ skart esportat mill-proċess tal-produzzjoni; |
|
NCVWG |
huwa l-valur kalorifiku nett tal-gass ta’ skart; |
|
EFNG |
huwa l-fattur standard ta’ emissjoni tal-gass naturali kif mogħti fl-Anness VIII, u |
|
Corrη |
huwa l-fattur li jirrappreżenta d-differenza fl-effiċjenzi bejn l-użu tal-gass ta’ skart u l-użu tal-gass naturali tal-fjuwil ta’ referenza. Il-valur standard huwa Corrη = 0,667; |
|
Em el,prod |
huma l-emissjonijiet ekwivalenti għall-kwantità ta’ elettriku prodott fil-limiti tal-proċess tal-produzzjoni, iddeterminati għall-perjodu ta’ rapportar bl-użu tar-regoli previsti fit-Taqsima D ta’ dan l-Anness; |
|
Em el,cons |
huma l-emissjonijiet ekwivalenti għall-kwantità ta’ elettriku kkonsmat fil-limiti tal-proċess tal-produzzjoni, iddeterminati għall-perjodu ta’ rapportar bl-użu tar-regoli previsti fit-Taqsima D ta’ dan l-Anness; |
|
SEE g,Dir |
huma l-emissjonijiet integrati diretti speċifiċi tal-oġġetti g espressi f’t CO2e għal kull tunnellata, validi għall-perjodu ta’ rapportar; |
|
SEE g,Indir |
huma l-emissjonijiet integrati indiretti speċifiċi tal-oġġetti g espressi f’t CO2e għal kull tunnellata, validi għall-perjodu ta’ rapportar; |
|
AL g |
huwa l-livell ta’ attività tal-oġġetti g, jiġifieri l-ammont tal-oġġetti g prodotti fil-perjodu ta’ rapportar f’dik l-installazzjoni, iddeterminat f’konformità mat-Taqsima F.2 ta’ dan l-Anness, espress f’tunnellati. |
F.2. Metodoloġija ta’ monitoraġġ għal-livelli ta’ attività
Il-livell ta’ attività ta’ proċess tal-produzzjoni għandu jiġi kkalkolat bħala l-massa totali tal-oġġetti kollha li jitilqu mill-proċess tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar għall-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 mill-kategorija tal-oġġetti aggregati skont it-Taqsima 2 tal-Anness II li magħha il-proċess tal-produzzjoni huwa relatat. Fejn il-proċessi tal-produzzjoni jiġu definiti b’tali mod li tiġi inkluża wkoll il-produzzjoni tal-prekursuri, l-għadd doppju għandu jiġi evitat billi jingħaddu biss il-prodotti finali li jħallu l-konfini tas-sistema tal-proċess tal-produzzjoni. Għandha titqies kwalunkwe dispożizzjoni speċjali stabbilita għall-proċess tal-produzzjoni jew għar-rotta tal-produzzjoni fit-Taqsima 3 tal-Anness II. Meta jintużaw diversi rotot tal-produzzjoni fl-istess installazzjoni għall-produzzjoni ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-istess kodiċi NM, u fejn dawk ir-rotot tal-produzzjoni jiġu assenjati proċessi tal-produzzjoni separati, l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti għandhom jiġu kkalkolati b’mod separat għal kull rotta tal-produzzjoni.
Għandhom jitqiesu biss l-oġġetti li jistgħu jinbiegħu jew jintużaw direttament bħala prekursuri fi proċess ta’ produzzjoni ieħor. Il-prodotti mhux relatati mal-ispeċifikazzjonijiet, il-prodotti sekondarji, l-iskart, u r-ruttam prodotti fi proċess tal-produzzjoni, irrispettivament minn jekk jiġux irritornati għall-proċessi tal-produzzjoni, ikkonsenjati lil installazzjonijiet oħra, jew jintremew, ma għandhomx jiġu inklużi fid-determinazzjoni tal-livell ta’ attività. Għalhekk dawn għandhom jiġu assenjati emissjonijiet integrati żero meta jidħlu fi proċess tal-produzzjoni ieħor.
Għad-determinazzjoni tal-livelli ta’ attività, japplikaw ir-rekwiżiti tal-kejl stabbiliti fit-Taqsima B.4 ta’ dan l-Anness.
