12.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1753

tal-11 ta’ Settembru 2023

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-piriprossifen f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta’ residwi (MRL) għall-piriprossifen ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) issottomettiet opinjoni motivata dwar ir-rieżami tal-MRLs eżistenti għall-piriprossifen (2). L-Awtorità rrakkomandat li l-MRLs eżistenti għall-piriprossifen fil-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-ħnieżer/bovini/mogħoż/żwiemel, kif ukoll fil-ħalib tal-baqar/taż-żwiemel, jitbaxxew għal-limitu ta’ determinazzjoni (“LOD”) f’konformità mal-prinċipju li l-MRLs jiġu stabbiliti f’livelli baxxi kemm jista’ jkun raġonevolment possibbli u abbażi ta’ biżżejjed data ta’ appoġġ għall-prattiki agrikoli tajbin attwali (“GAPs”). Billi ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, jixraq li l-MRL għall-piriprossifen f’dawn il-prodotti jiġi stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità.

(3)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-MRLs għall-piriprossifen fuq il-lewż, il-qastan, il-ġellewż, il-ġewż Amerikan, il-pistaċċi, il-ġewż, il-qlub tal-ġewż tal-arżnu, il-frott taż-żerriegħa, l-għeneb, iż-żebbuġ tal-mejda, il-kaki, l-ananas, it-tadam, il-bżar ħelu, il-brunġiel, il-kukurbiti bil-qoxra li tittiekel u d-dulliegħ jenħtieġ li jitnaqqsu f’konformità mal-prinċipju li jiġu stabbiliti MRLs f’livelli baxxi kemm jista’ jkun raġonevolment possibbli u abbażi tal-GAPs u tal-limiti massimi tar-residwi tal-Codex (“CXLs”) attwali, li huma kkonfermati bħala sikuri għall-konsumaturi (3). Ikkonkludiet ukoll li l-MRLs għall-piriprossifen fuq il-berquq, il-ħawħ, l-għanbaqar, il-frawli, il-mango, il-papaja, il-bettieħ, iż-żerriegħa tal-qoton u t-te jenħtieġ li jinżammu abbażi tal-GAPs u s-CXLs attwali, li huma kkonfermati bħala sikuri għall-konsumaturi3 (4). Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-MRLs għall-piriprossifen fuq il-frott taċ-ċitru, iċ-ċirasa u l-kumquats jenħtieġ li jiżdiedu abbażi tal-GAPs u tas-CXLs attwali, li huma kkonfermati bħala sikuri għall-konsumaturi. Billi l-Awtorità kkonfermat f’opinjoni motivata preċedenti (5) li l-MRL għall-piriprossifen fuq il-banana huwa sikur għall-konsumaturi, dak l-MRL jista’ jinżamm. Madankollu, billi xi informazzjoni ma kinitx disponibbli, kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Għalhekk, filwaqt li l-MRLs għal-lewż, il-qastan, il-ġellewż, il-ġewż Amerikan, il-pistaċċi, il-ġewż, il-qlub tal-ġewż tal-arżnu, il-frott taż-żerriegħa, l-għeneb, iż-żebbuġ tal-mejda, il-kaki, l-ananas, it-tadam, il-bżar ħelu, il-brunġiel, il-kukurbiti bil-qoxra li tittiekel, id-dulliegħ, il-berquq, il-ħawħ, l-għanbaqar, il-frawli, il-papaja, il-bettieħ, iż-żerriegħa tal-qoton, it-te, il-frott taċ-ċitru, iċ-ċirasa, il-kumquats u l-banana jitqiesu sikuri, dawn se jiġu rieżaminati. Ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Billi ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, jixraq li l-MRLs għall-piriprossifen f’dawk il-prodotti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi stabbilit fil-livelli identifikati mill-Awtorità.

(4)

Billi l-Awtorità identifikat li ma kien hemm l-ebda prova tar-residwi disponibbli biex jinkisbu l-valuri tal-MRL għall-piriprossifen fuq il-macadamia, l-avokado, ir-rummien, iċ-ċerimoja, il-patata, il-patata ħelwa u l-jammijiet, ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi għajr il-pitravi taz-zokkor, il-ħxejjex tal-basla, bamja, il-qara’ aħmar, il-ħxejjex tal-brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-għelejjel tal-weraq żgħar tal-brassika), ħass u pjanti tal-insalata, spinaċi u weraq simili, watercresses, witloofs/indivja Belġjana, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu, ħxejjex tal-legumi, ħxejjex biz-zokk, fażola (niexfa), u fażola tas-sojja, kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Fin-nuqqas ta’ provi bħal dawn, li huma meħtieġa biex jinkiseb valur tal-MRL, il-Kummissjoni tqis li jixraq li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-LODs speċifiċi għall-prodott stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(5)

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Għall-piriprossifen, dawk il-laboratorji pproponew LODs speċifiċi għall-prodotti li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku.