F.3. Metodi ta’ monitoraġġ meħtieġa għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet għall-proċessi tal-produzzjoni
F.3.1. Prinċipji għall-attribuzzjoni tad-data għall-proċessi tal-produzzjoni
|
1. |
Il-metodi magħżula għall-attribuzzjoni tas-settijiet tad-data għall-proċessi tal-produzzjoni għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija tal-monitoraġġ. Dawn għandhom jiġu rieżaminati regolarment sabiex tittejjeb il-kwalità tad-data, fejn possibbli, f’konformità mat-Taqsima A ta’ dan l-Anness. |
|
2. |
Meta d-data għal sett ta’ data speċifiku ma tkunx disponibbli għal kull proċess tal-produzzjoni, għandu jintgħażel metodu xieraq għad-determinazzjoni tad-data meħtieġa għal kull proċess tal-produzzjoni individwali. Għal dan il-fini, wieħed mill-prinċipji li ġejjin għandu jiġi applikat skont liema minn dawn il-prinċipji jagħti riżultati aktar akkurati:
|
|
3. |
Meta bosta strumenti ta’ kejl ta’ kwalità differenti jkunu qed jikkontribwixxu għal riżultati ta’ kejl, għandu jintuża wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin biex tinqasam id-data fil-livell tal-installazzjoni fuq kwantitajiet ta’ materjali, fjuwils, sħana li tista’ titkejjel, jew elettriku għal proċessi tal-produzzjoni:
|
F.3.2. Proċedura għall-ittraċċar tal-kodiċijiet NM tal-oġġetti u tal-prekursuri
Għall-fini tal-attribuzzjoni korretta tad-data għall-proċessi tal-produzzjoni, l-installazzjoni għandha żżomm lista tal-oġġetti u l-prekursuri kollha prodotti fl-installazzjoni kif ukoll tal-prekursuri miksuba minn barra l-installazzjoni, u l-kodiċijiet NM applikabbli tagħhom. Abbażi ta’ din il-lista:
|
1. |
il-prodotti u ċ-ċifri annwali tal-produzzjoni tagħhom għandhom jiġu attribwiti għall-proċessi tal-produzzjoni f’konformità mal-kategoriji tal-oġġetti aggregati previsti fit-Taqsima 2 tal-Anness II; |
|
2. |
din l-informazzjoni għandha titqies għall-attribuzzjoni tal-inputs, tal-outputs, u tal-emissjonijiet separatament għall-proċessi tal-produzzjoni. |
Għal dan l-għan għandha tiġi stabbilita, dokumentata, implimentata, u miżmuma proċedura għall-iċċekkjar regolari ta’ jekk l-oġġetti u l-prekursuri prodotti fl-installazzjoni jikkorrispondux mal-kodiċijiet NM applikati meta tiġi stabbilita d-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ. Barra minn hekk, din il-proċedura għandu jkun fiha dispożizzjonijiet biex jiġi identifikat jekk l-installazzjoni tipproduċix oġġetti ġodda u biex jiġi żgurat li jiġi ddeterminat il-kodiċi NM applikabbli għall-prodott il-ġdid u jiżdied mal-lista ta’ oġġetti għall-attribuzzjoni ta’ inputs, outputs, u emissjonijiet relatati mal-proċess tal-produzzjoni xieraq.
F.4. Aktar regoli għall-attribuzzjoni ta’ emissjonijiet diretti
|
1. |
L-emissjonijiet ta’ flussi minn sorsi jew ta’ sorsi ta’ emissjonijiet li jservu proċess tal-produzzjoni wieħed biss għandhom jiġu attribwiti għal dak il-proċess tal-produzzjoni bis-sħiħ. Fejn jintuża bilanċ tal-massa, il-flussi minn sorsi ħerġin għandhom jitnaqqsu f’konformità mat-Taqsima B.3.2 ta’ dan l-Anness. Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, flussi minn sorsi li huma kkonvertiti f’gassijiet ta’ skart, bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet ta’ skart prodotti u kkonsmati għalkollox fl-istess proċess tal-produzzjoni, għandhom jiġu attribwiti bl-użu tal-Ekwazzjonijiet 53 u 54. Il-monitoraġġ meħtieġ tal-NCV u tal-volum tal-gass ta’ skart rispettiv għandu jsir billi jiġu applikati r-regoli mogħtija fit-Taqsimiet B.4 u B.5 ta’ dan l-Anness. |
|
2. |
Huwa biss fejn il-flussi mis-sors jew is-sorsi tal-emissjonijiet iservu aktar minn proċess tal-produzzjoni wieħed, li għandhom japplikaw il-metodi li ġejjin għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet diretti:
|
F.5. Aktar regoli għall-attribuzzjoni ta’ emissjonijiet minn sħana li tista’ titkejjel
Għandhom japplikaw il-prinċipji ġenerali tal-kalkolu mogħtija fit-Taqsima F.1 ta’ dan l-Anness. Il-flussi tas-sħana rilevanti għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mat-Taqsima C.1 ta’ dan l-Anness u mal-fattur tal-emissjonijiet tas-sħana li tista’ titkejjel bl-applikazzjoni tat-Taqsima C.2 ta’ dan l-Anness.
Meta t-telf ta’ sħana li tista’ titkejjel jiġi ddeterminat separatament mill-ammonti użati fil-proċessi tal-produzzjoni, l-emissjonijiet relatati ma’ dan it-telf ta’ sħana għandhom jiżdiedu b’mod proporzjonali mal-emissjonijiet tal-proċessi tal-produzzjoni kollha li fihom tintuża s-sħana li tista’ titkejjel prodotta fl-installazzjoni, sabiex jiġi żgurat li 100 % tal-kwantità ta’ sħana netta li tista’ titkejjel prodotta fl-installazzjoni, jew importata jew esportata mill-installazzjoni, kif ukoll il-kwantitajiet ittrasferiti bejn il-proċessi tal-produzzjoni, għandha tiġi attribwita għall-proċessi tal-produzzjoni mingħajr l-ebda ommissjoni jew għadd doppju.
G. Kalkolu tal-emissjonijiet integrati speċifiċi ta’ oġġetti kumplessi
F’konformità mal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/956, l-emissjonijiet speċifiċi integrati SEE g ta’ oġġetti kumplessi g għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
Fejn:
|
SEE g |
huma l-emissjonijiet integrati diretti jew indiretti speċifiċi ta’ oġġetti (kumplessi) g espressi f’t CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġetti g; |
|
AttrEm g |
huma l-emissjonijiet diretti jew indiretti attribwiti tal-proċess tal-produzzjoni li jipproduċu l-oġġetti g iddeterminati f’konformità mat-Taqsima F.1 ta’ dan l-Anness għall-perjodu ta’ rapportar, espressi f’t CO2e; |
|
AL g |
hija l-livell ta’ attività tal-proċess tal-produzzjoni li jipproduċi l-oġġetti g iddeterminat f’konformità mat-Taqsima F.2 ta’ dan l-Anness għall-perjodu ta’ rapportar, espress f’tunnellati; |
|
EE InpMat |
huma l-emissjonijiet diretti jew indiretti integrati tal-prekursuri kollha kkonsmati matul il-perjodu ta’ rapportar li huma definiti bħala rilevanti għall-proċess tal-produzzjoni tal-oġġetti g fit-Taqsima 3 tal-Anness II, espressi f’t CO2e; |
|
M i |
hija l-massa tal-prekursur i użata fil-proċess tal-produzzjoni li tipproduċi g matul il-perjodu ta’ rapportar, espressa f’tunnellati ta’ prekursur i, u |
|
SEE i |
huma l-emissjonijiet integrati diretti jew indiretti speċifiċi tal-prekursur i espressi f’t CO2e għal kull tunnellata ta’ prekursur i. |
F’dan il-kalkolu, jitqiesu biss il-prekursuri mhux koperti mill-istess proċess tal-produzzjoni bħall-oġġetti g. Fejn l-istess prekursur jinkiseb minn installazzjonijiet differenti, il-prekursur minn kull installazzjoni għandu jiġi ttrattat separatament.
Fejn prekursur i nnifsu jkollu prekursuri, dawk il-prekursuri l-ewwel jitqiesu bl-użu tal-istess metodu ta’ kalkolu sabiex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet integrati tal-prekursur i qabel ma jintużaw għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati tal-oġġetti g. Dan il-metodu jintuża b’mod rikorrenti għall-prekursuri kollha li huma oġġetti kumplessi.
Il-parametru Mi jirreferi għall-massa totali ta’ prekursur meħtieġa biex jiġi prodott l-ammont ALg . Dan jinkludi wkoll kwantitajiet tal-prekursur li ma jispiċċawx fl-oġġetti kumplessi iżda li jistgħu jinxterdu, jinqatgħu, jinħarqu, jiġu mmodifikati b’mod kimiku, eċċ. fil-proċess tal-produzzjoni u jitilqu mill-proċess bħala prodotti sekondarji, ruttam, residwi, skart, jew emissjonijiet.
Sabiex tiġi pprovduta data li tista’ tintuża indipendentement mil-livelli ta’ attività, il-konsum speċifiku tal-massa mi għal kull prekursur i għandu jiġi ddeterminat u inkluż fil-komunikazzjoni skont l-Anness IV:
B’hekk, l-emissjonijiet speċifiċi integrati ta’ oġġetti kumplessi g jistgħu jiġu espressi bħala:
Fejn:
|
ae g |
huma l-emissjonijiet diretti jew indiretti speċifiċi attribwiti tal-proċess tal-produzzjoni li jipproduċi l-oġġetti g, espressi f’t CO2e għal kull tunnellata ta’ g, li huma ekwivalenti għal emissjonijiet integrati speċifiċi mingħajr emissjonijiet integrati tal-prekursuri: |
|
m i |
huwa l-konsum speċifiku tal-massa tal-prekursur i użat fil-proċess tal-produzzjoni li jipproduċi tunnellata waħda ta’ oġġetti g, espress f’tunnellati ta’ prekursur i għal kull tunnellata ta’ oġġetti g (jiġifieri, mingħajr dimensjoni), u |
|
SEE i |
huma l-emissjonijiet integrati diretti jew indiretti speċifiċi tal-prekursur i espressi f’t CO2e għal kull tunnellata ta’ prekursur i. |
H. Miżuri fakultattivi biex tiżdied il-kwalità tad-data
|
1. |
Sorsi ta’ riskji ta’ żbalji huma identifikati fil-fluss tad-data mid-data primarja sad-data finali fil-komunikazzjoni skont l-Anness IV. Tiġi stabbilita, iddokumentata, implimentata u miżmuma sistema effettiva ta’ kontroll biex jiġi żgurat li l-komunikazzjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-fluss tad-data ma jkunx fihom dikjarazzjonijiet skorretti u jkunu konformi mad-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ u f’konformità ma’ dan l-Anness.
Il-valutazzjoni tar-riskju skont l-ewwel subparagrafu ssir disponibbli għall-Kummissjoni u għall-awtorità kompetenti fuq talba. Jekk l-operatur jagħżel li juża l-verifika f’konformità mat-titjib rakkomandat, l-operatur jagħmilha disponibbli wkoll għall-finijiet ta’ verifika. |
|
2. |
Għall-fini tal-valutazzjoni tar-riskju, jiġu stabbiliti, dokumentati, implimentati, u miżmuma proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet tal-fluss tad-data kif ukoll għall-attivitajiet ta’ kontroll, u referenzi għal dawk il-proċeduri huma inklużi fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ. |
|
3. |
Meta jkun applikabbli, l-attivitajiet ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu:
|
|
4. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 3(a), għandu jiġi żgurat li t-tagħmir tal-kejl kollu rilevanti jiġi kkalibrat, aġġustat u kkontrollat f’intervalli regolari inkluż qabel ma jintuża, u jiġi ċċekkjat skont standards ta’ kejl traċċabbli għal standards ta’ kejl internazzjonali, meta jkunu disponibbli, u proporzjonati għar-riskji identifikati.
Meta l-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, dawk il-komponenti għandhom jiġu identifikati fid-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ u għandhom jiġu stabbiliti attivitajiet alternattivi ta’ kontroll. Meta jinstab li t-tagħmir ma jikkonformax mal-prestazzjoni meħtieġa, għandha tittieħed minnufih l-azzjoni korrettiva meħtieġa. |
|
5. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 3(d), id-data li tirriżulta mill-attivitajiet tal-fluss tad-data msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi rieżaminata u vvalidata regolarment. Rieżami u validazzjoni tad-data bħal dawn għandhom jinkludu:
|
|
6. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 3(e), għandu jiġi żgurat li, meta l-attivitajiet tal-fluss tad-data jew l-attivitajiet ta’ kontroll ma jinstabux li jiffunzjonaw b’mod effettiv, jew li ma jirrispettawx ir-regoli stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri għal dawk l-attivitajiet, tittieħed azzjoni korrettiva u d-data affettwata tiġi kkoreġuta mingħajr dewmien żejjed. |
|
7. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 3(f), fejn attività waħda jew aktar ta’ fluss tad-data jew ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu esternalizzati mill-installazzjoni, għandhom jitwettqu dawn kollha li ġejjin:
|
|
8. |
L-effettività tas-sistema ta’ kontroll għandha tiġi mmonitorjata, inkluż billi jitwettqu rieżamijiet interni u jitqiesu s-sejbiet tal-verifikatur, jekk tiġi applikata l-verifika.