(6)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tqiesu l-kummenti tagħhom.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(8)

Biex ikun hemm lok għall-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel ma bdew japplikaw l-MRLs il-ġodda u li għalihom inżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Dan huwa l-każ għall-prodotti kollha.

(9)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs il-ġodda, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew immanifatturati fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel it-2 ta’ April 2024.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-2 ta’ April 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for pyriproxyfen according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005; EFSA Journal 2022;20(11):7617.

(3)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Scientific support for preparing an EU position in the 51st Session of the Codex Committee on Pesticide Residues (CCPR); EFSA Journal 2019;17(7):5797.

(4)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Scientific support for preparing an EU position for the 52nd Session of the Codex Committee on Pesticide Residues (CCPR); EFSA Journal 2021;19(8):6766.

(5)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned Opinion on the modification of the existing maximum residue level for pyriproxyfen in bananas; EFSA Journal 2016;14(2):4387.


ANNESS

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness II, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-piriprossifen:

“Anness II

Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs  (1)

Piriprossifen (F)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,7

0110010

Grejpfrut

(+)

0110020

Larinġ

(+)

0110030

Lumi

(+)

0110040

Xkomp

(+)

0110050

Mandolin

(+)

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

0,01  (*1)

0120010

Lewż

(+)

0120020

Ġewż tal-Brażil

(+)

0120030

Ġewż tal-anakardju

(+)

0120040

Qastan

(+)

0120050

Ġewż tal-Indi

(+)

0120060

Ġellewż

(+)

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

(+)

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

(+)

0120100

Pistaċċi

(+)

0120110

Ġewż

(+)

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

 

0130010

Tuffieħ

0,05(+)

0130020

Lanġas

0,01  (*1) (+)

0130030

Sfarġel

0,01  (*1) (+)

0130040

Naspli

0,01  (*1) (+)

0130050

Naspli tal-Ġappun

0,01  (*1) (+)

0130990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

0,4(+)

0140020

Ċiras (ħelu)

1,5(+)

0140030

Ħawħ

0,5(+)

0140040

Għanbaqar

0,3(+)

0140990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

0,01  (*1)

0151010

Għeneb tal-mejda

(+)

0151020

Għeneb għall-inbid

(+)

0152000

(b)

frawli

0,05(+)

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

0,01  (*1)

0153010

Tut

 

0153020

Tut salvaġġ

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn (2)

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

0,01  (*1)

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

 

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

 

0154050

Warda skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn (2)

 

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

 

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

0,01  (*1)

0161020

Tin

0,01  (*1)

0161030

Żebbuġ tal-mejda

0,01  (*1) (+)

0161040

Larinġ tal-qsari

0,5(+)

0161050

Karambola

0,01  (*1)

0161060

Kaki

0,01  (*1) (+)

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

0,01  (*1)

0161990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

0,01  (*1)

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

0,01  (*1)

0163020

Banana

0,7(+)

0163030

Mango

0,02  (*1) (+)

0163040

Papaja

0,3(+)

0163050

Rummien

0,01  (*1)

0163060

Ċerimoja

0,01  (*1)

0163070

Gwava

0,01  (*1)

0163080

Ananas

0,01  (*1) (+)

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

0,01  (*1)

0163100

Durian

0,01  (*1)

0163110

Il-frotta tal-annona

0,01  (*1)

0163990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,01  (*1)

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,01  (*1)

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

 

0220990

Oħrajn (2)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

0,7(+)

0231020

Bżar ħelu

0,6(+)

0231030

Brunġiel

0,6(+)

0231040

Bamja

0,01  (*1)

0231990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

0,04

0232010

Ħjar

(+)

0232020

Ħjar tal-pikles

(+)

0232030

Zukkini

(+)

0232990

Oħrajn (2)

 

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

0,07(+)

0233020

Qara’ aħmar

0,01  (*1)

0233030

Dulliegħ

0,02(+)

0233990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

0,01  (*1)

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,01  (*1)

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,01  (*1)

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn (2)

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d)

ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

0,01  (*1)

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,01  (*1)

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tas-selq

 

0252990

Oħrajn (2)

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01  (*1)

0254000

(d)

krexxuni

0,01  (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,01  (*1)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,02  (*1)

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Timu

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stregun

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0260000

Legumi

0,01  (*1)

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn (2)

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,01  (*1)

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn (2)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01  (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01  (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

0,01  (*1)

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

Oħrajn (2)

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,01  (*1)

0401020

Karawett

0,01  (*1)

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,01  (*1)

0401040

Ġulġlien

0,01  (*1)

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,01  (*1)

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,01  (*1)

0401070

Fażola tas-sojja

0,01  (*1)

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,01  (*1)

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,05(+)

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

0,01  (*1)

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

0,01  (*1)

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,01  (*1)

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,01  (*1)

0401140

Qannebusa

0,01  (*1)

0401150

Fażola tar-riġnu

0,01  (*1)

0401990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0402000

Frott taż-żejt

0,01  (*1)

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

(+)

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn (2)

 

0500000

ĊEREALI

0,01  (*1)

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn (2)

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

0610000

Tejiet

15(+)

0620000

Kafeni

0,05 (*1)

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

0,05 (*1)

0631000

(a)

mill-fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

mill-għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

0,05 (*1)

0650000

Ħarrub

0,05 (*1)

0700000

ĦOPS

0,05 (*1)

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05 (*1)

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05 (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05 (*1)

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,05 (*1)

0840020

Ġinġer (10)

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,05 (*1)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

0,05 (*1)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05 (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05 (*1)

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05 (*1)

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01  (*1)

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

0,01  (*1)

1011000

(a)

mill-ħnieżer

 

1011010

Muskoli

 

1011020

Xaħam

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1011990

Oħrajn (2)

 

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

 

1012020

Xaħam

 

1012030

Fwied

 

1012040

Kliewi

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1012990

Oħrajn (2)

 

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

1013010

Muskoli

 

1013020

Xaħam

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1013990

Oħrajn (2)

 

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

1014010

Muskoli

 

1014020

Xaħam

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1014990

Oħrajn (2)

 

1015000

(e)

mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

 

1015020

Xaħam

 

1015030

Fwied

 

1015040

Kliewi

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1015990

Oħrajn (2)

 

1016000

(f)

mill-pollam

 

1016010

Muskoli

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn (2)

 

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

Muskoli

 

1017020

Xaħam

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1017990

Oħrajn (2)

 

1020000

Ħalib

0,01  (*1)

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,01  (*1)

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05 (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,01  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01  (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,01  (*1)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

Piriprossifen (F)

(F) = solubbli fix-xaħam

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-metodi analitiċi. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din tintbagħat sat-12 ta’ Settembru 2025, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

0110010 Grejpfrut

0110020 Larinġ

0110030 Lumi

0110040 Xkomp

0110050 Mandolin

0120010 Lewż

0120020 Ġewż tal-Brażil

0120030 Ġewż tal-anakardju

0120040 Qastan

0120050 Ġewż tal-Indi

0120060 Ġellewż

0120080 Ġewż Amerikan

0120090 Qlub tal-ġewż tal-arżnu

0120100 Pistaċċi

0120110 Ġewż

0130020 Lanġas

0130030 Sfarġel

0130040 Naspli

0130050 Naspli tal-Ġappun

0140010 Berquq

0140030 Ħawħ

0151010 Għeneb tal-mejda

0151020 Għeneb tal-inbid

0152000 (b) frawli

0161030 Żebbuġ tal-mejda

0161040 Larinġ tal-qsari

0161060 Kaki

0163030 Mango

0163040 Papaja

0163080 Ananas

0231010 Tadam

0231020 Bżar ħelu

0231030 Brunġiel

0232010 Ħjar

0232020 Ħjar tal-pikles

0232030 Zukkini

0233010 Bettieħ

0401090 Żerriegħa tal-qoton

0402010 Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

0610000 Tejiet

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi u l-metodi analitiċi li mhijiex disponibbli. Meta tkun qed tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk din tintbagħat sa 12 Settembru 2025, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

0130010 Tuffieħ

0140020 Ċiras (ħelu)

0140040 Għanbaqar

0163020 Banana

0233030 Dulliegħ

(2)

fil-Parti A tal-Anness III, titħassar il-kolonna għall-piriprossifen.


(*1)  Jindika l-limitu minimu ta’ determinazzjoni analitika

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.