Meta s-sistema ta’ kontroll tinstab ineffettiva jew mhux proporzjonata mar-riskji identifikati, is-sistema ta’ kontroll għandha tittejjeb u d-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ tiġi aġġornata kif xieraq, inklużi l-proċeduri bil-miktub sottostanti għall-attivitajiet tal-fluss tad-data, il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-attivitajiet ta’ kontroll, kif xieraq. |
|
9. |
Titjib rakkomandat: l-operatur jista’ volontarjament ikollu d-data dwar l-emissjonijiet tal-installazzjoni u d-data speċifika dwar l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti kif ikkumpilata f’konformità mal-Anness IV ivverifikata minn verifikatur indipendenti akkreditat għall-ISO 14065, jew skont ir-regoli tas-sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika rilevanti għall-installazzjoni. |
(1) Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti (IPCC): Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra.
(*1) L-installazzjoni għandha tiddetermina l-fattur bil-kejl proprju. Jekk dan ma jkunx teknikament fattibbli jew jinvolvi kostijiet irraġonevoli, għandhom jintużaw il-valuri għall-metodoloġija tas-CWPB.
ANNESS IV
Kontenut tal-komunikazzjoni rakkomandata mill-operaturi tal-installazzjonijiet lid-dikjaranti tar-rapportar
1. KONTENUT TAL-MUDELL GĦALL-KOMUNIKAZZJONI TAD-DATA Dwar L-EMISSJONIJIET
Informazzjoni ġenerali
|
1. |
Informazzjoni dwar l-installazzjoni:
|
|
2. |
Għal kull kategorija ta’ oġġetti aggregati, il-proċessi tal-produzzjoni u r-rotot użati kif elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II. |
|
3. |
Għal kull wieħed mill-oġġetti, elenkati jew għal kull kodiċi NM separatament, jew aggregati skont il-kategorija tal-oġġetti aggregati f’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness II:
|
Titjib rakkomandat tal-informazzjoni ġenerali
|
1. |
L-emissjonijiet totali tal-installazzjoni, inklużi:
|
|
2. |
Il-bilanċ ta’ sħana li tista’ titkejjel, ta’ gassijiet ta’ skart u ta’ elettriku importati, prodotti, ikkonsmati, u esportati. |
|
3. |
Il-kwantità tal-prekursuri kollha riċevuti minn installazzjonijiet oħra, u l-emissjonijiet integrati diretti u indiretti speċifiċi tagħhom. |
|
4. |
Il-kwantità ta’ prekursur użat f’kull proċess ta’ produzzjoni, esklużi l-prekursuri prodotti fl-istess installazzjoni. |
|
5. |
Informazzjoni dwar kif ġew ikkalkolati l-emissjonijiet diretti u indiretti attribwiti ta’ kull proċess ta’ produzzjoni. |
|
6. |
Il-livell ta’ attività u l-emissjonijiet attribwiti ta’ kull proċess ta’ produzzjoni. |
|
7. |
Lista tal-oġġetti rilevanti kollha prodotti bil-kodiċi NM, inklużi prekursuri mhux koperti minn proċessi ta’ produzzjoni separati. |
|
8. |
Deskrizzjoni qasira tal-installazzjoni, il-proċessi tal-produzzjoni prinċipali tagħha, kwalunkwe proċess tal-produzzjoni mhux kopert għall-finijiet tas-CBAM, l-elementi prinċipali tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ użata, jekk ġewx applikati regoli ta’ sistema eliġibbli ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika, u liema miżuri għat-titjib tal-kwalità tad-data ttieħdu, b’mod partikolari jekk ġietx applikata xi forma ta’ verifika. |
|
9. |
Informazzjoni dwar il-fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku fil-ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija, fejn xieraq. |
2. Parametri speċifiċi għas-settur li għandhom jiġu inklużi fil-komunikazzjoni
|
Kategorija ta’ oġġetti aggregati |
Rekwiżit ta’ rapportar fir-rapport tas-CBAM |
||||||||||
|
Tafal ikkalċinat |
|
||||||||||
|
Klinker tas-siment |
|
||||||||||
|
Siment |
|
||||||||||
|
Siment tal-allumi |
|
||||||||||
|
Idroġenu |
|
||||||||||
|
Urea |
|
||||||||||
|
Aċidu nitriku |
|
||||||||||
|
Ammonijaka |
|
||||||||||
|
Fertilizzanti mħallta |
|
||||||||||
|
Minerali sinterizzati |
|
||||||||||
|
Ħadid fondut grezz |
|
||||||||||
|
FeMn Ferromanganiż |
|
||||||||||
|
FeCr – Ferrokromu |
|
||||||||||
|
FeNi – Ferronikil |
|
||||||||||
|
DRI (Ħadid Ridott Direttament) |
|
||||||||||
|
Azzar mhux maħdum |
|
||||||||||
|
Prodotti tal-ħadid jew tal-azzar |
|
||||||||||
|
Aluminju mhux maħdum |
|
||||||||||
|
Prodotti tal-aluminju |
|
ANNESS V
Data EORI
It-Tabella 1 fiha l-informazzjoni dwar l-operaturi ekonomiċi kif tinsab fl-EOS, li għandha tkun interoperabbli mar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM.
Tabella 1
Data tal-EORI
|
Sistema tal-Operaturi Ekonomiċi (EOS) EORI |
|
Identifikazzjoni tal-Klijent |
|
Pajjiż tal-EORI + Numru nazzjonali tal-EORI |
|
Pajjiż tal-EORI |
|
Data tal-bidu tal-EORI |
|
Data tal-iskadenza tal-EORI |
|
Informazzjoni Doganali dwar il-Klijent |
|
Isem qasir tal-EORI |
|
Isem sħiħ tal-EORI |
|
Lingwa tal-EORI |
|
Data tal-istabbiliment tal-EORI |
|
Tip ta’ persuna tal-EORI |
|
Attività ekonomika tal-EORI |
|
Lista tal-indirizzi tal-istabbilimenti tal-EORI |
|
Indirizzi tal-istabbilimenti |
|
Indirizz tal-EORI |
|
Lingwa tal-EORI |
|
Isem tal-EORI |
|
Stabbiliment fl-unjoni |
|
Data tal-bidu tal-indirizz tal-EORI |
|
Data tat-tmiem tal-indirizz tal-EORI |
|
Numru tal-VAT jew TIN |
|
“VAT” jew “TIN” |
|
Identifikatur nazzjonali + in-numru tal-VAT jew it-TIN Concatenate il-pajjiż mal-identifikatur nazzjonali |
|
Status ġuridiku tal-EORI |
|
Lingwa tal-istatus ġuridiku tal-EORI |
|
Status ġuridiku tal-EORI |
|
Data tal-bidu u data tat-tmiem tal-istatus ġuridiku tal-EORI |
|
Lista ta’ kuntatt |
|
Kuntatt |
|
Indirizz ta’ kuntatt tal-EORI |
|
Lingwa ta’ kuntatt tal-EORI |
|
Isem sħiħ ta’ kuntatt tal-EORI |
|
Isem ta’ kuntatt tal-EORI |
|
Bandiera tal-ftehim ta’ pubblikazzjoni |
|
|
|
Deskrizzjoni tal-oqsma tal-indirizz |
|
Triq u Numru |
|
Kodiċi postali |
|
Belt |
|
Kodiċi tal-pajjiż |
|
Lista tad-dettalji ta’ komunikazzjoni |
|
Tip ta’ komunikazzjoni |
ANNESS VI
Rekwiżiti tad-Data komplemantari mal-Ipproċessar Attiv
It-Tabella 1 fiha l-informazzjoni mis-sistemi doganali deċentralizzati, li għandhom ikunu interoperabbli mar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.
Tabella 1
Informazzjoni addizzjonali għall-ipproċessar attiv
|
Rekwiżit tad-data mill-awtoritajiet doganali wara l-polza ta’ verifika tal-ipproċessar attiv, meta ma tingħata l-ebda eżenzjoni lid-dikjarant tar-rapportar |
|
Pajjiż tal-ħruġ |
|
Referenza tar-rekord tad-data |
|
Numru tal-verżjoni tar-rekord tad-data |
|
Status tal-verżjoni tar-rekord tad-data |
|
Data tal-Bidu tal-Perjodu ta’ Rapportar |
|
Data tat-Tmiem tal-Perjodu ta’ Rapportar |
|
Uffiċċju Doganali tas-Sorveljanza (SCO għall-ipproċessar attiv) |
|
Awtorizzazzjoni għan-numru ta’ referenza tal-ipproċessar attiv |
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-Importatur/tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għall-ipproċessar attiv |
|
Pajjiż li jimporta |
|
Identifikatur tal-oġġett tal-oġġetti (nru ta’ sekwenza) |
|
Kodiċi tas-subintestatura tas-sistema armonizzata |
|
Kodiċi tan-nomenklatura magħquda |
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
|
Kodiċi tal-proċedura mitluba |
|
Kodiċi tal-proċedura preċedenti |
|
Kodiċi tal-pajjiż ta’ oriġini |
|
Kodiċi tal-pajjiż tad-destinazzjoni |
|
Pajjiż tad-dispaċċ |
|
Massa netta |
|
Tip ta’ unitajiet ta’ kejl |
|
Unitajiet supplimentari |
|
Valur statistiku |
|
Massa netta tal-prodott reali użat fi prodotti pproċessati rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera |
|
Massa netta bħal prodotti reali rilaxxati fuq l-istess kodiċi tal-komodità għaċ-ċirkolazzjoni libera |
|
Numru tal-identifikazzjoni u status tar-rappreżentant |
|
Mezz tat-trasport fil-fruntiera |
ANNESS VII
Data tas-sistema nazzjonali
It-Tabella 1 fiha l-informazzjoni mis-sistemi deċentralizzati, li għandhom ikunu interoperabbli mar-Reġistru Tranżizzjonali tas-CBAM f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.
Tabella 1
|
Data tas-sistema nazzjonali |
|
Emittent |
|
Referenza tar-rekord tad-data |
|
Numru tal-verżjoni tar-rekord tad-data |
|
Status tal-verżjoni tar-rekord tad-data |
|
Numru tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni |
|
Numru tal-oġġett tal-oġġetti tad-dikjarazzjoni |
|
Data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni |
|
Kodiċi tal-proċedura mitluba |
|
Kodiċi tal-proċedura preċedenti |
|
Kodiċi tal-pajjiż ta’ oriġini |
|
Kodiċi tal-pajjiż tal-oriġini preferenzjali |
|
Kodiċi tal-pajjiż tad-destinazzjoni |
|
Pajjiż tad-dispaċċ |
|
Numru tal-ordni tal-kwota |
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
|
Kodiċi tas-subintestatura tas-sistema armonizzata |
|
Kodiċi tan-nomenklatura magħquda |
|
Kodiċi TARIC |
|
Massa netta |
|
Valur statistiku |
|
Unitajiet supplimentari |
|
Tip ta’ dikjarazzjoni |
|
Tip ta’ dikjarazzjoni addizzjonali |
|
Format |
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-importatur |
|
Pajjiż li jimporta |
|
Numru ta’ identifikazzjoni tad-destinatarju |
|
Numru ta’ identifikazzjoni tad-dikjarant |
|
Numru ta’ identifikazzjoni tad-detentur tal-awtorizzazzjoni |
|
Tip ta’ awtorizzazzjoni tad-detentur |
|
Numru ta’ referenza tal-awtorizzazzjoni |
|
Numru ta’ identifikazzjoni tar-rappreżentant |
|
Mezz tat-trasport fil-fruntiera |
|
Mezz ta’ trasport intern |
ANNESS VIII
Fatturi standard użati fil-monitoraġġ tal-emissjonijiet diretti fil-livell tal-installazzjoni
1. FATTURI TAL-EMISSJONIJIET TAL-FJUWIL LI HUMA RELATATI GĦALL-VALURI KALORIFIĊI NETTI (NCV)
Tabella 1
Fatturi tal-emissjonijiet tal-fjuwil li huma relatati għall-valur kalorifiku nett (NCV) u valuri kalorifiċi netti skont il-massa tal-fjuwil
|
Deskrizzjoni tat-tip ta’ fjuwil |
Fattur tal-emissjonijiet (t CO2/TJ) |
Valur kalorifiku nett (TJ/Gg) |
Sors |
|
Żejt mhux raffinat |
73,3 |
42,3 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Orimulsjoni |
77,0 |
27,5 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Likwidi tal-gass naturali |
64,2 |
44,2 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Petrol tal-magni |
69,3 |
44,3 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Pitrolju (minbarra l-pitrolju tal-ġettijiet) |
71,9 |
43,8 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Żejt tax-shale |
73,3 |
38,1 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Żejt tal-Gass/tad-Diżil |
74,1 |
43,0 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Żejt fjuwil residwu |
77,4 |
40,4 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Gassijiet likwifikati miż-żejt |
63,1 |
47,3 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Etan |
61,6 |
46,4 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Nafta |
73,3 |
44,5 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Bitum |
80,7 |
40,2 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Lubrikanti |
73,3 |
40,2 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Kokk petroliferu |
97,5 |
32,5 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Materja prima tar-raffineriji |
73,3 |
43,0 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Gass tar-raffineriji |
57,6 |
49,5 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Xama’ tal-paraffina |
73,3 |
40,2 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Spirtu abjad u SBP |
73,3 |
40,2 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Prodotti oħra tal-petroleum |
73,3 |
40,2 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Antraċit |
98,3 |
26,7 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Faħam tal-kokk |
94,6 |
28,2 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Faħam bituminuż ieħor |
94,6 |
25,8 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Faħam subbituminuż |
96,1 |
18,9 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Linjite |
101,0 |
11,9 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Shale bituminuż u ramel tal-qatran |
107,0 |
8,9 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Fjuwil bi privattiva |
97,5 |
20,7 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Kokk tal-forn tal-kokk u kokk tal-linjite |
107,0 |
28,2 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Kokk tal-gass |
107,0 |
28,2 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Qatran tal-faħam |
80,7 |
28,0 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Gass tax-xogħlijiet tal-gass |
44,4 |
38,7 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Gass tal-forn tal-kokk |
44,4 |
38,7 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Gass tal-forn tal-blast |
260 |
2,47 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu |
182 |
7,06 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Gass naturali |
56,1 |
48,0 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Skart industrijali |
143 |
Mhux applikabbli |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Żjut għar-rimi |
73,3 |
40,2 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Pit |
106,0 |
9,76 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Tajers ta’ skart |
85,0 (1) |
Mhux applikabbli |
L-Inizjattiva tas-Sostenibbiltà tas-Siment tal-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli (WBCSD CSI) |
|
Monossidu tal-karbonju |
155,2 (2) |
10,1 |
J. Falbe u M. Regitz, Römpp Chemie Lexikon, Stuttgart, 1995 |
|
Metan |
54,9 (3) |
50,0 |
J. Falbe u M. Regitz, Römpp Chemie Lexikon, Stuttgart, 1995 |
Tabella 2
Fatturi tal-emissjonijiet tal-fjuwil li huma relatati mal-valur kalorifiku nett (NCV) u valuri kalorifiċi netti skont il-massa tal-materjal tal-bijomassa
|
Materjal tal-bijomassa |
Fattur tal-emissjonijiet preliminari [t CO2/TJ] |
NCV [GJ/t] |
Sors |
|
Injam/Skart tal-injam (imnixxef bl-arja (4)) |
112 |
15,6 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Lyes tas-sulfit (likur iswed) |
95,3 |
11,8 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Bijomassa solida primarja oħra |
100 |
11,6 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Faħam tal-kannol |
112 |
29,5 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Bijopetrol |
70,8 |
27,0 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Bijodiżils |
70,8 |
37,0 |
LG tal-IPCC tal-2006 (5) |
|
Bijofjuwils likwidi oħra |
79,6 |
27,4 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Gass tal-landfill (6) |
54,6 |
50,4 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Gass tal-ħama (4) |
54,6 |
50,4 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Bijogass ieħor (4) |
54,6 |
50,4 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
|
Skart muniċipali (frazzjoni tal-bijomassa) (4) |
100 |
11,6 |
LG tal-IPCC tal-2006 |
2. FATTURI TAL-EMISSJONIJIET RELATATI MA’ EMISSJONIJIET TA’ PROĊESSI
Tabella 3
Fattur stojkjometriku tal-emissjonijiet għal emissjonijiet ta’ proċessi mid-dekompożizzjoni tal-karbonati (Metodu A)
|
Karbonat |
Fattur tal-emissjonijiet [t CO2/t Karbonat] |
||||||||||||||||||
|
CaCO3 |
0,440 |
||||||||||||||||||
|
MgCO3 |
0,522 |
||||||||||||||||||
|
Na2CO3 |
0,415 |
||||||||||||||||||
|
BaCO3 |
0,223 |
||||||||||||||||||
|
Li2CO3 |
0,596 |
||||||||||||||||||
|
K2CO3 |
0,318 |
||||||||||||||||||
|
SrCO3 |
0,298 |
||||||||||||||||||
|
NaHCO3 |
0,524 |
||||||||||||||||||
|
FeCO3 |
0,380 |
||||||||||||||||||
|
Ġenerali |
Fattur tal-emissjonijiet = [M(CO2)]/{Y * [M(x)] + Z * [M(CO3 2-)]}
|
Tabella 4
Fattur stojkjometriku tal-emissjonijiet għal emissjonijiet ta’ proċessi mid-dekompożizzjoni tal-karbonati abbażi ta’ ossidi alkalini tal-art (Metodu B)
|
Ossidu |
Fattur tal-emissjonijiet [t CO2/t Ossidu] |
||||||||||||||||||||||||
|
CaO |
0,785 |
||||||||||||||||||||||||
|
MgO |
1,092 |
||||||||||||||||||||||||
|
BaO |
0,287 |
||||||||||||||||||||||||
|
ġenerali: XYOZ |
Fattur tal-emissjonijiet = [M(CO2)]/{Y * [M(x)] + Z * [M(O)]}
|
Tabella 5
Fatturi tal-emissjonijiet għal emissjonijiet ta’ proċessi minn materjali ta’ proċessi oħrajn (il-produzzjoni ta’ ħadid jew azzar, u l-ipproċessar ta’ metalli ferrużi) (8)
|
Materjal ta’ input jew ta’ output |
Kontenut ta’ karbonju (t C/t) |
Fattur tal-emissjonijiet (t CO2/t) |
|
Ħadid ridott direttament (DRI) |
0,0191 |
0,07 |
|
Elettrodi tal-karbonju EAF |
0,8188 |
3,00 |
|
Karbonju taċ-ċarġ EAF |
0,8297 |
3,04 |
|
Ħadid magħmul f’mattunelli meta jaħraq |
0,0191 |
0,07 |
|
Gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu |
0,3493 |
1,28 |
|
Kokk petroliferu |
0,8706 |
3,19 |
|
Ħadid fondut grezz |
0,0409 |
0,15 |
|
Ħadid/ruttam ferruż |
0,0409 |
0,15 |
|
Azzar/ruttam tal-azzar |
0,0109 |
0,04 |
3. POTENZJAL TA’ TISĦIN GLOBALI GĦAL GASSIJIET SERRA LI MA HUMIEX CO2
Tabella 6
Potenzjali ta’ tisħin globali
|
Gass |
Potenzjal ta’ tisħin globali |
|
N2O |
265 t CO2e/t N2O |
|
CF4 |
6 630 t CO2e/t CF4 |
|
C2F6 |
11 100 t CO2e/t C2F6 |
(1) Dan il-valur huwa l-fattur tal-emissjonijiet preliminari, jiġifieri qabel l-applikazzjoni ta’ frazzjoni tal-bijomassa, jekk applikabbli.
(2) Abbażi ta’ NCV ta’ 10,12 TJ/t.
(3) Abbażi ta’ NCV ta’ 50,01 TJ/t.
(4) Il-fattur tal-emissjonijiet partikolari jassumi madwar 15 % kontenut ta’ ilma tal-injam. L-injam frisk jista’ jkollu kontenut ta’ ilma sa 50 %. Għad-determinazzjoni tal-NCV ta’ injam kompletament imnixxef, għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn NCVdry
huwa l-NCV tal-materjal assolutament imnixxef, w huwa l-kontenut tal-ilma (frazzjoni tal-massa) u
(5) Il-valur tal-NCV jittieħed mill-Anness III tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
(6) Għall-gass tal-landfill, għall-gass tal-ħama u għal bijogass ieħor: Il-valuri standard jirreferu għal Bijometan pur. Sabiex wieħed jasal għall-valuri standard korretti, hija meħtieġa korrezzjoni għall-kontenut tal-metan tal-gass.
(7) Il-linji gwida tal-IPCC jagħtu wkoll valuri għall-frazzjoni fossili tal-iskart muniċipali: EF = 91,7 t CO2/TJ; NCV = 10 GJ/t
(8) Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra.
ANNESS IX
Valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u tas-sħana
Fit-tabelli ta’ hawn taħt il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u tas-sħana huma bbażati fuq il-valur kalorifiku nett u fuq il-kundizzjonijiet ISO atmosferiċi standard (temperatura ambjentali ta’ 15 °C, 1,013 bar, umdità relattiva ta’ 60 %).
Tabella 1
Fatturi ta’ effiċjenza ta’ referenza għall-produzzjoni tal-elettriku
|
Kategorija |
Tip ta’ fjuwil |
Sena tal-kostruzzjoni |
|||
|
Qabel l-2012 |
2012-2015 |
Mill-2016 |
|||
|
Solidi |
S1 |
Faħam iebes inkluż l-antraċite, faħam bituminuż, faħam subbituminuż, kokk, semikokk, kokk petroliferu |
44,2 |
44,2 |
44,2 |
|
S2 |
Linjite, mattunelli tal-linjite, żejt tax-shale |
41,8 |
41,8 |
41,8 |
|
|
S3 |
Pit, mattunelli tal-pit |
39,0 |
39,0 |
39,0 |
|
|
S4 |
Bijomassa niexfa inkluż l-injam u bijomassa solida oħra inkluż gerbub tal-injam u mattunelli, laqx tal-injam imnixxef, skart tal-injam nadif u xott, qxur tal-ġewż u għadam taż-żebbuġ u għadam ieħor |
33,0 |
33,0 |
37,0 |
|
|
S5 |
Bijomassa solida oħra inkluż l-injam kollu mhux inkluż taħt S4 u likur iswed u kannella |
25,0 |
25,0 |
30,0 |
|
|
S6 |
Skart muniċipali u industrijali (mhux rinnovabbli) u skart rinnovabbli/bijodegradabbli |
25,0 |
25,0 |
25,0 |
|
|
Likwidi |
L7 |
Żejt kombustibbli, żejt tal-gass/tad-diżil, prodotti oħrajn taż-żejt |
44,2 |
44,2 |
44,2 |
|
L8 |
Bijolikwidi inkluż bijometanol, bijoetanol, bijobutanol, bijodiżil, u bijolikwidi oħra |
44,2 |
44,2 |
44,2 |
|
|
L9 |
Likwidi ta’ skart inkluż skart bijodegradabbli u mhux rinnovabbli (inkluż xaħam taċ-ċanga, xaħam u residwi tal-ħbub tal-birrerija) |
25,0 |
25,0 |
29,0 |
|
|
Gassuż |
G10 |
Gass naturali, LPG, LNG u bijometan |
52,5 |
52,5 |
53,0 |
|
G11 |
Gassijiet tar-raffinerija, idroġenu u gass ta’ sinteżi |
44,2 |
44,2 |
44,2 |
|
|
G12 |
Bijogass prodott mid-diġestjoni anaerobika, mil-landfills, u mit-trattament tad-dranaġġ |
42,0 |
42,0 |
42,0 |
|
|
G13 |
Gass tal-forn tal-kokk, gass tal-forn tal-blast, gass tal-minjieri, u gassijiet irkuprati oħrajn (minbarra gass tar-raffinerija) |
35,0 |
35,0 |
35,0 |
|
|
Oħra |
O14 |
Sħana mormija (inklużi gassijiet tal-egżost ta’ proċess b’temperatura għolja, prodott mir-reazzjonijiet kimiċi eżotermiċi) |
|
|
30,0 |
Tabella 2
Fatturi ta’ effiċjenza ta’ referenza għall-produzzjoni tas-sħana
|
Kategorija |
Tip ta’ fjuwil |
Sena tal-kostruzzjoni |
||||||
|
Qabel l-2016 |
Mill-2016 |
|||||||
|
Ilma sħun |
Stim (1) |
Użu dirett tal-gassijiet tal-egżost (2) |
Ilma sħun |
Stim (1) |
Użu dirett tal-gassijiet tal-egżost (2) |
|||
|
Solidi |
S1 |
Faħam iebes inkluż l-antraċite, faħam bituminuż, faħam subbituminuż, kokk, semikokk, kokk petroliferu |
88 |
83 |
80 |
88 |
83 |
80 |
|
S2 |
Linjite, mattunelli tal-linjite, żejt tax-shale |
86 |
81 |
78 |
86 |
81 |
78 |
|
|
S3 |
Pit, mattunelli tal-pit |
86 |
81 |
78 |
86 |
81 |
78 |
|
|
S4 |
Bijomassa niexfa inkluż l-injam u bijomassa solida oħra inkluż gerbub tal-injam u mattunelli, laqx tal-injam imnixxef, skart tal-injam nadif u xott, qxur tal-ġewż u għadam taż-żebbuġ u għadam ieħor |
86 |
81 |
78 |
86 |
81 |
78 |
|
|
S5 |
Bijomassa solida oħra inkluż l-injam kollu mhux inkluż taħt S4 u likur iswed u kannella |
80 |
75 |
72 |
80 |
75 |
72 |
|
|
S6 |
Skart muniċipali u industrijali (mhux rinnovabbli) u skart rinnovabbli/bijodegradabbli |
80 |
75 |
72 |
80 |
75 |
72 |
|
|
Likwidi |
L7 |
Żejt kombustibbli, żejt tal-gass/tad-diżil, prodotti oħrajn taż-żejt |
89 |
84 |
81 |
85 |
80 |
77 |
|
L8 |
Bijolikwidi inkluż bijometanol, bijoetanol, bijobutanol, bijodiżil, u bijolikwidi oħra |
89 |
84 |
81 |
85 |
80 |
77 |
|
|
L9 |
Likwidi ta’ skart inkluż skart bijodegradabbli u mhux rinnovabbli (inkluż xaħam taċ-ċanga, xaħam u residwi tal-ħbub tal-birrerija) |
80 |
75 |
72 |
75 |
70 |
67 |
|
|
Gassuż |
G10 |
Gass naturali, LPG, LNG u bijometan |
90 |
85 |
82 |
92 |
87 |
84 |
|
G11 |
Gassijiet tar-raffinerija, idroġenu u gass ta’ sinteżi |
89 |
84 |
81 |
90 |
85 |
82 |
|
|
G12 |
Bijogass prodott mid-diġestjoni anaerobika, mil-landfills, u mit-trattament tad-dranaġġ |
70 |
65 |
62 |
80 |
75 |
72 |
|
|
G13 |
Gass tal-forn tal-kokk, gass tal-forn tal-blast, gass tal-minjieri, u gassijiet irkuprati oħrajn (minbarra gass tar-raffinerija) |
80 |
75 |
72 |
80 |
75 |
72 |
|
|
Oħra |
O14 |
Sħana mormija (inklużi gassijiet tal-egżost ta’ proċess b’temperatura għolja, prodott mir-reazzjonijiet kimiċi eżotermiċi) |
— |
— |
— |
92 |
87 |
— |
(1) Jekk l-impjanti tal-istim ma jikkunsidrawx ir-ritorn tal-kondensat fil-kalkolu tagħhom tal-effiċjenzi tas-sħana tas-CHP (sħana u enerġija kkombinati), l-effiċjenzi tal-istim li jidhru fit-tabella ta’ hawn fuq għandhom jiżdiedu b’ħames punti perċentwali.
(2) Għandhom jintużaw il-valuri għall-użu dirett tal-gassijiet tal-egżost jekk it-temperatura tkun ta’ 250 °C jew aktar.